Oliver Friggieri 27 ta Marzu 1947 21 ta Novembru 2020 kien poeta rumanzier kritiku letterarju u filosfu Malti Kien jgħal
Oliver Friggieri

Oliver Friggieri (27 ta’ Marzu 1947 – 21 ta’ Novembru 2020) kien poeta, rumanzier, kritiku letterarju u filosfu Malti. Kien jgħallem l-Università ta’ Malta u kellu sehem ewlieni fit-twaqqif tal-istorja u l-kritika letterarja bil-Malti, bi studji dwar Dun Karm, Rużar Briffa u bosta kittieba oħra. Bil-kitbiet tiegħu stinka biex jippromwovi l-lingwa u l-identità kulturali Maltija. Ħaddem bosta ġeneri ġodda għal-lingwa u kiteb l-ewwel kantata u libretti għall-ewwel oratorju bil-Malti. Wieħed mill-iktar rumanzi famużi u kontroversjali tiegħu, Fil-Parlament Ma Jikbrux Fjuri (1986), jattakka l-qasmiet tribalistiċi fis-soċjetà kkawżati mill-politika. Bħala filosfu, ken interessat l-iktar fl-epistemoloġija u l-eżistenzjaliżmu.
Oliver Friggieri | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Furjana, 27 Marzu 1947 |
Nazzjonalità | Malta |
Mewt | 21 Novembru 2020 |
Edukazzjoni | |
Alma mater | Università ta' Malta |
Lingwi | Malti Taljan |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | kittieb poeta (en) traduttur |
Post tax-xogħol | Malta |
Impjegaturi | Università ta' Malta |
Ħajja Bikrija u Studju
Oliver Friggieri twieled il-Furjana fl-1947 u kien imur l-Iskola Primarja tal-Furjana u s- Minuri tal-Arċisqof. Kien seminarista fis-Seminarju Maġġuri sal-1967.
Daħal l-Università Rjali ta’ Malta fl-1964 u kiseb Baċellerat tal-Arti fil-Malti, it-Taljan u l-Filosofija fl-1968. Fl-1975 sar l-ewwel student li ggradwa MA fil-letteratura Maltija. Fl-1978 kiseb dottorat fil-letteratura Maltija u l-Kritika Letterarja mill-Università Kattolika ta’ Milan, l-Italja bit-teżijiet ta' kritika komparatattiva La cultura italiana a Malta: storia e influenza letteraria e stilistica attraverso l’opera di Dun Karm u La Cultura Italiana del Romanticismo e la Poesia Maltese, li t-tnejn ħarġu bħala kotba fl-Italja.
Karriera Akkademika
Bejn l-1968 u l-1975, Friggieri għallem il-Malti u l-Filosofija fl-iskejjel sekondarji. Fl-1976 ingħaqad mal-Università ta’ Malta bħala assistent lettur. Inħatar lettur fl-1978, Associate Professor fl-1988 u Professur fl-1990. Kien il-Kap tad-Dipartiment tal-Malti bejn l-1988 u l-2004. Għallem u mexxa t-teżijiet ta' mijiet ta’ studenti u ħafna minnhom komplew jgħallmu l-Malti jew jirriċerkaw diversi oqsma tal-Malti.
Karriera Letterarja
Fis-snin ta’ wara l-indipendenza, Friggieri kien fost il-kittieba ewlenin li ppromovew il-lingwa u l-letteratura Maltija. Kien wieħed mill-fundaturi tal-Moviment Qawmien Letterarju fl-1967. Kien membru tal-bord editorjali (1967-1973) u mbagħad l-editur (1974-75) ta’ Il-Polz, il-ġurnal tal-Moviment. Fl-1971, flimkien ma’ oħrajn, beda s-Sagħtar, magazine letterarju u kulturali popolari ħafna mat-tfal Malti. Fl-istess sena, flimkien ma’ Pawlu Mizzi, waqqaf il-Klabb Kotba Maltin, dar għall-pubblikazzjoni ta’ kotba bil-Malti. Fl-1980 inħatar editur tal-Journal of Maltese Studies. Kien ukoll membru tal-Association Internationale des Critiques Litteraires ta’ Pariġi.
Friggieri ppubblika xogħlijiet f’bosta ġeneri differenti, fosthom dizzjunarji letterarji, oratorji, kantati, kritika letterarja, bijografiji letterarji u antoloġiji ta’ poeżiji tiegħu u ta’ kittieba oħra. Kiteb il-librett tal-ewwel oratorju (Pawlu ta’ Malta, 1989) u l-ewwel kankata (L-Għanja ta’ Malta, 1989) bil-Malti, it-tnejn li huma b’mużika ta’ Charles Camilleri. Friggieri analizza wkoll ix-xogħlijiet tal-pijunieri tal-kitba bil-Malti bħal Pietru Caxaro u Mikiel Anton Vassalli. Ix-xogħlijiet tiegħu ġew pubblikati f’16-il lingwa, fosthom l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniz, it-Taljan u l-Grieg.
Friggieri ppubblika bosta artikli f’ġurnali bil-Malti bħal L-Orizzont u In-Nazzjon, rumanzi u novelli. Ħafna minn dawn ix-xogħlijiet fihom riflessjonijiet filosofiċi u eżistenzjali u ħafna drabi element ta’ patos. Ir-rumanz tiegħu Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri kien kontroversjali meta ħareġ fl-1986 minħabba li wera b’mod ċar it-tribaliżmu politiku f’Malta. Kiteb ukoll il-poeżija Karin u Raymond f’ġieħ Karin Grech u Raymond Caruana, vittmi tal-vjolenza politika f’Malta fis-snin sebgħin u tmenin tas-seklu għoxrin.
Friggieri kien parti mill-kumitat li qaleb it-testi legali tal-Unjoni Ewropea għall-Malti. Qaleb għall-Malti wkoll diversi xogħlijiet letterarji mill-Ingliż, mit-Taljan u mil-Latin. Fl-2008 ippubblika l-awtobijografija Fjuri li ma Jinxfux, li jkopri s-snin bejn l-1955 u l-1990. Fl-2013 intalab imexxi l-Fondazzjoni għaċ-Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali. Rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb diversi drabi u fl-2016 ingħata l-midalja tad-deheb Ġieħ l-Akkademja tal-Malti.
Ħajja Personali u Mewt
Oliver Friggieri kien miżżewweġ lil Eileen u kellhom tifla waħda, Sara, u żewġ neputijiet.
Miet fil-21 ta’ Novembru 2020. Il-Gvern ta’ Malta onorah b’funeral statali u jum ta’ luttu nazzjonali fil-25 ta’ Novembru 2020. It-tebut tiegħu tqiegħed fil-Knisja Arċipretali tal-Furjana u għadda mill-Università ta' Malta, Tal-Qroqq, qabel ma ttieħed l-Imdina għall-quddiesa funebri mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna.
F'Diċembru 2020, permezz ta' mozzjoni mressqa mill-Minority Leader tal-Partit Nazzjonalista James Aaron Ellul fil-Kunsill Lokali tal-Floriana sar magħruf li triq fil-Floriana se tkun qed tissemma għal Friggieri.
F'Marzu 2021 tħabbar li se jsir monument disinjat mill-iskultur John Grima f'ġieħ Oliver Friggieri, il-Furjana, fejn twieled u trabba.
Kittieb
Friggieri kiteb għadd kbir ta' kotba ta' ħafna ġeneri, maħruġa f'Malta kif ukoll u f'ħafna pajjiżi barranin. Ir-rumanzi, in-novelli u l-poeżiji tiegħu nqalbu f'ħafna ilsna. Kotba tiegħu dehru bl-Ingliż, Taljan, Franċiż, Maċedonjan, Sloven, Serbo-Kroat, Grieg, Romen, Għarbi, Bengali, Urdu, Russu. L-istudji tiegħu, bl-Ingliż u bit-Taljan, dehru f'għadd ta' rivisti akkademiċi madwar id-dinja.
Ħa sehem f'iktar minn sittin kungress internazzjonali tal-Letterarura u rebaħ diversi premjijiet internazzjonali. Qaleb għall-Malti bosta xogħlijiet mil-Latin, Ingliż u Taljan. Kien lecturer fl-Università ta' Malta fil-letteratura Maltija.
Din li ġejja mhijiex il-lista kompluta tax-xogħlijiet letterarji ta' Oliver Friggieri.
Dizzjunarju
- Dizzjunarju ta' Termini Letterarji, (1996) - Dan id-dizzjunarju fih ħażna kbira ta' termini li jmissu l-oqsma kollha tal-kritika letterarja, mit-teorija sa l-istilistika, mill-istorja tal-letteratura sal-kritika prattika, u wkoll termini kritiċi ta' xeħta filosofika u lingwistika. Fih ukoll it-termini kollha li jsawru l-vokabolarju tal-metrika, li fi tmiem il-volum hi miġbura għaliha. L-awtur ifisser it-termini fihom infushom, u dan iwassal biex id-dizzjunarju jista' jinqeda bih kull min hu interessat fl-istudju tal-letteratura fiha nnifisha. Huwa jseddaq it-tifsira tat-termini b'eżempji mil-letteratura Maltija. Id-dizzjunarju hu miktub hekk li jista' jkun ta' fejda f'livelli differenti tal-istudju tal-letteratura, waqt li joffri lill-istudjuż u lill-kittieb it-tagħrif meħtieġ kollu dwar l-arti tal-kelma.
Ġabriet ta' Novelli
- Stejjer Għal Qabel Jidlam (1986) - F'kull rakkont, b'kitba sempliċi u mimlija implikazzjonijiet, Friggieri xtaq ipinġi karattru mdawwar minn ambjent li jweġġgħu b'mod jew b'ieħor. Hu u jirrakkonta lil Malta li jaf, fittex li jesprimi wkoll il-verità ewlenija: kull qalb tinsab f'dinja waħda, iżda r-realtà hi waħda għal kulħadd, għad li mhux kulħadd iħossha bl-istess qawwa u mhux kulħadd jgħaddi mill-istess tbatija.
- Fil-Gżira Taparsi Jikbru l-Fjuri (1991)
Rumanzi
- (1977)
- (1980)
- (1986) - rumanz li fiż-żmien politikament imqalleb ta' Malta qanqal kontroversja politika kbira. Issemma sikwit fil-, u l-frażi tal-istess isem saret kważi idjoma fl-ilsien Malti. L-awtur kien intervistat minn stazzjonijiet u ġurnali barranin. Għall-preżentazzjoni tiegħu marru mijiet ta' nies, u r-rumanz xtered bl-eluf. Friggieri jikteb dwar l-għeruq tal-konflitti bejn iż-żewġ partiti politiċi u jibni karattru ewlieni, , li jirrapreżenta lill-Malti ħieles. Huwa rumanz politiku, ta' mħabba, reliġjuż... rumanz li għamel storja... għax jitkellem dwar il-qawwa tal-bniedem tat-triq.
- (1998) - B'taħlita ta' tifkiriet u immaġinazzjoni dan ir-rumanz jibni l-ambjent tas-snin ħamsin biex jippreżenta l-mixja lejn il-maturita' fi ħdan familja ċkejkna. Il-ġrajja sseħħ f'Malta, iżda hi miktuba hekk li tista' sseħħ kullimkien. Kwadri differenti jsawru bejniethom dinja magħluqa, waħda li minnha tingħaraf ir-realta' fil-kumplessitajiet tagħha. Il-ġrajja timxi bla waqfien lejn il-qofol, waqt li tixħet dawl fuq ħajja li tbiddlet ħafna.
- (2000) - Din il-ġrajja sseħħ f'dinja raħlija fil-bidu tas-seklu għoxrin, il-wied, il-kampanja, it-toroq, id-dar, id-dawriet: ambjent antik sħiħ hu mfisser bir-reqqa. Susanna u Arturu huma vittmi taċ-ċirkustanzi. Dun Grejbel hu l-qassis ideali li l-qdusija tiegħu stess tkissru f'għajnejn il-bnedmin. Is-Sinjura, il-missier, u karattri oħrajn jiffurmaw epoka sħiħa. Dan il-ktieb inħadem ukoll f'teleserial u ntwera fuq stazzjon televiżiv lokali.
- (2006) - Rumanz li jkompli ma' It-Tfal Jigu bil-Vapuri. Storja dwar Susanna, Arturu, is-Sinjura, Dun Grejbel, Katarina, Stiefnu, u oħrajn f'raħal żgħir maqtugħ għalih waħdu. Hemm ukoll il-ħajja kkulurita tal-port. Kollox idur madwar qassis twajjeb, maħbub u mweġġa'.
- Dik id-Dgħajsa f’Nofs il-Port (2011) - Rumanz li jkompli maż-żewġ rumanzi ta’ qablu, It-Tfal Jiġu bil-Vapuri u La Jibbnazza Niġi Lura. Storja ta’ nies vittmi taċ-ċirkustanzi: Susanna, Arturu, Dun Grejbel, Katarina, Stiefnu u oħrajn, fosthom Wistin li qiegħed ifittex il-passat tiegħu. Fl-ambjent tal-port tiġri wkoll parti kbira mir-rakkont. Kollox idur madwar Dun Grejbel, qassis twajjeb li jispiċċa biex ibati ħafna. Rumanz li permezz tal-passat jirrakkonta sitwazzjonijiet ta’ kull żmien.
Poeżiji
- Il-poeżiji tiegħu kollha nġabru taħt l-isem Oliver Friggieri: Il-Poeżiji Miġbura (2002).
"Jekk" (il-poeżija li xi versi minnha jinsabu fuq il-bus shelters Maltin)
Jekk tifhem x'jgħidu l-kwiekeb
lill-qamar tul il-lej',
jekk tagħraf minn fejn telaq
is-sħab, fejn sejjer, fej',
jekk tirfes kull mogħdija
u tterraq kullimkien,
jekk tkellem lil kull ħlejqa
li tikber fil-ħolqien,
jekk togħdos fl-ibħra kollha
u tmiss qiegħ l-oċean,
jekk titla' kull muntanja
u titfi kull vulkan,
jekk tifhem lil kull siġra
u tkellem lil kull fjur,
jekk torqod ma' kull dudu
u tqum ma' kull għasfur,
jekk tgħodd in-numri kollha
u taf kull alfabett,
jekk tħott kull teorema
u żżarma kull kunċett,
jekk togħxa b'kull tbissima
u tokrob b'kull uġigħ,
jekk toftoq il-kliem kollu
u ssib is-sens li fih,
jekk taf kif kien il-bidu
u kif se jkun it-tmiem,
jekk taf kull fuq, kull isfel,
kull wara, kull quddiem,
jekk taf għaliex kull għabex
iżelleġ kull żerniq,
jekk taf kemm hija twila,
kemm twila, twila t-triq,
jekk taf għaliex l-iżbalji,
u taf x'inhu perfett,
jekk taf għax serp jitkaxkar
u għax itir farfett,
jekk ittawwalt iżżejjed
fuq xifer il-ġibjun
tal-qalb biex issa ttella'
bis-satal x'hemm midfun,
jekk il-maltemp sikkittu
u lill-irjieħ raqqadt,
jekk l-ilmijiet nixxitfhom
u lin-nirien qabbadt,
jekk fhimt kull mistoqsija
u jekk kull ħalfa ħlift,
u jekk kull rebħa rbaħtha
u jekk kull telfa tlift,
- il-petali tal-warda
waqgħulek minn idejk,
dan l-univers itektek
inqasam hemm, f'riġlejk.
Il-ħajja mistoqsija
miġbura f'elf għaliex,
u ssirlek poeżija
jekk int ma tweġibhiex.
Hekk biss ikun poeta
Għax hekk ikun poeta.
Jitkellem bi tbissima,
iħoss b’qalb tikwi nar,
u jaħraq dinja sħiħa
bi mħabbtu lejl u nhar.
Iweġġa’ bla ma jsawwat,
jissawwat bla jiqliel,
il-ġid jislet mill-ħażen,
fil-kruha jara l-ġmiel.
Ibaħħar fl-oċejani
u jogħdos f’qiegħ id-dmugħ,
b’testment bla flus iħalli
il-kliem, teżor tar-ruħ.
Iżomm ma’ xofftu l-kalċi
bla ma jitilqu qatt,
ilaqqat l-aħħar qatra
bla ma jintebaħ ħadd.
U jolfoq bla jinstema’,
ibati taħt sigriet,
bid-dmugħ jidlek il-ġrieħi,
bix-xejn jimla x-xewqiet.
F’deżert ta’ solitudni
bil-pass ta’ nkiss inkiss
iterraq sa ma jasal
f’riġlejn il-kurċifiss.
Il-golgota twelidu,
il-golgota xortih,
il-golgota li tkissru,
il-golgota li tqawwih.
Hekk biss ikun poeta.
Ara ukoll il-poeżija Karin u Raymond
Oratorji
- Pawlu ta' Malta (1985)
- Dun Ġorġ (2001)
Cantata
- L-Għanja ta' Malta (1989)
- Ħodon Fjuri lil San Publju (2010)
Awtobijografija
- Fjuri li ma jinxfux, Tifkiriet 1955-1990 (2008) - Ktieb ta’ memorji bejn esperjenzi personali, drawwiet soċjali, u battalji tal-partiti politiċi. Rakkont mimli stampi ta’ nies, avvenimenti, postijiet, l-aktar ta’ Balzunetta, il- u l-inħawi. Toroq bla wisq traffiku, tfal jilagħbu kullimkien, nisa bl-għonnella, djar bla televiżjoni, tallaba jorqdu barra, Malta kolonja Ingliża. L-awtur ipinġi kwadri kurjużi miż-żmien ta’ tfulitu sa perijodu mqalleb ħafna fl-Istorja ta’ Malta. Jirrakkonta l-ġlieda bejn il-Knisja Kattolika u l-Partit Laburista, kif għexha hu stess, tifel fil-MUSEUM u mbagħad Seminarista, fi żmien l-. Jippreżenta l-ħajja sempliċi tas-snin ħamsin u sittin, u jħallat episodji privati ma’ ġrajjiet drammatiċi fl-epoka ta’ Ġorġ Borg Olivier, Dom Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici u Eddie Fenech Adami. Jirrakkonta kif snin wara ddiskuta din is-sitwazzjoni fil-privat u fit-tul ma’ Mintoff, li kien hu stess li bi frażi li qal fil-Parlament ’Min m’għandux x’jagħmel jikteb ktieb!’ kien wasslu biex jikteb ir-rumanz Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri (1986).
Kritika Letterarja
- Kittieba ta’ Żmienna, 1970
- Ir-Ruħ fil-Kelma, 1973,
- Ġ.A. Vassallo - 'Il-Ġifen Tork', 1975
- Il-Kultura Taljana f'Dun Karm, 1976
- Fl-Għarbiel, 1976
- Mekkaniżmi Metaforiċi f'Dun Karm, 1978
- Storja tal-Letteratura Maltija, I, 1979
- Saġġi Kritiċi, 1979
- Ellul Mercer fLeli ta' Ħaż-Żgħir' - Mir-Realtà għall-Kuxjenza, 1983
- Ġwann Mamo - Il-Kittieb tar-Riforma Soċjali, 1984
- L-Idea tal-Letteratura, Bugelli, 1986
- Dun Karm - 'Il-Jien u Lil hinn Minnu', T. Cortis, 1988
- Dun Karm, 1989
- Saggi sulla letteratura maltese, 1989
- Il-Kuxjenza Nazzjonali Maltija, 1995
- L-Istudji Kritiċi Miġbura, I, edizzjoni mħejjija minn Victor Fenech, 1995
- L-Istorja tal-Poeżija Maltija, Pubblikazzjonijiet Indipendenza, 2001
- Rużar Briffa - L-Aħħar Poeżiji u Taħdita Letterarja, 1974
- Dun Karm - Il-Poeżiji Miġbura, 1980
- Rużar Briffa - Il-Poeżiji Miġbura, 1983
- Dun Karm - Le poesie italiane, 2007 (il-poeżiji kollha bit-Taljan ta' Dun Karm)
- Movimenti Letterari e Coscienza Romantika Maltese (1800-1921), 1979
Bijografiji letterarji
- Dun Karm - il-Bniedem fil-Poeta, 1980
- Il-Ħajja ta' Rużar Briffa, 1984
Antoloġiji
- Il-Ktieb tal-Poeżija Maltija, I, Testi Magħżula u Miġbura bi Studju Kritiku, 1987 (l-ewwel ġabra tal-iktar poeżiji bikrin fil-Letteratura Maltija)
- Il-Ktieb tal-Poeżija Maltija, II, Testi Magħżula u Miġbura bi Studju Kritiku, 1987 (ġabra ta' xogħlijiet ta' poeti tas-sekli 19 u 20)
- Il-Poeżija Maltija, 1996
Ara ukoll
Referenzi
- ^ Montebello, Mark (2001). Il-Ktieb tal-Filosofija f’Malta - L-ewwel volum (A-L) (bil-Malti). Malta: Pubblikazzjonijiet Indipendenza. p. 184. ISBN 9990941823.
- ^ Montebello, Mark (2009). 20th Century Philosophy in Malta (bl-Ingliż). Malta: Agius & Agius. pp. 126–128. ISBN 9789990991314.
- ^ Montebello, Mark (2011). Malta’s Philosophy & Philosophers (bl-Ingliż). Malta: PIN. pp. 152–155.
- ^ a b ċ d Vella, Matthew (2020-11-21). "Oliver Friggieri, intellectual who articulated nation's consciousness, passes away". Malta Today. Miġbur 2021-05-01.
- ^ Debono, Karol Paul (2020-11-24). "Tislima lill-Professur Oliver Friggieri – eks student tas-Seminarju". The Archbishop's Seminary School (bil-Malti). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-01-25. Miġbur 2021-05-01.
- ^ a b ċ d e f Friggieri, Oliver (1983). "Self portrait : Oliver Friggieri". Civilization: An Encyclopedia on Maltese Civilization, History and Contemporary Arts, 10: 276–280. Malta: Gulf Publishing Ltd (mill-OAR@UM).
- ^ a b ċ d e f ġ g għ L-Akkademja tal-Malti (2020-11-21). "L-Akkademja ssellem lill-Prof. Oliver Friggieri" (bil-Malti). Miġbur 2021-05-01.
- ^ "A final salute given to Prof. Oliver Friggieri". University of Malta. Miġbur 2021-05-03.
- ^ "Id-Dipartiment tal-Malti" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-18.
- ^ a b "Oliver Friggieri, a giant of Maltese literature, dies aged 73". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-03.
- ^ Vassallo, Alvin (2018-03-27). "New book in recognition of Oliver Friggieri's works - TVM News". TVM (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-18.
- ^ Bondin, Joseph Vella (2013-04-15). "The Development of Choral Singing in Malta: A Historical Overview". The IFCM Magazine (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-27.
- ^ Friggieri, Oliver (1998–1999). "POINTS OF CONTACT BETWEEN ITALIAN ROMANTICISM AND MALTESE LITERATURE: The Maltese literary background". Scripta Mediterranea (bl-Ingliż). XIX-XX: 93–108. line feed character f'
|titlu=
f'pożizzjoni 34 (għajnuna)Manutenzjoni CS1: format tad-data (link) - ^ Friggieri, Oliver (2016). Il-Kantilena ta' Pietru Caxaro : interpretazzjoni Rinaxximentali (bil-Malti). L-Imsida, Malta: Malta University Press.
- ^ a b "Oliver Friggieri funeral to be organised by the government - The Malta Independent". www.independent.com.mt. Miġbur 2021-05-03.
- ^ a b Briffa, Charles (1997). "The Voice of a Nation's Conscience: Oliver Friggieri's Fiction in Recent Maltese Literature". World Literature Today. 71 (3): 495.
- ^ Risica, Giuseppe. "Oliver Friggieri: Il maggiore poeta maltese contemporaneo". Poesis Anima Mundi (bit-Taljan). Miġbur 2021-06-18.
- ^ Strassmann, Burkhard (2005-04-28). "»Kif inti?« – »Tajjeb!«". Ziet Online (bil-Ġermaniż). Arkivjat mill-oriġinal fl-2005-11-22. Miġbur 2021-06-18.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "'Fjuri Li ma jinxfux – Tifkiriet 1955-1990' - The Malta Independent". www.independent.com.mt. Miġbur 2021-06-18.
- ^ "Oliver Friggieri heads new anniversary committee". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-06-18.
- ^ "Il-Professur Oliver Friggieri rebbieħ tal-Midalja tad-Deheb 'Ġieħ l-Akkademja tal-Malti' 2016". L-Akkademja tal-Malti (bil-Malti). 2016-11-14. Miġbur 2021-06-18.
- ^ "National day of mourning for Oliver Friggieri on Wednesday". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-03.
- ^ "A final salute given to Prof. Oliver Friggieri". University of Malta. Miġbur 2021-05-03.
- ^ https://newsbook.com.mt/triq-fil-furjana-se-tissemma-ghal-prof-oliver-friggieri/.
|title=
nieqes jew vojt (għajnuna) - ^ https://netnews.com.mt/2020/12/16/triq-fil-floriana-se-tissemma-ghal-oliver-friggieri-wara-mozzjoni-tal-pn/.
|title=
nieqes jew vojt (għajnuna) - ^ https://maltadaily.mt/oiver-friggieri-to-get-street-named-after-him/.
|title=
nieqes jew vojt (għajnuna) - ^ "Oliver Friggieri monument to be erected in Floriana". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-03.
Ħoloq esterni
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Oliver Friggieri (Oliver Friggieri) |
- Biblijografija tax-xogħlijiet ta' Oliver Friggieri
- Il-Kelma li Tqanqal ir-Ruħ - Programm tal-kelma li fih il-Prof. Oliver Friggieri janalizza temi li jolqtu lill-bniedem mill-qrib..
- L’influenza della cultura italiana a Malta nel pensiero del più grande poeta maltese vivente
- Parla Friggieri, Malta l’isola dei racconti
- "Storie per una sera": racconti dello scrittore maltese Oliver Friggieri
- OLIVER FRIGGIERI: il maggiore poeta maltese contemporaneo
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Oliver Friggieri, X'inhi Oliver Friggieri? Xi tfisser Oliver Friggieri?
Oliver Friggieri 27 ta Marzu 1947 21 ta Novembru 2020 kien poeta rumanzier kritiku letterarju u filosfu Malti Kien jgħallem l Universita ta Malta u kellu sehem ewlieni fit twaqqif tal istorja u l kritika letterarja bil Malti bi studji dwar Dun Karm Ruzar Briffa u bosta kittieba oħra Bil kitbiet tiegħu stinka biex jippromwovi l lingwa u l identita kulturali Maltija Ħaddem bosta ġeneri ġodda għal lingwa u kiteb l ewwel kantata u libretti għall ewwel oratorju bil Malti Wieħed mill iktar rumanzi famuzi u kontroversjali tiegħu Fil Parlament Ma Jikbrux Fjuri 1986 jattakka l qasmiet tribalistiċi fis soċjeta kkawzati mill politika Bħala filosfu ken interessat l iktar fl epistemoloġija u l ezistenzjalizmu Oliver FriggieriĦajjaTwelid Furjana 27 Marzu 1947Nazzjonalita MaltaMewt 21 Novembru 2020EdukazzjoniAlma mater Universita ta MaltaLingwi Malti TaljanOkkupazzjoniOkkupazzjoni kittieb poeta en tradutturPost tax xogħol MaltaImpjegaturi Universita ta MaltaĦajja Bikrija u StudjuOliver Friggieri twieled il Furjana fl 1947 u kien imur l Iskola Primarja tal Furjana u s Minuri tal Arċisqof Kien seminarista fis Seminarju Maġġuri sal 1967 Daħal l Universita Rjali ta Malta fl 1964 u kiseb Baċellerat tal Arti fil Malti it Taljan u l Filosofija fl 1968 Fl 1975 sar l ewwel student li ggradwa MA fil letteratura Maltija Fl 1978 kiseb dottorat fil letteratura Maltija u l Kritika Letterarja mill Universita Kattolika ta Milan l Italja bit tezijiet ta kritika komparatattiva La cultura italiana a Malta storia e influenza letteraria e stilistica attraverso l opera di Dun Karm u La Cultura Italiana del Romanticismo e la Poesia Maltese li t tnejn ħarġu bħala kotba fl Italja Karriera AkkademikaBejn l 1968 u l 1975 Friggieri għallem il Malti u l Filosofija fl iskejjel sekondarji Fl 1976 ingħaqad mal Universita ta Malta bħala assistent lettur Inħatar lettur fl 1978 Associate Professor fl 1988 u Professur fl 1990 Kien il Kap tad Dipartiment tal Malti bejn l 1988 u l 2004 Għallem u mexxa t tezijiet ta mijiet ta studenti u ħafna minnhom komplew jgħallmu l Malti jew jirriċerkaw diversi oqsma tal Malti Karriera LetterarjaFis snin ta wara l indipendenza Friggieri kien fost il kittieba ewlenin li ppromovew il lingwa u l letteratura Maltija Kien wieħed mill fundaturi tal Moviment Qawmien Letterarju fl 1967 Kien membru tal bord editorjali 1967 1973 u mbagħad l editur 1974 75 ta Il Polz il ġurnal tal Moviment Fl 1971 flimkien ma oħrajn beda s Sagħtar magazine letterarju u kulturali popolari ħafna mat tfal Malti Fl istess sena flimkien ma Pawlu Mizzi waqqaf il Klabb Kotba Maltin dar għall pubblikazzjoni ta kotba bil Malti Fl 1980 inħatar editur tal Journal of Maltese Studies Kien ukoll membru tal Association Internationale des Critiques Litteraires ta Pariġi Friggieri ppubblika xogħlijiet f bosta ġeneri differenti fosthom dizzjunarji letterarji oratorji kantati kritika letterarja bijografiji letterarji u antoloġiji ta poeziji tiegħu u ta kittieba oħra Kiteb il librett tal ewwel oratorju Pawlu ta Malta 1989 u l ewwel kankata L Għanja ta Malta 1989 bil Malti it tnejn li huma b muzika ta Charles Camilleri Friggieri analizza wkoll ix xogħlijiet tal pijunieri tal kitba bil Malti bħal Pietru Caxaro u Mikiel Anton Vassalli Ix xogħlijiet tiegħu ġew pubblikati f 16 il lingwa fosthom l Ingliz il Franċiz il Ġermaniz it Taljan u l Grieg Friggieri ppubblika bosta artikli f ġurnali bil Malti bħal L Orizzont u In Nazzjon rumanzi u novelli Ħafna minn dawn ix xogħlijiet fihom riflessjonijiet filosofiċi u ezistenzjali u ħafna drabi element ta patos Ir rumanz tiegħu Fil Parlament ma Jikbrux Fjuri kien kontroversjali meta ħareġ fl 1986 minħabba li wera b mod ċar it tribalizmu politiku f Malta Kiteb ukoll il poezija Karin u Raymond f ġieħ Karin Grech u Raymond Caruana vittmi tal vjolenza politika f Malta fis snin sebgħin u tmenin tas seklu għoxrin Friggieri kien parti mill kumitat li qaleb it testi legali tal Unjoni Ewropea għall Malti Qaleb għall Malti wkoll diversi xogħlijiet letterarji mill Ingliz mit Taljan u mil Latin Fl 2008 ippubblika l awtobijografija Fjuri li ma Jinxfux li jkopri s snin bejn l 1955 u l 1990 Fl 2013 intalab imexxi l Fondazzjoni għaċ Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali Rebaħ il Premju Nazzjonali tal Ktieb diversi drabi u fl 2016 ingħata l midalja tad deheb Ġieħ l Akkademja tal Malti Ħajja Personali u MewtOliver Friggieri kien mizzewweġ lil Eileen u kellhom tifla waħda Sara u zewġ neputijiet Il korteo funebri ta Oliver Friggieri ħdejn il Knisja Arċipretali ta San Publiju il Furjana Miet fil 21 ta Novembru 2020 Il Gvern ta Malta onorah b funeral statali u jum ta luttu nazzjonali fil 25 ta Novembru 2020 It tebut tiegħu tqiegħed fil Knisja Arċipretali tal Furjana u għadda mill Universita ta Malta Tal Qroqq qabel ma ttieħed l Imdina għall quddiesa funebri mmexxija mill Arċisqof Charles J Scicluna F Diċembru 2020 permezz ta mozzjoni mressqa mill Minority Leader tal Partit Nazzjonalista James Aaron Ellul fil Kunsill Lokali tal Floriana sar magħruf li triq fil Floriana se tkun qed tissemma għal Friggieri F Marzu 2021 tħabbar li se jsir monument disinjat mill iskultur John Grima f ġieħ Oliver Friggieri il Furjana fejn twieled u trabba KittiebFriggieri kiteb għadd kbir ta kotba ta ħafna ġeneri maħruġa f Malta kif ukoll u f ħafna pajjizi barranin Ir rumanzi in novelli u l poeziji tiegħu nqalbu f ħafna ilsna Kotba tiegħu dehru bl Ingliz Taljan Franċiz Maċedonjan Sloven Serbo Kroat Grieg Romen Għarbi Bengali Urdu Russu L istudji tiegħu bl Ingliz u bit Taljan dehru f għadd ta rivisti akkademiċi madwar id dinja Ħa sehem f iktar minn sittin kungress internazzjonali tal Letterarura u rebaħ diversi premjijiet internazzjonali Qaleb għall Malti bosta xogħlijiet mil Latin Ingliz u Taljan Kien lecturer fl Universita ta Malta fil letteratura Maltija Din li ġejja mhijiex il lista kompluta tax xogħlijiet letterarji ta Oliver Friggieri Dizzjunarju Dizzjunarju ta Termini Letterarji 1996 Dan id dizzjunarju fih ħazna kbira ta termini li jmissu l oqsma kollha tal kritika letterarja mit teorija sa l istilistika mill istorja tal letteratura sal kritika prattika u wkoll termini kritiċi ta xeħta filosofika u lingwistika Fih ukoll it termini kollha li jsawru l vokabolarju tal metrika li fi tmiem il volum hi miġbura għaliha L awtur ifisser it termini fihom infushom u dan iwassal biex id dizzjunarju jista jinqeda bih kull min hu interessat fl istudju tal letteratura fiha nnifisha Huwa jseddaq it tifsira tat termini b ezempji mil letteratura Maltija Id dizzjunarju hu miktub hekk li jista jkun ta fejda f livelli differenti tal istudju tal letteratura waqt li joffri lill istudjuz u lill kittieb it tagħrif meħtieġ kollu dwar l arti tal kelma Ġabriet ta Novelli Stejjer Għal Qabel Jidlam 1986 F kull rakkont b kitba sempliċi u mimlija implikazzjonijiet Friggieri xtaq ipinġi karattru mdawwar minn ambjent li jweġġgħu b mod jew b ieħor Hu u jirrakkonta lil Malta li jaf fittex li jesprimi wkoll il verita ewlenija kull qalb tinsab f dinja waħda izda r realta hi waħda għal kulħadd għad li mhux kulħadd iħossha bl istess qawwa u mhux kulħadd jgħaddi mill istess tbatija Fil Gzira Taparsi Jikbru l Fjuri 1991 Rumanzi 1977 1980 1986 rumanz li fiz zmien politikament imqalleb ta Malta qanqal kontroversja politika kbira Issemma sikwit fil u l frazi tal istess isem saret kwazi idjoma fl ilsien Malti L awtur kien intervistat minn stazzjonijiet u ġurnali barranin Għall prezentazzjoni tiegħu marru mijiet ta nies u r rumanz xtered bl eluf Friggieri jikteb dwar l għeruq tal konflitti bejn iz zewġ partiti politiċi u jibni karattru ewlieni li jirraprezenta lill Malti ħieles Huwa rumanz politiku ta mħabba reliġjuz rumanz li għamel storja għax jitkellem dwar il qawwa tal bniedem tat triq 1998 B taħlita ta tifkiriet u immaġinazzjoni dan ir rumanz jibni l ambjent tas snin ħamsin biex jipprezenta l mixja lejn il maturita fi ħdan familja ċkejkna Il ġrajja sseħħ f Malta izda hi miktuba hekk li tista sseħħ kullimkien Kwadri differenti jsawru bejniethom dinja magħluqa waħda li minnha tingħaraf ir realta fil kumplessitajiet tagħha Il ġrajja timxi bla waqfien lejn il qofol waqt li tixħet dawl fuq ħajja li tbiddlet ħafna 2000 Din il ġrajja sseħħ f dinja raħlija fil bidu tas seklu għoxrin il wied il kampanja it toroq id dar id dawriet ambjent antik sħiħ hu mfisser bir reqqa Susanna u Arturu huma vittmi taċ ċirkustanzi Dun Grejbel hu l qassis ideali li l qdusija tiegħu stess tkissru f għajnejn il bnedmin Is Sinjura il missier u karattri oħrajn jiffurmaw epoka sħiħa Dan il ktieb inħadem ukoll f teleserial u ntwera fuq stazzjon televiziv lokali 2006 Rumanz li jkompli ma It Tfal Jigu bil Vapuri Storja dwar Susanna Arturu is Sinjura Dun Grejbel Katarina Stiefnu u oħrajn f raħal zgħir maqtugħ għalih waħdu Hemm ukoll il ħajja kkulurita tal port Kollox idur madwar qassis twajjeb maħbub u mweġġa Dik id Dgħajsa f Nofs il Port 2011 Rumanz li jkompli maz zewġ rumanzi ta qablu It Tfal Jiġu bil Vapuri u La Jibbnazza Niġi Lura Storja ta nies vittmi taċ ċirkustanzi Susanna Arturu Dun Grejbel Katarina Stiefnu u oħrajn fosthom Wistin li qiegħed ifittex il passat tiegħu Fl ambjent tal port tiġri wkoll parti kbira mir rakkont Kollox idur madwar Dun Grejbel qassis twajjeb li jispiċċa biex ibati ħafna Rumanz li permezz tal passat jirrakkonta sitwazzjonijiet ta kull zmien Poeziji Il poeziji tiegħu kollha nġabru taħt l isem Oliver Friggieri Il Poeziji Miġbura 2002 Jekk il poezija li xi versi minnha jinsabu fuq il bus shelters Maltin Jekk tifhem x jgħidu l kwiekeb lill qamar tul il lej jekk tagħraf minn fejn telaq is sħab fejn sejjer fej jekk tirfes kull mogħdija u tterraq kullimkien jekk tkellem lil kull ħlejqa li tikber fil ħolqien jekk togħdos fl ibħra kollha u tmiss qiegħ l oċean jekk titla kull muntanja u titfi kull vulkan jekk tifhem lil kull siġra u tkellem lil kull fjur jekk torqod ma kull dudu u tqum ma kull għasfur jekk tgħodd in numri kollha u taf kull alfabett jekk tħott kull teorema u zzarma kull kunċett jekk togħxa b kull tbissima u tokrob b kull uġigħ jekk toftoq il kliem kollu u ssib is sens li fih jekk taf kif kien il bidu u kif se jkun it tmiem jekk taf kull fuq kull isfel kull wara kull quddiem jekk taf għaliex kull għabex izelleġ kull zerniq jekk taf kemm hija twila kemm twila twila t triq jekk taf għaliex l izbalji u taf x inhu perfett jekk taf għax serp jitkaxkar u għax itir farfett jekk ittawwalt izzejjed fuq xifer il ġibjun tal qalb biex issa ttella bis satal x hemm midfun jekk il maltemp sikkittu u lill irjieħ raqqadt jekk l ilmijiet nixxitfhom u lin nirien qabbadt jekk fhimt kull mistoqsija u jekk kull ħalfa ħlift u jekk kull rebħa rbaħtha u jekk kull telfa tlift il petali tal warda waqgħulek minn idejk dan l univers itektek inqasam hemm f riġlejk Il ħajja mistoqsija miġbura f elf għaliex u ssirlek poezija jekk int ma tweġibhiex Hekk biss ikun poeta Għax hekk ikun poeta Jitkellem bi tbissima iħoss b qalb tikwi nar u jaħraq dinja sħiħa bi mħabbtu lejl u nhar Iweġġa bla ma jsawwat jissawwat bla jiqliel il ġid jislet mill ħazen fil kruha jara l ġmiel Ibaħħar fl oċejani u jogħdos f qiegħ id dmugħ b testment bla flus iħalli il kliem tezor tar ruħ Izomm ma xofftu l kalċi bla ma jitilqu qatt ilaqqat l aħħar qatra bla ma jintebaħ ħadd U jolfoq bla jinstema ibati taħt sigriet bid dmugħ jidlek il ġrieħi bix xejn jimla x xewqiet F dezert ta solitudni bil pass ta nkiss inkiss iterraq sa ma jasal f riġlejn il kurċifiss Il golgota twelidu il golgota xortih il golgota li tkissru il golgota li tqawwih Hekk biss ikun poeta Ara ukoll il poezija Karin u Raymond Oratorji Pawlu ta Malta 1985 Dun Ġorġ 2001 Cantata L Għanja ta Malta 1989 Ħodon Fjuri lil San Publju 2010 Awtobijografija Fjuri li ma jinxfux Tifkiriet 1955 1990 2008 Ktieb ta memorji bejn esperjenzi personali drawwiet soċjali u battalji tal partiti politiċi Rakkont mimli stampi ta nies avvenimenti postijiet l aktar ta Balzunetta il u l inħawi Toroq bla wisq traffiku tfal jilagħbu kullimkien nisa bl għonnella djar bla televizjoni tallaba jorqdu barra Malta kolonja Ingliza L awtur ipinġi kwadri kurjuzi miz zmien ta tfulitu sa perijodu mqalleb ħafna fl Istorja ta Malta Jirrakkonta l ġlieda bejn il Knisja Kattolika u l Partit Laburista kif għexha hu stess tifel fil MUSEUM u mbagħad Seminarista fi zmien l Jipprezenta l ħajja sempliċi tas snin ħamsin u sittin u jħallat episodji privati ma ġrajjiet drammatiċi fl epoka ta Ġorġ Borg Olivier Dom Mintoff Karmenu Mifsud Bonnici u Eddie Fenech Adami Jirrakkonta kif snin wara ddiskuta din is sitwazzjoni fil privat u fit tul ma Mintoff li kien hu stess li bi frazi li qal fil Parlament Min m għandux x jagħmel jikteb ktieb kien wasslu biex jikteb ir rumanz Fil Parlament ma Jikbrux Fjuri 1986 Kritika Letterarja Kittieba ta Zmienna 1970 Ir Ruħ fil Kelma 1973 Ġ A Vassallo Il Ġifen Tork 1975 Il Kultura Taljana f Dun Karm 1976 Fl Għarbiel 1976 Mekkanizmi Metaforiċi f Dun Karm 1978 Storja tal Letteratura Maltija I 1979 Saġġi Kritiċi 1979 Ellul Mercer fLeli ta Ħaz Zgħir Mir Realta għall Kuxjenza 1983 Ġwann Mamo Il Kittieb tar Riforma Soċjali 1984 L Idea tal Letteratura Bugelli 1986 Dun Karm Il Jien u Lil hinn Minnu T Cortis 1988 Dun Karm 1989 Saggi sulla letteratura maltese 1989 Il Kuxjenza Nazzjonali Maltija 1995 L Istudji Kritiċi Miġbura I edizzjoni mħejjija minn Victor Fenech 1995 L Istorja tal Poezija Maltija Pubblikazzjonijiet Indipendenza 2001 Ruzar Briffa L Aħħar Poeziji u Taħdita Letterarja 1974 Dun Karm Il Poeziji Miġbura 1980 Ruzar Briffa Il Poeziji Miġbura 1983 Dun Karm Le poesie italiane 2007 il poeziji kollha bit Taljan ta Dun Karm Movimenti Letterari e Coscienza Romantika Maltese 1800 1921 1979 Bijografiji letterarji Dun Karm il Bniedem fil Poeta 1980 Il Ħajja ta Ruzar Briffa 1984 Antoloġiji Il Ktieb tal Poezija Maltija I Testi Magħzula u Miġbura bi Studju Kritiku 1987 l ewwel ġabra tal iktar poeziji bikrin fil Letteratura Maltija Il Ktieb tal Poezija Maltija II Testi Magħzula u Miġbura bi Studju Kritiku 1987 ġabra ta xogħlijiet ta poeti tas sekli 19 u 20 Il Poezija Maltija 1996Ara ukollFilosofija f MaltaReferenzi Montebello Mark 2001 Il Ktieb tal Filosofija f Malta L ewwel volum A L bil Malti Malta Pubblikazzjonijiet Indipendenza p 184 ISBN 9990941823 Montebello Mark 2009 20th Century Philosophy in Malta bl Ingliz Malta Agius amp Agius pp 126 128 ISBN 9789990991314 Montebello Mark 2011 Malta s Philosophy amp Philosophers bl Ingliz Malta PIN pp 152 155 a b ċ d Vella Matthew 2020 11 21 Oliver Friggieri intellectual who articulated nation s consciousness passes away Malta Today Miġbur 2021 05 01 Debono Karol Paul 2020 11 24 Tislima lill Professur Oliver Friggieri eks student tas Seminarju The Archbishop s Seminary School bil Malti Arkivjat minn l oriġinal fl 2021 01 25 Miġbur 2021 05 01 a b ċ d e f Friggieri Oliver 1983 Self portrait Oliver Friggieri Civilization An Encyclopedia on Maltese Civilization History and Contemporary Arts 10 276 280 Malta Gulf Publishing Ltd mill OAR UM a b ċ d e f ġ g għ L Akkademja tal Malti 2020 11 21 L Akkademja ssellem lill Prof Oliver Friggieri bil Malti Miġbur 2021 05 01 A final salute given to Prof Oliver Friggieri University of Malta Miġbur 2021 05 03 Id Dipartiment tal Malti bl Ingliz Miġbur 2021 05 18 a b Oliver Friggieri a giant of Maltese literature dies aged 73 Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 05 03 Vassallo Alvin 2018 03 27 New book in recognition of Oliver Friggieri s works TVM News TVM bl Ingliz Miġbur 2021 05 18 Bondin Joseph Vella 2013 04 15 The Development of Choral Singing in Malta A Historical Overview The IFCM Magazine bl Ingliz Miġbur 2021 05 27 Friggieri Oliver 1998 1999 POINTS OF CONTACT BETWEEN ITALIAN ROMANTICISM AND MALTESE LITERATURE The Maltese literary background Scripta Mediterranea bl Ingliz XIX XX 93 108 line feed character f titlu f pozizzjoni 34 għajnuna Manutenzjoni CS1 format tad data link Friggieri Oliver 2016 Il Kantilena ta Pietru Caxaro interpretazzjoni Rinaxximentali bil Malti L Imsida Malta Malta University Press a b Oliver Friggieri funeral to be organised by the government The Malta Independent www independent com mt Miġbur 2021 05 03 a b Briffa Charles 1997 The Voice of a Nation s Conscience Oliver Friggieri s Fiction in Recent Maltese Literature World Literature Today 71 3 495 Risica Giuseppe Oliver Friggieri Il maggiore poeta maltese contemporaneo Poesis Anima Mundi bit Taljan Miġbur 2021 06 18 Strassmann Burkhard 2005 04 28 Kif inti Tajjeb Ziet Online bil Ġermaniz Arkivjat mill oriġinal fl 2005 11 22 Miġbur 2021 06 18 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Fjuri Li ma jinxfux Tifkiriet 1955 1990 The Malta Independent www independent com mt Miġbur 2021 06 18 Oliver Friggieri heads new anniversary committee Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 06 18 Il Professur Oliver Friggieri rebbieħ tal Midalja tad Deheb Ġieħ l Akkademja tal Malti 2016 L Akkademja tal Malti bil Malti 2016 11 14 Miġbur 2021 06 18 National day of mourning for Oliver Friggieri on Wednesday Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 05 03 A final salute given to Prof Oliver Friggieri University of Malta Miġbur 2021 05 03 https newsbook com mt triq fil furjana se tissemma ghal prof oliver friggieri title nieqes jew vojt għajnuna https netnews com mt 2020 12 16 triq fil floriana se tissemma ghal oliver friggieri wara mozzjoni tal pn title nieqes jew vojt għajnuna https maltadaily mt oiver friggieri to get street named after him title nieqes jew vojt għajnuna Oliver Friggieri monument to be erected in Floriana Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 05 03 Ħoloq esterniWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Oliver Friggieri Oliver Friggieri Biblijografija tax xogħlijiet ta Oliver Friggieri Il Kelma li Tqanqal ir Ruħ Programm tal kelma li fih il Prof Oliver Friggieri janalizza temi li jolqtu lill bniedem mill qrib L influenza della cultura italiana a Malta nel pensiero del piu grande poeta maltese vivente Parla Friggieri Malta l isola dei racconti Storie per una sera racconti dello scrittore maltese Oliver Friggieri OLIVER FRIGGIERI il maggiore poeta maltese contemporaneo