Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  Türkiyə
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Birżebbuġa hi lokalità b populazzjoni ta 10 000 ruħ fuq in naħa tan Nofsinhar tal Bajja ta Marsaxlokk Birżebbuġa MaltaAm

Birżebbuġa

  • Paġna Ewlenija
  • Birżebbuġa
Birżebbuġa
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Birżebbuġa hi lokalità b'populazzjoni ta' 10,000 ruħ fuq in-naħa tan-Nofsinhar tal-Bajja ta' Marsaxlokk.

Birżebbuġa
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaReġjun tan-Nofsinnhar
Ismijiet oriġinali Birżebbuġa
Kodiċi postali BBĠ
Ġeografija
Koordinati 35°49′36″N 14°31′40″E / 35.8267°N 14.5278°E / 35.8267; 14.5278Koordinati: 35°49′36″N 14°31′40″E / 35.8267°N 14.5278°E / 35.8267; 14.5278
Birżebbuġa
Birżebbuġa (Malta)
Superfiċjenti 9.2 kilometru kwadru
Għoli 20 m
Demografija
Popolazzjoni 9,736 abitanti (31 Marzu 2014)
birzebbugalc.gov.mt

Din il-lokalità hi magħrufa għall-fossili li nstabu f'Għar Dalam, għar qrib Birżebbuġa. Il-knisja parrokkjali ta' Birżebbuġa hija ddedikata lil San Pietru fil-Ktajjen.

Arma

L-arma ta' Birżebbuġa turi forma ta' 'V' blu u fergħa taż-żebbuġ blu fuq sfond abjad. Il-blu jirappreżenta l-baħar u ż-żebbuġa tindika minn fejn ġej l-isem ta' din il-lokalità.

Il-motto tar-raħal huwa Pax Salus Que Omnibus (Paċi u Saħħa lil Kulħadd).

Storja

Għall-ħabta tal-bidu tas-seklu għoxrin dawn l-inħawi bdew ikunu abitati minn mijiet ta' nies speċjalment fis-sajf, minħabba l-bajjiet tar-ramel, magħrufa bħala l-Bajja s-Sabiħa u l-Bajja ta’ San Ġorġ, ħajru lil ħafna nies biex immorru jgħixu hemm, l-aktar fix-xhur tas-sajf.  Madankollu, Birżebbuġa u l-madwar kienu ilhom abitati mill-bniedem għal bosta eluf ta’ snin. Il-lokalità ta' Birżebbuġa saret parroċċa fl-1913.

L-isem ta' din il-lokalità jindika li hawn kien post tajjeb biex jirgħu il-bhejjem, għax il-prefiss ‘bir’ ġej minn bur (plural bwar), post fejn jikbru l-pjanti u fejn jirgħu l-merħliet. Il-parti l-oħra tal-isem jagħti ħjiel li hawn kienu jikbru jew jitkabbru s-siġar taż-żebbuġ.

Hekk kif wieħed jasal biex jidħol f'din il-lokalità mal-liwja tal-Bajja ta' San Ġorġ, hemm kappella li tmur lura sas-seklu sbatax. Din hi ddedikata lil San Ġorġ. Ma' din id-dawra, darba ma kienx hawn triq asfaltata bħal ma hemm illum. Minflok, it-triq li tilwi lejn Birżebbuġa kienet tgħaddi minn fuq l-għolja, sewwa sew tħaxken quddiem il-kappella żgħira. Imbagħad, it-triq kienet tinżel għal qrib il-baħar fil-bajja fejn sa żmien ilu kien aktar qisu art mistagħdra.

L-għolja ta' ħdejn il-kappella hi magħrufa bħala Borġ in-Nadur. Hawn jinsabu l-fdalijiet ta' tempju megalitiku li jmur lura daqs tlett elef sena qabel Kristu. Imbagħad daqs tefa' ta' gebla 'l bogħod, fuq l-istess għolja, naraw ħaġar qadim ieħor, din id-darba f'forma ta' ħajt tas-sejjieħ, biss magħmul minn ċnagen kbar maqtugħa u mqegħda fuq xulxin. Dan kien iservi bħala ħajt ta' difiża, li n-nies ta' madwar 1,500 sena qabel Kristu bnew biex jipproteġihom minn baħħara li setgħu jiżbarkaw għall-għarrieda fil-bajja ta’ San Ġorġ. L-abitanti ta' dan ir-raħal ċkejken kienu jabitaw dawn l-inħawi matul Żmien il-Bronż; dawn kienu nies li raw jasal fi tmiem tiegħu l-perijiodu preistoriku ta' Malta, qabel il-wasla tal-Feniċi.

X'aktarx kien l-istess ġens ta' nies li qatta' r- li hemm max-xatt ta' quddiem il-Kappella ta' San Ġorġ. Dawn ir-raddi jinżlu taħt il-baħar, u sa żmien ilu wieħed kien jista' jarahom ifiġġu n-naħa l-oħra tal-istess bajja, fejn illum hemm xatt miksi bil-konkos fin-naħa tal-Qajjenza.

Qrib sew ta' dawn ir-raddi fuq l-istess blat mad-dawra, hemm ħofor, li kull waħda minnhom fiha daqs metru fond. L-istudjużi jaħsbu li dawn il-ħofor kienu jservu bħala fosos tal-qamħ. Minn dawn il-ħofor hemm daqs sitta, u xi wħud minnhom illum mikula u mgħottija bl-ilma baħar. Biex il-ħofor setgħu jintużaw għall-iskop tagħhom, bilfors li fi żmienhom il-baħar kien ħafna aktar baxx milli hu llum. Ir-raddi ta' ħdejhom xi darba wkoll kienu jaqsmu l-bajja fuq blat sod mingħajr ma jmissu mal-ilma. Kemm ir-raddi kif ukoll il- qegħdin jindikaw biċ-ċar li l-livell tal-baħar illum hu ħafna aktar ogħla minn kif kien daqs tlett elef sena ilu.

Aktar ‘il fuq minn din il-bajja, fit-triq prinċipali li minnha wieħed jgħaddi biex iħalli Birżebbuġa warajh, man-naħa tax-xellug hemm Wied Dalam. Daqs tliet mitt metru ’l fuq hemm mużew li wieħed jista’ jżur biex wara jinżel fil-wied u jidħol f’Għar Dalam. Fuq l-għolja, fuq ix-xaqliba l-oħra tal-wied, hemm il-fdalijiet ta' Rumana, sit arkeoloġiku li fi żmienu kien iservi ta’ razzett u art agrikola. Għad hemm bosta ġebel u trinek li jindikaw iż-żmien meta din il-villa ntużat mill-bdiewa. Hemm ukoll ċisterna fonda maqtugħa fil-blat qrib l-istess fdalijiet. Il-kobor ta' din iċ-ċisterna hu impressjonanti hu ta' xi għaxar metri u jagħti wieħed x'jifhem li hawn kien hawn ħażna kbira tal-ilma.

Bla dubju l-aqwa u l-eqdem monument storiku ta' dawn l-inħawi hu Għar Dalam. Dan għaliex fih instabu l-fdalijiet ta' annimali li għexu f'Malta madwar 20,000 sa 150,000 sena ilu. F'dan l-istess perjodu, minn żmien għall-ieħor, kienu jersqu lejn Malta, annimali li llum ma nsibuhomx jgħixu aktar f’din il-gżira. Dawn kienu iljunfanti, , kif ukoll annimali li ġew wara żmienhom, bħal ċriev, orsijiet, ilpup u ħafna oħrajn. Dan ifisser li dak iż-żmien, Malta kienet magħquda ma' Sqallija, għax annimali bħal dawn instabu hemm ukoll. Sqallija hi daqs 90 kilometru 'l bogħod u meta dawn il-merħliet ta' annimali preistoriċi qasmu lejn Malta, il-baħar bejn Malta u Sqallija ma kienx jeżisti.

Kappelli

Kappelli fir-raħal ta' Birżebbuġa:

  1. il-Kappella ta' San Ġorġ Martri (għall-ħabta tal-1565);
  2. il-Kappella tal-Immakkulata Kunċizzjoni f'Bengħisa (1822);
  3. il-Kappella tal-Għajnuna tal-Insara (1830);
  4. il-Kappella tas-Sagra Familja (1865);
  5. il-Kappella ta' San Ġużepp (1871);
  6. il-Kappella ta' Marija Addolorata (1907), li serviet ta' parroċċa sal-1937;
  7. il-Kappella tar-Ragħaj it-Tajjeb (is-snin 80 tas-seklu 20)

Il-Parroċċa ta' Birżebbuġa hija waħda mis-sitta li ħarġu minn dik tal-Gudja u twaqqfet mill-Isqof Pietru Pace nhar id-9 ta' Settembru 1913 taħt it-titlu ta' Marija Addolorata. Kienet xewqa personali tal-Isqof Mauro Caruana li l-knisja l-ġdida li bdiet tinbena fl-1926 tkun iddedikata lil San Pietru fil-Ktajjen. Fl-1937, il-parroċċa ġiet trasferita mill-knisja l-antika tad-Duluri għall-knisja l-ġdida ta’ San Pietru fil-Ktajjen, u minn dik is-sena bdiet tiġi ċċelebrata l-festa titulari ta' dan il-qaddis f'kull l-ewwel Ħadd ta' Awwissu.

Matul dawn l-aħħar għoxrin sena, f'din il-lokalità kien hawn influss kbir ta' abitanti permanenti. Dan wassal biex din il-lokalità kibret sostanzjalment. Illum, il-popolazzjoni ta' Birżebbuġa tlaħħaq madwar 10,000 ruħ. Il-kappillan preżenti huwa r-Rev. Kan. Dun Anton Galea-Scannura.

Żoni f'Birżebbuġa

Apparti ċ-ċentru ta' Birżebbuġa madwar il-knisja parrokjali, insibu diversi żoni mxerrda mar-raħal, fosthom:

  1. Il-Qajjenza
  2. Tal-Papa
  3. Bengħisa
  4. il-Brolli
  5. Kalafrana
  6. Ħal Far

Biex tasal f'din il-lokalità bit-trasport pubbliku, wieħed jista' jaqbad il-karozza numru 82 (tgħaddi ukoll fiż-żona tal-Papa), X4 (tgħaddi ukoll fiż-żona ta' u diretta għall-ajruport), 210 (mill-Isptar Mater Dei u tgħaddi miż-Żejtun).

Każini tal-Banda

F'Birżebbuġa hemm żewġ każini tal-Banda:

  1. Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen, 1957
  2. Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa, 1990

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 10 Ġun, 2025 / 02:09

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Birżebbuġa, X'inhi Birżebbuġa? Xi tfisser Birżebbuġa?

Birzebbuġa hi lokalita b populazzjoni ta 10 000 ruħ fuq in naħa tan Nofsinhar tal Bajja ta Marsaxlokk Birzebbuġa MaltaAmministrazzjoniStat sovranMaltaReġjuni ta MaltaReġjun tan NofsinnharIsmijiet oriġinali BirzebbuġaKodiċi postali BBĠĠeografijaKoordinati 35 49 36 N 14 31 40 E 35 8267 N 14 5278 E 35 8267 14 5278 Koordinati 35 49 36 N 14 31 40 E 35 8267 N 14 5278 E 35 8267 14 5278BirzebbuġaBirzebbuġa Malta Superfiċjenti 9 2 kilometru kwadruGħoli 20 mDemografijaPopolazzjoni 9 736 abitanti 31 Marzu 2014 birzebbugalc gov mt Din il lokalita hi magħrufa għall fossili li nstabu f Għar Dalam għar qrib Birzebbuġa Il knisja parrokkjali ta Birzebbuġa hija ddedikata lil San Pietru fil Ktajjen ArmaL arma ta Birzebbuġa turi forma ta V blu u fergħa taz zebbuġ blu fuq sfond abjad Il blu jirapprezenta l baħar u z zebbuġa tindika minn fejn ġej l isem ta din il lokalita Il motto tar raħal huwa Pax Salus Que Omnibus Paċi u Saħħa lil Kulħadd StorjaGħall ħabta tal bidu tas seklu għoxrin dawn l inħawi bdew ikunu abitati minn mijiet ta nies speċjalment fis sajf minħabba l bajjiet tar ramel magħrufa bħala l Bajja s Sabiħa u l Bajja ta San Ġorġ ħajru lil ħafna nies biex immorru jgħixu hemm l aktar fix xhur tas sajf Madankollu Birzebbuġa u l madwar kienu ilhom abitati mill bniedem għal bosta eluf ta snin Il lokalita ta Birzebbuġa saret parroċċa fl 1913 L isem ta din il lokalita jindika li hawn kien post tajjeb biex jirgħu il bhejjem għax il prefiss bir ġej minn bur plural bwar post fejn jikbru l pjanti u fejn jirgħu l merħliet Il parti l oħra tal isem jagħti ħjiel li hawn kienu jikbru jew jitkabbru s siġar taz zebbuġ Hekk kif wieħed jasal biex jidħol f din il lokalita mal liwja tal Bajja ta San Ġorġ hemm kappella li tmur lura sas seklu sbatax Din hi ddedikata lil San Ġorġ Ma din id dawra darba ma kienx hawn triq asfaltata bħal ma hemm illum Minflok it triq li tilwi lejn Birzebbuġa kienet tgħaddi minn fuq l għolja sewwa sew tħaxken quddiem il kappella zgħira Imbagħad it triq kienet tinzel għal qrib il baħar fil bajja fejn sa zmien ilu kien aktar qisu art mistagħdra L għolja ta ħdejn il kappella hi magħrufa bħala Borġ in Nadur Hawn jinsabu l fdalijiet ta tempju megalitiku li jmur lura daqs tlett elef sena qabel Kristu Imbagħad daqs tefa ta gebla l bogħod fuq l istess għolja naraw ħaġar qadim ieħor din id darba f forma ta ħajt tas sejjieħ biss magħmul minn ċnagen kbar maqtugħa u mqegħda fuq xulxin Dan kien iservi bħala ħajt ta difiza li n nies ta madwar 1 500 sena qabel Kristu bnew biex jipproteġihom minn baħħara li setgħu jizbarkaw għall għarrieda fil bajja ta San Ġorġ L abitanti ta dan ir raħal ċkejken kienu jabitaw dawn l inħawi matul Zmien il Bronz dawn kienu nies li raw jasal fi tmiem tiegħu l perijiodu preistoriku ta Malta qabel il wasla tal Feniċi X aktarx kien l istess ġens ta nies li qatta r li hemm max xatt ta quddiem il Kappella ta San Ġorġ Dawn ir raddi jinzlu taħt il baħar u sa zmien ilu wieħed kien jista jarahom ifiġġu n naħa l oħra tal istess bajja fejn illum hemm xatt miksi bil konkos fin naħa tal Qajjenza Qrib sew ta dawn ir raddi fuq l istess blat mad dawra hemm ħofor li kull waħda minnhom fiha daqs metru fond L istudjuzi jaħsbu li dawn il ħofor kienu jservu bħala fosos tal qamħ Minn dawn il ħofor hemm daqs sitta u xi wħud minnhom illum mikula u mgħottija bl ilma baħar Biex il ħofor setgħu jintuzaw għall iskop tagħhom bilfors li fi zmienhom il baħar kien ħafna aktar baxx milli hu llum Ir raddi ta ħdejhom xi darba wkoll kienu jaqsmu l bajja fuq blat sod mingħajr ma jmissu mal ilma Kemm ir raddi kif ukoll il qegħdin jindikaw biċ ċar li l livell tal baħar illum hu ħafna aktar ogħla minn kif kien daqs tlett elef sena ilu Aktar il fuq minn din il bajja fit triq prinċipali li minnha wieħed jgħaddi biex iħalli Birzebbuġa warajh man naħa tax xellug hemm Wied Dalam Daqs tliet mitt metru l fuq hemm muzew li wieħed jista jzur biex wara jinzel fil wied u jidħol f Għar Dalam Fuq l għolja fuq ix xaqliba l oħra tal wied hemm il fdalijiet ta Rumana sit arkeoloġiku li fi zmienu kien iservi ta razzett u art agrikola Għad hemm bosta ġebel u trinek li jindikaw iz zmien meta din il villa ntuzat mill bdiewa Hemm ukoll ċisterna fonda maqtugħa fil blat qrib l istess fdalijiet Il kobor ta din iċ ċisterna hu impressjonanti hu ta xi għaxar metri u jagħti wieħed x jifhem li hawn kien hawn ħazna kbira tal ilma Bla dubju l aqwa u l eqdem monument storiku ta dawn l inħawi hu Għar Dalam Dan għaliex fih instabu l fdalijiet ta annimali li għexu f Malta madwar 20 000 sa 150 000 sena ilu F dan l istess perjodu minn zmien għall ieħor kienu jersqu lejn Malta annimali li llum ma nsibuhomx jgħixu aktar f din il gzira Dawn kienu iljunfanti kif ukoll annimali li ġew wara zmienhom bħal ċriev orsijiet ilpup u ħafna oħrajn Dan ifisser li dak iz zmien Malta kienet magħquda ma Sqallija għax annimali bħal dawn instabu hemm ukoll Sqallija hi daqs 90 kilometru l bogħod u meta dawn il merħliet ta annimali preistoriċi qasmu lejn Malta il baħar bejn Malta u Sqallija ma kienx jezisti KappelliKappelli fir raħal ta Birzebbuġa il Kappella ta San Ġorġ Martri għall ħabta tal 1565 il Kappella tal Immakkulata Kunċizzjoni f Bengħisa 1822 il Kappella tal Għajnuna tal Insara 1830 il Kappella tas Sagra Familja 1865 il Kappella ta San Ġuzepp 1871 il Kappella ta Marija Addolorata 1907 li serviet ta parroċċa sal 1937 il Kappella tar Ragħaj it Tajjeb is snin 80 tas seklu 20 Il Parroċċa ta Birzebbuġa hija waħda mis sitta li ħarġu minn dik tal Gudja u twaqqfet mill Isqof Pietru Pace nhar id 9 ta Settembru 1913 taħt it titlu ta Marija Addolorata Kienet xewqa personali tal Isqof Mauro Caruana li l knisja l ġdida li bdiet tinbena fl 1926 tkun iddedikata lil San Pietru fil Ktajjen Fl 1937 il parroċċa ġiet trasferita mill knisja l antika tad Duluri għall knisja l ġdida ta San Pietru fil Ktajjen u minn dik is sena bdiet tiġi ċċelebrata l festa titulari ta dan il qaddis f kull l ewwel Ħadd ta Awwissu Matul dawn l aħħar għoxrin sena f din il lokalita kien hawn influss kbir ta abitanti permanenti Dan wassal biex din il lokalita kibret sostanzjalment Illum il popolazzjoni ta Birzebbuġa tlaħħaq madwar 10 000 ruħ Il kappillan prezenti huwa r Rev Kan Dun Anton Galea Scannura Zoni f BirzebbuġaIl Parroċċa ta Birzebbuġa Apparti ċ ċentru ta Birzebbuġa madwar il knisja parrokjali insibu diversi zoni mxerrda mar raħal fosthom Il Qajjenza Tal Papa Bengħisa il Brolli Kalafrana Ħal Far Biex tasal f din il lokalita bit trasport pubbliku wieħed jista jaqbad il karozza numru 82 tgħaddi ukoll fiz zona tal Papa X4 tgħaddi ukoll fiz zona ta u diretta għall ajruport 210 mill Isptar Mater Dei u tgħaddi miz Zejtun Kazini tal BandaF Birzebbuġa hemm zewġ kazini tal Banda Għaqda Muzikali San Pietru fil Ktajjen 1957 Soċjeta Filarmonika San Pietru Banda Birzebbuġa 1990

L-aħħar artikli
  • Ġunju 09, 2025

    Johann Wolfgang von Goethe

  • Ġunju 09, 2025

    Johann Sebastian Bach

  • Ġunju 09, 2025

    Johann Christian Bach

  • Ġunju 11, 2025

    Journal de Malte

  • Ġunju 07, 2025

    Iżlam Sunni

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq