Raymond Caruana 9 ta Mejju 1960 5 ta Diċembru 1986 kien żagħżugħ li nqatel fil Każin Nazzjonalista tal Gudja wara tiri s
Raymond Caruana

Raymond Caruana (9 ta' Mejju 1960 - 5 ta' Diċembru, 1986) kien żagħżugħ li nqatel fil-Każin Nazzjonalista tal-Gudja wara tiri sparati fid-direzzjoni tal-Każin.
Raymond Caruana | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | 9 Mejju 1960 |
Nazzjonalità | Malta |
Mewt | 5 Diċembru 1986 |
Kawża tal-mewt | () |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Kuntest storiku
Fl-elezzjonijiet ġenerali tal-1981, il-Partit Laburista ġab maġġoranza ta' siġġijiet iżda mhux ta' voti. Il-Partit Nazzjonalista ma aċċettax ir-riżultat u beda moviment ta' diżubbidjenza ċivili.
Il-qtil ta' Raymond Caruana kien il-qofol tal-vjolenza politika fit-tmeninijiet u kien qtil li seħħ f'katina ta' vjolenza politika li kkaratterizzat lil Malta fil-perjodu bejn it-30 ta' Novembru 1986 u t-12 ta' Diċembru 1986.
Fit-30 ta' Novembru, il-Partit Nazzjonalista ma kienx tħalla jagħmel Mass Meeting fiż-Żejtun, u kienet saret ġlieda mal-partitarji Laburisti u l-Pulizija.
Il-vjolenza kompliet fl-1 ta' Diċembru 1986 meta xi partitarji Laburisti f'carcade, waqfu quddiem il-Kazin Nazzjonalista ta' Ħal Tarxien u sparaw tiri ta' sub machine gun lejn il-bieb tal-Każin li kien maghluq.
Il-Qtil
Nhar il-5 ta' Diċembru 1986 filgħaxija grupp ta’ partitarji Nazzjonalisti nġabru fil-Każin tal-Gudja għall-attività soċjali abbinata mal-inawgurazzjoni tal-Każin u l-bidu tal-istaġun tal-Festi tal-Milied.
Kien tard filgħaxija, fi tmiem l-attività li għaliha kellu jattendi wkoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Eddie Fenech Adami, li mit-triq fil-11.15 p.m. għaddiet vettura misjuqa minn numru ta’ partitarji Laburisti u li minnha kienu sparati 13-il tir fi ftit sekondi minn sub-machine gun lejn il-Każin Nazzjonalista, li dak il-ħin kien miftuħ u bid-dawl mixgħul fuq ġewwa. Filwaqt li numru ta’ bullets weħlu fil-ħajt madwar il-bieb tal-Każin, waħda minnhom nifdet il-ħġieġa tal-bieb tal-Każin u laqtet lil Caruana ta' 25 sena, f'wiċċu. Hu miet żvinat fil-Każin.
Ir-Reazzjonijiet
F’diskors li għamel l-għada tal-każ, il-Kap Nazzjonalista Eddie Fenech Adami qal li l-Partit jemmen li dawk li dakinhar sparaw fuq il-Każin tal-Gudja kienu wkoll involuti f’inċidenti oħrajn li seħħew fil-jiem ta' qabel fit-Triq tal-Barrani u fil-Każin Nazzjonalista ta’ Ħal Tarxien. Hu appella wkoll biex il-poplu jibqa’ magħqud u jaħdem għar-rikonċiljazzjoni nazzjonali.
Funeral
Għall-aħħar tislima, li tmexxiet mill-Arċisqof Ġużeppi Mercieca, l-uniku deputat Laburista li kien ħa sehem kien Joe Brincat. Missieru, Ġużeppi, kien qal "Jekk il-mewt tat-tifel tiegħi isservi għall-paċi, aħjar miet hu biss inkella jmutu ħafna".
Frame-up
Ftit jiem wara sar frame-up biex iwaħħlu fl-attivist Nazzjonalista Pietru Pawl Busuttil minn Ħal Safi, li mbagħad irriżulta fil-Qorti, li qatt ma kellu x’jaqsam mal-isparatura li biddlet l-istorja politika ta’ pajjiżna. Is-submachine gun li ntuża tpoġġa fir-razzett ta' Busuttil minn partitarji laburisti bl-għajnuna ta' uffiċjali korrotti tal-Pulizija. L-arma kienet instabet fi tfittxija suspettuża u kontroversjali li wettqu l-istess Pulizija fir-razzett tiegħu.
Fil-Qorti Pietru Pawl Busuttil kien liberat minn kull akkuza u l-Qorti kkonfermat li fil-konfront tiegħu kien sar frame-up.
Investigazzjonijiet
Investigazzjonijiet li saru taħt Gvern Nazzjonalista wasslu biex fl-24 ta’ Diċembru tal-1990, Nicholas Ellul magħruf bħala “ċ-Ċaqwes” kien tressaq il-Qorti akkużat bil-qtil ta’ Caruana, wara li ġie identifikat bħala s-sid tas-submachine gun. Minkejja dan, ix-xhieda tiegħu qatt ma nstemgħet, għax qabel beda l-ġuri tiegħu, laħaq miet b’overdose ta’ droga fl-2001.
Fl-1997, Ġanni Psaila (il-Pupa), eks-bully tal-Partit Laburista xehed fil-Qorti li ex-sieħbu u bully, Karmenu Farrugia (il-Botom) kien fetaħ in-nar fil-każin tal-PN f’Ħal Tarxien. Dan kien inċident separat iżda relatat, li seħħ erbat ijiem qabel il-qtil ta’ Raymond Caruana; peress li investigazzjoni li saret aktar tard stabbilixxiet li t-tiri sparati lejn il-każin tal-PN f’Ħal Tarxien, ġew mill-istess submachine gun li kien intuża biex ġew sparati t-tiri lejn il-każin tal-PN fil-Gudja. Farrugia ċaħad l-allegazzjoni. Għaxar xhur wara, fis-sebħ tas-26 ta’ Novembru 1997 ta’ dik l-istess sena, Psaila miet wara li waqa’ minn fuq xaft ta’ bini waqt li allegatament kien qed jisraq bar f’Birżebbuġa.
Ġew investigati wkoll Anthony Carabott (It-Toto), Edwin Bartolo (il-Qaħbu) u Michael Spiteri (il-Qattus), iżda l-allegazzjonijiet kontrihom qatt ma ġew issustanzjati. Carabott li żamm l-innoċenza tiegħu matul is-snin, fl-2015 iddikjara li kien ikkunsidrat bħala suspettat minħabba l-fatt li l-Land Rover li kienet misjuqa waqt il-qtil kienet tiegħu.
Il-każ baqa' mhux solvut.
Tifkira
Il-Partit Nazzjonalista għadu jfakkar kull sena il-qtil ta' Caruana b'quddiesa u bi tqegħid ta' kuruni ta' fjuri fuq il-qabar tiegħu fiċ-ċimiterju tal-Gudja.
Partit Laburista
Nhar it-3 ta'Diċembru 2016, il-Prim Ministru Laburista Joseph Muscat żar il-qabar ta' Caruana. Xi żmien qabel kien iltaqa' mal-qraba tiegħu.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Raymond Caruana, X'inhi Raymond Caruana? Xi tfisser Raymond Caruana?
Raymond Caruana 9 ta Mejju 1960 5 ta Diċembru 1986 kien zagħzugħ li nqatel fil Kazin Nazzjonalista tal Gudja wara tiri sparati fid direzzjoni tal Kazin Raymond CaruanaĦajjaTwelid 9 Mejju 1960Nazzjonalita MaltaMewt 5 Diċembru 1986Kawza tal mewt OkkupazzjoniOkkupazzjoniDan l artiklu għandu bzonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il fatti u perspettivi dwar is suġġett Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l artiklu skont il konvenzjonijiet tal Wikipedija Kuntest storikuFl elezzjonijiet ġenerali tal 1981 il Partit Laburista ġab maġġoranza ta siġġijiet izda mhux ta voti Il Partit Nazzjonalista ma aċċettax ir rizultat u beda moviment ta dizubbidjenza ċivili Il qtil ta Raymond Caruana kien il qofol tal vjolenza politika fit tmeninijiet u kien qtil li seħħ f katina ta vjolenza politika li kkaratterizzat lil Malta fil perjodu bejn it 30 ta Novembru 1986 u t 12 ta Diċembru 1986 Fit 30 ta Novembru il Partit Nazzjonalista ma kienx tħalla jagħmel Mass Meeting fiz Zejtun u kienet saret ġlieda mal partitarji Laburisti u l Pulizija Il vjolenza kompliet fl 1 ta Diċembru 1986 meta xi partitarji Laburisti f carcade waqfu quddiem il Kazin Nazzjonalista ta Ħal Tarxien u sparaw tiri ta sub machine gun lejn il bieb tal Kazin li kien maghluq Il QtilNhar il 5 ta Diċembru 1986 filgħaxija grupp ta partitarji Nazzjonalisti nġabru fil Kazin tal Gudja għall attivita soċjali abbinata mal inawgurazzjoni tal Kazin u l bidu tal istaġun tal Festi tal Milied Kien tard filgħaxija fi tmiem l attivita li għaliha kellu jattendi wkoll il Kap tal Partit Nazzjonalista Eddie Fenech Adami li mit triq fil 11 15 p m għaddiet vettura misjuqa minn numru ta partitarji Laburisti u li minnha kienu sparati 13 il tir fi ftit sekondi minn sub machine gun lejn il Kazin Nazzjonalista li dak il ħin kien miftuħ u bid dawl mixgħul fuq ġewwa Filwaqt li numru ta bullets weħlu fil ħajt madwar il bieb tal Kazin waħda minnhom nifdet il ħġieġa tal bieb tal Kazin u laqtet lil Caruana ta 25 sena f wiċċu Hu miet zvinat fil Kazin Ir ReazzjonijietF diskors li għamel l għada tal kaz il Kap Nazzjonalista Eddie Fenech Adami qal li l Partit jemmen li dawk li dakinhar sparaw fuq il Kazin tal Gudja kienu wkoll involuti f inċidenti oħrajn li seħħew fil jiem ta qabel fit Triq tal Barrani u fil Kazin Nazzjonalista ta Ħal Tarxien Hu appella wkoll biex il poplu jibqa magħqud u jaħdem għar rikonċiljazzjoni nazzjonali FuneralGħall aħħar tislima li tmexxiet mill Arċisqof Ġuzeppi Mercieca l uniku deputat Laburista li kien ħa sehem kien Joe Brincat Missieru Ġuzeppi kien qal Jekk il mewt tat tifel tiegħi isservi għall paċi aħjar miet hu biss inkella jmutu ħafna Frame upFtit jiem wara sar frame up biex iwaħħlu fl attivist Nazzjonalista Pietru Pawl Busuttil minn Ħal Safi li mbagħad irrizulta fil Qorti li qatt ma kellu x jaqsam mal isparatura li biddlet l istorja politika ta pajjizna Is submachine gun li ntuza tpoġġa fir razzett ta Busuttil minn partitarji laburisti bl għajnuna ta uffiċjali korrotti tal Pulizija L arma kienet instabet fi tfittxija suspettuza u kontroversjali li wettqu l istess Pulizija fir razzett tiegħu Fil Qorti Pietru Pawl Busuttil kien liberat minn kull akkuza u l Qorti kkonfermat li fil konfront tiegħu kien sar frame up InvestigazzjonijietInvestigazzjonijiet li saru taħt Gvern Nazzjonalista wasslu biex fl 24 ta Diċembru tal 1990 Nicholas Ellul magħruf bħala ċ Ċaqwes kien tressaq il Qorti akkuzat bil qtil ta Caruana wara li ġie identifikat bħala s sid tas submachine gun Minkejja dan ix xhieda tiegħu qatt ma nstemgħet għax qabel beda l ġuri tiegħu laħaq miet b overdose ta droga fl 2001 Fl 1997 Ġanni Psaila il Pupa eks bully tal Partit Laburista xehed fil Qorti li ex sieħbu u bully Karmenu Farrugia il Botom kien fetaħ in nar fil kazin tal PN f Ħal Tarxien Dan kien inċident separat izda relatat li seħħ erbat ijiem qabel il qtil ta Raymond Caruana peress li investigazzjoni li saret aktar tard stabbilixxiet li t tiri sparati lejn il kazin tal PN f Ħal Tarxien ġew mill istess submachine gun li kien intuza biex ġew sparati t tiri lejn il kazin tal PN fil Gudja Farrugia ċaħad l allegazzjoni Għaxar xhur wara fis sebħ tas 26 ta Novembru 1997 ta dik l istess sena Psaila miet wara li waqa minn fuq xaft ta bini waqt li allegatament kien qed jisraq bar f Birzebbuġa Ġew investigati wkoll Anthony Carabott It Toto Edwin Bartolo il Qaħbu u Michael Spiteri il Qattus izda l allegazzjonijiet kontrihom qatt ma ġew issustanzjati Carabott li zamm l innoċenza tiegħu matul is snin fl 2015 iddikjara li kien ikkunsidrat bħala suspettat minħabba l fatt li l Land Rover li kienet misjuqa waqt il qtil kienet tiegħu Il kaz baqa mhux solvut TifkiraIl Partit Nazzjonalista għadu jfakkar kull sena il qtil ta Caruana b quddiesa u bi tqegħid ta kuruni ta fjuri fuq il qabar tiegħu fiċ ċimiterju tal Gudja Partit LaburistaNhar it 3 ta Diċembru 2016 il Prim Ministru Laburista Joseph Muscat zar il qabar ta Caruana Xi zmien qabel kien iltaqa mal qraba tiegħu