Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Il Mafja hija organizzazzjoni kriminali terroristika li bdiet fi Sqallija sa mill bidu tas seklu 19 u li fl ewwel nofs t

Mafja

  • Paġna Ewlenija
  • Mafja
Mafja
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Il-Mafja hija organizzazzjoni kriminali terroristika li bdiet fi Sqallija sa mill-bidu tas-seklu 19 u li fl-ewwel nofs tas-seklu għoxrin saret organizzazzjoni internazzjonali. Hija magħrufa ukoll bħala Cosa nostra (il-ħaġa tagħna).

L-Oriġini

Cosa nostra bdiet fost il-klassi soċjali tal-massari, fattori u gabillotti, li kienu jieħdu ħsieb l-artijiet tan-nobbiltà ta' Sqallija, bl-hekk imsejħa braccianti li kienu jaħdmu fihom. Cosa nostra bdiet għax l-Istat ftit li xejn kien preżenti fit-territorju, u hekk ħadet ir-riedni hi f'idejha. Kienu nies vjolenti, li kienu jagħmlu ta' intermedjarji bejn il-proprjetarji fewdali u s-servi, u biex xogħolhom jagħmluh aħjar ġabru magħhom persuni li jesegwixxu l-ordnijiet tagħhom, imsejħin scagnozzi. Dawn il-gruppi malajr saru xi ħaġa permanenti u ħadu l-isem ta' "setet, konfraternitajiet, cosche (gruppi)".

L-ewwel dokument storiku li fih jissemma grupp mafjuż huwa fl-1837: il-Prokurator Ġenerali ta' Trapani, Pietro Calà Ulloa, jinforma lis-superjuri tiegħu f'Napli bl-attivitajiet ta' setet strambi imdaħħlin f'attività kriminali li kienu jikkorompu ukoll lill-impjegati pubbliċi. Fl-1863 kiteb flimkien ma' Gaspare Mosca, I mafiusi de la Vicaria, opra teatrali bl-Isqalli ambjentata fil-Grandi Prigioni ta' Palermo. Kien b'dan id-dramm li nqaleb għat-Taljan u kellu suċċess kbir, li l-kelma mafia saret kelma popolari mal-Italja kollha. Sa dak iż-żmien il-mafja kienet tidher bħala struttura 'il barra mill-Istat, iżda fl-istess ħin marbuta sew miegħu.

Il-mafja kompliet tikber grazzi għal dak li ġara fi żmien l-Unità tal-Italja u wara, l-iktar minħabba l-kriżi ekonomika akuta li din ġabet fi Sqallija u fin-nofsinhar tal-Italja. L-Istat ma kienx qed jirnexxilu jkollu kontroll dirett u stabbli tat-tmexxija ta' Sqallija, li l-organizzazzjoni soċjali tagħha kienet ferm differenti minn dik tan-nord, u beda jħalli f'idejn il-gruppi mafjużi, li billi kienu jafu sew il-mekkaniżmi lokali, malajr ħadu post il-gvern ċentrali.

Wieħed mill-aktar proċessi famużi ta' dak iż-żmien seħħ fl-1885 kontra l-membri tal-"Fratellanza di Favara", grupp mafjuż f' li kellu ritwal ta' inizzjazzjoni li jixbah lil tal-mażuni. Dawn kienu jniggżu s-suba' l-werrej tal-membri ġodda, iħallu marka tad-demm fuq santa, u jaħarqu s-santa filwaqt li l-mafjuż il-ġdid jirreċita formula ta' ġurament: ċerimonja bħal din kienet tipika tal-gruppi mafjużi ta' Palermo, li ħafna mill-membri tal-"Fratellanza" kienu daħlu fihom fl-1879, meta spiċċaw il-ħabs flimkien ma' mafjużi Palermitani fil-ħabs ta' Ustica.

Fl-1893, wara d-delitt tal-Markiż Notarbartolo, l-eżistenza ta' Cosa nostra (u tar-rapporti tagħha mal-politika) saret magħrufa mal-Italja kollha.

Il-bdiewa jridu l-art

Minkejja li wara l-Unità tal-Italja suppost kienet intemmet il-ħakma fewdali, fi Sqallija l-bdiewa kienu għadhom jinħaqru qatigħ. Il-proprjetarji kbar tal-artijiet kienu jgħixu f'Palermo jew fi bliet kbar oħra u kienu jikru l-artijiet lill-gabillotti b'kuntratti għal żmien qasir, u dal-fatt kien iġiegħel lill-gabillott jisfrutta lill-bidwi. Biex ma jkollux rivolti mill-bdiewa u jkun jista' jaħdem aħjar, il-gabillott kien jaqbillu jingħaqad mal-mafjużi, li kienu jużaw il-poter tagħhom biex irażżnu lill-bdiewa u ukoll jużaw il-konoxxenzi li l-mafjużi kellhom f'Palermo, fejn kienu jiġu ffirmati ħafna mill-kuntratti tal-għelieqi.

Sa mill-1891 fi Sqallija kollha l-bdiewa bdew jingħaqdu f'faxxi (fasci), speċi ta' unions tal-bdiewa mmexxija mis-Soċjalisti tal-post, li bdew jitolbu għal kuntratti iktar ġusti u l-ġid ikun imqassam aħjar. Ma kinux movimenti rivoluzzjonarji fil-veru sens tal-kelma iżda xorta ġew kundannati mill-gvern ta' Ruma li fil-persuna ta' Crispi, fl-1893 bagħat l-eżerċtu biex jeqridhom bil-forza. Giuseppe de Felice Giuffrida, il-fundatur tal-fasci siciliani, kien proċessat u mitfugħ il-ħabs.

Qabel ma l-Faxxi nqerdu, il-mafja kienet ppruvat tinfilsa fihom in-nies tagħha, biex jekk dawn jirnexxu, hi ma titlifx il-privileġġi tagħha. Iżda fl-istess ħin baqgħet tgħin lill-gabillotti biex hekk, jirbaħ min jirbaħ, hi dejjem se tkun minn fuq għax tidher bħala medjatriċi bejn iż-żewġ naħat.

Meta kien ċar li l-Istat kien se jdaħħal il-liġi marzjali, il-"Fratellanza", msejħa ukoll l-"Onorata Società" (kif kienet tissejjaħ Cosa nostra), inqatgħet mill-Faxxi(li kienu għamlu minn kollox biex ma jħallux mafjużi jidħlu magħhom, u ħafna drabi rnexxielhom) u bdiet tgħin lill-gvern fir-ripressjoni tagħhom (tal-Faxxi). Bħala "vendetta" kontra l-Faxxi, li ħaduha kontra s-setgħa tal-propjetarji kbar imsejħin latifondisti, fl-1915 f'Corleone il-mafjużi qatlu lil Bernardino Verro, li kien fost l-aqwa mexxejja tal-Faxxi fis-snin disgħin tas-seklu dsatax.

Il-Priministru Giolitti ippermetta li l-koperattivi jissellfu mill-banek u jinnegozjaw weħidhom, bla gabillotti, kuntratti diretti mal-proprjetarji tal-artijiet. Dan, flimkien ma' liġi elettorali ġdida li tat il-vot lill-irġiel kollha, wasslu mhux biss għar-rebħa ta' ħafna sindki Soċjalisti f'diversi bliet Sqallin, imma wkoll għat-tmien tal-irwol li kellha l-mafja fil-medjazzjoni għall-kuntratti.

Biex teqred il-periklu "aħmar", il-mafja kellha tingħaqad mal-Knisja Kattolika fi Sqallija, anke hi inkwetata bl-influwenza Komunista fost l-Isqallin. Għalhekk il-koperattivi Kattoliċi bdew iħallu mafjużi fosthom, bil-patt li dawn jagħmluha diffiċli għas-Soċjalisti. Fil-bidu tas-seklu għoxrin il-mafja bdiet toqtol lis-sindki, trejdjunjonisti, attivisti u bdiewa, l-importanti li jkunu Soċjalisti.

It-tema tal-art miċħuda lill-bdiewa baqħet waħda mir-raġunijiet ewlenin tal-battalja soċjali fi Sqallija sa wara t-tieni Gwerra Dinjija.

Ir-Rapport Sangiorgi

Ermanno Sangiorgi, intbagħat f'Palermo bħala Kwestur tal-Pulizija fl-1898 waqt li kienet għaddejja gwerra bejn il-mafjużi, li kienet ilha sejra sentejn. Meta kien qiegħed jindaga fuq id-delitti mwettqa mill-mafjużi ta' Conca d'Oro, Sangiorgi fehem li l-omiċidji ma kinux ġejjin minn inizjattivi individwali, iżda kienu ġejjin minn regoli u deċiżjonijiet kolleġjali, u sistema ta' kontroll tat-territorju. Sangiorgi skopra ukoll li l-iktar żewġ familji sinjuri ta' Palermo, Florio u Whitaker, kienu ħaġa waħda mal-mafjużi ta' Conca d'Oro, li kienu jqabbduhom bħala gwardjani u fattori fl-artijiet tagħhom u jħallsuhom biex joffrulhom "protezzjoni".

F'Ottobru 1899 Francesco Siino, kap tal-koska ta' Malaspina li ħelisha b'xortih fi sparatura min-nies ta' Antonino Giammona, kap tal-koska tal-Uditore, fil-kuntest ta' gwerra tal-mafja, kien issikkat minn Sangiorgi u stqarr li r-rival tiegħu Giammona kien qed jipprova jeħodlu r-racket tan-negozju tal-lumi, tas-serq, tal-estorsjonijiet u l-falsifikazzjoni tal-flus. Sab ukoll li l-Conca d'Oro kienet maqsuma fi tmien gruppi (cosche) mafjużi:

1.Piana dei Colli,

2.Acquasanta,

3.Falde,

4.Malaspina,

5.Uditore,

6.Passo di Rigano,

7.Perpignano,

8.Olivuzza.

Sangiorgi, fuq din il-bażi, għamel ħafna arresti. Fil-lejl bejn is-27 u t-28 ta' April 1900 il-Kwestura arrestat ħafna mafjużi, fosthom Antonino Giammona. Lill-Prokura ta' Palermo, Sangiorgi bagħthilha rapport ta' 485 paġna li kien fih mappa tal-organizzazzjoni tal-mafja ta' Sqallija b'total ta' 280 "uomo d'onore". Il-proċess beda f'Mejju 1901 imma Siino irritratta għal kollox id-dikjarazzjonijiet li kien għamel qabel. Wara biss xahar, waslu l-kundanni fl-ewwel grad: 32 imputat biss instabu ħatja li waqqfu assoċjazzjoni kriminali, u billi diġà kienu qattgħu xi żmien fil-ħabs, l-għada ħafna minnhom inħelsu.

L-Ewwel Gwerra Dinjija u l-Konsegwenzi tagħha

Fl-1915, l-Italja daħlet fil-Gwerra u mijiet ta' eluf ta' żgħażagħ Taljani nġabru bil-lieva. Fi Sqallija d-diżerturi kienu ħafna. Ħafna ħallew l-ibliet u marru jgħixu fil-makkja fl-intern tal-gżira, u tawha għas-serq. Minħabba nuqqas ta' ħaddiema fl-għelieqi u t-talba ta' iktar laħam għas-suldati, ħafna għelieqi spiċċaw f'mergħat għall-bhejjem. Dan żied ħafna l-influwenza ta' Cosa nostra fil-gżira kollha. Żdied is-serq tal-bhejjem, il-proprjetarji tal-art bdew ifittxu iktar l-appoġġ tal-mafjużi, milli l-awtoritajiet Statali li kienu bla saħħa, biex jiġu restitwiti lilhom il-bhejjem, imqar xi ftit minnhom. Il-boss tal-mafja kienu jimmedjaw bejn il-ħallelin u l-vittmi tas-serq, u jieħdu speċi ta' senserija.

Fi tmiem il-Gwerra, l-Italja għaddiet minn kriżi li setgħet spiċċat f'rivoluzzjoni popolari. Fin-nord il-ħaddiema strajkjaw u riedu kundizzjonijiet aħjar tax-xogħol, u fis-sud iż-żgħażagħ kienu rrabjati li l-gvern ma żammx il-wegħdiet tiegħu, speċjalment fuq l-art għall-bdiewa.

Ma kinux ftit dawk l-Isqallin li saru banditi jew kriminali, oħrajn daħlu direttament fil-mafja u oħrajn ippruvaw jirriformaw il-faxxi jew daħlu fil-kunsilli Soċjalisti ta' Sqallija.

Kien f'din il-klima ta' tensjoni li l- għamel l-ewwel dehra tiegħu.

L-Epoka Faxxista

Il-Faxxiżmu beda kampanja kontra l-mafja ta' Sqallija, wara l-ewwel żjara ta' Mussolini fi Sqallija f'Mejju 1924. Fit-2 ta' Ġunju tal-istess sena ntbagħat fi Sqallija Cesare Mori, l-ewwel bħala Prefett ta' Trapani, u minn Ottubru 1925 ta' Palermo, imlaqqam il Prefetto di ferro (Il-Prefett tal-ħadid), bl-inkarigu li jeqred il-mafja bi kwalunkwe mezz.

L-azzjoni ta' Mori kienet qawwija u effikaċi. Ġew arrestati u kkundannati mijiet kbar ta' mafjużi. Jibqa' magħruf l-assedju ta' Gangi li fih Mori assedja għal erba' xhur iċ-ċentru tal-belt, meqjusa bħala waħda mill-akbar fortizzi tal-mafja. F'dan iż-żmien kien arrestat il-boss Vito Cascio Ferro.

Wara arresti kbar ta' mafjużi magħrufa, il-kapijiet ta' Cosa nostra ma ħassewhomx iktar sikuri u għażlu waħda minn żewġ toroq biex salvaw ġildhom: numru minnhom emigraw lejn l-Istati Uniti, filwaqt li oħrajn baqa' moħbijin fi Sqallija.

Il-mezzi użati mill-Pulizija fil-ġlieda kontra l-mafja ġabu iktar sfiduċja fl-Isqallin fil-konfront tal-Istat. Madankollu Mori kien l-ewwel investigatur Taljan li wera li l-mafja tista' tiġi megħluba bi ġlieda li ma tħarisx lejn l-uċuħ, kif sostna iżjed tard Giovanni Falcone.

It-Tieni Gwerra Dinjija

Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, ħafna kapijiet tal-mafja italoamerikani, li kienu fil-ħabs fl-Istati Uniti, fosthom Lucky Luciano u Vito Genovese, kienu kkuntattjati mis-servizzi sigrieti Amerikani, biex jgħinu lill-Alleati jkollhom kontroll tajjeb tal-gżira bil-wegħda li kif tintemm il-Gwerra jinħelsu mill-ħabs. Ma ġewx ikkuntattjati biss boss Amerikani iżda ukoll Sqallin, bħal Vincenzo Di Carlo, Calogero Vizzini u Giuseppe Genco Russo.

Dawn il-kuntatti kellhom l-għan li jiffaċilitaw l-iżbark tal-Alleati fuq ix-xtut Sqallin, u wara li jżommu stabilità politika tal-gżira. Meta Sqallija reġgħet lura taħt il-Gvern Taljan, il-mafja reġgħet bdiet tiġi użata biex ikun miġġieled is-Soċjaliżmu u l-Komuniżmu, u hekk il-mafja reġgħet ħadet ir-ruħ wara l-era Mori.

Salvatore Giuliano

Fi tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija, l-Eżerċtu Volontarju għall-Indipendenza ta' Sqallija ħatret lill-bandit , kap ta' grupp ta' kriminali kienu jitterrorizzaw lil Sqallija kollha bl-azzjonijiet tagħhom, bħala kurunell tagħha.

Giuliano sar ħaġa waħda mal-propjetarji mafjużi u mal-politiċi tad-Democrazia Cristiana, u wettqu diversi attakki f'Palermo u fi Trapani kontra l-kwartieri tal-Partit Komunista u l-Partit Soċjalista: attakki li laħqu l-quċċata tagħhom fl- (1 ta' Mejju 1947), kontra l-manifestanti Soċjalisti u Komunisti fi Piana degli Albanesi (Palermo), li fiha nqatlu 11-il ruħ u 27 spiċċaw feruti.

Il-grupp ta' Giuliano sfaxxa wara l-arresti li saru mill-pulizija u l-istess Salvatore Giuliano inqatel fl-1950 mil-logutinent tiegħu Gaspare Pisciotta, fuq ordni tal-kapijiet mafjużi li ma kellhomx iżjed bżonnu u għax kien jaf wisq fuq x'kien hemm wara l-Istraġi ta' Portella della Ginestra u fuq ir-rabtiet bejn il-mafja u l-politika. Iżjed tard Pisciotta ġie arrestat u miet avvelenat fil-ħabs tal-Ucciardone fl-1954 għax ried jikxef min kienu l-mandanti tal-Istraġi ta' Portella della Ginestra.

"Il Sacco di Palermo"

Il-perjodu ta' wara l-gwerra ra żied ta' bini f'daqqa f'Palermo. Il-bombi tal-Alleati matul il-gwerra kienu ħallew madwar 14,000 ruħ bla dar f'Palermo, u kien hemm domanda kbira għal djar ġodda iktar ma n-nies bdew jersqu lejn il-belt mill-kampanja. Ħafna mill-bini kien iffinanzjat minn flus pubbliċi. Fl-1956, żewġ uffiċjali pubbliċi b'rabtiet mal-Mafja, Vito Ciancimino u Salvatore Lima, ħadu f'idejhom l-Uffiċju għax-Xogħlijiet Pubbliċi ta' Palermo. Bejn l-1959 u l-1963, 80% tal-permessi tal-bini ngħataw lill-istess ħamsa min-nies, mafjużi, li ħadd minnhom ma kellu xi kumpanija tal-bini magħrufa. Kumpaniji tal-bini li ma kinux mafjużi kellhom jibdew iħallsu l-pizzo (protection money). Qabel ma tlesta l-ippjanar tal-belt, ħafna nbena illegalment. Il-mafjużi kienu jbeżżgħu lil min jipprova joħodha kontra l-bini illegali. Dan wassal biex twaqqa' ħafna bini storiku u telgħu ħafna appartamenti li ma kinux ta' livell tajjeb. Fl-1982, Falcone kien qal, "L-organizzazzjonijiet mafjużi jikkontrollaw b'mod sħiħ il-qasam tal-bini f'Palermo – il-barrieri, l-impjanti tas-siment, id-depożiti tal-metall, il-kummerċjanti tal-kmamar tal-banju u l-bqija."

L-Ewwel Gwerra tal-Mafja

L-Ewwel Gwerra tal-Mafja kienet l-ewwel konflitt kbir bejn il-gruppi mafjużi wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Fl-1962, il-boss mafjuż Cesare Manzella organizza spedizzjoni ta' droga lejn l-Amerika bl-għajnuna tal-familji mafjużi Greco u La Barbera. Manzella qabbad boss ieħor, Calcedonio Di Pisa, biex iwassal l-eroina. Meta l-ispedizzjoni waslet l-Amerka, ix-xerrejja Amerikani bdew jgħidu li kien hemm xi eroina nieqsa, u lil Di Pisa ħallsuh inqas. Di Pisa akkuża lill-Amerikani li serquh, filwaqt li l-familja La Barbera akkużat lil Di Pisa li kien hu li seraq id-droga li kien hemm nieqsa. Il-Commissione żammet ma' Di Pisa, u dan inkorla lil La Barbera. La Barbera qatlu lil Di Pisa u Manzella, u hekk skatenaw gwerra.

Ħafna persuni li ma kinux mafjużi nqatlu f'din il-gwerra. F'April 1963, ħafna nies ġew feruti fi sparatura li kien hemm Palermo. F'Mejju, Angelo La Barbera irnexxielu jiskappa attentat ta' qtil f'Milan. F'Ġunju, sitt uffiċjli militari u pulizija inqatlu f'Ciaculli inqatlu meta ppruvaw jiddiżżineskaw bomba li kienet indirizzata għall-mafjuż Salvatore Greco. Dawn it-traġedji ġabu rabja mal-pajjiż u wasslu biex ikun elfejn arrest ta' mafjużi. L-attività mafjuża naqset qatigħ għax il-gruppi mafjużi sparpaljaw u ħafna mafjużi marru jinħbew. Il-Commissione xoljiet u damet sal-1969 biex reġgħet issawret. 117 -il suspettat tressqu l-qorti fl-1968, imma ħafna minnhom inħelsu jew ingħataw sentenzi ħfief.

Fl-1973 , mafjuż ta' Altarello di Baida, ta ruħu spontjament f'idejn il-kwestura ta' Palermo u stqarr li wara li kellu kriżi reliġjuża hu ried jibda ħajja ġdida; akkuża lilu nnifsu b'ħafna reati, irrivela għall-ewwel darba l-eżistenza ta' "Commissione" u ddeskriva r-rit ta' inizjazzjoni ta' Cosa Nostra u l-organizzazzjoni ta' grupp mafjuż: l-ewwel każ ta' mafjuż li ddeċieda minn jeddu li jgħin lill-awtoritajiet. Iżda lil Vitale ma emmnuhx u tefgħuh f'manikomju kriminali għax iddikjarawh "seminfermo di mente"; iżda meta fl-1984 ħareġ mill-manikomju nqatel mill-mafja b'żewġ tiri hu u ħiereġ mill-knisja flimkien ma' ommu.

Traffiċi kbar

Fis-sebgħinijiet it-traffiċi illegali, speċjalment il-kuntrabandu tas-sigaretti, ħalla ħafna qligħ għall-mafja. Il-boss Sqallin u Naplitani mexxew monopolju ta' bejgħ ta' sigaretti f'Napli. U meta r-raffineriji tal-eroina f' Marseilles li kellhom il-kriminali ta' Korsika ingħalqu mill-awtoritajiet Franċiżi, it-traffikanti bdew iħarsu lejn Sqallija. Mill-1975, Cosa Nostra fetħet raffineriji tal-eroina mxerrdin ma' Sqallija. Barra dan bdiet tikkontrolla ukoll it-tqassim tagħha. Il-mafjużi Sqallin marru personalment l-Istati Uniti biex jikkontrollaw it-tqassim tagħha hemm. Id-dipendenza fuq l-eroina fl-Ewropa u fl-Amerika żdiedet u l-qabdiet ta' droga mill-pulizija żdiedu ukoll. Fl-1982, il-mafja ta' Sqallija kienet tikkontrolla 80% tat-traffikar tal-eroina fil-Grigal tal-Istati Uniti. L-eroina kienet titqassam lid-dealers minn pizzeriji b'sidien mafjużi, u d-dħul jidher bħala qligħ tar-ristoranti (l-hekk imsejħa Pizza Connection).

It-Tieni Gwerra tal-Mafja

Fil-bidu tas-sebgħinijiet, Luciano Leggio, boss ta' Corleone u membru tal-"Commissione", ġabar gruppi ta' mafjużi msejħin Corleonesi. Dawn bdew jaraw kif jieħdu taħt idejhom Cosa Nostra u t-traffikar tad-droga. Billi Leggio ntefa' l-ħabs fl-1974, hu kien jaġixxi permezz tal-viċi tiegħu, , li iktar tard beda jmexxi hu. Il-Corleonesi żiedu l-membri tagħhom b'kull mod. Fl-1977, il-Corleonesi irnexxielhom ikeċċu lil Gaetano Badalamenti mill-Commissione għax akkużawh li kien qed jaħbi d-dħul mit-traffikar tad-droga. F'April 1981, il-Corleonesi qatlu membru rivali ieħor tal-Commissione, Stefano Bontade, u hekk skatenat it-Tieni Gwerra tal-Mafja. Mijiet ta' mafjużi u qraba tagħhom inqatlu, xi drabi minn tradituri mill-istess grupp. Hekk il-Corleonesi bdew jiddominaw il-Commissione u Riina sar "il boss dei boss" tal-mafja ta' Sqallija.

Fl-istess żmien huma għamlu kampanji ta' qtil ta' ġurnalisti, uffiċjali, u pulizija li b'xi mod sfidawhom. Il-Ġeneral inħatar Prefett ta' Palermo fl-1982 iżda wara biss tliet xhur inqatel mill-mafja meta kien fil-karozza tiegħu flimkien ma' martu. Huwa ma kienx ingħata il-poteri speċjali u l-mezzi li kien imwiegħed mill-politiċi li kellu jingħata. Il-pulizija kienet frustrata bin-nuqqas ta' għajnuna min-naħa tal-politiċi. Fil-funeral ta' Beppe Montana, pulizija maqtul mill-mafjużi fl-1985, il-pulizija insultaw u beżqu żewġ politiċi preżenti, u qamet ġlieda bejnhom u l-pulizija militari.

Il-Maxiprocesso u l-Qtil tal-Maġistrati

Fil-bidu tas-snin tmenin, il-maġistrati Giovanni Falcone u Paolo Borsellino bdew kampanja kontra Cosa Nostra. Importanti kien l-arrest ta' , mafjuż li ddeċieda li jitkellem u jikxef is-sistema mafjuża wara li l-Corleonesi, qatlulu lil ħbiebu u lil qrabatu. Mafjużi oħra għamlu bħalu. Falcone u Borsellino ġabru x-xhieda tagħhom u organizzaw il-Maxiprocesso, li dam għaddej sentejn, mill-1986 sal-1987, f'qorti taħt l-art mibnija għall-okkażjoni. Tressqu 474 mafjuż li 342 minnhom instabu ħatja.

Il-Mafja pattietha qares. Fl-1988, qatlu maġistrat Palermitan Antonino Saetta u lil ibnu; tliet snin wara prosekutur u , negozjant anti-mafia ukoll inqatlu. Salvatore Lima, alleat politiku tal-mafja, inqatel għax ma rnexxilux ibiddel is-sentenzi li kienu ngħataw il-mafjużi kif kien wiegħed li se jagħmel. Falcone u Borsellino inqatlu bil-bombi fl-1992. Dan wassal għall-arrest ta' Salvatore Riina f'Jannar 1993. Ħafna saru pentiti u kellhom iħallsu prezz għoli għax tkellem, bħal Francesco Marino Mannoia li qatlulu lil ommu, lil oħtu u lil zitu.

Wara l-arrest ta' Riina, il-mafja bdiet kampanja ta' terroriżmu fl-Italja. Postijiet turistiċi bħal Via dei Georgofili f'Firenze, Via Palestro f'Milan, u Piazza San Giovanni in Laterano u Via San Teodoro f'Ruma kienu attakkati, b'għaxar persuni mejta u 93 ruħ feruti, u wirt kulturali bħall-Uffizi ġarrbu ħsarat kbar. Meta Papa Ġwanni Pawlu II ikkundanna l-mafja, tqiegħdu bombi ma' żewġ knejjes f'Ruma u nqatel qassis anti-Mafja Don Pino Puglisi.

Għal xi żmien Leoluca Bagarella mexxa flok Riina, iżda mbagħad ħa l-kontroll li nqabad u ntefa' l-ħabs fl-2006, wara 43 sena maħrub. Provenzano waqqaf il-vjolenza u daħħal il-pax mafiosa. Wara Provenzano beda jmexxi li għadu mfittex mill-pulizija.

L-Ewwel Kotba bil-Malti dwar il-Mafja

Nhar id-19 ta’ Lulju 2017, Say it Publications ippubblikaw u nedew żewġ kotba bl-isem “Sfidaw lill-Mafja” ta’ fl-okkażjoni tal-25 sena mill-qtil taż-żewġ imħallfin Palermitani, Giovanni Falcone u Paolo Borsellino. It-tnedija saret fiċ-Ċentru Ħanin Samaritan, Santa Venera. Borsellino nqatel propju bħal dakinhar, nhar id-19 ta’ Lulju 1992, fil-ħamsa ta’ filgħaxija, minn karozza bomba pparkjata taħt id-dar ta’ ommu.

Dawn il-kotba Aloisio kitibhom biex ma ninsewx. Il-25 sena mill-qtil barbaru tal-imħallfin Giovanni Falcone u Paolo Borsellino ma riedx iħallih anniversarju li jibqa’ għaddej qisu qatt ma kien xejn. Tassew li dawn l-eroj ma kinux Maltin. Kienu Sqallin. Imma qabelxejn kienu persuni onesti, korretti u ġusti.

“Sfidaw lill-Mafja” u “Falcone u Borsellino: Żewġ lmħallfin li Sfidaw lill-Mafja”, Aloisio kitibhom biex jagħti tama u jfakkar li ma rridu qatt nidraw il-ħażen, ikunx mafja jew xi ħaġa oħra, u m’għandna qatt nirrassenjaw ruħna għalih. Il-ġwejjef u l-beżżiegħa jagħmlu hekk.

Suġġetti trattati fil-kotba

•L-istorja tal-Imħallef Giovanni Falcone li l-mafja użat nofs tunnellata splussiv biex toqtlu. Għaliex il-mafja kienet tobogħdu daqshekk?

•L-istorja tal-Imħallef Paolo Borsellino li wara li qatlu lil sieħbu Falcone kien jaf li kien imiss lilu. Għaliex baqa’ hemm u ma telaqx minn Sqallija?

•L-istorja ta’ Rosaria, armla żagħżugħa li l-għajta tagħha fil-knisja, għajta ta’ maħfra u ġustizzja, għadha tidwi sal-lum. Għaliex?

•L-istorja ta’ Tommaso Buscetta, is-superboss tal-mafja, li wara li l-Corleonesi mafjużi qatlulu tnax-il membru tal-familja tiegħu, fosthom tnejn minn uliedu, iddeċieda li jikkollabora mal-ġustizzja u kixef is-sistema mafjuża.

•L-istorja ta’ Totò Riina, “il capo dei capi”, li minn kriminal żgħir ta’ serq ta’ bhejjem spiċċa biex sar il-kap tal-mafja kollha ta’ Palermo. Kif irnexxielu jagħmel dan?

•Ir-rabta bejn il-mafja ta’ Sqallija u Malta. Veru li Totò Riina kien ikun spiss Għawdex? Veru li dak li għafas ir-remote u sploda lil Falcone ftit qabel kien ukoll Għawdex?

•X’kienu ġew jagħmlu Malta t-tliet ulied tal-Imħallef Borsellino, tliet xhur wara li qatlulhom lil missierhom? Intervista ma’ min kien responsabbli li ġabhom hawn Malta.

•Intervista esklussiva ma’ Maria Falcone, oħt l-Imħallef Falcone, b’messaġġ lill-qarrejja u liż-żgħażagħ Maltin.

•Dizzjunarju ta’ termini assoċjati mal-mafja.

•100 kwotazzjoni minn fomm dawk li ġġieldu lill-mafja.

Silta mill-ktieb ġdid “Falcone u Borsellino: Żewġ lmħallfin li Sfidaw lill-Mafja”

"Il-Ħadd 19 ta’ Lulju 1992. Borsellino joħroġ sigarett mill-pakkett. Xemx taqli l-ġrieden. Bil-kemm jilħaq jieħu nifs, fuq xufftejh għandu tbissima, jgħolli subgħu biex iċempel l-intercom. Il-ħamsa neqsin żewġ minuti, ta’ filgħaxija. U Palermo terġa’ ssir qisha Bejrut. Il-Fiat 126, b’madwar disgħin kilo splussiv tip Semtex-H tisplodi fi Triq D’Amelio 21, taħt il-blokk fejn kienet toqgħod omm l-Imħallef.

Splużjoni, duħħan, fjammi, demm u biċċiet ta’ iġsma: għal sittin sekonda sħaħ ix-xemx tgħattiet għal kollox. Il-Fiat 126 taret tletin metru minn fejn kienet. Il-karozzi bulletproof tal-pulizija tal-iskorta nqerdu. Tletin karozza oħra li kienu pparkjati hemm ħadu n-nar. L-iġsma ta’ Borsellino u tal-pulizija tal-iskorta Agostino Catalano, Walter Eddie Cusina, Emanuela Loi, Vincenzo Li Muli, u Claudio Traina nħarqu u ttertqu, b’biċċiet minnhom itiru u jaħbtu mal-asfalt tat-triq. Il-pistoli li kellhom f’idejhom kienu ħadu u splodew f’idhom tant li id wieħed minnhom instabet fis-sitt sular ta’ bini fil-qrib.

Ix-xenarju deskritt mill-pulizija li waslu fuq il-post kien dak ta’ “għexieren ta’ karozzi meqruda mill-fjammi, oħrajn li kienu għadhom jinħarqu, balal li minħabba s-sħana bdew jisplodu weħidhom, nies tgħajjat u titlob l-għajnuna, u iġsma mtertqin, tal-biża’.” Saret ukoll ħsara kbira fil-bini u fil-ħwienet tal-post. “Kulħadd f’Palermo kien jaf li wara l-Imħallef Falcone, il-vittma li jmiss kien Borsellino,” jirrakkonta Vullo, “bejnietna l-pulizija kien isir dan id-diskors: inti pulizija tal-iskorta ta’ Borsellino? Il-Bambin iħarsek. U hekk xahar qabel, saħħew is-sigurtà kullimkien. Minbarra f’via D’Amelio”.

Lil ommu, Borsellino spiss kien iżurha, u kien jiftiehem magħha bit-telefon. Kieku kien hemm sigurtà f’dik it-triq, kien hemm probabbiltà kbira li xi pulizija jinnota n-number plate ta’ dik il-Fiat 126 misruqa ipparkjata propju taħt il-blokk. Ibnu Manfredi, meta kien Malta, irrakkonta li omm Borsellino, Maria Pia, niżlet tara lil binha mtertaq biċċiet: “Bqajna miblugħa bin-nanna li fl-età ta’ 83 sena niżlet it-taraġ tad-dar tagħha mfarrka. Niżlet ħdejn il-karozza mfarrka ta’ missieri u talbet fuq dak li kien fadal mill-papà.” Omm Borsellino mietet ħames snin wara, fl-1997. Manfredi konvint li l-qtil ta’ missieru seta’ ġie evitat."

Ħoloq esterni

  • Direzione Investigativa Antimafia (Taljan)
  • Il-Mafja fl-Istorja Siċiljana
  • Sfidaw lill-Mafja, l-ewwel kotba bil-Malti dwar il-Mafja

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 30 Ġun, 2025 / 11:19

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Mafja, X'inhi Mafja? Xi tfisser Mafja?

Il Mafja hija organizzazzjoni kriminali terroristika li bdiet fi Sqallija sa mill bidu tas seklu 19 u li fl ewwel nofs tas seklu għoxrin saret organizzazzjoni internazzjonali Hija magħrufa ukoll bħala Cosa nostra il ħaġa tagħna L OriġiniCosa nostra bdiet fost il klassi soċjali tal massari fattori u gabillotti li kienu jieħdu ħsieb l artijiet tan nobbilta ta Sqallija bl hekk imsejħa braccianti li kienu jaħdmu fihom Cosa nostra bdiet għax l Istat ftit li xejn kien prezenti fit territorju u hekk ħadet ir riedni hi f idejha Kienu nies vjolenti li kienu jagħmlu ta intermedjarji bejn il proprjetarji fewdali u s servi u biex xogħolhom jagħmluh aħjar ġabru magħhom persuni li jesegwixxu l ordnijiet tagħhom imsejħin scagnozzi Dawn il gruppi malajr saru xi ħaġa permanenti u ħadu l isem ta setet konfraternitajiet cosche gruppi L ewwel dokument storiku li fih jissemma grupp mafjuz huwa fl 1837 il Prokurator Ġenerali ta Trapani Pietro Cala Ulloa jinforma lis superjuri tiegħu f Napli bl attivitajiet ta setet strambi imdaħħlin f attivita kriminali li kienu jikkorompu ukoll lill impjegati pubbliċi Fl 1863 kiteb flimkien ma Gaspare Mosca I mafiusi de la Vicaria opra teatrali bl Isqalli ambjentata fil Grandi Prigioni ta Palermo Kien b dan id dramm li nqaleb għat Taljan u kellu suċċess kbir li l kelma mafia saret kelma popolari mal Italja kollha Sa dak iz zmien il mafja kienet tidher bħala struttura il barra mill Istat izda fl istess ħin marbuta sew miegħu Il mafja kompliet tikber grazzi għal dak li ġara fi zmien l Unita tal Italja u wara l iktar minħabba l krizi ekonomika akuta li din ġabet fi Sqallija u fin nofsinhar tal Italja L Istat ma kienx qed jirnexxilu jkollu kontroll dirett u stabbli tat tmexxija ta Sqallija li l organizzazzjoni soċjali tagħha kienet ferm differenti minn dik tan nord u beda jħalli f idejn il gruppi mafjuzi li billi kienu jafu sew il mekkanizmi lokali malajr ħadu post il gvern ċentrali Wieħed mill aktar proċessi famuzi ta dak iz zmien seħħ fl 1885 kontra l membri tal Fratellanza di Favara grupp mafjuz f li kellu ritwal ta inizzjazzjoni li jixbah lil tal mazuni Dawn kienu jniggzu s suba l werrej tal membri ġodda iħallu marka tad demm fuq santa u jaħarqu s santa filwaqt li l mafjuz il ġdid jirreċita formula ta ġurament ċerimonja bħal din kienet tipika tal gruppi mafjuzi ta Palermo li ħafna mill membri tal Fratellanza kienu daħlu fihom fl 1879 meta spiċċaw il ħabs flimkien ma mafjuzi Palermitani fil ħabs ta Ustica Fl 1893 wara d delitt tal Markiz Notarbartolo l ezistenza ta Cosa nostra u tar rapporti tagħha mal politika saret magħrufa mal Italja kollha Il bdiewa jridu l artMinkejja li wara l Unita tal Italja suppost kienet intemmet il ħakma fewdali fi Sqallija l bdiewa kienu għadhom jinħaqru qatigħ Il proprjetarji kbar tal artijiet kienu jgħixu f Palermo jew fi bliet kbar oħra u kienu jikru l artijiet lill gabillotti b kuntratti għal zmien qasir u dal fatt kien iġiegħel lill gabillott jisfrutta lill bidwi Biex ma jkollux rivolti mill bdiewa u jkun jista jaħdem aħjar il gabillott kien jaqbillu jingħaqad mal mafjuzi li kienu juzaw il poter tagħhom biex irazznu lill bdiewa u ukoll juzaw il konoxxenzi li l mafjuzi kellhom f Palermo fejn kienu jiġu ffirmati ħafna mill kuntratti tal għelieqi Sa mill 1891 fi Sqallija kollha l bdiewa bdew jingħaqdu f faxxi fasci speċi ta unions tal bdiewa mmexxija mis Soċjalisti tal post li bdew jitolbu għal kuntratti iktar ġusti u l ġid ikun imqassam aħjar Ma kinux movimenti rivoluzzjonarji fil veru sens tal kelma izda xorta ġew kundannati mill gvern ta Ruma li fil persuna ta Crispi fl 1893 bagħat l ezerċtu biex jeqridhom bil forza Giuseppe de Felice Giuffrida il fundatur tal fasci siciliani kien proċessat u mitfugħ il ħabs Qabel ma l Faxxi nqerdu il mafja kienet ppruvat tinfilsa fihom in nies tagħha biex jekk dawn jirnexxu hi ma titlifx il privileġġi tagħha Izda fl istess ħin baqgħet tgħin lill gabillotti biex hekk jirbaħ min jirbaħ hi dejjem se tkun minn fuq għax tidher bħala medjatriċi bejn iz zewġ naħat Meta kien ċar li l Istat kien se jdaħħal il liġi marzjali il Fratellanza msejħa ukoll l Onorata Societa kif kienet tissejjaħ Cosa nostra inqatgħet mill Faxxi li kienu għamlu minn kollox biex ma jħallux mafjuzi jidħlu magħhom u ħafna drabi rnexxielhom u bdiet tgħin lill gvern fir ripressjoni tagħhom tal Faxxi Bħala vendetta kontra l Faxxi li ħaduha kontra s setgħa tal propjetarji kbar imsejħin latifondisti fl 1915 f Corleone il mafjuzi qatlu lil Bernardino Verro li kien fost l aqwa mexxejja tal Faxxi fis snin disgħin tas seklu dsatax Il Priministru Giolitti ippermetta li l koperattivi jissellfu mill banek u jinnegozjaw weħidhom bla gabillotti kuntratti diretti mal proprjetarji tal artijiet Dan flimkien ma liġi elettorali ġdida li tat il vot lill irġiel kollha wasslu mhux biss għar rebħa ta ħafna sindki Soċjalisti f diversi bliet Sqallin imma wkoll għat tmien tal irwol li kellha l mafja fil medjazzjoni għall kuntratti Biex teqred il periklu aħmar il mafja kellha tingħaqad mal Knisja Kattolika fi Sqallija anke hi inkwetata bl influwenza Komunista fost l Isqallin Għalhekk il koperattivi Kattoliċi bdew iħallu mafjuzi fosthom bil patt li dawn jagħmluha diffiċli għas Soċjalisti Fil bidu tas seklu għoxrin il mafja bdiet toqtol lis sindki trejdjunjonisti attivisti u bdiewa l importanti li jkunu Soċjalisti It tema tal art miċħuda lill bdiewa baqħet waħda mir raġunijiet ewlenin tal battalja soċjali fi Sqallija sa wara t tieni Gwerra Dinjija Ir Rapport SangiorgiErmanno Sangiorgi intbagħat f Palermo bħala Kwestur tal Pulizija fl 1898 waqt li kienet għaddejja gwerra bejn il mafjuzi li kienet ilha sejra sentejn Meta kien qiegħed jindaga fuq id delitti mwettqa mill mafjuzi ta Conca d Oro Sangiorgi fehem li l omiċidji ma kinux ġejjin minn inizjattivi individwali izda kienu ġejjin minn regoli u deċizjonijiet kolleġjali u sistema ta kontroll tat territorju Sangiorgi skopra ukoll li l iktar zewġ familji sinjuri ta Palermo Florio u Whitaker kienu ħaġa waħda mal mafjuzi ta Conca d Oro li kienu jqabbduhom bħala gwardjani u fattori fl artijiet tagħhom u jħallsuhom biex joffrulhom protezzjoni F Ottobru 1899 Francesco Siino kap tal koska ta Malaspina li ħelisha b xortih fi sparatura min nies ta Antonino Giammona kap tal koska tal Uditore fil kuntest ta gwerra tal mafja kien issikkat minn Sangiorgi u stqarr li r rival tiegħu Giammona kien qed jipprova jeħodlu r racket tan negozju tal lumi tas serq tal estorsjonijiet u l falsifikazzjoni tal flus Sab ukoll li l Conca d Oro kienet maqsuma fi tmien gruppi cosche mafjuzi 1 Piana dei Colli 2 Acquasanta 3 Falde 4 Malaspina 5 Uditore 6 Passo di Rigano 7 Perpignano 8 Olivuzza Sangiorgi fuq din il bazi għamel ħafna arresti Fil lejl bejn is 27 u t 28 ta April 1900 il Kwestura arrestat ħafna mafjuzi fosthom Antonino Giammona Lill Prokura ta Palermo Sangiorgi bagħthilha rapport ta 485 paġna li kien fih mappa tal organizzazzjoni tal mafja ta Sqallija b total ta 280 uomo d onore Il proċess beda f Mejju 1901 imma Siino irritratta għal kollox id dikjarazzjonijiet li kien għamel qabel Wara biss xahar waslu l kundanni fl ewwel grad 32 imputat biss instabu ħatja li waqqfu assoċjazzjoni kriminali u billi diġa kienu qattgħu xi zmien fil ħabs l għada ħafna minnhom inħelsu L Ewwel Gwerra Dinjija u l Konsegwenzi tagħhaFl 1915 l Italja daħlet fil Gwerra u mijiet ta eluf ta zgħazagħ Taljani nġabru bil lieva Fi Sqallija d dizerturi kienu ħafna Ħafna ħallew l ibliet u marru jgħixu fil makkja fl intern tal gzira u tawha għas serq Minħabba nuqqas ta ħaddiema fl għelieqi u t talba ta iktar laħam għas suldati ħafna għelieqi spiċċaw f mergħat għall bhejjem Dan zied ħafna l influwenza ta Cosa nostra fil gzira kollha Zdied is serq tal bhejjem il proprjetarji tal art bdew ifittxu iktar l appoġġ tal mafjuzi milli l awtoritajiet Statali li kienu bla saħħa biex jiġu restitwiti lilhom il bhejjem imqar xi ftit minnhom Il boss tal mafja kienu jimmedjaw bejn il ħallelin u l vittmi tas serq u jieħdu speċi ta senserija Fi tmiem il Gwerra l Italja għaddiet minn krizi li setgħet spiċċat f rivoluzzjoni popolari Fin nord il ħaddiema strajkjaw u riedu kundizzjonijiet aħjar tax xogħol u fis sud iz zgħazagħ kienu rrabjati li l gvern ma zammx il wegħdiet tiegħu speċjalment fuq l art għall bdiewa Ma kinux ftit dawk l Isqallin li saru banditi jew kriminali oħrajn daħlu direttament fil mafja u oħrajn ippruvaw jirriformaw il faxxi jew daħlu fil kunsilli Soċjalisti ta Sqallija Kien f din il klima ta tensjoni li l għamel l ewwel dehra tiegħu L Epoka FaxxistaIl Faxxizmu beda kampanja kontra l mafja ta Sqallija wara l ewwel zjara ta Mussolini fi Sqallija f Mejju 1924 Fit 2 ta Ġunju tal istess sena ntbagħat fi Sqallija Cesare Mori l ewwel bħala Prefett ta Trapani u minn Ottubru 1925 ta Palermo imlaqqam il Prefetto di ferro Il Prefett tal ħadid bl inkarigu li jeqred il mafja bi kwalunkwe mezz L azzjoni ta Mori kienet qawwija u effikaċi Ġew arrestati u kkundannati mijiet kbar ta mafjuzi Jibqa magħruf l assedju ta Gangi li fih Mori assedja għal erba xhur iċ ċentru tal belt meqjusa bħala waħda mill akbar fortizzi tal mafja F dan iz zmien kien arrestat il boss Vito Cascio Ferro Wara arresti kbar ta mafjuzi magħrufa il kapijiet ta Cosa nostra ma ħassewhomx iktar sikuri u għazlu waħda minn zewġ toroq biex salvaw ġildhom numru minnhom emigraw lejn l Istati Uniti filwaqt li oħrajn baqa moħbijin fi Sqallija Il mezzi uzati mill Pulizija fil ġlieda kontra l mafja ġabu iktar sfiduċja fl Isqallin fil konfront tal Istat Madankollu Mori kien l ewwel investigatur Taljan li wera li l mafja tista tiġi megħluba bi ġlieda li ma tħarisx lejn l uċuħ kif sostna izjed tard Giovanni Falcone It Tieni Gwerra DinjijaMatul it Tieni Gwerra Dinjija ħafna kapijiet tal mafja italoamerikani li kienu fil ħabs fl Istati Uniti fosthom Lucky Luciano u Vito Genovese kienu kkuntattjati mis servizzi sigrieti Amerikani biex jgħinu lill Alleati jkollhom kontroll tajjeb tal gzira bil wegħda li kif tintemm il Gwerra jinħelsu mill ħabs Ma ġewx ikkuntattjati biss boss Amerikani izda ukoll Sqallin bħal Vincenzo Di Carlo Calogero Vizzini u Giuseppe Genco Russo Dawn il kuntatti kellhom l għan li jiffaċilitaw l izbark tal Alleati fuq ix xtut Sqallin u wara li jzommu stabilita politika tal gzira Meta Sqallija reġgħet lura taħt il Gvern Taljan il mafja reġgħet bdiet tiġi uzata biex ikun miġġieled is Soċjalizmu u l Komunizmu u hekk il mafja reġgħet ħadet ir ruħ wara l era Mori Salvatore GiulianoFi tmiem it Tieni Gwerra Dinjija l Ezerċtu Volontarju għall Indipendenza ta Sqallija ħatret lill bandit kap ta grupp ta kriminali kienu jitterrorizzaw lil Sqallija kollha bl azzjonijiet tagħhom bħala kurunell tagħha Giuliano sar ħaġa waħda mal propjetarji mafjuzi u mal politiċi tad Democrazia Cristiana u wettqu diversi attakki f Palermo u fi Trapani kontra l kwartieri tal Partit Komunista u l Partit Soċjalista attakki li laħqu l quċċata tagħhom fl 1 ta Mejju 1947 kontra l manifestanti Soċjalisti u Komunisti fi Piana degli Albanesi Palermo li fiha nqatlu 11 il ruħ u 27 spiċċaw feruti Il grupp ta Giuliano sfaxxa wara l arresti li saru mill pulizija u l istess Salvatore Giuliano inqatel fl 1950 mil logutinent tiegħu Gaspare Pisciotta fuq ordni tal kapijiet mafjuzi li ma kellhomx izjed bzonnu u għax kien jaf wisq fuq x kien hemm wara l Istraġi ta Portella della Ginestra u fuq ir rabtiet bejn il mafja u l politika Izjed tard Pisciotta ġie arrestat u miet avvelenat fil ħabs tal Ucciardone fl 1954 għax ried jikxef min kienu l mandanti tal Istraġi ta Portella della Ginestra Il Sacco di Palermo Il perjodu ta wara l gwerra ra zied ta bini f daqqa f Palermo Il bombi tal Alleati matul il gwerra kienu ħallew madwar 14 000 ruħ bla dar f Palermo u kien hemm domanda kbira għal djar ġodda iktar ma n nies bdew jersqu lejn il belt mill kampanja Ħafna mill bini kien iffinanzjat minn flus pubbliċi Fl 1956 zewġ uffiċjali pubbliċi b rabtiet mal Mafja Vito Ciancimino u Salvatore Lima ħadu f idejhom l Uffiċju għax Xogħlijiet Pubbliċi ta Palermo Bejn l 1959 u l 1963 80 tal permessi tal bini ngħataw lill istess ħamsa min nies mafjuzi li ħadd minnhom ma kellu xi kumpanija tal bini magħrufa Kumpaniji tal bini li ma kinux mafjuzi kellhom jibdew iħallsu l pizzo protection money Qabel ma tlesta l ippjanar tal belt ħafna nbena illegalment Il mafjuzi kienu jbezzgħu lil min jipprova joħodha kontra l bini illegali Dan wassal biex twaqqa ħafna bini storiku u telgħu ħafna appartamenti li ma kinux ta livell tajjeb Fl 1982 Falcone kien qal L organizzazzjonijiet mafjuzi jikkontrollaw b mod sħiħ il qasam tal bini f Palermo il barrieri l impjanti tas siment id depoziti tal metall il kummerċjanti tal kmamar tal banju u l bqija L Ewwel Gwerra tal MafjaL Ewwel Gwerra tal Mafja kienet l ewwel konflitt kbir bejn il gruppi mafjuzi wara t Tieni Gwerra Dinjija Fl 1962 il boss mafjuz Cesare Manzella organizza spedizzjoni ta droga lejn l Amerika bl għajnuna tal familji mafjuzi Greco u La Barbera Manzella qabbad boss ieħor Calcedonio Di Pisa biex iwassal l eroina Meta l ispedizzjoni waslet l Amerka ix xerrejja Amerikani bdew jgħidu li kien hemm xi eroina nieqsa u lil Di Pisa ħallsuh inqas Di Pisa akkuza lill Amerikani li serquh filwaqt li l familja La Barbera akkuzat lil Di Pisa li kien hu li seraq id droga li kien hemm nieqsa Il Commissione zammet ma Di Pisa u dan inkorla lil La Barbera La Barbera qatlu lil Di Pisa u Manzella u hekk skatenaw gwerra Ħafna persuni li ma kinux mafjuzi nqatlu f din il gwerra F April 1963 ħafna nies ġew feruti fi sparatura li kien hemm Palermo F Mejju Angelo La Barbera irnexxielu jiskappa attentat ta qtil f Milan F Ġunju sitt uffiċjli militari u pulizija inqatlu f Ciaculli inqatlu meta ppruvaw jiddizzineskaw bomba li kienet indirizzata għall mafjuz Salvatore Greco Dawn it traġedji ġabu rabja mal pajjiz u wasslu biex ikun elfejn arrest ta mafjuzi L attivita mafjuza naqset qatigħ għax il gruppi mafjuzi sparpaljaw u ħafna mafjuzi marru jinħbew Il Commissione xoljiet u damet sal 1969 biex reġgħet issawret 117 il suspettat tressqu l qorti fl 1968 imma ħafna minnhom inħelsu jew ingħataw sentenzi ħfief Fl 1973 mafjuz ta Altarello di Baida ta ruħu spontjament f idejn il kwestura ta Palermo u stqarr li wara li kellu krizi reliġjuza hu ried jibda ħajja ġdida akkuza lilu nnifsu b ħafna reati irrivela għall ewwel darba l ezistenza ta Commissione u ddeskriva r rit ta inizjazzjoni ta Cosa Nostra u l organizzazzjoni ta grupp mafjuz l ewwel kaz ta mafjuz li ddeċieda minn jeddu li jgħin lill awtoritajiet Izda lil Vitale ma emmnuhx u tefgħuh f manikomju kriminali għax iddikjarawh seminfermo di mente izda meta fl 1984 ħareġ mill manikomju nqatel mill mafja b zewġ tiri hu u ħiereġ mill knisja flimkien ma ommu Traffiċi kbarFis sebgħinijiet it traffiċi illegali speċjalment il kuntrabandu tas sigaretti ħalla ħafna qligħ għall mafja Il boss Sqallin u Naplitani mexxew monopolju ta bejgħ ta sigaretti f Napli U meta r raffineriji tal eroina f Marseilles li kellhom il kriminali ta Korsika ingħalqu mill awtoritajiet Franċizi it traffikanti bdew iħarsu lejn Sqallija Mill 1975 Cosa Nostra fetħet raffineriji tal eroina mxerrdin ma Sqallija Barra dan bdiet tikkontrolla ukoll it tqassim tagħha Il mafjuzi Sqallin marru personalment l Istati Uniti biex jikkontrollaw it tqassim tagħha hemm Id dipendenza fuq l eroina fl Ewropa u fl Amerika zdiedet u l qabdiet ta droga mill pulizija zdiedu ukoll Fl 1982 il mafja ta Sqallija kienet tikkontrolla 80 tat traffikar tal eroina fil Grigal tal Istati Uniti L eroina kienet titqassam lid dealers minn pizzeriji b sidien mafjuzi u d dħul jidher bħala qligħ tar ristoranti l hekk imsejħa Pizza Connection It Tieni Gwerra tal MafjaFil bidu tas sebgħinijiet Luciano Leggio boss ta Corleone u membru tal Commissione ġabar gruppi ta mafjuzi msejħin Corleonesi Dawn bdew jaraw kif jieħdu taħt idejhom Cosa Nostra u t traffikar tad droga Billi Leggio ntefa l ħabs fl 1974 hu kien jaġixxi permezz tal viċi tiegħu li iktar tard beda jmexxi hu Il Corleonesi ziedu l membri tagħhom b kull mod Fl 1977 il Corleonesi irnexxielhom ikeċċu lil Gaetano Badalamenti mill Commissione għax akkuzawh li kien qed jaħbi d dħul mit traffikar tad droga F April 1981 il Corleonesi qatlu membru rivali ieħor tal Commissione Stefano Bontade u hekk skatenat it Tieni Gwerra tal Mafja Mijiet ta mafjuzi u qraba tagħhom inqatlu xi drabi minn tradituri mill istess grupp Hekk il Corleonesi bdew jiddominaw il Commissione u Riina sar il boss dei boss tal mafja ta Sqallija Fl istess zmien huma għamlu kampanji ta qtil ta ġurnalisti uffiċjali u pulizija li b xi mod sfidawhom Il Ġeneral inħatar Prefett ta Palermo fl 1982 izda wara biss tliet xhur inqatel mill mafja meta kien fil karozza tiegħu flimkien ma martu Huwa ma kienx ingħata il poteri speċjali u l mezzi li kien imwiegħed mill politiċi li kellu jingħata Il pulizija kienet frustrata bin nuqqas ta għajnuna min naħa tal politiċi Fil funeral ta Beppe Montana pulizija maqtul mill mafjuzi fl 1985 il pulizija insultaw u bezqu zewġ politiċi prezenti u qamet ġlieda bejnhom u l pulizija militari Il Maxiprocesso u l Qtil tal MaġistratiFil bidu tas snin tmenin il maġistrati Giovanni Falcone u Paolo Borsellino bdew kampanja kontra Cosa Nostra Importanti kien l arrest ta mafjuz li ddeċieda li jitkellem u jikxef is sistema mafjuza wara li l Corleonesi qatlulu lil ħbiebu u lil qrabatu Mafjuzi oħra għamlu bħalu Falcone u Borsellino ġabru x xhieda tagħhom u organizzaw il Maxiprocesso li dam għaddej sentejn mill 1986 sal 1987 f qorti taħt l art mibnija għall okkazjoni Tressqu 474 mafjuz li 342 minnhom instabu ħatja Il Mafja pattietha qares Fl 1988 qatlu maġistrat Palermitan Antonino Saetta u lil ibnu tliet snin wara prosekutur u negozjant anti mafia ukoll inqatlu Salvatore Lima alleat politiku tal mafja inqatel għax ma rnexxilux ibiddel is sentenzi li kienu ngħataw il mafjuzi kif kien wiegħed li se jagħmel Falcone u Borsellino inqatlu bil bombi fl 1992 Dan wassal għall arrest ta Salvatore Riina f Jannar 1993 Ħafna saru pentiti u kellhom iħallsu prezz għoli għax tkellem bħal Francesco Marino Mannoia li qatlulu lil ommu lil oħtu u lil zitu Wara l arrest ta Riina il mafja bdiet kampanja ta terrorizmu fl Italja Postijiet turistiċi bħal Via dei Georgofili f Firenze Via Palestro f Milan u Piazza San Giovanni in Laterano u Via San Teodoro f Ruma kienu attakkati b għaxar persuni mejta u 93 ruħ feruti u wirt kulturali bħall Uffizi ġarrbu ħsarat kbar Meta Papa Ġwanni Pawlu II ikkundanna l mafja tqiegħdu bombi ma zewġ knejjes f Ruma u nqatel qassis anti Mafja Don Pino Puglisi Għal xi zmien Leoluca Bagarella mexxa flok Riina izda mbagħad ħa l kontroll li nqabad u ntefa l ħabs fl 2006 wara 43 sena maħrub Provenzano waqqaf il vjolenza u daħħal il pax mafiosa Wara Provenzano beda jmexxi li għadu mfittex mill pulizija L Ewwel Kotba bil Malti dwar il MafjaNhar id 19 ta Lulju 2017 Say it Publications ippubblikaw u nedew zewġ kotba bl isem Sfidaw lill Mafja ta fl okkazjoni tal 25 sena mill qtil taz zewġ imħallfin Palermitani Giovanni Falcone u Paolo Borsellino It tnedija saret fiċ Ċentru Ħanin Samaritan Santa Venera Borsellino nqatel propju bħal dakinhar nhar id 19 ta Lulju 1992 fil ħamsa ta filgħaxija minn karozza bomba pparkjata taħt id dar ta ommu Dawn il kotba Aloisio kitibhom biex ma ninsewx Il 25 sena mill qtil barbaru tal imħallfin Giovanni Falcone u Paolo Borsellino ma riedx iħallih anniversarju li jibqa għaddej qisu qatt ma kien xejn Tassew li dawn l eroj ma kinux Maltin Kienu Sqallin Imma qabelxejn kienu persuni onesti korretti u ġusti Sfidaw lill Mafja u Falcone u Borsellino Zewġ lmħallfin li Sfidaw lill Mafja Aloisio kitibhom biex jagħti tama u jfakkar li ma rridu qatt nidraw il ħazen ikunx mafja jew xi ħaġa oħra u m għandna qatt nirrassenjaw ruħna għalih Il ġwejjef u l bezziegħa jagħmlu hekk Suġġetti trattati fil kotba L istorja tal Imħallef Giovanni Falcone li l mafja uzat nofs tunnellata splussiv biex toqtlu Għaliex il mafja kienet tobogħdu daqshekk L istorja tal Imħallef Paolo Borsellino li wara li qatlu lil sieħbu Falcone kien jaf li kien imiss lilu Għaliex baqa hemm u ma telaqx minn Sqallija L istorja ta Rosaria armla zagħzugħa li l għajta tagħha fil knisja għajta ta maħfra u ġustizzja għadha tidwi sal lum Għaliex L istorja ta Tommaso Buscetta is superboss tal mafja li wara li l Corleonesi mafjuzi qatlulu tnax il membru tal familja tiegħu fosthom tnejn minn uliedu iddeċieda li jikkollabora mal ġustizzja u kixef is sistema mafjuza L istorja ta Toto Riina il capo dei capi li minn kriminal zgħir ta serq ta bhejjem spiċċa biex sar il kap tal mafja kollha ta Palermo Kif irnexxielu jagħmel dan Ir rabta bejn il mafja ta Sqallija u Malta Veru li Toto Riina kien ikun spiss Għawdex Veru li dak li għafas ir remote u sploda lil Falcone ftit qabel kien ukoll Għawdex X kienu ġew jagħmlu Malta t tliet ulied tal Imħallef Borsellino tliet xhur wara li qatlulhom lil missierhom Intervista ma min kien responsabbli li ġabhom hawn Malta Intervista esklussiva ma Maria Falcone oħt l Imħallef Falcone b messaġġ lill qarrejja u liz zgħazagħ Maltin Dizzjunarju ta termini assoċjati mal mafja 100 kwotazzjoni minn fomm dawk li ġġieldu lill mafja Silta mill ktieb ġdid Falcone u Borsellino Zewġ lmħallfin li Sfidaw lill Mafja Il Ħadd 19 ta Lulju 1992 Borsellino joħroġ sigarett mill pakkett Xemx taqli l ġrieden Bil kemm jilħaq jieħu nifs fuq xufftejh għandu tbissima jgħolli subgħu biex iċempel l intercom Il ħamsa neqsin zewġ minuti ta filgħaxija U Palermo terġa ssir qisha Bejrut Il Fiat 126 b madwar disgħin kilo splussiv tip Semtex H tisplodi fi Triq D Amelio 21 taħt il blokk fejn kienet toqgħod omm l Imħallef Spluzjoni duħħan fjammi demm u biċċiet ta iġsma għal sittin sekonda sħaħ ix xemx tgħattiet għal kollox Il Fiat 126 taret tletin metru minn fejn kienet Il karozzi bulletproof tal pulizija tal iskorta nqerdu Tletin karozza oħra li kienu pparkjati hemm ħadu n nar L iġsma ta Borsellino u tal pulizija tal iskorta Agostino Catalano Walter Eddie Cusina Emanuela Loi Vincenzo Li Muli u Claudio Traina nħarqu u ttertqu b biċċiet minnhom itiru u jaħbtu mal asfalt tat triq Il pistoli li kellhom f idejhom kienu ħadu u splodew f idhom tant li id wieħed minnhom instabet fis sitt sular ta bini fil qrib Ix xenarju deskritt mill pulizija li waslu fuq il post kien dak ta għexieren ta karozzi meqruda mill fjammi oħrajn li kienu għadhom jinħarqu balal li minħabba s sħana bdew jisplodu weħidhom nies tgħajjat u titlob l għajnuna u iġsma mtertqin tal biza Saret ukoll ħsara kbira fil bini u fil ħwienet tal post Kulħadd f Palermo kien jaf li wara l Imħallef Falcone il vittma li jmiss kien Borsellino jirrakkonta Vullo bejnietna l pulizija kien isir dan id diskors inti pulizija tal iskorta ta Borsellino Il Bambin iħarsek U hekk xahar qabel saħħew is sigurta kullimkien Minbarra f via D Amelio Lil ommu Borsellino spiss kien izurha u kien jiftiehem magħha bit telefon Kieku kien hemm sigurta f dik it triq kien hemm probabbilta kbira li xi pulizija jinnota n number plate ta dik il Fiat 126 misruqa ipparkjata propju taħt il blokk Ibnu Manfredi meta kien Malta irrakkonta li omm Borsellino Maria Pia nizlet tara lil binha mtertaq biċċiet Bqajna miblugħa bin nanna li fl eta ta 83 sena nizlet it taraġ tad dar tagħha mfarrka Nizlet ħdejn il karozza mfarrka ta missieri u talbet fuq dak li kien fadal mill papa Omm Borsellino mietet ħames snin wara fl 1997 Manfredi konvint li l qtil ta missieru seta ġie evitat Ħoloq esterniDirezione Investigativa Antimafia Taljan Il Mafja fl Istorja Siċiljana Sfidaw lill Mafja l ewwel kotba bil Malti dwar il Mafja

L-aħħar artikli
  • Ġunju 23, 2025

    Joe Hart

  • Ġunju 26, 2025

    Joe Grima

  • Ġunju 27, 2025

    Joe Friggieri

  • Ġunju 26, 2025

    Joe Debono Grech

  • Ġunju 17, 2025

    Joe Brincat (politiku)

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq