Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Sqallija Sicilia hija l ikbar gżira fil Baħar Mediterran flimkien mal gżejjer minuri tal madwar Din il gżira hija awtono

Sqallija

  • Paġna Ewlenija
  • Sqallija
Sqallija
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Sqallija (Sicilia) hija l-ikbar gżira fil-Baħar Mediterran, flimkien mal-gżejjer minuri tal-madwar. Din il-gżira hija awtonoma però tifforma parti mill-peniżola Taljana, allura nistgħu ngħidu li tista' titqies bħala wieħed mir-reġjuni tal-Italja minkejja l-fatt li hija gżira b'kultura kemxejn differenti. Sqallija tinsab fiċ-ċentru tal-baħar Mediterran, il-gżira testendi mill-ponta tal-peniżola ta' Apennini, li hija separata biss mit-triq id-dejqa li taqsam il-lokalità ta' Messina, u tibqa' sejra lejn il-kosta tat-tramuntana tal- kontinent Afrikan.

Sqallija Sicilia (it)
Amministrazzjoni
Pajjiż Italja
Kapital Palermo
Muniċipalitajiet 390
President
Demografija
Popolazzjoni 4,785,338 abitant (2024)
Densità 186 abitant/km2
Lingwi uffiċjali Taljan u Sqalli
Ġeografija
Żona 2,570,900 ettaru = 25,709 km2
Mixxellanji
Innu

Madreterra

Mappa
Websajt https://www.regione.sicilia.it

L-iktar aspett monumentali ta' dan il-pajjiż huwa mingħajr ebda dubju, il-vulkan tal-Etna, li huwa 3,320 metru 'l fuq mil-livell tal-art, vulkan grandjuż li jġorr it-titlu bħala l-iktar vulkan attiv fl-Ewropa u fid-dinja. Il-gżira tipposjedi klima tipikament Mediterranja. L-eqdem evidenza arkeoloġika ta' abitazzjoni umana tmur lura għat-8,000 sena QK. Madwar is-sena 750 QK, Sqallija saret kolonja Griega u hija fruntiera li rat bosta battalji storiċi, hawnhekk qiegħed nirreferi direttament għall-gwerer Griegi-Puniċi u Rumani-Puniċi li ġew miġġielda tul medda ta' 600 sena. Il-vittorja ta' dawn il-gwerer Puniċi kienet tar-Rumani, rebħa li wasslet għad-distruzzjoni tal-belt ta' Kartaġni. Wara l-waqgħa tal-imperu Ruman fil-ħamest seklu wara kristu, Sqallija ġiet maħkuma minn bosta ġnus barranin, u matul il-medju-evu din il-gżira ġiet maħkuma mill-Vandali,mill-Ostrogoti,mill-Biżantini, mill-Għarab u fl-aħħar mill-aħħar min-Normanni.

Iktar 'il quddiem ġie fformat, dak li beda jissejjaħ ir-renju ta' Sqallija, li dam bejn l-1130 u l-1816. Dan issubordina l-kuruni ta' Aragona, ta' Spanja, tal-imperu Ruman sakemm fl-aħħar ingħaqdu taħt il-Burboni ma' Napli bħala r-renju taż-żewġ Sqallijiet. Flimkien ma' espedizzjoni ta' elf ruħ, Giuseppe Garibaldi ddirieġa r-rivolta matul il-proċess tal-unifikazzjoni Taljana, u minn dakinhar Sqallija bdiet tiġi kkunsidrata bħal parti mill-Italja, proprju fl-1860 eżattament wara li ġie żvelat ir-riżultat tar-referendum. Wara t-twelid tar-Repubblika Taljana fl-1946, Sqallija ngħatat l-istatus speċjali bħala reġjun awtonomu. Sqallija għandha kultura unika u rikka, speċjalment f'dak kollu li għandu x'jaqsam mal-arti, mal-mużika, mal-letteratura, mal-kċina u mal-arkitettura. Sqallija tagħti importanza lis-siti qodma kif ukoll dawk arkeoloġiċi, ngħidu aħna bħan-Nekropoli ta' Pantalica, il-wied tat-tempji u Selinunte.

Ġeografija

Meta wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn Sqallija għandu jinnota l-forma trijangolari tal-gżira. Forma speċjali li nnominata Trinacria, kelma arkajka li hija ġejja mill-Grieg Treis 'Tlieta',u akra 'ġejja għall-ponta'. Il-gżira hija mbiegħda mir-reġjun Taljan tal-Kalabrija permezz tal-istrett ta' Messina, li huwa ta' madwar 3 kilometri wiesgħa lejn it-tramuntana, u xi 16-il kilometru lejn il-parti tan-nofsinhar. Ix-xtajtiet tat-tramuntana u tan-nofsinhar huma ta' xi 280 kilometru tul, mentri t-tul tal-kosta tal-lvant huwa ta' 180 kilometru, l-istima tad-daqs tal-kosta kollha huwa ta' 1,484 kilometru. Iż-żona totali tal-gżira huwa ta' 25,711-il kilometru kwadru, però r-reġjun awtonimu ta' Sqallija (li jinkludi l-gżejjer iż-żgħar tal-madwar) jkopri ż-żona ta' 27,708 kilometru kwadru.

Il-maġġor parti tal-art innata ta' Sqallija hija miksija bl-għoljiet, u ġiet ikkultivata mill-bniedeim ,dejjem fejn kien possibbli. Matul il-kosta tat-tramuntana, id-diversi muntanji ta' Madonie (2000 metru), ta' Nebrodi (1800 metru) u ta' Pelotani (1300 metru) jirrappreżentaw l-estenzjoni tal-art prinċipali ta' Appennines. Id-dawra tal-vulkan Etna tiddomina fuq il-kosta tal-lvant. Lejn ix-xlokk wieħed jista' josserva l-muntanji l-baxxi tal-Hyblaean (1000 metru) Il-minjieri tad-distrett ta' Enna u ta' Kaltanissetta kienu użati bħala żoni minn fejn seta' jinġieb is-sulfur matul is-seklu 19, però dan is-sors naqas sewwa mal-ħamsinijiet tas-seklu 20.

Sqallija u l-gżejjer iż-żgħar li jiċċirkondawha jipposjedu bosta vulkani attivi. Meta wieħed jitkellem rigward is-suġġett tant interessanti tal-vulkani tal-Mediterran, żgur li ma jistax jinsa 'l vulkan Etna, b'għoli li jlaħħaq mat-3,320 metru. L-Etna jġorr it-titlu tal-ogħla vulkan attiv fl-Ewropa u saħansitra fid-dinja wkoll. Il-gżejjer ta' Aeolian fil-baħar Tirren, li jinsabu lejn il-grigal ta' Sqallija, jesebixxu kumplessità vulkanika fejn inkluż hemm Stromboli. Bħalissa l-vulkani attivi huma t-tliet vulkani ta' Vulcano Vulcanello u dak ta' Lipari, li s-soltu huwa deskritt bħala vulkan inattiv. 'Il barra mill-kosta tan-nofsinhar ta' Sqallija wieħed jista' faċilment isib il-vulkan ta' taħt il-livell tal-ilma li jġib l-isem ta' Ferdinadea, vulkan li ilu ma jiżbroffa sa mill-1831. Dan il-vulkan jinsab bejn il-kosta ta' Agrigento u l-gżira ta' Pantellerija (li hija meqjusa bħala vulkan inattiv ukoll) fuq iż-żona Phlegraean tal-istrett ta' Sqallija. Dan ir-reġjun awtonimu jinkludi wkoll bosta gżejjer ġirien, dawn huma: il-gżejjer ta' Aegadian, il-gżejjer ta' Aeolian, Il-gżira vulkanika ta' Pantellerija u Lampedusa.

  • The

Klima

Sqallija tipposjedi klima tipikament Mediterranja bi xtiewi moderati u mxarrba flimkien ma' sjuf sħan u nexfin li jilqgħu lit-turist vjaġġatur. Skont l-agenzija reġjonali għall-iskart u għall-ilma, fl-10 ta' Awwissu tal-1999 l-istazzjon tat-temp f'Katenanuova (EN) rrekordja t-temperatura estrema ta' 48.5 °C (119 °F), li hija l-ogħla temperatura li qatt ġiet irrekordjata fl-Ewropa permezz ta' strumenti effiċjenti li wieħed jista' joqgħod fuq ir-riżultati miksuba minnhom. Ir-rikordju uffiċjali tal-Ewropa, li ġie mkejjel b'termometri minimi u massimi--huwa rrikonoxxut f'Ateni, il-Greċja hekk kif il-komunikazzjonijiet irrapportaw it-temperatura għolja ta' 48.0 °C (118 °F) fl-1977.

Flora u Fawna

Sqallija hija ta' sikwit deskritta bħala eżempju ċar ta' deforestazzjoni umana, li kienet ipprattikata sa miż-żminijiet Rumani, meta l-gżira ġiet ittrasformata f'reġjun agrikolu. Dan il-fattur beda jbiddel il-klima tal-gżira bilmod il-mod, infatti bdiet nieżla inqas xita u x-xmajjar bdew jinxfu. Din hija r-raġuni 'l għala m'hemmx foresti fil-provinċji taċ-ċentru u tal-ilbiċ. Fit-tramuntana ta' Sqallija wieħed jista' faċilment jilloka tliet foresti importanti. ħdejn il-vulkan Etna, il-muntanji Nebrodi u fir-riserva naturali tal-bosk tal-Ficuzza ħdejn Palermo. Il-park reġjonali tal-muntanji Nebrodi, li ġie stabbilit fl-4 ta' Awwissu tal-1993, bis-86,000 etteri huwa kkunsidrat bħala l-ikbar żona naturali u protetta ta' Sqallija, hawnhekk wieħed jista' jsib ukoll l-ikbar foresta ta' Sqallija, li jisimha l-foresta Karonja, li huwa t-tieni isem li ġie mogħti lill-muntanji Nebrodi. L-ixjaħ siġra li tinsab fuq din il-gżira ċentrali għandha bejn l-2000 u l-4000 sena, din is-siġra tinsab fuq it-triq ta' Linguaglossa f'Sant'Alfio lejn l-lvant tal-vulkan Etna.

Sqallija għandha livell tajjeb ta' Bijodiversità fawnali, Ftit mill-ispeċi li jabitaw fuqha jinkludu: Iċ-Ċirneku tal-Etna, il-volpi, il-ballotra ż-żgħira, il-martora tal-arżnu, iċ-ċerva Roe, il-ħanżir salvaġġ, il-Qanfud, Iż-Żrinġ komuni, l-Ajkla dehbiena u l-Falkun. Kultant Sqallija hija kkunsidrata bħala l-punt fejn bosta speċi huma ristretti milli jemigraw lejn bnadi oltrè. Pereżempju, is-sotto-speċi taċ-ċawla tal-barnuża tirrikorri fi Sqallija, f'Sardinja u f'Korsika biss, infatti din l-ispeċi partikolari ma ssibiex kieku kellek tfittex f'dawk il-pajjiżi li jinsabu lejn in-nofsinhar ta' din il-gżira ċentrali. Ir-riserva naturali ta' Zingaro hija waħda mill-aqwa eżempji ta' abbissi kostali li għadhom ma ġewx mimsusa mill-bniedem.

Storja

Tribujiet Qodma

L-abitanti oriġinali ta' Sqallija kienu maqsumin fi tliet gruppi tal-poplu pre-istoriku tal-Italja. L-iktar grupp prominenti u prekarju minn dawn kien dak tas-Sikani, li kienu miġbura minn Thucydides, jingħad li kien ġej mill-peniżola tal-Iberja. Evidenza storika li hija ta' ċerta importanza hija l-iskoperta tat-tpinġijiet impinġija mis-Sikani fl-għerien li kienu jgħixu fihom. Tpinġijiet li jmorru lura sa tmiem l-epoka tal-Pleistocene, għall-ħabta tas-sena 8,000 QK. Il-miġja tal-ewwel umani hija assoċjata mal-estinzjoni tal-ippopotami nani u tal-iljunfanti nani. Il-poplu Elimjan, maħsub li kien ġej mill-baħar Eġew, kien dak il-poplu, li kien missu jingħaqad fi tribù sabiex jemigra lejn Sqallija u jitħallat mal-popolazzjoni ta' din il-gżira hekk maġġuri fil-Mediterran.

L-iskoperti riċenti tad-dolmens li jinsabu fuq din il-gżira (dawn imorru lura għat-tieni nofs tat-tielet millenju qabel kristu), jidhru li sejrin jiftħu orizzonti ġodda fuq il-panorama kulturali u komposta ta' Sqallija primittiva. Huwa magħruf b'eżattezza li dan ir-reġjun kien għadda minn pre-istorja pjuttost diffiċli, tant li hija missjoni antipatka li timxi wara l-passi tal-popli diversi li segwew 'il xulxin. L-impatt taż-żewġ influwenzi huwa ċar però l-influwenza Ewropea dehret li kienet ġejja mill-majjistral, u l-oħra, influwenza Mediterranja ta' oriġni orjentali.

Għalkemm m'hemm l-ebda prova ta' xi gwerer li setgħu nqalgħu bejn dawn iż-żewġ tribujiet, meta l-Elmjani qagħdu fil-kantuniera majjistra tal-gżira, Is-Siċanjani mxew lejn il-lvant. Mill-art prinċipali tal-Italja, li fuqha kienu jgħixu nies li kienu ġejjin mil-Ligurja, oriġinaw is-Siċili fl-1200 QK, qawwa liema bħala li nfurzat lill-Isqallin jmorru lura lejn Sqallija u joqogħdu f'nofs il-gżira. Gruppi minuri oħra ġewwa l-Italja li qagħdu fi Sqallija kienu l-Awsoni (Gżejjer ta' Aeolian, Milazzo) u l-Morgeti (Morgantina) Hemm bosta studji ta' rekordji ġenetiċi li jirrappreżentaw lill-abitanti li kienu ġejjin minn pajjiżi varji li jmissu mar-reġjun tal-baħar Mediterran, imħallta mal-eqdem abitanti ta' Sqallija. Fosthom kien hemm l-Eġizzjani, il-Feniċi u l-Iberjani. Il-Feniċi kienu abitanti prekarji li ġew qabel il-miġja Griega wkoll.

Il-Perjodu Għarbi (827-1091)

Il-miġja Għarbija fi Sqallija ġabet magħha bosta riformi lill-uċuħ tal-artijiet tar-raba, dan sabiex tkun tista' tiżdied il-produttività u biex jiġi nkoraġġat iż-żamm tal-affarijiet żgħar f'idejn in-nies, toqba għad-dominanza tal-istati llandjati. L-Għarab komplew itejbu s-sistemi tal-irrigazzjoni. Deskrizzjoni ta' Palermo kienet mogħtija minn Ibn Ħawqal, negozjant Għarbi li żar 'il Sqallija fis-sena 950. Lokalità mdawra b'ħitan felħana li ġġib l-isem ta' Al-Ksar (Il-palazz) hija magħrufa bħala ċ-ċentru tal-provinċja ta' Palermo u dan il-fatt għadu jgħodd sal-lum. F'Al-Ksar wieħed jista' jsib il-Moskea ta' nhar il-Ġimgħa fuq is-sit tal-Kon-katidral Ruman. Fil-lokalità ta' Al-Khalisa (Kalsa) wieħed seta' jsib il-palazz, il-banjijiet, il-moskea, l-uffiċċji tal-gvern u l-priġunerija privata. Ibn Ħawqal saħaq li f'dawk iż-żminijiet kien hemm madwar 7,000 biċċier individwali, li kienu qed jbigħu l-prodotti tagħhom f'150 ħanut. Palermo kien maħkum mill-Għarab Aglabiti, però mbagħad beda jiġi meqjus bħala ċ-ċentru tal-emigranti ta' Sqallija, malli waqgħet għal taħt il-palju tal-Fatmidi.

Matul dan ir-renju, seħħew bosta rivolti mill-Isqallin-Biżantini, speċjalement fil-lvant u allura partijiet mill-gżira kienu okkupati mill-ġdid, qabel ma ġew megħluba. Prodotti Agrikoli bħalma huma l-larinġ, il-lumi, il-pistaċċju u l-qasba taz-zokkor inġiebu lejn Sqallija. Taħt il-ħakma Għarbija, il-gżira kienet allejenata fi tliet reġjuni amministrittivi, jew "vals", fejn bejn wieħed u ieħor ikkorrespondew għat-tliet ponot ta' Sqallija: Val ta' Mażara li tinsab lejn il-punent; Val Demone lejn il-Grigal; u Val ta' Noto lejn l-ilbiċ.

Bħad-Dhimmis, l-Insara nattivi (L-ortodossi tal-lvant) kellhom l-għażla libera li jagħżlu r-reliġjon li riedu jipprattikaw huma, iżda l-poplu maħkum ta' Sqallija ried jħallas taxxa speċjali, Il-Ġiżja, u kellu diversi limitazzjonijiet impoġġija fuq l-okkupazzjonijiet tiegħu, l-ilbies u fuq l-abilità li jipparteċipa f'sitwazzjonijiet pubbliċi. Imbagħad l-Emirat ta' Sqallija beda jinqasam fi gruppi intra-dinastiċi u għalhekk dan l-avveniment immarka t-tmiem tar-renju Musulman. Matul dan il-perjodu ta' amalgamazzjoni kulturali kien hemm il-preżenza minuri ta' xi Lhud ukoll.

Il-Perjodu Normann (1061-1194)

Fis-seklu 11, il-qawwiet Taljani rnexxielhom jaħtru lill-merċenarji Normanni mmexxija minn Ruġġieru l-1, sabiex ifittxu jeħilsu lil Sqallija minn taħt id-dominju Għarbi. Wara li rnexxielu jiddomina lil Apulia u lil Kalabrija, huwa mexa 'l quddiem sabiex jokkupa l-provinċja ta' Messina b'armata ta' 700 suldat. Fl-1068, Ruġġieru rnexxielu joħroġ vittorjuż kontra l-qawwiet Misilmin f'Misilieri, però l-iktar kunflitt kruċjali kien l-Assedju ta' Palermo, li sal-1072, għen lin-Normanni fid-dominazzjoni u fil-kontroll assolut tal-gżira ta' Sqallija. In-Normanni lestew id-dominazzjoni ta' Sqallija fl-1091, eżattament malli ntrebħet il-provinċja ta' Noto, l-aħħar fortizza Għarbija.

miet fl-1101. Is-suċċessur għat-tron kien it-tifel tiegħu, Ruġġieru t-tieni, li kien inkurunat bħala l-ewwel re ta' Sqallija. L-anzjan Ruġġieru kien miżżewweġ lil Adelaide, huwa ħa t-tmun f'idejh sakemm it-tifel tagħha mmatura biżżejjed sabiex ikun jista' jmexxi waħdu, fl-1112.

Turiżmu

Il-klima xemxija u niexfa, ix-xenarju, il-kċina, l-istorja u l-arkitettura ta' Sqallija huma uħud mill-fatturi prinċipali li jattiraw bosta turisti mill-Italja u minn pajjiżi oħra. L-ikbar ammont ta' turisti li jersqu lejn ix-xtut Sqallin jiġu fix-xhur sħan tas-sajf, minkejja l-fatt li n-nies jżuru 'l gżira tul is-sena kollha. Il-vulkan Etna, il-bajjiet, is-siti arkeoloġiċi u l-bliet maġġuri bħal Palermo, Katanja, Sirakuża u Ragusa huma d-destinazzjonijiet favoriti tat-turist, però r-raħal antik ta' Taormina u l-plajja viċina ta Giardini Naxos jirnexxielhom jiġbdu lill-viżitaturi minn madwar id-dinja kollha, kif jagħmlu l-gżejjer ta' Aeolian, Erice, Cefalu, Agrigento, il-gżejjer Pelagie u Capo d'Orlando. Sqallija hija magħrufa għall-ftit tempji maestużi li nbnew fil-perjodu Grieg. Bosta Kruż-lajners li jduru mal-Mediterran jieqfu Sqallija, fejn jinżlu t-turisti sabiex jixtru l-inbid prestiġjuż li huwa prodott din l-art ħawtiela. Xi xeni ta' films famużi tal-Hollywood u ta' Cincittà ġew iffilmjati proprju fi Sqallija. Dan żied l-attrazzjoni ta' Sqallija bħala destinazzjoni eċċellenti għat-turist li jixtieq ikun jaf iktar rigward l-istorja rikka tal-Mediterran.

Kastelli

Provinċja Kastelli Komun
Kaltanissetta Il-Kastell ta' Manfredonico
U Cannuni
Il-kastell ta' Gela
Il-kastell ta' Galletti (Villa Baglio)
Katanja Katanja
Il-Kastell Normann
Il-kastell Normann
Il-kastell ta' Aci
Messina Forte dei Centri Messina
Il-kastell ta' Milazzo
Il-kastell ta' Sant'Alessio Sikulu
Il-kastell ta' Pentefur
Palermo Palermo
Il-kastell ta' Caccamo
Il-Kastell ta' Carini
Il-kastell ta' Ventimiglia
Ragusa Il-kastell ta' Donnafugata
It-torri ta' Cabrera
Il-kastell ta' Conti
Sirakuża
Trapani Il-kastell ta' Venere

Kultura

Il-kultura ta' Sqallija hija waħda miżgħuda lwien, infatti l-għeruq ta' Sqallija jinsabu konnessi mal-arti, mal-letteratura u l-filosofija. L-istorja ta' prestiġju f'dan is-settur jistgħu jiġu segwiti lura fl-ispekulazzjoni tal-filosfu Grieg Archimedes, abitant f'Sirakuża li spiċċa biex sar magħruf bħala wieħed mill-aqwa Matematiċi ta' kull żmien. Gorgjas u Empedocles huma żewġ filosfi Sqallin-Griegi minn tal-bidu nett, però jingħad li s-Sirakużjan Epicharmus kien l-inventur tal-komiċità.

Diviżjonijiet Amministrattivi

Amministrattivament Sqallija hija maqsuma f'disgħa provinċji, b'kull waħda jkollha belt kapitali intitolata wara l-isem tar-reġjun stess. Il-Gżejjer iż-żgħar li jinsabu madwar Sqallija jifformaw parti mill-provinċji Sqallin ukoll: Il-Gżejjer Aeolian ta' Messina, il-gżira ta' Ustika (Palermo), Il-gżejjer Aegadian (Trapani), il-gżira ta' Pantellerija (Trapani) u l-Gżejjer Pelaġjani (Agrigento).

Provinċja Żona (km2) Popolazzjoni Density (inh./km2)
Provinċja ta' Agrigento 3,042 453,594 149.1
Provinċja ta' Kaltanissetta 2,128 271,168 127.4
Provinċja ta' Katanja 3,552 1,090,620 307.0
Provinċja ta' Enna 2,562 172,159 67.2
Provinċja ta' Messina 3,247 652,742 201.0
Provinċja ta' Palermo 4,992 1,249,744 250.3
Provinċja ta' Ragusa 1,614 318,980 197.6
Provinċja ta' Sirakuża 2,109 403,559 191.3
Provinċja ta' Trapani 2,460 436,240 177.3

Ara wkoll

  • Mafja

Referenzi

  1. ^ Salvatore, Piccolo (2013), Ancient Stones: The Prehistoric Dolmens of Sicily, Brazen Head Publishing, Thornham/Norfolk (UK), ISBN 978-0-956-51062-4.
  2. ^ Populazzjoni Mejju 2011, dejta minn Demo Istat. Demo.istat.it. Aċċesata 18-12-2012.

Rabtiet esterni

  • (en) Piccolo, Salvatore (2018). Bronze Age Sicily. Ancient History Encyclopedia.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 13 Ġun, 2025 / 16:30

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Sqallija, X'inhi Sqallija? Xi tfisser Sqallija?

Sqallija Sicilia hija l ikbar gzira fil Baħar Mediterran flimkien mal gzejjer minuri tal madwar Din il gzira hija awtonoma pero tifforma parti mill penizola Taljana allura nistgħu ngħidu li tista titqies bħala wieħed mir reġjuni tal Italja minkejja l fatt li hija gzira b kultura kemxejn differenti Sqallija tinsab fiċ ċentru tal baħar Mediterran il gzira testendi mill ponta tal penizola ta Apennini li hija separata biss mit triq id dejqa li taqsam il lokalita ta Messina u tibqa sejra lejn il kosta tat tramuntana tal kontinent Afrikan Sqallija Sicilia it AmministrazzjoniPajjiz ItaljaKapital PalermoMuniċipalitajiet 390PresidentDemografijaPopolazzjoni 4 785 338 abitant 2024 Densita 186 abitant km2Lingwi uffiċjali Taljan u SqalliĠeografijaZona 2 570 900 ettaru 25 709 km2MixxellanjiInnu Madreterra source source track MappaWebsajt https www regione sicilia it L iktar aspett monumentali ta dan il pajjiz huwa mingħajr ebda dubju il vulkan tal Etna li huwa 3 320 metru l fuq mil livell tal art vulkan grandjuz li jġorr it titlu bħala l iktar vulkan attiv fl Ewropa u fid dinja Il gzira tipposjedi klima tipikament Mediterranja L eqdem evidenza arkeoloġika ta abitazzjoni umana tmur lura għat 8 000 sena QK Madwar is sena 750 QK Sqallija saret kolonja Griega u hija fruntiera li rat bosta battalji storiċi hawnhekk qiegħed nirreferi direttament għall gwerer Griegi Puniċi u Rumani Puniċi li ġew miġġielda tul medda ta 600 sena Il vittorja ta dawn il gwerer Puniċi kienet tar Rumani rebħa li wasslet għad distruzzjoni tal belt ta Kartaġni Wara l waqgħa tal imperu Ruman fil ħamest seklu wara kristu Sqallija ġiet maħkuma minn bosta ġnus barranin u matul il medju evu din il gzira ġiet maħkuma mill Vandali mill Ostrogoti mill Bizantini mill Għarab u fl aħħar mill aħħar min Normanni Iktar il quddiem ġie fformat dak li beda jissejjaħ ir renju ta Sqallija li dam bejn l 1130 u l 1816 Dan issubordina l kuruni ta Aragona ta Spanja tal imperu Ruman sakemm fl aħħar ingħaqdu taħt il Burboni ma Napli bħala r renju taz zewġ Sqallijiet Flimkien ma espedizzjoni ta elf ruħ Giuseppe Garibaldi ddirieġa r rivolta matul il proċess tal unifikazzjoni Taljana u minn dakinhar Sqallija bdiet tiġi kkunsidrata bħal parti mill Italja proprju fl 1860 ezattament wara li ġie zvelat ir rizultat tar referendum Wara t twelid tar Repubblika Taljana fl 1946 Sqallija ngħatat l istatus speċjali bħala reġjun awtonomu Sqallija għandha kultura unika u rikka speċjalment f dak kollu li għandu x jaqsam mal arti mal muzika mal letteratura mal kċina u mal arkitettura Sqallija tagħti importanza lis siti qodma kif ukoll dawk arkeoloġiċi ngħidu aħna bħan Nekropoli ta Pantalica il wied tat tempji u Selinunte ĠeografijaMeta wieħed jagħti daqqa t għajn lejn Sqallija għandu jinnota l forma trijangolari tal gzira Forma speċjali li nnominata Trinacria kelma arkajka li hija ġejja mill Grieg Treis Tlieta u akra ġejja għall ponta Il gzira hija mbiegħda mir reġjun Taljan tal Kalabrija permezz tal istrett ta Messina li huwa ta madwar 3 kilometri wiesgħa lejn it tramuntana u xi 16 il kilometru lejn il parti tan nofsinhar Ix xtajtiet tat tramuntana u tan nofsinhar huma ta xi 280 kilometru tul mentri t tul tal kosta tal lvant huwa ta 180 kilometru l istima tad daqs tal kosta kollha huwa ta 1 484 kilometru Iz zona totali tal gzira huwa ta 25 711 il kilometru kwadru pero r reġjun awtonimu ta Sqallija li jinkludi l gzejjer iz zgħar tal madwar jkopri z zona ta 27 708 kilometru kwadru Il maġġor parti tal art innata ta Sqallija hija miksija bl għoljiet u ġiet ikkultivata mill bniedeim dejjem fejn kien possibbli Matul il kosta tat tramuntana id diversi muntanji ta Madonie 2000 metru ta Nebrodi 1800 metru u ta Pelotani 1300 metru jirrapprezentaw l estenzjoni tal art prinċipali ta Appennines Id dawra tal vulkan Etna tiddomina fuq il kosta tal lvant Lejn ix xlokk wieħed jista josserva l muntanji l baxxi tal Hyblaean 1000 metru Il minjieri tad distrett ta Enna u ta Kaltanissetta kienu uzati bħala zoni minn fejn seta jinġieb is sulfur matul is seklu 19 pero dan is sors naqas sewwa mal ħamsinijiet tas seklu 20 Sqallija u l gzejjer iz zgħar li jiċċirkondawha jipposjedu bosta vulkani attivi Meta wieħed jitkellem rigward is suġġett tant interessanti tal vulkani tal Mediterran zgur li ma jistax jinsa l vulkan Etna b għoli li jlaħħaq mat 3 320 metru L Etna jġorr it titlu tal ogħla vulkan attiv fl Ewropa u saħansitra fid dinja wkoll Il gzejjer ta Aeolian fil baħar Tirren li jinsabu lejn il grigal ta Sqallija jesebixxu kumplessita vulkanika fejn inkluz hemm Stromboli Bħalissa l vulkani attivi huma t tliet vulkani ta Vulcano Vulcanello u dak ta Lipari li s soltu huwa deskritt bħala vulkan inattiv Il barra mill kosta tan nofsinhar ta Sqallija wieħed jista faċilment isib il vulkan ta taħt il livell tal ilma li jġib l isem ta Ferdinadea vulkan li ilu ma jizbroffa sa mill 1831 Dan il vulkan jinsab bejn il kosta ta Agrigento u l gzira ta Pantellerija li hija meqjusa bħala vulkan inattiv ukoll fuq iz zona Phlegraean tal istrett ta Sqallija Dan ir reġjun awtonimu jinkludi wkoll bosta gzejjer ġirien dawn huma il gzejjer ta Aegadian il gzejjer ta Aeolian Il gzira vulkanika ta Pantellerija u Lampedusa The Klima Sqallija tipposjedi klima tipikament Mediterranja bi xtiewi moderati u mxarrba flimkien ma sjuf sħan u nexfin li jilqgħu lit turist vjaġġatur Skont l agenzija reġjonali għall iskart u għall ilma fl 10 ta Awwissu tal 1999 l istazzjon tat temp f Katenanuova EN rrekordja t temperatura estrema ta 48 5 C 119 F li hija l ogħla temperatura li qatt ġiet irrekordjata fl Ewropa permezz ta strumenti effiċjenti li wieħed jista joqgħod fuq ir rizultati miksuba minnhom Ir rikordju uffiċjali tal Ewropa li ġie mkejjel b termometri minimi u massimi huwa rrikonoxxut f Ateni il Greċja hekk kif il komunikazzjonijiet irrapportaw it temperatura għolja ta 48 0 C 118 F fl 1977 Il Park Naturali ta Zingaro fi SqallijaFlora u FawnaSqallija hija ta sikwit deskritta bħala ezempju ċar ta deforestazzjoni umana li kienet ipprattikata sa miz zminijiet Rumani meta l gzira ġiet ittrasformata f reġjun agrikolu Dan il fattur beda jbiddel il klima tal gzira bilmod il mod infatti bdiet niezla inqas xita u x xmajjar bdew jinxfu Din hija r raġuni l għala m hemmx foresti fil provinċji taċ ċentru u tal ilbiċ Fit tramuntana ta Sqallija wieħed jista faċilment jilloka tliet foresti importanti ħdejn il vulkan Etna il muntanji Nebrodi u fir riserva naturali tal bosk tal Ficuzza ħdejn Palermo Il park reġjonali tal muntanji Nebrodi li ġie stabbilit fl 4 ta Awwissu tal 1993 bis 86 000 etteri huwa kkunsidrat bħala l ikbar zona naturali u protetta ta Sqallija hawnhekk wieħed jista jsib ukoll l ikbar foresta ta Sqallija li jisimha l foresta Karonja li huwa t tieni isem li ġie mogħti lill muntanji Nebrodi L ixjaħ siġra li tinsab fuq din il gzira ċentrali għandha bejn l 2000 u l 4000 sena din is siġra tinsab fuq it triq ta Linguaglossa f Sant Alfio lejn l lvant tal vulkan Etna Sqallija għandha livell tajjeb ta Bijodiversita fawnali Ftit mill ispeċi li jabitaw fuqha jinkludu Iċ Ċirneku tal Etna il volpi il ballotra z zgħira il martora tal arznu iċ ċerva Roe il ħanzir salvaġġ il Qanfud Iz Zrinġ komuni l Ajkla dehbiena u l Falkun Kultant Sqallija hija kkunsidrata bħala l punt fejn bosta speċi huma ristretti milli jemigraw lejn bnadi oltre Perezempju is sotto speċi taċ ċawla tal barnuza tirrikorri fi Sqallija f Sardinja u f Korsika biss infatti din l ispeċi partikolari ma ssibiex kieku kellek tfittex f dawk il pajjizi li jinsabu lejn in nofsinhar ta din il gzira ċentrali Ir riserva naturali ta Zingaro hija waħda mill aqwa ezempji ta abbissi kostali li għadhom ma ġewx mimsusa mill bniedem StorjaTribujiet Qodma L abitanti oriġinali ta Sqallija kienu maqsumin fi tliet gruppi tal poplu pre istoriku tal Italja L iktar grupp prominenti u prekarju minn dawn kien dak tas Sikani li kienu miġbura minn Thucydides jingħad li kien ġej mill penizola tal Iberja Evidenza storika li hija ta ċerta importanza hija l iskoperta tat tpinġijiet impinġija mis Sikani fl għerien li kienu jgħixu fihom Tpinġijiet li jmorru lura sa tmiem l epoka tal Pleistocene għall ħabta tas sena 8 000 QK Il miġja tal ewwel umani hija assoċjata mal estinzjoni tal ippopotami nani u tal iljunfanti nani Il poplu Elimjan maħsub li kien ġej mill baħar Eġew kien dak il poplu li kien missu jingħaqad fi tribu sabiex jemigra lejn Sqallija u jitħallat mal popolazzjoni ta din il gzira hekk maġġuri fil Mediterran L iskoperti riċenti tad dolmens li jinsabu fuq din il gzira dawn imorru lura għat tieni nofs tat tielet millenju qabel kristu jidhru li sejrin jiftħu orizzonti ġodda fuq il panorama kulturali u komposta ta Sqallija primittiva Huwa magħruf b ezattezza li dan ir reġjun kien għadda minn pre istorja pjuttost diffiċli tant li hija missjoni antipatka li timxi wara l passi tal popli diversi li segwew il xulxin L impatt taz zewġ influwenzi huwa ċar pero l influwenza Ewropea dehret li kienet ġejja mill majjistral u l oħra influwenza Mediterranja ta oriġni orjentali Għalkemm m hemm l ebda prova ta xi gwerer li setgħu nqalgħu bejn dawn iz zewġ tribujiet meta l Elmjani qagħdu fil kantuniera majjistra tal gzira Is Siċanjani mxew lejn il lvant Mill art prinċipali tal Italja li fuqha kienu jgħixu nies li kienu ġejjin mil Ligurja oriġinaw is Siċili fl 1200 QK qawwa liema bħala li nfurzat lill Isqallin jmorru lura lejn Sqallija u joqogħdu f nofs il gzira Gruppi minuri oħra ġewwa l Italja li qagħdu fi Sqallija kienu l Awsoni Gzejjer ta Aeolian Milazzo u l Morgeti Morgantina Hemm bosta studji ta rekordji ġenetiċi li jirrapprezentaw lill abitanti li kienu ġejjin minn pajjizi varji li jmissu mar reġjun tal baħar Mediterran imħallta mal eqdem abitanti ta Sqallija Fosthom kien hemm l Eġizzjani il Feniċi u l Iberjani Il Feniċi kienu abitanti prekarji li ġew qabel il miġja Griega wkoll San Ġovanni degli Eremiti Il koppli l ħomor qed juru l elementi tal arkitettura Bizantina Il Perjodu Għarbi 827 1091 Il miġja Għarbija fi Sqallija ġabet magħha bosta riformi lill uċuħ tal artijiet tar raba dan sabiex tkun tista tizdied il produttivita u biex jiġi nkoraġġat iz zamm tal affarijiet zgħar f idejn in nies toqba għad dominanza tal istati llandjati L Għarab komplew itejbu s sistemi tal irrigazzjoni Deskrizzjoni ta Palermo kienet mogħtija minn Ibn Ħawqal negozjant Għarbi li zar il Sqallija fis sena 950 Lokalita mdawra b ħitan felħana li ġġib l isem ta Al Ksar Il palazz hija magħrufa bħala ċ ċentru tal provinċja ta Palermo u dan il fatt għadu jgħodd sal lum F Al Ksar wieħed jista jsib il Moskea ta nhar il Ġimgħa fuq is sit tal Kon katidral Ruman Fil lokalita ta Al Khalisa Kalsa wieħed seta jsib il palazz il banjijiet il moskea l uffiċċji tal gvern u l priġunerija privata Ibn Ħawqal saħaq li f dawk iz zminijiet kien hemm madwar 7 000 biċċier individwali li kienu qed jbigħu l prodotti tagħhom f 150 ħanut Palermo kien maħkum mill Għarab Aglabiti pero mbagħad beda jiġi meqjus bħala ċ ċentru tal emigranti ta Sqallija malli waqgħet għal taħt il palju tal Fatmidi Matul dan ir renju seħħew bosta rivolti mill Isqallin Bizantini speċjalement fil lvant u allura partijiet mill gzira kienu okkupati mill ġdid qabel ma ġew megħluba Prodotti Agrikoli bħalma huma l larinġ il lumi il pistaċċju u l qasba taz zokkor inġiebu lejn Sqallija Taħt il ħakma Għarbija il gzira kienet allejenata fi tliet reġjuni amministrittivi jew vals fejn bejn wieħed u ieħor ikkorrespondew għat tliet ponot ta Sqallija Val ta Mazara li tinsab lejn il punent Val Demone lejn il Grigal u Val ta Noto lejn l ilbiċ Bħad Dhimmis l Insara nattivi L ortodossi tal lvant kellhom l għazla libera li jagħzlu r reliġjon li riedu jipprattikaw huma izda l poplu maħkum ta Sqallija ried jħallas taxxa speċjali Il Ġizja u kellu diversi limitazzjonijiet impoġġija fuq l okkupazzjonijiet tiegħu l ilbies u fuq l abilita li jipparteċipa f sitwazzjonijiet pubbliċi Imbagħad l Emirat ta Sqallija beda jinqasam fi gruppi intra dinastiċi u għalhekk dan l avveniment immarka t tmiem tar renju Musulman Matul dan il perjodu ta amalgamazzjoni kulturali kien hemm il prezenza minuri ta xi Lhud ukoll Il Perjodu Normann 1061 1194 Fis seklu 11 il qawwiet Taljani rnexxielhom jaħtru lill merċenarji Normanni mmexxija minn Ruġġieru l 1 sabiex ifittxu jeħilsu lil Sqallija minn taħt id dominju Għarbi Wara li rnexxielu jiddomina lil Apulia u lil Kalabrija huwa mexa l quddiem sabiex jokkupa l provinċja ta Messina b armata ta 700 suldat Fl 1068 Ruġġieru rnexxielu joħroġ vittorjuz kontra l qawwiet Misilmin f Misilieri pero l iktar kunflitt kruċjali kien l Assedju ta Palermo li sal 1072 għen lin Normanni fid dominazzjoni u fil kontroll assolut tal gzira ta Sqallija In Normanni lestew id dominazzjoni ta Sqallija fl 1091 ezattament malli ntrebħet il provinċja ta Noto l aħħar fortizza Għarbija miet fl 1101 Is suċċessur għat tron kien it tifel tiegħu Ruġġieru t tieni li kien inkurunat bħala l ewwel re ta Sqallija L anzjan Ruġġieru kien mizzewweġ lil Adelaide huwa ħa t tmun f idejh sakemm it tifel tagħha mmatura bizzejjed sabiex ikun jista jmexxi waħdu fl 1112 Il gzira tal Fenek LampedusaTurizmuIl klima xemxija u niexfa ix xenarju il kċina l istorja u l arkitettura ta Sqallija huma uħud mill fatturi prinċipali li jattiraw bosta turisti mill Italja u minn pajjizi oħra L ikbar ammont ta turisti li jersqu lejn ix xtut Sqallin jiġu fix xhur sħan tas sajf minkejja l fatt li n nies jzuru l gzira tul is sena kollha Il vulkan Etna il bajjiet is siti arkeoloġiċi u l bliet maġġuri bħal Palermo Katanja Sirakuza u Ragusa huma d destinazzjonijiet favoriti tat turist pero r raħal antik ta Taormina u l plajja viċina ta Giardini Naxos jirnexxielhom jiġbdu lill vizitaturi minn madwar id dinja kollha kif jagħmlu l gzejjer ta Aeolian Erice Cefalu Agrigento il gzejjer Pelagie u Capo d Orlando Sqallija hija magħrufa għall ftit tempji maestuzi li nbnew fil perjodu Grieg Bosta Kruz lajners li jduru mal Mediterran jieqfu Sqallija fejn jinzlu t turisti sabiex jixtru l inbid prestiġjuz li huwa prodott din l art ħawtiela Xi xeni ta films famuzi tal Hollywood u ta Cincitta ġew iffilmjati proprju fi Sqallija Dan zied l attrazzjoni ta Sqallija bħala destinazzjoni eċċellenti għat turist li jixtieq ikun jaf iktar rigward l istorja rikka tal Mediterran Kastelli f Katanja Il kastell ta Donnafugata ħdejn Provinċja Kastelli Komun Kaltanissetta Il Kastell ta Manfredonico U Cannuni Il kastell ta Gela Il kastell ta Galletti Villa Baglio Katanja Katanja Il Kastell Normann Il kastell Normann Il kastell ta Aci Messina Forte dei Centri Messina Il kastell ta Milazzo Il kastell ta Sant Alessio Sikulu Il kastell ta Pentefur Palermo Palermo Il kastell ta Caccamo Il Kastell ta Carini Il kastell ta Ventimiglia Ragusa Il kastell ta Donnafugata It torri ta Cabrera Il kastell ta Conti Sirakuza Trapani Il kastell ta VenereKulturaIl kultura ta Sqallija hija waħda mizgħuda lwien infatti l għeruq ta Sqallija jinsabu konnessi mal arti mal letteratura u l filosofija L istorja ta prestiġju f dan is settur jistgħu jiġu segwiti lura fl ispekulazzjoni tal filosfu Grieg Archimedes abitant f Sirakuza li spiċċa biex sar magħruf bħala wieħed mill aqwa Matematiċi ta kull zmien Gorgjas u Empedocles huma zewġ filosfi Sqallin Griegi minn tal bidu nett pero jingħad li s Sirakuzjan Epicharmus kien l inventur tal komiċita Divizjonijiet AmministrattiviId disa Provinċji ta Sqallija Amministrattivament Sqallija hija maqsuma f disgħa provinċji b kull waħda jkollha belt kapitali intitolata wara l isem tar reġjun stess Il Gzejjer iz zgħar li jinsabu madwar Sqallija jifformaw parti mill provinċji Sqallin ukoll Il Gzejjer Aeolian ta Messina il gzira ta Ustika Palermo Il gzejjer Aegadian Trapani il gzira ta Pantellerija Trapani u l Gzejjer Pelaġjani Agrigento Provinċja Zona km2 Popolazzjoni Density inh km2 Provinċja ta Agrigento 3 042 453 594 149 1 Provinċja ta Kaltanissetta 2 128 271 168 127 4 Provinċja ta Katanja 3 552 1 090 620 307 0 Provinċja ta Enna 2 562 172 159 67 2 Provinċja ta Messina 3 247 652 742 201 0 Provinċja ta Palermo 4 992 1 249 744 250 3 Provinċja ta Ragusa 1 614 318 980 197 6 Provinċja ta Sirakuza 2 109 403 559 191 3 Provinċja ta Trapani 2 460 436 240 177 3Ara wkollMafjaReferenzi Salvatore Piccolo 2013 Ancient Stones The Prehistoric Dolmens of Sicily Brazen Head Publishing Thornham Norfolk UK ISBN 978 0 956 51062 4 Populazzjoni Mejju 2011 dejta minn Demo Istat Demo istat it Aċċesata 18 12 2012 Rabtiet esterni en Piccolo Salvatore 2018 Bronze Age Sicily Ancient History Encyclopedia

L-aħħar artikli
  • Ġunju 09, 2025

    Villa Gwardamanġa

  • Ġunju 11, 2025

    Victoria Hotspurs FC

  • Ġunju 12, 2025

    Victoria Gate (Valletta)

  • Ġunju 14, 2025

    Victoria (Reġina)

  • Ġunju 13, 2025

    Verona

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq