Il Feniċi kienu poplu mil Lvant Nofsani min naħat ta fuq ta fejn illum il pjanuri tal Lebanon is Sirja u l Palestina Il
Feniċi

Il-Feniċi kienu poplu mil-Lvant Nofsani, min-naħat ta' fuq ta' fejn illum il-pjanuri tal-Lebanon, is-Sirja u l-Palestina.
Iċ-ċiviltà Feniċja kienet waħda bbażata fuq il-kummerċ marittimu li tferrxet tul il-Baħar Mediterran fl-ewwel millenju Q.K. Anki jekk in-nies ta' dawk ir-reġjuni kienu jsejħu lilhom infushom Kanaaniti, l-isem Feniċi ingħata mill-, li kienu jsejħulhom Phoiniki - Φοινίκη (Phoiníkē); il-kelma Griega għal Feniċi kienet sinonimu ta' kulur vjola fl-aħmar, bil-Grieg φοινίξ (phoinix), minħabba l-fatt li l-Feniċi kienu jikkummerċjaw drapp miżbugħ b'dan dan il-kulur. Dan il-kulur jinsab fil-bekkum, bebbuxu tal-baħar (isem xjentifiku: Murex trunculus.
Il-Feniċi baqgħu jkattru r-rotot kummerċjali tagħhom u kienu waqqfu kolonji matul il-vjaġġi tagħhom, bħal Kartaġni, , Spanja, Sardinja, Malta u anki mal-kosta Afrikana fl-Atlantiku.
Il-Feniċi kienu jitkellmu ilsien Semitiku imsejjaħ Puniku mir-Rumani, minħabba li l-kelma għal vjola bil-Latin kienet Puniceus. Anki jekk il-Feniċi biż-żmien naqsu mill-kummerċ tagħhom, xorta il-kultura tagħhom baqgħet ħajja matul is-sekli madwar il-Mediterran kollu.
Bidu tal-Poplu Feniċju
Huwa diffiċli li wieħed jistabbilixxi data u post partikolari għal kif u fejn oriġinaw il-Feniċi bħala poplu distint minn ċiviltajiet u tribujiet kontemporanji oħra. Dan għaliex dawn kienu jgħixu fi bliet separati minn xulxin b'art muntanjuża, u kull waħda minn dawn l-ibliet kellha t-tmexxija awtonoma tagħha. Minkejja li ma kienx hemm gvern wieħed li jikkmanda dawn l-ibliet f'daqqa, xorta dawn kellhom karatteristiċi li jgħaqqduhom flimkien bħala ċiviltà omoġenja. Il-Feniċi ma kienu ħadd għajr ħlief il-Kananiti li jissemmew fil-Kotba Mqaddsa. Dawn kienu jabitaw fl-ibliet ta' Tir, Sidon, Byblos, Akka, u Serepta fost oħrajn; kollha bliet max-xtut tal-Libanu, is-Sirja u f'partijiet tal-kosta Palestinjana fejn illum hemm l-istat ta' Iżrael. Biż-żmien dawn l-abitanti kienu spiċċaw imrekkna fil-pjanuri ta' qrib ix-xtut tal-Lvant Nofsani, minħabba li madwar l-1200 Q.K. sar ħafna ċaqliq ta' popli fil-Lvant Nofsani, meta daħlu l-Filistini, l-Iżraeliti, popli li emigraw mill-Eġew u l-Balkani (magħrufa bl-Ingliż bħala s-Sea Raiders jew is-Sea Peoples) kif ukoll tribujiet li qarrbu lejn l-art tal-Palestina, min-naħa tat-Tramunta bħal ma kienu l-Aramej.
B'mod ironiku, ħafna mill-materjal arkeoloġiku li hu attribwit strettament għall-poplu Feniċju ma nstabx f'dawn l-ibliet imsemmija hawn fuq iżda 'l bogħod minn arthom, f'siti arkeoloġiċi mxerrda madwar il-Mediterran kollu. Fil-vjaġġi tagħhom, il-Feniċi tħalltu ma' ħafna nies u dawn il-baħħara-negozjanti influwenzaw b'diversi modi lil bosta popli, filwaqt li fl-istess ħin huma ġew influwenzati minnhom. L-ilsien tal-Feniċi kien wieħed mid-djaletti Semitiċi li żviluppaw fil-Lvant Nofsani. Kontemporanju mal-ilsien Feniċju kien hemm l-Aramajk kif ukoll l-ilsien Ebrajk. Wieħed jista' jibda' jidentifika l-Feniċi bħala poplu distint, b'ċertezza minn madwar l-1200 Q.K. Il-Feniċi juru min huma b'diversi modi, mhux biss fl-ilsien tagħhom iżda anki fit-twemmin reliġjuż u r-ritwali tagħhom, kif ukoll fil-kwalità tax-xogħlijiet artiġjanali, l-aktar fil-fuħħar, fix-xogħol ornamentali, fid-deheb, fil-vażetti tal-ħġieġ u fid-drapp ħamrani-vjola li tant kien magħruf mal-Mediterran kollu. Dan tal-aħħar x'aktarx kien ir-raġuni prinċipali għaliex il-Feniċi bdew jikkummerċjaw ma' nies tant 'il bogħod minn arthom. Fuq il-fuħħar kienu jħobbu jiddisinjaw linji ġeometriċi, spirali u linji mmewġa, disinji ta' pjanti, l-aktar il-weraq tal-palm, u disinji ta' annimali, bosta minnhom ispirati mill-, mis-Sirja, mill-, u aktar u aktar mill-arti Eġizzjana. Dawn l-artiġjana kienu jagħmlu wkoll dekorazzjoni bl-avorju fuq l-injam b'dettalji artistiċi.
Modi oħra kif jiġu identifikati l-Feniċi huma mill-kitba tagħhom. Għall-ewwel darba fl-istorja il-Feniċi żviluppaw alfabett magħmul minn kwantità ta' karattri li kull wieħed minnhom jirrappreżentaw ħoss ta' konsonant. Din il-kitba ġiet studjata mill-esperti u ddeċifrata b'mod li l-kitba Feniċja tista' tinqara'. Aktar tard, ma' dawn il-konsonanti, il-Griegi żiedu l-karattri li jirrappreżentaw il-ħsejjes tal-vokali biex b'hekk għaqqdu alfabett simili għal dak li nafu bih illum.
Kummerċ
Madwar l-1000 Q.K., il-Feniċi kienu bdew jivvjaġġaw fuq l-imriekeb tagħhom biex jinnegozjaw l-aktar mal-abitanti ta' Ċipru. Hemm stabbilew kolonja permanenti fejn setgħu jinnegozjaw u jpartu d-drapp ħamrani-vjola tagħhom mar-ram (Kúpros - l-isem ta' Ċipru - ifisser ram). Minn Ċipru kienu wkoll jimpurtaw il-ħadid u d-deheb li f'dik il-gżira huma materja prima. Intant l-isem "Feniċi", ingħata lilhom mill-Griegi - Phoinikes, referenza għad drapp ħamrani li l-Feniċi kienu jesportaw. Din ir-referenza ma kinitx tirreferi għall-poplu kollu Feniċju, iżda aktar għal dawk in-negozjanti li jbigħu d-drapp ħamrani. Intant il-Feniċi kienu jsejħu lilhom infushom, Kananiti (bl-Akkadjan: Kinakhnu). L-istess l-Eġizzjani kienu jafuhom ukoll b'dan l-isem.
Sat-tmien seklu Q.K., il-Feniċi kienu diġà bdew jinfirxu u jinnegozjaw madwar il-Mediterran kollu. Huma kienu stabbilew preżenza f'bosta portijiet għall-kummerċ f'diversi prodotti artiġjanali. Intant hawn min jgħid li l-Feniċi kienu wkoll jagħmluha ta' sensara jew intermedjarji biex ibigħu l-prodotti ta' ħaddieħor. Minħabba dan in-negozju kontinwu, dawn stabbilew l-aġenti tagħhom f'bosta portijiet u dawn min-naħa tagħhom ġabu lil qrabathom biex jgħixu magħhom b'mod permanenti. B'hekk inħolqu bil-mod il-mod il-kolonji Feniċi b'mod paċifiku u naturali. Wieħed minn dawn il-postijiet kien f'Kartaġni, fit-Tuneżija; Kart Ħadaxt tfisser, il-Belt il-Ġdida. Minn kolonja Feniċja, din il-belt kibret sew u saret belt ekonomikament u militarment b'saħħitha, tant li kienet saret indipendenti u superjuri għall-ibliet minn fejn oriġinaw il-kolonizzaturi Feniċi. Intant, sa 574 Q.K. Tir, l-iktar belt Feniċja importanti ġiet meqruda, filwaqt li Kartaġni kompliet tiffjorixxi u ħolqot anki l-kolonji satellitari għaliha fi Spanja, f'Sardenja, fil-gżejjer Baleariċi, u f'Mozja, gżira żgħira qrib Marsala. fi Sqallija.
Żmien Puniku
Mis-seklu ħamsa Q.K. 'il quddiem, il-kultura Feniċja fil-Mediterran ġiet eġemonizzata minn dik tal-Kartaġiniżi. Minn hawn, l-istoriċi jibdew jirreferu għal din il-kultura li saret ibbażata aktar fil-Punent tal-Mediterran, bħala waħda Punika. It-terminu "Puniku" jirreferi b'mod ġeneriku għall-kultura Feniċja ta' wara l-ħames seklu Q.K. b'referenza għal Kartaġni bħala l-bażi prinċipali.
Feniċi f'Malta
Mhux magħruf għaliex il-Feniċi bdew jikkummerċjaw ma' Malta. Anzi hemm dubju jekk kinux jikkummerċjaw ma' Malta. Dan għas-sempliċi raġuni li Malta ma kellha l-ebda materja prima li biha wieħed seta' jpartat mal-prodotti offruti mill-baħħara-negozjanti Feniċi. X'aktarx l-ewwel darba li l-Feniċi tefgħu saqajhom l-art kien minħabba li Malta kienet tinsab fi triqithom lejn artijiet oħra u setgħu jagħmlu waqfa fil-portijiet ta' Malta matul il-vjaġġ twil tagħhom. Jista' jkun ukoll li hawn kien isir xi tiswijiet u manutenzjoni fuq l-imriekeb tagħhom qabel ma jkomplu l-vjaġġ. Minħabba li l-Lvant ta' Sqallija kien diġà kkolonizzat mill-Griegi, il-Feniċi qatt ma stabbilew ruħhom f'dawk in-naħat ta' Sqallija. Biss, stabbilew kolonja Feniċja fuq il-gżira ta' Mozja, gżira qrib . Dan ifisser li biex il-baħħara setgħu jaslu Mozja u warajha jaqsmu għal Kartaġni jew Sardinja, riedu jgħaddu mill-Kanal ta' Sqallija u għalhekk qrib Malta. F'Malta setgħu jtellgħu fl-imriekeb tagħhom l-art biex jinxef l-injam mill-ilmu li kien beda jtaqqlu, u biex ifornu lilhom infushom bl-ilma tax-xorb u l-ikel għall-bqija tal-vjaġġ. Biex jingħata l-proviżjon u servizzi oħra, l-abitanti Maltin kienu ipartu mall-prodotti li l-Feniċi kienu qed iġorru magħhom abbord.
Fdalijiet Feniċi f'Malta
L-eqdem fdalijiet ta' oġġetti, binjiet u oqbra Feniċji li nstabu f'Malta jmorru lura għall-aħħar tat-tmien / bidu tas-seba' seklu Q.K. Dawn in-nies baħħara x'aktarx lbaħħru mal-kosta tat-Tramuntana tal-Mediterran, u għamlu diversi waqfiet, l-aħħar waħda tkun fi Kreta, imbagħad salpaw lejn Malta fejn kienu jaslu wara xi erbatax il-jum. Minħabba f'hekk instabu oġġetti li jagħtu wieħed x'jifhem li dawn il-baħħara tħaltu u partu ma' dawn in-nies. Jidher li wara xi ftit, il-Feniċi mhux biss bbażaw ruħhom madwar il-portijiet Maltin, bħal f'Marsaxlokk, fejn bnew tempju iddedikat lil fuq l-għolja ta' . Fl-iskavi li saru fl-aħħar snin fl-Imdina, u f'oqbra fl-Imtarfa u Għajn Qajjet instabu bosta indikazzjonijiet li l-Feniċi kienu wara xi ġenerazzjonijiet bdew anki jgħixu hemm b'mod permanenti, minkejja li l-Imdina hi 'l bogħod mill-portijiet. Dan ifisser li kien hemm min telaq x-xogħol ta' baħħar u daħal għal xogħol u ħajja oħra anki dik agrikola.
Fost affarijiet li nstabu fl-inħawi tar-Rabat hemm is-sarkofagu li nstab f'Ħal Barka, illum esebit fil-Mużew tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta. Dan it-tebut hu magħmul kollu kemm hu mit-tafal u hu ta' stil Eġizzju-Rodjan. Instabet ukoll bieqja b'disinji ta' għasafar fuqha, u kalċi li żgur kienu xogħol artiġjanali Grieg. Il-fuħħar miżbugħ bl-aħmar u msajjar darbtejn biex ileqq (Red slip ware) jindika li dan ix-xogħol kien isir Malta,fl-eqdem żminijiet li l-Feniċi stabbilew ruħhom hemm. Instabu wkoll diversi amuletti li juru li l-Feniċi kienu jemmnu mhux biss fl-allat tagħhom, bħal Melkart, Ba'al u Axtarte, iżda anki f'allat Eġizzjani bħal Anubis, Horus, u Isis. Ix-xbieha tagħhom kienet ta' spiss tidher fuq l-amuletti li kienu jintlibsu bħala taliżmani biex jipproteġu lilhom infushom minn kull periklu, kemm dak fiżiku kif ukoll dak spiritwali. Ma' dawn instabu amuletti bis-simbolu tal-għajn (l-uġjat), bħala simbolu tal-alla Eġizzjan, Horus. Ma' dawn instab l-Ankħ - is-simbolu tal-ħajja li jidher kemm-il darba f'idejn il-farawni Eġizzjani. Skont Antonia Cesca dawn ħafna drabi kienu impurtati minn Kartaġni.
F'Malta l-ismijiet tal-allat Feniċi jidhru kemm-il darba f'diversi iskrizzjonijiet. L-isem ta' Axtarte, l-alla mara, instab kemm-il darba mnaqqax fuq il-fuħħar, fit-tempju Tas-Silġ. Bħal f'Kartaġni u f'Mozja, f'Malta jidher li kien isir is-sagrifiċċju uman - magħruf bħala, il-molk. Din kienet użanza fejn, skont kif jingħad, l-ewwel tifel imwieled fil-familja, ta' xi disa' snin, kien jinqatel u jinħaraq bħala sagrifiċċju lill-alla Ba'al. Il-post ta' dan is-sagrifiċċju hu magħruf bħala t-tofet. Għalkemm dan it-tofet qatt ma nstab f'Malta, biss fl-inħawi tal-Virtù, ir-Rabat, instabet stelae (lapida funerarja) u disinn ta' stelae oħra bl-istess tip ta' skrizzjonijiet li jsemmu l-offerta tal-Molk lill-alla Ba'al Ħamon.
Fil-218 Q.K., Malta ġiet maħkuma mir-Rumani. Biss, jidher li dan l-avveniment militari u politiku ma rnexxilux joqtol u jidfen il-kultura Feniċjo-Punika, għax anki waqt il-perjodu Ruman, sa sekli wara, l-ilsien Puniku baqa' mitkellem u miktub mill-abitanti Maltin. Dan hu vverifikat mill-iskrizzjonijiet Puniċi u Griegi li instabu fuq iż-żewġ ċippi li nstabu f'Marsaxlokk, li jmorru lura għas-seklu 2 Q.K.
Nota tal-aħħar dwar il-Feniċi: Meta Santu Wistin (354- 430 AD), saqsa lil xi bdiewa li kienu jgħixu qrib Kartaġni min huma, dawn wiġbuh li huma kienu Kananiti.
Referenzi
- ^ "Phoenicia | Definition, Location, History, Religion, & Facts". Encyclopedia Britannica (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-29.
- ^ Scott, John C (2018). "The Phoenicians and the Formation of the Western World". Comparative Civilizations Review. 78 (78).
- ^ Quinn, Josephine Crawley (2017). In Search of the Phoenicians. Princeton University Press. ISBN 978-1-4008-8911-2. pp. 2, 204.
- ^ Frendo, Anthony. 'Some Observations on the investigation of the Phoenicians / Canaanites in teh ancient Mediterranean world', Journal of Mediterranean Studies, 1993. Vol 3. no 2. p.170.
- ^ Aubet, Maria Eugenia (2001). The Phoenicians and the West: Politics, Colonies and Trade. Translated by Turton, Mary. Cambridge University Press. ISBN 978-0-521-79543-2. p. 17.
- ^ "Phoenicia". World History Encyclopedia (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-29.
- ^ Gouder, Tancred C. 'Accenni su Malta Feniċia' - Malta Archaeologicla Review, Issue 3, 1999. p. 17.
- ^ Gouder, Tancred C. The Phoenicians - Origin and Colonial Expansion - An Outline (Essay source unkown). p. 7.
- ^ Gouder, Tancred C. Malta and the The Lombard Bank Annual Report 1991. Lombard Bank (Malta) Ltd. p. 3.
- ^ Cesca, Antonia. 'Le Isole Maltesi e il Mediterraneao Fenice' - Malta archaeological Review Issue 3, 1999. p. 21.
- ^ Gouder, Tancred C. The Phoenicians - Origin and Colonial Expansion - An Outline. p. 3.
- ^ Bonanno, Anthony. Malta - Phoenician, Punica and Roman. Midsea Books Ltd. p. 28.
- ^ Bonanno, Anthony. Malta - Phoenician, Punic, and Roman. p. 40.
- ^ Bonnano, Anthony. Malta - Phoenician, Punic, and Roman. pp. 28, 29.
- ^ Gouder, Tancred C. 'Malta and the Phoenicians', Lombard Bank (Malta Ltd.) Annual Report 1991. p. 4.
- ^ Ciasca, Antonia. Malta Archeological Review Issue 2 1999 (bit-Taljan). Media Centre. p. 23.
- ^ Ciasca, Antonia. 'Malta' I Feniċi Ed. Sabatino Moscati. p. 206.
- ^ Gonzalez, Pablo Vidal. Malta in Phoenician and Punic times -Malta Archaeological Review, Issue 3, 1999. Media Centre. p. 26.
- ^ Gonzalez, Pablo Vidal. Malta in Phoenician and Punic Times - Malta Archaeological Review Issue 3, 1999. p. 26.
- ^ Bonanno, Anthony. Malta - Phoenician, Punic, and Roman. pp. 22–32, p. 48.
- ^ Gonzalez, Pablo Vidal. 'Malta in Phoenician and Punic times' Malta Archaeological Review, Issue 3, 1999. p. 26.
- ^ Gouder, Tancred C. 'Malta and the Phoenicians' Lombard Bank (Malta) Ltd - Annual Report 1991.
- ^ Bonanno, Anthony. Malta - Phoenician, Punic, and Roman. p. 54.
- ^ Cesca, Antonia. 'Malta' - I Feniċi Ed. Sabatino Moscati (Bompani).
- ^ Gouder, Tancred C. 'Accenni su Malta Fenicia' -Malta Archaeological Review, Issue 3, 1999. p. 19.
- ^ Bonanno, Anthony. Malta - Phoenician, Punic, and Roman. p. 40.
- ^ Frendo, Anthony. 'Some observations on the investigation of the Phoenicians / Canaanites in the ancient Mediterranean world', Journal of Mediterranean Studies, 1993, Vol. 3 No. 2. p. 170.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Feniċi, X'inhi Feniċi? Xi tfisser Feniċi?
Il Feniċi kienu poplu mil Lvant Nofsani min naħat ta fuq ta fejn illum il pjanuri tal Lebanon is Sirja u l Palestina Il Feniċi kkolonjalizzaw il postijiet kollha mmarkati bl oranġjo Iċ ċivilta Feniċja kienet waħda bbazata fuq il kummerċ marittimu li tferrxet tul il Baħar Mediterran fl ewwel millenju Q K Anki jekk in nies ta dawk ir reġjuni kienu jsejħu lilhom infushom Kanaaniti l isem Feniċi ingħata mill li kienu jsejħulhom Phoiniki Foinikh Phoinike il kelma Griega għal Feniċi kienet sinonimu ta kulur vjola fl aħmar bil Grieg foini3 phoinix minħabba l fatt li l Feniċi kienu jikkummerċjaw drapp mizbugħ b dan dan il kulur Dan il kulur jinsab fil bekkum bebbuxu tal baħar isem xjentifiku Murex trunculus Il Feniċi baqgħu jkattru r rotot kummerċjali tagħhom u kienu waqqfu kolonji matul il vjaġġi tagħhom bħal Kartaġni Spanja Sardinja Malta u anki mal kosta Afrikana fl Atlantiku Il Feniċi kienu jitkellmu ilsien Semitiku imsejjaħ Puniku mir Rumani minħabba li l kelma għal vjola bil Latin kienet Puniceus Anki jekk il Feniċi biz zmien naqsu mill kummerċ tagħhom xorta il kultura tagħhom baqgħet ħajja matul is sekli madwar il Mediterran kollu Bidu tal Poplu FeniċjuHuwa diffiċli li wieħed jistabbilixxi data u post partikolari għal kif u fejn oriġinaw il Feniċi bħala poplu distint minn ċiviltajiet u tribujiet kontemporanji oħra Dan għaliex dawn kienu jgħixu fi bliet separati minn xulxin b art muntanjuza u kull waħda minn dawn l ibliet kellha t tmexxija awtonoma tagħha Minkejja li ma kienx hemm gvern wieħed li jikkmanda dawn l ibliet f daqqa xorta dawn kellhom karatteristiċi li jgħaqqduhom flimkien bħala ċivilta omoġenja Il Feniċi ma kienu ħadd għajr ħlief il Kananiti li jissemmew fil Kotba Mqaddsa Dawn kienu jabitaw fl ibliet ta Tir Sidon Byblos Akka u Serepta fost oħrajn kollha bliet max xtut tal Libanu is Sirja u f partijiet tal kosta Palestinjana fejn illum hemm l istat ta Izrael Biz zmien dawn l abitanti kienu spiċċaw imrekkna fil pjanuri ta qrib ix xtut tal Lvant Nofsani minħabba li madwar l 1200 Q K sar ħafna ċaqliq ta popli fil Lvant Nofsani meta daħlu l Filistini l Izraeliti popli li emigraw mill Eġew u l Balkani magħrufa bl Ingliz bħala s Sea Raiders jew is Sea Peoples kif ukoll tribujiet li qarrbu lejn l art tal Palestina min naħa tat Tramunta bħal ma kienu l Aramej B mod ironiku ħafna mill materjal arkeoloġiku li hu attribwit strettament għall poplu Feniċju ma nstabx f dawn l ibliet imsemmija hawn fuq izda l bogħod minn arthom f siti arkeoloġiċi mxerrda madwar il Mediterran kollu Fil vjaġġi tagħhom il Feniċi tħalltu ma ħafna nies u dawn il baħħara negozjanti influwenzaw b diversi modi lil bosta popli filwaqt li fl istess ħin huma ġew influwenzati minnhom L ilsien tal Feniċi kien wieħed mid djaletti Semitiċi li zviluppaw fil Lvant Nofsani Kontemporanju mal ilsien Feniċju kien hemm l Aramajk kif ukoll l ilsien Ebrajk Wieħed jista jibda jidentifika l Feniċi bħala poplu distint b ċertezza minn madwar l 1200 Q K Il Feniċi juru min huma b diversi modi mhux biss fl ilsien tagħhom izda anki fit twemmin reliġjuz u r ritwali tagħhom kif ukoll fil kwalita tax xogħlijiet artiġjanali l aktar fil fuħħar fix xogħol ornamentali fid deheb fil vazetti tal ħġieġ u fid drapp ħamrani vjola li tant kien magħruf mal Mediterran kollu Dan tal aħħar x aktarx kien ir raġuni prinċipali għaliex il Feniċi bdew jikkummerċjaw ma nies tant il bogħod minn arthom Fuq il fuħħar kienu jħobbu jiddisinjaw linji ġeometriċi spirali u linji mmewġa disinji ta pjanti l aktar il weraq tal palm u disinji ta annimali bosta minnhom ispirati mill mis Sirja mill u aktar u aktar mill arti Eġizzjana Dawn l artiġjana kienu jagħmlu wkoll dekorazzjoni bl avorju fuq l injam b dettalji artistiċi Modi oħra kif jiġu identifikati l Feniċi huma mill kitba tagħhom Għall ewwel darba fl istorja il Feniċi zviluppaw alfabett magħmul minn kwantita ta karattri li kull wieħed minnhom jirrapprezentaw ħoss ta konsonant Din il kitba ġiet studjata mill esperti u ddeċifrata b mod li l kitba Feniċja tista tinqara Aktar tard ma dawn il konsonanti il Griegi ziedu l karattri li jirrapprezentaw il ħsejjes tal vokali biex b hekk għaqqdu alfabett simili għal dak li nafu bih illum KummerċMadwar l 1000 Q K il Feniċi kienu bdew jivvjaġġaw fuq l imriekeb tagħhom biex jinnegozjaw l aktar mal abitanti ta Ċipru Hemm stabbilew kolonja permanenti fejn setgħu jinnegozjaw u jpartu d drapp ħamrani vjola tagħhom mar ram Kupros l isem ta Ċipru ifisser ram Minn Ċipru kienu wkoll jimpurtaw il ħadid u d deheb li f dik il gzira huma materja prima Intant l isem Feniċi ingħata lilhom mill Griegi Phoinikes referenza għad drapp ħamrani li l Feniċi kienu jesportaw Din ir referenza ma kinitx tirreferi għall poplu kollu Feniċju izda aktar għal dawk in negozjanti li jbigħu d drapp ħamrani Intant il Feniċi kienu jsejħu lilhom infushom Kananiti bl Akkadjan Kinakhnu L istess l Eġizzjani kienu jafuhom ukoll b dan l isem Sat tmien seklu Q K il Feniċi kienu diġa bdew jinfirxu u jinnegozjaw madwar il Mediterran kollu Huma kienu stabbilew prezenza f bosta portijiet għall kummerċ f diversi prodotti artiġjanali Intant hawn min jgħid li l Feniċi kienu wkoll jagħmluha ta sensara jew intermedjarji biex ibigħu l prodotti ta ħaddieħor Minħabba dan in negozju kontinwu dawn stabbilew l aġenti tagħhom f bosta portijiet u dawn min naħa tagħhom ġabu lil qrabathom biex jgħixu magħhom b mod permanenti B hekk inħolqu bil mod il mod il kolonji Feniċi b mod paċifiku u naturali Wieħed minn dawn il postijiet kien f Kartaġni fit Tunezija Kart Ħadaxt tfisser il Belt il Ġdida Minn kolonja Feniċja din il belt kibret sew u saret belt ekonomikament u militarment b saħħitha tant li kienet saret indipendenti u superjuri għall ibliet minn fejn oriġinaw il kolonizzaturi Feniċi Intant sa 574 Q K Tir l iktar belt Feniċja importanti ġiet meqruda filwaqt li Kartaġni kompliet tiffjorixxi u ħolqot anki l kolonji satellitari għaliha fi Spanja f Sardenja fil gzejjer Baleariċi u f Mozja gzira zgħira qrib Marsala fi Sqallija Zmien PunikuMis seklu ħamsa Q K il quddiem il kultura Feniċja fil Mediterran ġiet eġemonizzata minn dik tal Kartaġinizi Minn hawn l istoriċi jibdew jirreferu għal din il kultura li saret ibbazata aktar fil Punent tal Mediterran bħala waħda Punika It terminu Puniku jirreferi b mod ġeneriku għall kultura Feniċja ta wara l ħames seklu Q K b referenza għal Kartaġni bħala l bazi prinċipali Feniċi f MaltaMhux magħruf għaliex il Feniċi bdew jikkummerċjaw ma Malta Anzi hemm dubju jekk kinux jikkummerċjaw ma Malta Dan għas sempliċi raġuni li Malta ma kellha l ebda materja prima li biha wieħed seta jpartat mal prodotti offruti mill baħħara negozjanti Feniċi X aktarx l ewwel darba li l Feniċi tefgħu saqajhom l art kien minħabba li Malta kienet tinsab fi triqithom lejn artijiet oħra u setgħu jagħmlu waqfa fil portijiet ta Malta matul il vjaġġ twil tagħhom Jista jkun ukoll li hawn kien isir xi tiswijiet u manutenzjoni fuq l imriekeb tagħhom qabel ma jkomplu l vjaġġ Minħabba li l Lvant ta Sqallija kien diġa kkolonizzat mill Griegi il Feniċi qatt ma stabbilew ruħhom f dawk in naħat ta Sqallija Biss stabbilew kolonja Feniċja fuq il gzira ta Mozja gzira qrib Dan ifisser li biex il baħħara setgħu jaslu Mozja u warajha jaqsmu għal Kartaġni jew Sardinja riedu jgħaddu mill Kanal ta Sqallija u għalhekk qrib Malta F Malta setgħu jtellgħu fl imriekeb tagħhom l art biex jinxef l injam mill ilmu li kien beda jtaqqlu u biex ifornu lilhom infushom bl ilma tax xorb u l ikel għall bqija tal vjaġġ Biex jingħata l provizjon u servizzi oħra l abitanti Maltin kienu ipartu mall prodotti li l Feniċi kienu qed iġorru magħhom abbord Fdalijiet Feniċi f Malta L eqdem fdalijiet ta oġġetti binjiet u oqbra Feniċji li nstabu f Malta jmorru lura għall aħħar tat tmien bidu tas seba seklu Q K Dawn in nies baħħara x aktarx lbaħħru mal kosta tat Tramuntana tal Mediterran u għamlu diversi waqfiet l aħħar waħda tkun fi Kreta imbagħad salpaw lejn Malta fejn kienu jaslu wara xi erbatax il jum Minħabba f hekk instabu oġġetti li jagħtu wieħed x jifhem li dawn il baħħara tħaltu u partu ma dawn in nies Jidher li wara xi ftit il Feniċi mhux biss bbazaw ruħhom madwar il portijiet Maltin bħal f Marsaxlokk fejn bnew tempju iddedikat lil fuq l għolja ta Fl iskavi li saru fl aħħar snin fl Imdina u f oqbra fl Imtarfa u Għajn Qajjet instabu bosta indikazzjonijiet li l Feniċi kienu wara xi ġenerazzjonijiet bdew anki jgħixu hemm b mod permanenti minkejja li l Imdina hi l bogħod mill portijiet Dan ifisser li kien hemm min telaq x xogħol ta baħħar u daħal għal xogħol u ħajja oħra anki dik agrikola Fost affarijiet li nstabu fl inħawi tar Rabat hemm is sarkofagu li nstab f Ħal Barka illum esebit fil Muzew tal Arkeoloġija fil Belt Valletta Dan it tebut hu magħmul kollu kemm hu mit tafal u hu ta stil Eġizzju Rodjan Instabet ukoll bieqja b disinji ta għasafar fuqha u kalċi li zgur kienu xogħol artiġjanali Grieg Il fuħħar mizbugħ bl aħmar u msajjar darbtejn biex ileqq Red slip ware jindika li dan ix xogħol kien isir Malta fl eqdem zminijiet li l Feniċi stabbilew ruħhom hemm Instabu wkoll diversi amuletti li juru li l Feniċi kienu jemmnu mhux biss fl allat tagħhom bħal Melkart Ba al u Axtarte izda anki f allat Eġizzjani bħal Anubis Horus u Isis Ix xbieha tagħhom kienet ta spiss tidher fuq l amuletti li kienu jintlibsu bħala talizmani biex jipproteġu lilhom infushom minn kull periklu kemm dak fiziku kif ukoll dak spiritwali Ma dawn instabu amuletti bis simbolu tal għajn l uġjat bħala simbolu tal alla Eġizzjan Horus Ma dawn instab l Ankħ is simbolu tal ħajja li jidher kemm il darba f idejn il farawni Eġizzjani Skont Antonia Cesca dawn ħafna drabi kienu impurtati minn Kartaġni F Malta l ismijiet tal allat Feniċi jidhru kemm il darba f diversi iskrizzjonijiet L isem ta Axtarte l alla mara instab kemm il darba mnaqqax fuq il fuħħar fit tempju Tas Silġ Bħal f Kartaġni u f Mozja f Malta jidher li kien isir is sagrifiċċju uman magħruf bħala il molk Din kienet uzanza fejn skont kif jingħad l ewwel tifel imwieled fil familja ta xi disa snin kien jinqatel u jinħaraq bħala sagrifiċċju lill alla Ba al Il post ta dan is sagrifiċċju hu magħruf bħala t tofet Għalkemm dan it tofet qatt ma nstab f Malta biss fl inħawi tal Virtu ir Rabat instabet stelae lapida funerarja u disinn ta stelae oħra bl istess tip ta skrizzjonijiet li jsemmu l offerta tal Molk lill alla Ba al Ħamon Fil 218 Q K Malta ġiet maħkuma mir Rumani Biss jidher li dan l avveniment militari u politiku ma rnexxilux joqtol u jidfen il kultura Feniċjo Punika għax anki waqt il perjodu Ruman sa sekli wara l ilsien Puniku baqa mitkellem u miktub mill abitanti Maltin Dan hu vverifikat mill iskrizzjonijiet Puniċi u Griegi li instabu fuq iz zewġ ċippi li nstabu f Marsaxlokk li jmorru lura għas seklu 2 Q K Nota tal aħħar dwar il Feniċi Meta Santu Wistin 354 430 AD saqsa lil xi bdiewa li kienu jgħixu qrib Kartaġni min huma dawn wiġbuh li huma kienu Kananiti Referenzi Phoenicia Definition Location History Religion amp Facts Encyclopedia Britannica bl Ingliz Miġbur 2021 08 29 Scott John C 2018 The Phoenicians and the Formation of the Western World Comparative Civilizations Review 78 78 Quinn Josephine Crawley 2017 In Search of the Phoenicians Princeton University Press ISBN 978 1 4008 8911 2 pp 2 204 Frendo Anthony Some Observations on the investigation of the Phoenicians Canaanites in teh ancient Mediterranean world Journal of Mediterranean Studies 1993 Vol 3 no 2 p 170 Aubet Maria Eugenia 2001 The Phoenicians and the West Politics Colonies and Trade Translated by Turton Mary Cambridge University Press ISBN 978 0 521 79543 2 p 17 Phoenicia World History Encyclopedia bl Ingliz Miġbur 2021 08 29 Gouder Tancred C Accenni su Malta Feniċia Malta Archaeologicla Review Issue 3 1999 p 17 Gouder Tancred C The Phoenicians Origin and Colonial Expansion An Outline Essay source unkown p 7 Gouder Tancred C Malta and the The Lombard Bank Annual Report 1991 Lombard Bank Malta Ltd p 3 Cesca Antonia Le Isole Maltesi e il Mediterraneao Fenice Malta archaeological Review Issue 3 1999 p 21 Gouder Tancred C The Phoenicians Origin and Colonial Expansion An Outline p 3 Bonanno Anthony Malta Phoenician Punica and Roman Midsea Books Ltd p 28 Bonanno Anthony Malta Phoenician Punic and Roman p 40 Bonnano Anthony Malta Phoenician Punic and Roman pp 28 29 Gouder Tancred C Malta and the Phoenicians Lombard Bank Malta Ltd Annual Report 1991 p 4 Ciasca Antonia Malta Archeological Review Issue 2 1999 bit Taljan Media Centre p 23 Ciasca Antonia Malta I Feniċi Ed Sabatino Moscati p 206 Gonzalez Pablo Vidal Malta in Phoenician and Punic times Malta Archaeological Review Issue 3 1999 Media Centre p 26 Gonzalez Pablo Vidal Malta in Phoenician and Punic Times Malta Archaeological Review Issue 3 1999 p 26 Bonanno Anthony Malta Phoenician Punic and Roman pp 22 32 p 48 Gonzalez Pablo Vidal Malta in Phoenician and Punic times Malta Archaeological Review Issue 3 1999 p 26 Gouder Tancred C Malta and the Phoenicians Lombard Bank Malta Ltd Annual Report 1991 Bonanno Anthony Malta Phoenician Punic and Roman p 54 Cesca Antonia Malta I Feniċi Ed Sabatino Moscati Bompani Gouder Tancred C Accenni su Malta Fenicia Malta Archaeological Review Issue 3 1999 p 19 Bonanno Anthony Malta Phoenician Punic and Roman p 40 Frendo Anthony Some observations on the investigation of the Phoenicians Canaanites in the ancient Mediterranean world Journal of Mediterranean Studies 1993 Vol 3 No 2 p 170