Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Il Komuniżmu huwa moviment soċjo politiku li jimmira għal soċjetà bla klassijiet strutturata fuq proprjetà komuni tal me

Komuniżmu

  • Paġna Ewlenija
  • Komuniżmu
Komuniżmu
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Il-Komuniżmu huwa moviment soċjo-politiku li jimmira għal soċjetà bla klassijiet strutturata fuq proprjetà komuni tal-mezzi ta' produzzjoni, aċċess liberu għal artikli ta' konsum, u t-tmiem tal-proprjetà privata

Wieħed mill-effetti tar-Rivoluzzjoni Industrijali kien li l-ħaddiema bdew jingħaqdu bejniethom biex jiġġieldu għall-kundizzjonijiet u pagi aħjar. Hekk twieled il-proletarjat. It-twelid tal-proletarjat ġab miegħu għadd ta’ ħassieba u intelletwali b’kuxjenza soċjali. Dawn bdew jaraw kif se jgħinu lill-proletarjat jikseb id-drittijiet tiegħu. Riduh jinqata’ mix-xkiel u l-‘jasar’ tas-sinjur. Bdiet il-ġlieda bejn il-klassi tal-ħaddiema u l-klassi ta’ min iħaddem.

L-affarijiet komplew jeħżienu meta l-Ewropa u l-bqija tad-dinja spiċċaw maħkuma mill-Ewwel Gwerra Dinjija. Il-ħaddiema mhux talli ma rnexxielhomx jiksbu d-drittijiet li riedu, talli sabu ruħhom fuq il-front tal-gwerra. Il-ħaddiema, issa suldati, bdew iħossuhom il-pawn taċ-ċess f’logħba bejn l-aristokratiċi li kienu qegħdin jippruvaw juru min minnhom kien l-aqwa.

Bħalissa, ħames pajjiżi biss fid-dinja huma stati uffiċjalment komunisti: Kuba, il-Vjetnam, il-Korea ta' Fuq, il-Laos u ċ-Ċina.

Rivoluzzjoni Dinjija

L-aħbar li l-Imperu Russu kien sfaxxa u minflok twaqqfet Repubblika Sovjetika, bidlet ix-xena internazzjonali għal bosta snin ta’ wara l-1917. F’dawk il-pajjiżi li l-Ewwel Gwerra ħalliet devastazzjoni u miżerja, ħafna ħaddiema u suldati ingħaqdu flimkien biex jagħmlu movimenti simili għas-Soviets Russi. Eżempji ewlenin huma r-Rivoluzzjoni Ġermaniża u r-repubblika Sovjetika ta’ l-Ungerija. Iżda t-tnejn li huma kellhom ħajja qasira.

Biss ir-Rivoluzzjoni Russa sabet art fertili fejn il-qagħda tal-popli kienet ħażina. Kellhom jgħaddu 30 sena sakemm ma sseħħet rivoluzzjoni oħra kbira, dik Ċiniża, li bħal dik Russa seħħet fl-isfond tat-tieni Gwerra Dinjija u l-ġlieda kontra l-ħakma Ġappuniża.

It-tmiem tat-Tieni Gwerra, fejn fuq l-istess mejda tar-rebbieħa kellek lil Josef Stalin il-mexxej ta’ l-Unjoni Sovjetika, bdiet tibgħat messaġġ ġdid u ċar - il-popli opressi għandhom jagħmlu dak li seħħ fl-1917 u jqumu kontra l-ħakkiema tagħhom.

Iżda iż-żminijiet kienu nbidlu. Fin-nofs kellek l-influwenza ta’ l-Istati Uniti, li bl-hekk imsejjaħ Suq Ħieles riedet twaqqaf il-firxa tal-Komuniżmu u Soċjaliżmu. Kellek ukoll lil partiti tal-lemin li bil-biża’ li x-xellug jista’ jirbaħ il-poter, kontra qalbhom bdew jintroduċu miżuri simili għal dawk mixtieqa mill-partiti u movimenti xellugin, fosthom il-welfare state.

Ħafna kienu dawk iż-żgħażagħ li kienu influwenzati mill-affarijiet kif seħħew snin qabel fir-Russja.

Fost dawn nistgħu nsemmu lil Ernesto Che Guevara li wara vjaġġ li għamel tul l-Amerika Latina, il-faqar li ra b’għajnejh ħeġġu biex jippromwovi t-twemmin Soċjalista. Ingħaqad ma’ Fidel Castro u flimkien ħadmu biex iseħħ ir-Rivoluzzjoni Kubana. Mas-suċċess ta’ din ir-rivoluzzjoni ‘Che’ beda jaħdem biex l-ideali tar-rivoluzzjoni jinfirxu fil-kumplament tal-kontinent ta’ l-Amerika Latina.

Fl-istess waqt, fil-pajjiżi li kienu kolonja ta’ wieħed mill-pajjiżi Ewropej, bħall-Ingilterra, Franza, Belġju u Portugall, nibtu fihom movimenti xellugin u rivoluzzjonarji. L-idea li l-ġid tal-pajjiż jinqasam b’ugwaljan-za fost iċ-ċittadini u ma jitħal-liex ikompli jittiekel mill-ħak-kiema kienet waħda qawwija.

Iżda l-firxa tat-twemmin xellugi kien kontrastat mill-politika Amerikana li riedet tiproteġi l-interess tagħha - fuq quddiem nett il-kapital. L-Istati Uniti ħadmet bis-sħiħ biex flimkien ma’ l-alleati tagħha tiġġieled il-firxa Soċjalista. Fl-Istati Uniti stess, għexieren kienu dawk iċ-ċittadini Amerikani li spiċċaw fil-ħabsijiet minħabba li kellhom twemmin xellugi.

Aktar minhekk, l-Istati Uniti rat kif għamlet u għenet gvernijiet u reġimi tal-lemin biex ma jħallux pajjiżhom ‘isir’ Soċjalista. Fost dawn nistgħu nsemmu ċ-Ċili u n-Nikaragwa.

Għal 50 sena sħaħ l-Istati Uniti u l-Unjoni Sovjetika kienu jinsabu għaddejjin bil-magħrufa Gwerra Bierda, li għalkemm ma kienx hemm ġlied bl-armamenti, il-battalji kienu jseħħu fil-qasam ekonomiku u nfluwenzi politiċi.

Minħabba għadd ta’ ċirkostanzi, fosthom il-wasla fil-poter ta’ Mikhail Gorbachev, is-saħħa tal-Unjoni Sovjetika bdiet tmajna sa ma wasal il-kollass politiku u ekonomiku tagħha tas-snin disgħin.

Wara l-waqgħa tal-Unjoni Sovjetika

Il-waqgħa tal-Unjoni Sovjetika heżżet is-sisien politiċi ta’ diversi partiti xellugin, speċjalment dawk Ewropej. Il-fatt li ma kienx fadal stat Soċjalista b’saħħtu d-diżorjenta kompletament lill-partiti xellugin. Eżempju ċar ta’ dan huwa dak li seħħ fl-Italja. Il-Partit Kommunista Taljan għal snin twal dejjem kien wieħed mill-akbar partiti. Iżda l-waqgħa tal-Unjoni Sovjetika tatu daqqa li ma rkuprax minnha. Il-mexxejja tiegħu bdew jaħsbu kif jaraw ħalli jbiddlu l-politika tagħhom u jagħmluha appellabbli għan-nies. Bidlulu isimu għall-Partit Demokratiku tax-Xellug (PDS). Wara ftit snin reġgħu bidlu l-isem u għamluh Demokratiċi tax-Xellug (DS) u f’Ottubru li għadda ingħaqdu mal-partit Margherita u ffurmaw il-Partit Demokratiku (PD). L-uniku tifkira tal-partit komunista Taljan huma r-Rifondazione Comunista u Comunisti Italiani, magħmula minn politiċi u membri li ma ċaħdux l-ideal tagħhom biex jingħoġbu mill-bidliet li kienu qed iseħħu.

L-effett tal-waqgħa Sovjetika ma nħassitx mill-Kommunisti biss, iżda anke mill-partiti Soċjalisti. Il-biża’ li n-nazzjonalizzajzzoni ta’ ċerti oqsma tal-ekonomija m’għadhomx appellabbli fid-dinja ta’ suq ħieles, tat bidu għall-politika ġdida xellugija. Ir-riżultat ta’ dan narawh fil-politika ta’ New Labour jew Neo Soċjalisti.

Biss jekk inħarsu n-naħa l-oħra tal-Atlantiku fl-Amerika Latina l-effett kien bil-maqlub. Wara snin ta’ ħakmiet tal-lemin, il-popli qiegħdin jagħtu appoġġ u saħħa kbira lill-partiti soċjalisti. Ir-rebħiet fil-Brażil, Urugwaj, , Ċili, Nikaragwa u Arġentina huma sinjal li l-ispirtu rivoluzzjonarju tal-popli għadu hemm u qawwi.

Għal ħafna snin il-Komuniżmu kien it-tama għall-ħaddiema tad-dinja li jekk jingħaqdu flimkien u jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom m’hemm ħadd li jista’ jwaqqafhom. Fl-għaqda isibu s-saħħa.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 14 Ġun, 2025 / 01:56

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Komuniżmu, X'inhi Komuniżmu? Xi tfisser Komuniżmu?

Il Komunizmu huwa moviment soċjo politiku li jimmira għal soċjeta bla klassijiet strutturata fuq proprjeta komuni tal mezzi ta produzzjoni aċċess liberu għal artikli ta konsum u t tmiem tal proprjeta privataKarl Marx Il martell u minġel l aktar simbolu komuni tal komunizmu Wieħed mill effetti tar Rivoluzzjoni Industrijali kien li l ħaddiema bdew jingħaqdu bejniethom biex jiġġieldu għall kundizzjonijiet u pagi aħjar Hekk twieled il proletarjat It twelid tal proletarjat ġab miegħu għadd ta ħassieba u intelletwali b kuxjenza soċjali Dawn bdew jaraw kif se jgħinu lill proletarjat jikseb id drittijiet tiegħu Riduh jinqata mix xkiel u l jasar tas sinjur Bdiet il ġlieda bejn il klassi tal ħaddiema u l klassi ta min iħaddem L affarijiet komplew jeħzienu meta l Ewropa u l bqija tad dinja spiċċaw maħkuma mill Ewwel Gwerra Dinjija Il ħaddiema mhux talli ma rnexxielhomx jiksbu d drittijiet li riedu talli sabu ruħhom fuq il front tal gwerra Il ħaddiema issa suldati bdew iħossuhom il pawn taċ ċess f logħba bejn l aristokratiċi li kienu qegħdin jippruvaw juru min minnhom kien l aqwa Bħalissa ħames pajjizi biss fid dinja huma stati uffiċjalment komunisti Kuba il Vjetnam il Korea ta Fuq il Laos u ċ Ċina Rivoluzzjoni DinjijaL aħbar li l Imperu Russu kien sfaxxa u minflok twaqqfet Repubblika Sovjetika bidlet ix xena internazzjonali għal bosta snin ta wara l 1917 F dawk il pajjizi li l Ewwel Gwerra ħalliet devastazzjoni u mizerja ħafna ħaddiema u suldati ingħaqdu flimkien biex jagħmlu movimenti simili għas Soviets Russi Ezempji ewlenin huma r Rivoluzzjoni Ġermaniza u r repubblika Sovjetika ta l Ungerija Izda t tnejn li huma kellhom ħajja qasira Biss ir Rivoluzzjoni Russa sabet art fertili fejn il qagħda tal popli kienet ħazina Kellhom jgħaddu 30 sena sakemm ma sseħħet rivoluzzjoni oħra kbira dik Ċiniza li bħal dik Russa seħħet fl isfond tat tieni Gwerra Dinjija u l ġlieda kontra l ħakma Ġappuniza It tmiem tat Tieni Gwerra fejn fuq l istess mejda tar rebbieħa kellek lil Josef Stalin il mexxej ta l Unjoni Sovjetika bdiet tibgħat messaġġ ġdid u ċar il popli opressi għandhom jagħmlu dak li seħħ fl 1917 u jqumu kontra l ħakkiema tagħhom Izda iz zminijiet kienu nbidlu Fin nofs kellek l influwenza ta l Istati Uniti li bl hekk imsejjaħ Suq Ħieles riedet twaqqaf il firxa tal Komunizmu u Soċjalizmu Kellek ukoll lil partiti tal lemin li bil biza li x xellug jista jirbaħ il poter kontra qalbhom bdew jintroduċu mizuri simili għal dawk mixtieqa mill partiti u movimenti xellugin fosthom il welfare state Ħafna kienu dawk iz zgħazagħ li kienu influwenzati mill affarijiet kif seħħew snin qabel fir Russja Fost dawn nistgħu nsemmu lil Ernesto Che Guevara li wara vjaġġ li għamel tul l Amerika Latina il faqar li ra b għajnejh ħeġġu biex jippromwovi t twemmin Soċjalista Ingħaqad ma Fidel Castro u flimkien ħadmu biex iseħħ ir Rivoluzzjoni Kubana Mas suċċess ta din ir rivoluzzjoni Che beda jaħdem biex l ideali tar rivoluzzjoni jinfirxu fil kumplament tal kontinent ta l Amerika Latina Fl istess waqt fil pajjizi li kienu kolonja ta wieħed mill pajjizi Ewropej bħall Ingilterra Franza Belġju u Portugall nibtu fihom movimenti xellugin u rivoluzzjonarji L idea li l ġid tal pajjiz jinqasam b ugwaljan za fost iċ ċittadini u ma jitħal liex ikompli jittiekel mill ħak kiema kienet waħda qawwija Izda l firxa tat twemmin xellugi kien kontrastat mill politika Amerikana li riedet tiproteġi l interess tagħha fuq quddiem nett il kapital L Istati Uniti ħadmet bis sħiħ biex flimkien ma l alleati tagħha tiġġieled il firxa Soċjalista Fl Istati Uniti stess għexieren kienu dawk iċ ċittadini Amerikani li spiċċaw fil ħabsijiet minħabba li kellhom twemmin xellugi Aktar minhekk l Istati Uniti rat kif għamlet u għenet gvernijiet u reġimi tal lemin biex ma jħallux pajjizhom isir Soċjalista Fost dawn nistgħu nsemmu ċ Ċili u n Nikaragwa Għal 50 sena sħaħ l Istati Uniti u l Unjoni Sovjetika kienu jinsabu għaddejjin bil magħrufa Gwerra Bierda li għalkemm ma kienx hemm ġlied bl armamenti il battalji kienu jseħħu fil qasam ekonomiku u nfluwenzi politiċi Minħabba għadd ta ċirkostanzi fosthom il wasla fil poter ta Mikhail Gorbachev is saħħa tal Unjoni Sovjetika bdiet tmajna sa ma wasal il kollass politiku u ekonomiku tagħha tas snin disgħin Wara l waqgħa tal Unjoni SovjetikaIl waqgħa tal Unjoni Sovjetika hezzet is sisien politiċi ta diversi partiti xellugin speċjalment dawk Ewropej Il fatt li ma kienx fadal stat Soċjalista b saħħtu d dizorjenta kompletament lill partiti xellugin Ezempju ċar ta dan huwa dak li seħħ fl Italja Il Partit Kommunista Taljan għal snin twal dejjem kien wieħed mill akbar partiti Izda l waqgħa tal Unjoni Sovjetika tatu daqqa li ma rkuprax minnha Il mexxejja tiegħu bdew jaħsbu kif jaraw ħalli jbiddlu l politika tagħhom u jagħmluha appellabbli għan nies Bidlulu isimu għall Partit Demokratiku tax Xellug PDS Wara ftit snin reġgħu bidlu l isem u għamluh Demokratiċi tax Xellug DS u f Ottubru li għadda ingħaqdu mal partit Margherita u ffurmaw il Partit Demokratiku PD L uniku tifkira tal partit komunista Taljan huma r Rifondazione Comunista u Comunisti Italiani magħmula minn politiċi u membri li ma ċaħdux l ideal tagħhom biex jingħoġbu mill bidliet li kienu qed iseħħu L effett tal waqgħa Sovjetika ma nħassitx mill Kommunisti biss izda anke mill partiti Soċjalisti Il biza li n nazzjonalizzajzzoni ta ċerti oqsma tal ekonomija m għadhomx appellabbli fid dinja ta suq ħieles tat bidu għall politika ġdida xellugija Ir rizultat ta dan narawh fil politika ta New Labour jew Neo Soċjalisti Biss jekk inħarsu n naħa l oħra tal Atlantiku fl Amerika Latina l effett kien bil maqlub Wara snin ta ħakmiet tal lemin il popli qiegħdin jagħtu appoġġ u saħħa kbira lill partiti soċjalisti Ir rebħiet fil Brazil Urugwaj Ċili Nikaragwa u Arġentina huma sinjal li l ispirtu rivoluzzjonarju tal popli għadu hemm u qawwi Għal ħafna snin il Komunizmu kien it tama għall ħaddiema tad dinja li jekk jingħaqdu flimkien u jiġġieldu għad drittijiet tagħhom m hemm ħadd li jista jwaqqafhom Fl għaqda isibu s saħħa

L-aħħar artikli
  • Ġunju 09, 2025

    Ronald Reagan

  • Ġunju 11, 2025

    Romantiċiżmu

  • Ġunju 08, 2025

    Roger de Pins

  • Ġunju 06, 2025

    Rodi (belt)

  • Ġunju 11, 2025

    Robert de Juilly

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq