Dan l artiklu dwar ir reliġjon huwa nebbieta Jekk trid tista tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l artiklu dejjem sko
Kristjaneżmu

Dan l-artiklu dwar ir-reliġjon huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Il-Kristjaneżmu jew ir-Reliġjon Nisranija, tinkludi l-knejjes kollha li kienu jiffurmaw parti mill-ewwel moviment ta' twemmin fil-verità u l-eżistenza f'Ġesù Kristu. Dawn jissejħu Kristjani jew Insara. Ir-Reliġjon Nisranija, hija l-ikbar reliġjon fid-dinja u tinsab fil-kontinenti kollha fejn jgħixu n-nies. Iktar minn 2 biljun ruħ huma Insara. Iżda fost dawn l-Insara jeżistu differenzi, uħud minnhom mhux żgħar, għalkemm iħaddnu ħafna twemmin komuni li jgħaqqadhom flimkien.
It-termini Kristjan u Nisrani
Dan it-terminu jintuża qabel xejn għall-perjodu tal-ewwel elf sena qabel ma seħħew ix-xiżmi bejn l-Insara tal-Punent, li baqgħu mal-Papa, u l-Insara tal-Lvant, magħquda taħt il-mant tal-Patrijarka ta' Kostantinopli. Dan il-perjodu jibda mal-mewt ta' Ġesu Kristu u jagħlaq fl-1054 meta seħħet ix-Xiżma.
It-terminu Kristjani jew Insara wara l-1054 jista' jintuża għal kwalunkwe denominazzjoni tal-Kristjaneżmu: prinċipalment, il-Kattoliċiżmu Ruman (dawk l-Insara li żammew lill-Papa bħala mexxej spiritwali tagħhom), l- (dawk li ma xtaqux lill-Papa u baqgħu taħt il-Patrijarki tagħhom) u, wara ftit sekli, il-Protestanti li huma stess huma ssuddiviżi fil-, il- u l-, fost l-oħrajn.
Jeżistu wkoll ammont ta' setet li jsejħu lilhom infushom bħala Kristjani, imma ħafna mid-drabi dawn ma jiġux rikonoxxuti mil-friegħi l-oħra ħabba konnessjoni ma' xi ideat, li skont l-oħrajn huma ereżiji hekk kif deskritti fil-Konċilji tal-Knisja fl-ewwel sekli tal-eżistenza tagħha.
Twemmin bażiku
Il-Kredu
Waħda mill-ewwel stqarrijiet tal-Fidi hija l-Kredu, hekk imsejjaħ "tal-".
"1. Jiena nemmen f'Alla l-Missier li jista' kollox, li ħalaq is-sema u l-art
2. u f'Ġesu Kristu, Ibnu wieħed Sidna,
3. li kien konċeput mill-Ispirtu s-Santu, twieled minn Marija Vergni,
4. bata taħt , sallbuh, miet u difnuh,
5. niżel bejn l-imwied, fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet,
6. tela' fis-smewwiet, qiegħed in-naħa tal-lemin t'Alla l-Missier, li jista' kollox,
7. minn hemm għandu jiġi biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin.
8. Nemmen fl-Ispirtu s-Santu,
9. il-Knisja Mqaddsa Kattolika, ix-xirka tal-qaddisin,
10. il-maħfra tad-dnubiet,
11. il-qawma tal-imwiet,
12. u l-ħajja ta' dejjem. Amen."
Stqarrija oħra bikrija ta' fidi hija l-Kredu ta' -Kostantinopli:
"Jiena nemmen f' Alla wieħed, il-Missier li jista' kollox, li ħalaq is-sema u l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx. U f'Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta' Alla, imnissel mill-Missier qabel kull żmien. Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel, mhux magħmul, natura waħda mal-Missier: u bih sar kollox. Niżel mis-smewwiet għalina l-bnedmin u għall-fidwa tagħna. U ħa l-ġisem bis-setgħa ta' l-Ispirtu s-Santu minn Marija Verġni u sar bniedem. Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skond il-Kotba Mqaddsa, u tela' s-sema, u qiegħed fuq il-lemin tal-Missier. U għandu jerga' jiġi bil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem. U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja: li ġej mill-Missier u mill-Iben; li hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u ma' l-Iben: hu li tkellem b'fomm il-profeti. U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika. Nistqarr magħmudija waħda għall-maħfra tad-dnubiet. U nistenna l-qawma mill-imwiet, u l-ħajja taż-żmien li ġej. Amen."
Ġesù
Għall-Insara kollha, il-persuna ta’ Ġesù Kristu hija waħda ċentrali. L-insara jaqblu li ħajtu għandha tittieħed bħala eżempju u li t-tagħlim tiegħu dwar l-imħabba u d-dixxipulat għandhom ikunu s-sisien tar-relazzjonijiet bejn il-bnedmin.
Dak li nafu dwar Ġesu, storikament insibuh fl-Evanġelji tat-Testment il-Ġdid fil-Bibbja. Kotba oħra tat-Testment il-Ġdid jiġbor fil-qosor it-twemmin tal-knisja Nisranija tal-bidu. San Pawl, ngħidu aħna, kien jemmen li Ġesu ma kienx biss il-perfezzjoni tal-ħajja umana iżda li kien ukoll Alla. Ġesu kien isejjaħ lil Alla “Missier” u għalhekk l-Insara jsejħu lil ġesu “l-Iben ta’ Alla.”
Is-Salib
Il-mewt bit- u l-qawmien mill-mewt ta’ Ġesu, għamlu mis- iċ-ċentru tal-fidi Nisranija u s-simbolu ewlieni ta’ l-imħabba ħelliesa ta’ Alla l-Missier.
Din l-imħabba, fit-Testment il-ġdid u fit-tagħlim Nisrani, hija l-iktar attribut (kwalita) importanti f’Alla. L-Insara jemmnu li Alla huwa omnipotenti, ġust, infinit u immutabbli, iżda fuq kollox li “Alla huwa mħabba.” Il-ħolqien mix-xejn tad-dinja u l-ħolqien tal-bniedem kienu espressjonijiet ta’ dik l-imħabba, kif kienet ukoll il-miġja ta’ Kristu.
It-Trinità
Il-pożizzjoni speċjali ta’ Kristu wasslet lill-ewwel Insara biex ‘ipoġġuh’ flimkien mal-Missier u iktar tard ma’ “l-Ispirtu s-Santu, li l-Missier bagħat fl-isem ta’ Ġesù” - kif tinsab fil-forma użata fis-sagrament tal-magħmudija u f’ħafna kredi tal-ewwel sekli. Wara ħafna kontroversji u riflessjoni, dik l-istqarrija ħadet il-forma tad-duttrina ta’ Alla bħala , Alla wieħed fi tliet persuni.
Il-Magħmudija
Il- “fl-isem tal-Missier u ta’ l-Iben u tal-Ispirtu s-Santu” kienet sa mill-bidu l-mod kif Insara ġodda jidħlu fil-Knisja.
L-Ewkaristija
Ir-ritwal l-ieħor aċċettat fost l-Insara huwa l-, jew l-Ikla tal-Mulej, li fiha l-Insara jaqsmu flimkien il-ħobż u l-inbid, li permezz tagħhom jesprimu u jagħrfu r-realta tal-preżenza ta’ Kristu hekk kif ifakkruh fl-għaqda ta’ dawk li jemmnu. L-Ewkaristija iżda saret ukoll waħda mill-iktar kwistjonijiet jaħarqu fost l-Insara, li ma jaqblux dwar il-“preżenza” ta’ Kristu fil-ħobż u nbid ikkonsagrat u dwar l-effett li tħalli f’min jirċeviha.
Il-Knisja
Aspett fundamentali tal-fidi Nisranija hija l-komunita Nisranija nnifisha — il-knisja. Kristu wiegħed lid-dixxipli li se jibqa’ magħhom “għal dejjem, sal-aħħar taż-żmien” u dan seħħ fil-“ġisem mistiku tiegħu fid-dinja,” il-knisja kattolika (universali). Ir-relazzjoni ta’ din il-knisja għad-diversi forom ta’ Kristjanita madwar id-dinja kollha hija l-ikbar fattur ta’ konflitt bejn dawn il-forom ta’ knisja. Il-Kattoliċi Rumani jemmnu li huma l-Knisja vera u xi Protestanti wkoll jemmnu li huma l-knisja vera. Iżda, iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar l-Insara ta’ kull denominazzjoni, qed jaħdmu għall-għaqda mill-ġdid bejn il-knejjes Insara.
Il-Moviment Ekumeniku
Il-Moviment Ekumeniku huwa moviment li jaħdem għall-koperazzjoni u għall-għaqda bejn il-knejjes Insara. Il-kelma ekumeniku ġejja mill-Grieg oikoumene (“universali”); għalhekk il-konċilji ekumeniċi tal-knisja, li l-ewwel wieħed sar f’Niċea fis-sena 325, kienu jissejħu hekk għax ir-rappreżentanti kienu jiġu mill-knejjes ta’ minn madwar id-dinja kollha magħrufa dak iż-żmien. Fis-seklu 19, il-kelma ekumeniku saret tfisser il-ħidma tal-Knisja Kattolika għall-għaqda ta’ l-Insara u għat-tiġdid tal-Knisja. Sas-seklu 20, ftit li xejn saru sforzi biex l-Insara jerġgħu jingħaqdu flimkien wara sekli ta’ firdiet, ir-Riforma Protestanta u kwistjonijiet oħra. Kienu l-Protestanti li fil-bidu tas-seklu 20 bdew jaħdmu fil-moviment ekumeniku.
Il-World Missionary Conference tal-1910, li sar f’Edinburgh, kien il-bidu ta’ l-ekumeniżmu kif nafuh illum. Fl-1948 twaqqaf il-World Council of Churches, li fil-bidu tas-snin tmenin kien jinkludi iktar minn 295 knisja f’iktar minn 90 pajjiż. Dan kollu sar mill-Protestanti sakemm fl-1920, il-Patrijarkat ta’ Kostantinopli ħareġ enċiklika li ssejjaħ lill-Insara kollha biex jingħaqdu. Il-Knejjes Ortodossi tal-Lvant ilhom membri tal-World Council sa mit-twaqqif tiegħu. Iżda l-Knisja Kattolika baqgħet ma aċettatx dan il-moviment. Għall-Knisja, l-għaqda tal-knisja kienet tfisser li s-“setet” xiżmatiċi jerġgħu lura lejn il-“knisja waħda u vera”.
Il-bidla ġiet fl-1959, meta l-Papa Ġwanni XXIII sejjaħ il-Konċilju. Il-Papa ħoloq Segretarjat għall-Għaqda ta’ l-Insara. Għall-ewwel darba, fl-1961 huwa ppermetta li osservaturi Kattoliċi jattendu uffiċjalment għall-assemblea tal-World Council of Churches. Meta Vatikan II fetaħ il-bibien tal-Basilika ta’ San Pietru fl-1962, l-osservaturi Protestanti u Ortodossi ingħataw postijiet ta’ unur u ġew inklużi fil-ħidma kollha tal-Konċilju. L-2500 isqof Kattoliku li attendew il-Konċilju (1962-65) trattaw l-għaqda ta’ l-Insara. Id-digriet tagħhom, li ħareġ fl-1964, ma kienx jitkellem fuq “xiżmatiċi” iżda fuq “aħwa mifrudin minna” u kkundanna dnubiet kontra l-għaqda li saru tul is-snin, kemm minn Kattoliċi, kif ukoll minn Protestanti.
Is-suċċessur tiegħu, Papa Pawlu VI, fl-1964 kellu laqgħa storika u ta’ ħbiberija mal-Patrijarka Ortodoss f’ġerusalemm, l-ewwel laqgħa bejn il-mexxejja taż-żewġ knejjes wara 500 sena. Fl-1966, l-arċisqof ta’ Canterbury, kap tal-Knisja Anglikana żar lill-Papa Pawlu VI, u fl-1967 il-Papa żar lill-Patrijarka Ortodoss fit-Turkija.
Fit-tmeninijiet, il-moviment ekumeniku ra qbil fuq kwistjonijiet duttrinali li qabel kienu jqajmu ħafna diżgwid, u koperazzjoni fil-livelli kollha. Dan sar minħabba diskussjonijiet li kienu saru fis-snin sebgħin bejn id-diversi knejjes Insara—Anglikani, Ortodossi, Protestanti, u Kattoliċi. Il-Kattoliċi u l-World Council of Churches ħadmu flimkien f’oqsma bħal ħidma għall-pai, studji dwar żvilupp dinji, u għajnuna għall-vittmi tad-diżastri. Dawk li qed jaħdmu għall-għaqda bejn il-knejjes jagħmluha ċara, li huma mhumiex ifittxu għaqda li tinsa d-differenzi bażiċi ta’ twemmin. Ħafna jsostnu li baqa' ħafna ostakli iżda progress jista’ jsir jekk jagħfsu iktar fuq dak li jgħaqqadhom milli fuq dak li jifridhom.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Kristjaneżmu, X'inhi Kristjaneżmu? Xi tfisser Kristjaneżmu?
Dan l artiklu dwar ir reliġjon huwa nebbieta Jekk trid tista tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l artiklu dejjem skont il konvenzjonijiet tal Wikipedija Dan l artiklu għandu bzonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il fatti u perspettivi dwar is suġġett Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l artiklu skont il konvenzjonijiet tal Wikipedija Il Kristjanezmu jew ir Reliġjon Nisranija tinkludi l knejjes kollha li kienu jiffurmaw parti mill ewwel moviment ta twemmin fil verita u l ezistenza f Ġesu Kristu Dawn jissejħu Kristjani jew Insara Ir Reliġjon Nisranija hija l ikbar reliġjon fid dinja u tinsab fil kontinenti kollha fejn jgħixu n nies Iktar minn 2 biljun ruħ huma Insara Izda fost dawn l Insara jezistu differenzi uħud minnhom mhux zgħar għalkemm iħaddnu ħafna twemmin komuni li jgħaqqadhom flimkien Is huwa simbolu globali tal Kristjanezmu Ġesu Kristu huwa l figura ċentrali fil Kristjanezmu u l fundatur tagħha It termini Kristjan u NisraniDan it terminu jintuza qabel xejn għall perjodu tal ewwel elf sena qabel ma seħħew ix xizmi bejn l Insara tal Punent li baqgħu mal Papa u l Insara tal Lvant magħquda taħt il mant tal Patrijarka ta Kostantinopli Dan il perjodu jibda mal mewt ta Ġesu Kristu u jagħlaq fl 1054 meta seħħet ix Xizma It terminu Kristjani jew Insara wara l 1054 jista jintuza għal kwalunkwe denominazzjoni tal Kristjanezmu prinċipalment il Kattoliċizmu Ruman dawk l Insara li zammew lill Papa bħala mexxej spiritwali tagħhom l dawk li ma xtaqux lill Papa u baqgħu taħt il Patrijarki tagħhom u wara ftit sekli il Protestanti li huma stess huma ssuddivizi fil il u l fost l oħrajn Jezistu wkoll ammont ta setet li jsejħu lilhom infushom bħala Kristjani imma ħafna mid drabi dawn ma jiġux rikonoxxuti mil friegħi l oħra ħabba konnessjoni ma xi ideat li skont l oħrajn huma ereziji hekk kif deskritti fil Konċilji tal Knisja fl ewwel sekli tal ezistenza tagħha Twemmin bazikuIl Kredu Waħda mill ewwel stqarrijiet tal Fidi hija l Kredu hekk imsejjaħ tal 1 Jiena nemmen f Alla l Missier li jista kollox li ħalaq is sema u l art 2 u f Ġesu Kristu Ibnu wieħed Sidna 3 li kien konċeput mill Ispirtu s Santu twieled minn Marija Vergni 4 bata taħt sallbuh miet u difnuh 5 nizel bejn l imwied fit tielet jum qam minn bejn l imwiet 6 tela fis smewwiet qiegħed in naħa tal lemin t Alla l Missier li jista kollox 7 minn hemm għandu jiġi biex jagħmel ħaqq mill ħajjin u mill mejtin 8 Nemmen fl Ispirtu s Santu 9 il Knisja Mqaddsa Kattolika ix xirka tal qaddisin 10 il maħfra tad dnubiet 11 il qawma tal imwiet 12 u l ħajja ta dejjem Amen Stqarrija oħra bikrija ta fidi hija l Kredu ta Kostantinopli Jiena nemmen f Alla wieħed il Missier li jista kollox li ħalaq is sema u l art dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx U f Mulej wieħed Ġesu Kristu Iben waħdieni ta Alla imnissel mill Missier qabel kull zmien Alla minn Alla dawl minn dawl Alla veru minn Alla veru imnissel mhux magħmul natura waħda mal Missier u bih sar kollox Nizel mis smewwiet għalina l bnedmin u għall fidwa tagħna U ħa l ġisem bis setgħa ta l Ispirtu s Santu minn Marija Verġni u sar bniedem Sallbuh għalina bata taħt Ponzju Pilatu miet u difnuh u fit tielet jum qam minn bejn l imwiet skond il Kotba Mqaddsa u tela s sema u qiegħed fuq il lemin tal Missier U għandu jerga jiġi bil glorja biex jagħmel ħaqq mill ħajjin u mill mejtin u s saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem U fl Ispirtu s Santu Mulej li jagħti l ħajja li ġej mill Missier u mill Iben li hu meqjum u mweġġah flimkien mal Missier u ma l Iben hu li tkellem b fomm il profeti U fi Knisja waħda qaddisa kattolika appostolika Nistqarr magħmudija waħda għall maħfra tad dnubiet U nistenna l qawma mill imwiet u l ħajja taz zmien li ġej Amen Ġesu Għall Insara kollha il persuna ta Ġesu Kristu hija waħda ċentrali L insara jaqblu li ħajtu għandha tittieħed bħala ezempju u li t tagħlim tiegħu dwar l imħabba u d dixxipulat għandhom ikunu s sisien tar relazzjonijiet bejn il bnedmin Dak li nafu dwar Ġesu storikament insibuh fl Evanġelji tat Testment il Ġdid fil Bibbja Kotba oħra tat Testment il Ġdid jiġbor fil qosor it twemmin tal knisja Nisranija tal bidu San Pawl ngħidu aħna kien jemmen li Ġesu ma kienx biss il perfezzjoni tal ħajja umana izda li kien ukoll Alla Ġesu kien isejjaħ lil Alla Missier u għalhekk l Insara jsejħu lil ġesu l Iben ta Alla Is Salib Il mewt bit u l qawmien mill mewt ta Ġesu għamlu mis iċ ċentru tal fidi Nisranija u s simbolu ewlieni ta l imħabba ħelliesa ta Alla l Missier Din l imħabba fit Testment il ġdid u fit tagħlim Nisrani hija l iktar attribut kwalita importanti f Alla L Insara jemmnu li Alla huwa omnipotenti ġust infinit u immutabbli izda fuq kollox li Alla huwa mħabba Il ħolqien mix xejn tad dinja u l ħolqien tal bniedem kienu espressjonijiet ta dik l imħabba kif kienet ukoll il miġja ta Kristu It Trinita Il pozizzjoni speċjali ta Kristu wasslet lill ewwel Insara biex ipoġġuh flimkien mal Missier u iktar tard ma l Ispirtu s Santu li l Missier bagħat fl isem ta Ġesu kif tinsab fil forma uzata fis sagrament tal magħmudija u f ħafna kredi tal ewwel sekli Wara ħafna kontroversji u riflessjoni dik l istqarrija ħadet il forma tad duttrina ta Alla bħala Alla wieħed fi tliet persuni Il Magħmudija Il fl isem tal Missier u ta l Iben u tal Ispirtu s Santu kienet sa mill bidu l mod kif Insara ġodda jidħlu fil Knisja L Ewkaristija Ir ritwal l ieħor aċċettat fost l Insara huwa l jew l Ikla tal Mulej li fiha l Insara jaqsmu flimkien il ħobz u l inbid li permezz tagħhom jesprimu u jagħrfu r realta tal prezenza ta Kristu hekk kif ifakkruh fl għaqda ta dawk li jemmnu L Ewkaristija izda saret ukoll waħda mill iktar kwistjonijiet jaħarqu fost l Insara li ma jaqblux dwar il prezenza ta Kristu fil ħobz u nbid ikkonsagrat u dwar l effett li tħalli f min jirċeviha Il Knisja Aspett fundamentali tal fidi Nisranija hija l komunita Nisranija nnifisha il knisja Kristu wiegħed lid dixxipli li se jibqa magħhom għal dejjem sal aħħar taz zmien u dan seħħ fil ġisem mistiku tiegħu fid dinja il knisja kattolika universali Ir relazzjoni ta din il knisja għad diversi forom ta Kristjanita madwar id dinja kollha hija l ikbar fattur ta konflitt bejn dawn il forom ta knisja Il Kattoliċi Rumani jemmnu li huma l Knisja vera u xi Protestanti wkoll jemmnu li huma l knisja vera Izda iktar ma jgħaddi z zmien iktar l Insara ta kull denominazzjoni qed jaħdmu għall għaqda mill ġdid bejn il knejjes Insara Il Moviment Ekumeniku Il Moviment Ekumeniku huwa moviment li jaħdem għall koperazzjoni u għall għaqda bejn il knejjes Insara Il kelma ekumeniku ġejja mill Grieg oikoumene universali għalhekk il konċilji ekumeniċi tal knisja li l ewwel wieħed sar f Niċea fis sena 325 kienu jissejħu hekk għax ir rapprezentanti kienu jiġu mill knejjes ta minn madwar id dinja kollha magħrufa dak iz zmien Fis seklu 19 il kelma ekumeniku saret tfisser il ħidma tal Knisja Kattolika għall għaqda ta l Insara u għat tiġdid tal Knisja Sas seklu 20 ftit li xejn saru sforzi biex l Insara jerġgħu jingħaqdu flimkien wara sekli ta firdiet ir Riforma Protestanta u kwistjonijiet oħra Kienu l Protestanti li fil bidu tas seklu 20 bdew jaħdmu fil moviment ekumeniku Il World Missionary Conference tal 1910 li sar f Edinburgh kien il bidu ta l ekumenizmu kif nafuh illum Fl 1948 twaqqaf il World Council of Churches li fil bidu tas snin tmenin kien jinkludi iktar minn 295 knisja f iktar minn 90 pajjiz Dan kollu sar mill Protestanti sakemm fl 1920 il Patrijarkat ta Kostantinopli ħareġ enċiklika li ssejjaħ lill Insara kollha biex jingħaqdu Il Knejjes Ortodossi tal Lvant ilhom membri tal World Council sa mit twaqqif tiegħu Izda l Knisja Kattolika baqgħet ma aċettatx dan il moviment Għall Knisja l għaqda tal knisja kienet tfisser li s setet xizmatiċi jerġgħu lura lejn il knisja waħda u vera Il bidla ġiet fl 1959 meta l Papa Ġwanni XXIII sejjaħ il Konċilju Il Papa ħoloq Segretarjat għall Għaqda ta l Insara Għall ewwel darba fl 1961 huwa ppermetta li osservaturi Kattoliċi jattendu uffiċjalment għall assemblea tal World Council of Churches Meta Vatikan II fetaħ il bibien tal Basilika ta San Pietru fl 1962 l osservaturi Protestanti u Ortodossi ingħataw postijiet ta unur u ġew inkluzi fil ħidma kollha tal Konċilju L 2500 isqof Kattoliku li attendew il Konċilju 1962 65 trattaw l għaqda ta l Insara Id digriet tagħhom li ħareġ fl 1964 ma kienx jitkellem fuq xizmatiċi izda fuq aħwa mifrudin minna u kkundanna dnubiet kontra l għaqda li saru tul is snin kemm minn Kattoliċi kif ukoll minn Protestanti Is suċċessur tiegħu Papa Pawlu VI fl 1964 kellu laqgħa storika u ta ħbiberija mal Patrijarka Ortodoss f ġerusalemm l ewwel laqgħa bejn il mexxejja taz zewġ knejjes wara 500 sena Fl 1966 l arċisqof ta Canterbury kap tal Knisja Anglikana zar lill Papa Pawlu VI u fl 1967 il Papa zar lill Patrijarka Ortodoss fit Turkija Fit tmeninijiet il moviment ekumeniku ra qbil fuq kwistjonijiet duttrinali li qabel kienu jqajmu ħafna dizgwid u koperazzjoni fil livelli kollha Dan sar minħabba diskussjonijiet li kienu saru fis snin sebgħin bejn id diversi knejjes Insara Anglikani Ortodossi Protestanti u Kattoliċi Il Kattoliċi u l World Council of Churches ħadmu flimkien f oqsma bħal ħidma għall pai studji dwar zvilupp dinji u għajnuna għall vittmi tad dizastri Dawk li qed jaħdmu għall għaqda bejn il knejjes jagħmluha ċara li huma mhumiex ifittxu għaqda li tinsa d differenzi baziċi ta twemmin Ħafna jsostnu li baqa ħafna ostakli izda progress jista jsir jekk jagħfsu iktar fuq dak li jgħaqqadhom milli fuq dak li jifridhom