Timgad bl Għarbi تيمقاد b ittri Rumani Tīmgād magħrufa wkoll bħala Marciana Traiana Thamugadi kienet belt Rumana fil Mun
Timgad

Timgad (bl-Għarbi: تيمقاد, b'ittri Rumani: Tīmgād, magħrufa wkoll bħala Marciana Traiana Thamugadi) kienet belt Rumana fil-Muntanji Aurès fl-Alġerija. Ġiet stabbilita mill-Imperatur Ruman għall-ħabta tal-100 W.K. L-isem sħiħ tal-belt kien Colonia Marciana Ulpia Traiana Thamugadi. L-Imperatur Trajanu semma l-belt b'kommemorazzjoni għal ommu Marcia, oħtu l-kbira Ulpia Marciana, u missieru Marcus Ulpius Traianus.
Il-fdalijiet tal-belt jinsabu fit-territorju attwali tal-Alġerija, madwar 35 kilometru (22 mil) fil-Lvant tal-belt ta' Batna, u huma notevoli għaliex jirrappreżentaw wieħed mill-aqwa eżempji eżistenti tal-pjanta b'għamla ta' grilja li kienu jużaw ir-Rumani fl-ippjanar tal-bliet. Timgad tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1982.
Etimoloġija
Fl-eks isem ta' Timgad, Marciana Traiana Thamugadi, l-ewwel parti – Marciana Traiana – hija Rumana u tirreferi għal isem il-fundatur tagħha, l-Imperatur Trajanu u oħtu Marciana. It-tieni parti tal-isem – Thamugadi – "ma għandu xejn Latin fih". Thamugadi huwa l-isem Berberu tal-post fejn inbniet il-belt, li jirreferi għall-plural ta' Tamgut, li tfisser "quċċata".
Storja
Il-belt ġiet stabbilita bħala kolonja militari mill-Imperatur Trajanu fis-sena 100. Kienet maħsuba biex isservi primarjament bħala bastjun Ruman kontra l-Berberi fil-Muntanji Aures fil-qrib, u oriġinarjament kienet popolata l-iktar b'veterani u kolonjalisti Rumani. Għalkemm il-biċċa l-kbira minnhom qatt ma kienu raw Ruma qabel, u Timgad kienet mijiet ta' mili 'l bogħod mill-belt Taljana, Trajanu investa bil-kbir fil-kultura u fl-identità Rumana.
Il-belt gawdiet eżistenza paċifika għall-ewwel diversi mijiet ta' snin u saret ċentru tal-attivitajiet Kristjani mill-bidu tas-seklu 3, u ċentru Donatist fis-seklu 4. Matul il-perjodu Kristjan, Timgad kienet djoċesi u saret rinomata fl-aħħar tas-seklu 4 meta l-Isqof Optat sar il-kelliem tal-moviment Donatist. Wara Optat, Thamugadai kellha żewġ isqfijiet Gaudentius (Donatist) u Faustinus (Kattoliku).
Fis-seklu 5, ir-rikkezzi tal-belt insterqu mill- qabel ma spiċċat f'deklin. Timgad inqerdet fl-aħħar tas-seklu 5 minn tribujiet Berberi mill-Muntanji Aurès. Fil-539 W.K., matul il-Gwerer mal-Għarab Iberiċi, il-Ġeneral Biżantin Salamun reġa' ħakem u reġa' bena l-belt, u inkorporaha fit-Tramuntana tal-Afrika Biżantina. Il-ħakma mill-ġdid wasslet biex ċerti attivitajiet jerġgħu jieħdu l-ħajja fil-belt, u din saret parti minn linja ta' difiża kontra l-Għarab Iberiċi. Madankollu, il-ħakmiet Musulmani bikrin wasslu għall-qerda finali ta' Thamugadi u sas-seklu 8 ma baqgħetx abitata iktar.
Hu u jivvjaġġa fit-Tramuntana tal-Afrika, l-esploratur Brittaniku sab il-fdalijiet tal-belt fit-12 ta' Diċembru 1765, u x'aktarx li kien l-ewwel Ewropew li żar is-sit wara sekli sħaħ. Huwa ddeskriva l-belt bħala "raħal żgħir, iżda mimli binjiet eleganti". Fl-1790, huwa ppubblika l-ktieb Travels to Discover the Source of the Nile (Vjaġġi għall-Iskoperta tas-Sors tan-Nil), fejn huwa ddeskriva x'kien sab f'Timgad. Il-ktieb intlaqa' b'xettiċiżmu fir-Renju Unit, sal-1875 meta , il-konslu tar-Renju Unit fl-, ispirat bir-rakkont ta' Bruce, żar is-sit. Fl-1877 Playfair iddeskriva lil Timgad f'iktar dettall fil-ktieb tiegħu Travels in the Footsteps of Bruce in Algeria and Tunis (Vjaġġi fil-Passi ta' Bruce fl-Alġerija u f'Tuneż). Skont Playfair, "Dawn l-għoljiet huma miksijin b'bosta fdalijiet megalitiċi tassew interessanti". Il-kolonjalisti Franċiżi ħadu l-kontroll tas-sit fl-1881, bdew l-investigazzjonijiet u ħadu ħsieb is-sit sal-1960. Matul dan il-perjodu, is-sit ġie skavat b'mod sistematiku.
Deskrizzjoni
Il-belt tinsab f'salib sitt toroq, u hija mdawra bil-ħitan iżda mhijiex iffortifikata. Oriġinarjament kienet iddisinjata għal popolazzjoni ta' madwar 15,000 ruħ, iżda f'qasir żmien il-belt kibret iktar mill-ispeċifikazzjonijiet oriġinali tagħha u nfirxet lil hinn mill-grilja ortogonali b'mod inqas organizzat.
Fi żmien l-istabbiliment tagħha, l-inħawi ta' madwar il-belt kienu żona agrikola għammiela ta' madwar 1,000 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar.
Il-pjanta Rumana oriġinali b'għamla ta' grilja hija viżibbli ferm fid-disinn ortogonali, b'enfasi fuqha permezz tad-decumanus maximus (it-triq orjentata mil-Lvant għall-Punent) b'kolonni Korinzji rrestawrati parzjalment fuq kull naħa. Il-cardo ma tgħaddix għalkollox san-naħa l-oħra tal-belt iżda minflok tintemm f'forum f'salib it-toroq mad-decumanus.
Fit-tarf tal-Punent tad-decumanus hemm arkata trijonfali għolja 12-il metru, imsejħa l-Arkata ta' Trajanu, li ġiet irrestawrata parzjalment fl-1900. L-arkata hija magħmula prinċipalment mill-ġebel ramli, b'ordni Korinzju bi tliet ħnejjiet, b'dik ċentrali wiesgħa 11-il pulzier. L-arkata hija magħrufa wkoll bħala l-Arkata ta' Timgad.
Hemm ukoll teatru li jesa' 3,500 ruħ bilqiegħda li jinsab f'kundizzjoni tajba u għadu jintuża għal produzzjonijiet kontemporanji. Il-binjiet ewlenin l-oħra jinkludu erba' banjijiet termali, librerija u bażilika.
It-Tempju Kapitolin huwa ddedikat lil Ġunone u bejn wieħed u ieħor għandu l-istess daqs tal-Panteon f'Ruma. Qrib it-tempju hemm knisja kwadra, b'apsida ċirkolari li tmur lura għas-seklu 7 W.K. Wieħed mis-santwarji kellu ikonografija ta' (Dea) Afrika. Fin-Nofsinhar tal-belt hemm ċittadella Biżantina kbira li nbniet iktar 'il quddiem.
Librerija
Il-Librerija ta' Timgad kienet rigal lill-poplu Ruman minn Ġulju Kwintjanu Flavju Rogazjanu u kien jiswa 400,000 sesterces. Peress li ma nstabet l-ebda informazzjoni addizzjonali dwar dan il-benefattur, id-data preċiża tal-kostruzzjoni tal-librerija għadha mhix ċerta. Abbażi ta' evidenza arkeoloġika oħra, ġie ssuġġerit mill-istudjużi li tmur lura għall-aħħar tas-seklu 3 jew possibbilment għas-seklu 4.
Il-librerija tokkupa spazju rettangolari twil 81 pied (25 metru) u wiesa' 77 pied (23 metru). Tikkonsisti minn kamra semiċirkolari kbira u maġenbha żewġ kmamar rettangolari sekondarji, u qabilha portiku bil-kolonni f'għamla tal-ittra U madwar it-tliet naħat ta' spazju fil-beraħ. Maġenb il-portiku hemm żewġ kmamar dojoq twal fuq kull naħa, u s-sala l-kbira bil-volti x'aktarx li kienet tintuża bħala kamra għall-qari, bħala maħżen, jew bħala kamra tal-għoti tal-lekċers. Alkovi rettangolari kienu jirfdu xkafef tal-injam mal-ħitan li x'aktarx kienu jkunu kompluti bil-ġnub, bl-injam fuq wara u bil-bibien, abbażi ta' evidenza addizzjonali li nstabet fil-Librerija f'Efesu, it-Turkija.
Jista' jkun li kien hemm xkafef weqfin fiċ-ċentru tal-kamra li ma kienu jserrħu ma mkien. Filwaqt li l-arkitettura tal-Librerija ta' Timgad ma tantx hi notevoli, l-iskoperta tal-librerija hija storikament importanti għaliex turi l-preżenza ta' sistema ta' librerija żviluppata għalkollox f'din il-belt Rumana, u tindika standard għoli ta' tagħlim u ta' kultura. Filwaqt li ma hemm l-ebda evidenza x'kien id-daqs tal-kollezzjoni tal-librerija, huwa stmat li seta' kellha sa 3,000 parċmina.
Sit ta' Wirt Dinji
Timgad ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1982.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".
Gallerija
- Il-fdalijiet ta' Timgad fl-24 ta' Frar 1928
-
-
-
-
-
-
-
-
-
Referenzi
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Timgad". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-23.
- ^ Haddadou, Mohand Akli (2012). Dictionnaire toponymique et historique de l'Algérie: comportant les principales localités, ainsi qu'un glossaire des mots arabes et berbères entrant dans la composition des noms de lieux (bil-Franċiż). Tizi Ouzou: Achab. p. 529. ISBN 9789947972250.
- ^ Gascou, Jacques (1972). "La politique municipale de l'empire romain en Afrique proconsulaire de Trajan à Septime-Sévère". Publications de l'École française de Rome. 8 (1): 97–100.
- ^ Hitchner, R. Bruce (2022). A Companion to North Africa in Antiquity. John Wiley & Sons. pp. 183–186. ISBN 978-1-4443-5001-2.
- ^ Dorling-Kindersley (2023). Ancient Rome: The Definitive Visual History. Penguin. p. 383. ISBN 978-0-7440-8586-0.
- ^ "Buried in Sand for a Millennium: Africa's Roman Ghost City" (bl-Ingliż). 2020-01-16. Miġbur 2023-10-23.
- ^ Tilley, Maureen A. The Bible in Christian North Africa: The Donatist World. Fortress Press. p. 135. ISBN 978-1-4514-1452-3.
- ^ Rosser, John H. (2001). Historical Dictionary of Byzantium. Scarecrow Press. p. 382. ISBN 978-0-8108-6621-8.
- ^ Playfair, R. Lambert (Robert Lambert) (1877). Travels in the footsteps of Bruce in Algeria and Tunis : illustrated by facsimiles of his original drawings. Getty Research Institute. Londra: C. Kegan Paul.
- ^ Montoya, Rubén: The Sahara buried this ancient Roman city—preserving it for centuries, National Geographic, it-30 ta' Lulju 2019.
- ^ Akerraz, Aomar (2006). L'Africa romana : mobilità delle persone e dei popoli, dinamiche migratorie, emigrazioni ed immigrazioni nelle province occidentali dell'Impero romano : atti del XVI Convegno di studio, Rabat, 15–19 dicembre (1st ed.). Ruma: Carocci. ISBN 8843039903.
- ^ Pfeiffer, H. (1931). The Roman Library at Timgad. Memoirs of the American Academy in Rome, 9, 157–165.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Timgad, X'inhi Timgad? Xi tfisser Timgad?
Timgad bl Għarbi تيمقاد b ittri Rumani Timgad magħrufa wkoll bħala Marciana Traiana Thamugadi kienet belt Rumana fil Muntanji Aures fl Alġerija Ġiet stabbilita mill Imperatur Ruman għall ħabta tal 100 W K L isem sħiħ tal belt kien Colonia Marciana Ulpia Traiana Thamugadi L Imperatur Trajanu semma l belt b kommemorazzjoni għal ommu Marcia oħtu l kbira Ulpia Marciana u missieru Marcus Ulpius Traianus Il fdalijiet Rumani ta Timgad Il fdalijiet tal belt jinsabu fit territorju attwali tal Alġerija madwar 35 kilometru 22 mil fil Lvant tal belt ta Batna u huma notevoli għaliex jirrapprezentaw wieħed mill aqwa ezempji ezistenti tal pjanta b għamla ta grilja li kienu juzaw ir Rumani fl ippjanar tal bliet Timgad tnizzlet fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1982 EtimoloġijaFl eks isem ta Timgad Marciana Traiana Thamugadi l ewwel parti Marciana Traiana hija Rumana u tirreferi għal isem il fundatur tagħha l Imperatur Trajanu u oħtu Marciana It tieni parti tal isem Thamugadi ma għandu xejn Latin fih Thamugadi huwa l isem Berberu tal post fejn inbniet il belt li jirreferi għall plural ta Tamgut li tfisser quċċata StorjaIl belt ġiet stabbilita bħala kolonja militari mill Imperatur Trajanu fis sena 100 Kienet maħsuba biex isservi primarjament bħala bastjun Ruman kontra l Berberi fil Muntanji Aures fil qrib u oriġinarjament kienet popolata l iktar b veterani u kolonjalisti Rumani Għalkemm il biċċa l kbira minnhom qatt ma kienu raw Ruma qabel u Timgad kienet mijiet ta mili l bogħod mill belt Taljana Trajanu investa bil kbir fil kultura u fl identita Rumana Il belt gawdiet ezistenza paċifika għall ewwel diversi mijiet ta snin u saret ċentru tal attivitajiet Kristjani mill bidu tas seklu 3 u ċentru Donatist fis seklu 4 Matul il perjodu Kristjan Timgad kienet djoċesi u saret rinomata fl aħħar tas seklu 4 meta l Isqof Optat sar il kelliem tal moviment Donatist Wara Optat Thamugadai kellha zewġ isqfijiet Gaudentius Donatist u Faustinus Kattoliku Fis seklu 5 ir rikkezzi tal belt insterqu mill qabel ma spiċċat f deklin Timgad inqerdet fl aħħar tas seklu 5 minn tribujiet Berberi mill Muntanji Aures Fil 539 W K matul il Gwerer mal Għarab Iberiċi il Ġeneral Bizantin Salamun reġa ħakem u reġa bena l belt u inkorporaha fit Tramuntana tal Afrika Bizantina Il ħakma mill ġdid wasslet biex ċerti attivitajiet jerġgħu jieħdu l ħajja fil belt u din saret parti minn linja ta difiza kontra l Għarab Iberiċi Madankollu il ħakmiet Musulmani bikrin wasslu għall qerda finali ta Thamugadi u sas seklu 8 ma baqgħetx abitata iktar Hu u jivvjaġġa fit Tramuntana tal Afrika l esploratur Brittaniku sab il fdalijiet tal belt fit 12 ta Diċembru 1765 u x aktarx li kien l ewwel Ewropew li zar is sit wara sekli sħaħ Huwa ddeskriva l belt bħala raħal zgħir izda mimli binjiet eleganti Fl 1790 huwa ppubblika l ktieb Travels to Discover the Source of the Nile Vjaġġi għall Iskoperta tas Sors tan Nil fejn huwa ddeskriva x kien sab f Timgad Il ktieb intlaqa b xettiċizmu fir Renju Unit sal 1875 meta il konslu tar Renju Unit fl ispirat bir rakkont ta Bruce zar is sit Fl 1877 Playfair iddeskriva lil Timgad f iktar dettall fil ktieb tiegħu Travels in the Footsteps of Bruce in Algeria and Tunis Vjaġġi fil Passi ta Bruce fl Alġerija u f Tunez Skont Playfair Dawn l għoljiet huma miksijin b bosta fdalijiet megalitiċi tassew interessanti Il kolonjalisti Franċizi ħadu l kontroll tas sit fl 1881 bdew l investigazzjonijiet u ħadu ħsieb is sit sal 1960 Matul dan il perjodu is sit ġie skavat b mod sistematiku Veduta panoramika tal fdalijiet ta Timgad DeskrizzjoniMappa tas sit arkeoloġiku Il belt tinsab f salib sitt toroq u hija mdawra bil ħitan izda mhijiex iffortifikata Oriġinarjament kienet iddisinjata għal popolazzjoni ta madwar 15 000 ruħ izda f qasir zmien il belt kibret iktar mill ispeċifikazzjonijiet oriġinali tagħha u nfirxet lil hinn mill grilja ortogonali b mod inqas organizzat Fi zmien l istabbiliment tagħha l inħawi ta madwar il belt kienu zona agrikola għammiela ta madwar 1 000 metru l fuq mil livell tal baħar Il pjanta Rumana oriġinali b għamla ta grilja hija vizibbli ferm fid disinn ortogonali b enfasi fuqha permezz tad decumanus maximus it triq orjentata mil Lvant għall Punent b kolonni Korinzji rrestawrati parzjalment fuq kull naħa Il cardo ma tgħaddix għalkollox san naħa l oħra tal belt izda minflok tintemm f forum f salib it toroq mad decumanus Fit tarf tal Punent tad decumanus hemm arkata trijonfali għolja 12 il metru imsejħa l Arkata ta Trajanu li ġiet irrestawrata parzjalment fl 1900 L arkata hija magħmula prinċipalment mill ġebel ramli b ordni Korinzju bi tliet ħnejjiet b dik ċentrali wiesgħa 11 il pulzier L arkata hija magħrufa wkoll bħala l Arkata ta Timgad Hemm ukoll teatru li jesa 3 500 ruħ bilqiegħda li jinsab f kundizzjoni tajba u għadu jintuza għal produzzjonijiet kontemporanji Il binjiet ewlenin l oħra jinkludu erba banjijiet termali librerija u bazilika It Tempju Kapitolin huwa ddedikat lil Ġunone u bejn wieħed u ieħor għandu l istess daqs tal Panteon f Ruma Qrib it tempju hemm knisja kwadra b apsida ċirkolari li tmur lura għas seklu 7 W K Wieħed mis santwarji kellu ikonografija ta Dea Afrika Fin Nofsinhar tal belt hemm ċittadella Bizantina kbira li nbniet iktar il quddiem LibrerijaVeduta tal fdalijiet ta Timgad Il Librerija ta Timgad kienet rigal lill poplu Ruman minn Ġulju Kwintjanu Flavju Rogazjanu u kien jiswa 400 000 sesterces Peress li ma nstabet l ebda informazzjoni addizzjonali dwar dan il benefattur id data preċiza tal kostruzzjoni tal librerija għadha mhix ċerta Abbazi ta evidenza arkeoloġika oħra ġie ssuġġerit mill istudjuzi li tmur lura għall aħħar tas seklu 3 jew possibbilment għas seklu 4 Il librerija tokkupa spazju rettangolari twil 81 pied 25 metru u wiesa 77 pied 23 metru Tikkonsisti minn kamra semiċirkolari kbira u maġenbha zewġ kmamar rettangolari sekondarji u qabilha portiku bil kolonni f għamla tal ittra U madwar it tliet naħat ta spazju fil beraħ Maġenb il portiku hemm zewġ kmamar dojoq twal fuq kull naħa u s sala l kbira bil volti x aktarx li kienet tintuza bħala kamra għall qari bħala maħzen jew bħala kamra tal għoti tal lekċers Alkovi rettangolari kienu jirfdu xkafef tal injam mal ħitan li x aktarx kienu jkunu kompluti bil ġnub bl injam fuq wara u bil bibien abbazi ta evidenza addizzjonali li nstabet fil Librerija f Efesu it Turkija Jista jkun li kien hemm xkafef weqfin fiċ ċentru tal kamra li ma kienu jserrħu ma mkien Filwaqt li l arkitettura tal Librerija ta Timgad ma tantx hi notevoli l iskoperta tal librerija hija storikament importanti għaliex turi l prezenza ta sistema ta librerija zviluppata għalkollox f din il belt Rumana u tindika standard għoli ta tagħlim u ta kultura Filwaqt li ma hemm l ebda evidenza x kien id daqs tal kollezzjoni tal librerija huwa stmat li seta kellha sa 3 000 parċmina Sit ta Wirt DinjiTimgad ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1982 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta tliet kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet u l kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem GallerijaIl fdalijiet ta Timgad fl 24 ta Frar 1928Referenzi a b ċ Centre UNESCO World Heritage Timgad UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2023 10 23 Haddadou Mohand Akli 2012 Dictionnaire toponymique et historique de l Algerie comportant les principales localites ainsi qu un glossaire des mots arabes et berberes entrant dans la composition des noms de lieux bil Franċiz Tizi Ouzou Achab p 529 ISBN 9789947972250 Gascou Jacques 1972 La politique municipale de l empire romain en Afrique proconsulaire de Trajan a Septime Severe Publications de l Ecole francaise de Rome 8 1 97 100 Hitchner R Bruce 2022 A Companion to North Africa in Antiquity John Wiley amp Sons pp 183 186 ISBN 978 1 4443 5001 2 Dorling Kindersley 2023 Ancient Rome The Definitive Visual History Penguin p 383 ISBN 978 0 7440 8586 0 Buried in Sand for a Millennium Africa s Roman Ghost City bl Ingliz 2020 01 16 Miġbur 2023 10 23 Tilley Maureen A The Bible in Christian North Africa The Donatist World Fortress Press p 135 ISBN 978 1 4514 1452 3 Rosser John H 2001 Historical Dictionary of Byzantium Scarecrow Press p 382 ISBN 978 0 8108 6621 8 Playfair R Lambert Robert Lambert 1877 Travels in the footsteps of Bruce in Algeria and Tunis illustrated by facsimiles of his original drawings Getty Research Institute Londra C Kegan Paul Montoya Ruben The Sahara buried this ancient Roman city preserving it for centuries National Geographic it 30 ta Lulju 2019 Akerraz Aomar 2006 L Africa romana mobilita delle persone e dei popoli dinamiche migratorie emigrazioni ed immigrazioni nelle province occidentali dell Impero romano atti del XVI Convegno di studio Rabat 15 19 dicembre 1st ed Ruma Carocci ISBN 8843039903 Pfeiffer H 1931 The Roman Library at Timgad Memoirs of the American Academy in Rome 9 157 165