Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Tuneż ˈtuːnɪs bl Għarbi تونس hija l belt kapitali tat Tuneżija u l ikbar belt fil pajjiż Fl 2014 il popolazzjoni tal mun

Tuneż

  • Paġna Ewlenija
  • Tuneż
Tuneż
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Tuneż (ˈtuːnɪs; bl-Għarbi: تونس) hija l-belt kapitali tat-Tuneżija u l-ikbar belt fil-pajjiż. Fl-2014, il-popolazzjoni tal-muniċipalità ta' Tuneż kienet ta' 638,845 abitant skont iċ-ċensiment tal-Istitut Nazzjonali tal-Istatistika. Iż-żona metropolitana kollha ta' Tuneż, spiss magħrufa bħala "Grand Tunis", għandha popolazzjoni ta' madwar 2,700,000 abitant. Mill-2020 Tuneż hija t-tielet l-ikbar belt fir-reġjun tal-Magreb (wara Casablanca u Alġiers) u l-ħdax-il ikbar belt fid-dinja Għarbija.

Tuneż
 Tuneżija
Amministrazzjoni
PajjiżTuneżija
Governorate of TunisiaGovernorat ta' Tuneż
Kap tal-Gvern (en)
Isem uffiċjali تونس
Ismijiet oriġinali تونس
Kodiċi postali 1000
Ġeografija
Koordinati 36°48′03″N 10°10′48″E / 36.8008°N 10.18°E / 36.8008; 10.18Koordinati: 36°48′03″N 10°10′48″E / 36.8008°N 10.18°E / 36.8008; 10.18
Tuneż
Tuneż (Tunisia)
Superfiċjenti 212,630,000 metru kwadru
Għoli 4 m
Demografija
Popolazzjoni 602,560 abitanti (1 Jannar 2022)
Informazzjoni oħra
Kodiċi tat-telefon 71
Żona tal-Ħin UTC+1
bliet ġemellati , , Doha, Jeddah, , Muscat, Montreal, Moska, Rabat, Rio de Janeiro, Santiago, Tashkent, Tripli, Pariġi, Torino, Liżbona, Marsilja, Praga, Stokkolmau Istanbul
commune-tunis.gov.tn

Il-belt tinsab f'golf kbir tal-Baħar Mediterran magħruf bħala l-Golf ta' Tuneż, wara l-Lag ta' Tuneż u l-port ta' La Goulette (Ḥalq il-Wād). Il-belt hija estiża tul il-pjanura kostali u l-għoljiet ta' madwarha. Il-medina antika hija l-qalba tal-belt u hija Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Fil-Lvant tal-medina, mid-Daħla tal-Baħar (magħrufa wkoll bħala Bab el Bhar u Porte de France), tibda l-belt moderna magħrufa bħala "Ville Nouvelle", bit-triq prinċipali li tgħaddi minn ġo nofsha, Avenue Habib Bourguiba (li spiss hija magħrufa fil-gwidi tal-ivvjaġġar u fuq il-mezzi tax-xandir bħala x-"Champs-Élysées Tuneżina"), fejn hemm kuntrast ċar bejn il-binjiet tal-era kolonjali u l-istrutturi antiki ferm iżgħar. Iktar fil-Lvant mal-baħar hemm is-subborgi ta' Kartaġni, La Marsa u Sidi Bou Said. Bħala l-belt kapitali tal-pajjiż, Tuneż hija l-qalba tal-ħajja politika u amministrattiva tal-pajjiż, kif ukoll iċ-ċentru tal-attivitajiet kummerċjali u kulturali tat-Tuneżija.

Etimoloġija

Tuneż hija t-traskrizzjoni tal-isem Għarbi تونس li jista' jiġi ppronunzjat bħala "Tūnus", "Tūnas" jew "Tūnis". It-tliet varjanti ssemmew kollha kemm huma mill-ġeografu Għarbi fil-Mu'jam al-Bûldan (Dizzjunarju tal-Pajjiżi) tiegħu.

Jeżistu spjegazzjonijiet differenti għall-oriġini tal-isem "Tuneż". Xi studjużi jehmżuha mad-divinità tal-Feniċi Tanith (Tanit jew Tanut), peress li bosta bliet antiki kienu jissemmew għal divinitajiet patruni. Xi studjużi jsostnu li oriġina minn Tynes, li ssemma minn u matul id-deskrizzjonijiet ta' post simili għal Al-Kasbah, villaġġ antik tal-Berberi f'Tuneż.

Possibbiltà oħra hi li oriġina mill-għerq verbali Berberu ens li jfisser "timtedd" jew "tqatta' l-lejl". It-terminu Tuneż x'aktarx jista' jfisser "tikkampja billejl", "kamp" jew "waqfa", jew jaf kien jirreferi għall-"aħħar waqfa qabel Kartaġni" min-nies li kienu jkunu qed jivvjaġġaw lejn Kartaġni minn fuq l-art. Hemm xi sorsi Rumani antiki wkoll li jsemmu rħula fil-qrib bħala Tuniza (issa El Kala), Thunusuda (issa Sidi-Meskin), Thinissut (issa Bir Bouregba) u Thunisa (issa Ras Jebel). Dawn il-villaġġi Berberi kollha kienu jinsabu tul toroq Rumani u bla dubju servew bħala postijiet fejn wieħed kien jieqaf jistrieħ.

Sit ta' Wirt Dinji

Il-medina ta' Tuneż ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1979. Iż-żona ta' lqugħ tas-sit ġiet immodifikata kemxejn fl-2010.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".

Referenzi

  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Medina of Tunis". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-16.
  2. ^ Room, Adrian (2006). Placenames of the World: Origins and Meanings of the Names for 6,600 Countries, Cities, Territories, Natural Features, and Historic Sites. McFarland. p. 385. ISBN 0-7864-2248-3.
  3. ^ Taylor, Isaac (2008). Names and Their Histories: A Handbook of Historical Geography and Topographical Nomenclature. BiblioBazaar, LLC. p. 281. ISBN 978-0-559-29668-0.
  4. ^ Houtsma, Martijn Theodoor (1987). E.J. Brill's First Encyclopaedia of Islam, 1913–1936. Brill. p. 838. ISBN 90-04-08265-4.
  5. ^ Livy, John Yardley, Dexter Hoyos (2006). Hannibal's War: Books Twenty-one to Thirty. Oxford University Press. p. 705. ISBN 0-19-283159-3.
  6. ^ Rossi, Peter M.; White, Wayne Edward (1980). Articles on the Middle East, 1947–1971: A Cumulation of the Bibliographies from the Middle East Journal. Pierian Press, University of Michigan. p. 132.
  7. ^ Sebag, Paul (1998). Tunis: Histoire d'une ville. Histoire et Perspectives Méditerranéennes. Pariġi: L'Harmattan. ISBN 9782738466105. p. 54.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 14 Ġun, 2025 / 17:30

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Tuneż, X'inhi Tuneż? Xi tfisser Tuneż?

Tunez ˈtuːnɪs bl Għarbi تونس hija l belt kapitali tat Tunezija u l ikbar belt fil pajjiz Fl 2014 il popolazzjoni tal muniċipalita ta Tunez kienet ta 638 845 abitant skont iċ ċensiment tal Istitut Nazzjonali tal Istatistika Iz zona metropolitana kollha ta Tunez spiss magħrufa bħala Grand Tunis għandha popolazzjoni ta madwar 2 700 000 abitant Mill 2020 Tunez hija t tielet l ikbar belt fir reġjun tal Magreb wara Casablanca u Alġiers u l ħdax il ikbar belt fid dinja Għarbija Tunez TunezijaAmministrazzjoniPajjizTunezijaGovernorate of TunisiaGovernorat ta TunezKap tal Gvern en Isem uffiċjali تونسIsmijiet oriġinali تونسKodiċi postali 1000ĠeografijaKoordinati 36 48 03 N 10 10 48 E 36 8008 N 10 18 E 36 8008 10 18 Koordinati 36 48 03 N 10 10 48 E 36 8008 N 10 18 E 36 8008 10 18TunezTunez Tunisia Superfiċjenti 212 630 000 metru kwadruGħoli 4 mDemografijaPopolazzjoni 602 560 abitanti 1 Jannar 2022 Informazzjoni oħraKodiċi tat telefon 71Zona tal Ħin UTC 1bliet ġemellati Doha Jeddah Muscat Montreal Moska Rabat Rio de Janeiro Santiago Tashkent Tripli Pariġi Torino Lizbona Marsilja Praga Stokkolmau Istanbulcommune tunis gov tn Il belt tinsab f golf kbir tal Baħar Mediterran magħruf bħala l Golf ta Tunez wara l Lag ta Tunez u l port ta La Goulette Ḥalq il Wad Il belt hija estiza tul il pjanura kostali u l għoljiet ta madwarha Il medina antika hija l qalba tal belt u hija Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO Fil Lvant tal medina mid Daħla tal Baħar magħrufa wkoll bħala Bab el Bhar u Porte de France tibda l belt moderna magħrufa bħala Ville Nouvelle bit triq prinċipali li tgħaddi minn ġo nofsha Avenue Habib Bourguiba li spiss hija magħrufa fil gwidi tal ivvjaġġar u fuq il mezzi tax xandir bħala x Champs Elysees Tunezina fejn hemm kuntrast ċar bejn il binjiet tal era kolonjali u l istrutturi antiki ferm izgħar Iktar fil Lvant mal baħar hemm is subborgi ta Kartaġni La Marsa u Sidi Bou Said Bħala l belt kapitali tal pajjiz Tunez hija l qalba tal ħajja politika u amministrattiva tal pajjiz kif ukoll iċ ċentru tal attivitajiet kummerċjali u kulturali tat Tunezija EtimoloġijaTunez hija t traskrizzjoni tal isem Għarbi تونس li jista jiġi ppronunzjat bħala Tunus Tunas jew Tunis It tliet varjanti ssemmew kollha kemm huma mill ġeografu Għarbi fil Mu jam al Buldan Dizzjunarju tal Pajjizi tiegħu Jezistu spjegazzjonijiet differenti għall oriġini tal isem Tunez Xi studjuzi jehmzuha mad divinita tal Feniċi Tanith Tanit jew Tanut peress li bosta bliet antiki kienu jissemmew għal divinitajiet patruni Xi studjuzi jsostnu li oriġina minn Tynes li ssemma minn u matul id deskrizzjonijiet ta post simili għal Al Kasbah villaġġ antik tal Berberi f Tunez Possibbilta oħra hi li oriġina mill għerq verbali Berberu ens li jfisser timtedd jew tqatta l lejl It terminu Tunez x aktarx jista jfisser tikkampja billejl kamp jew waqfa jew jaf kien jirreferi għall aħħar waqfa qabel Kartaġni min nies li kienu jkunu qed jivvjaġġaw lejn Kartaġni minn fuq l art Hemm xi sorsi Rumani antiki wkoll li jsemmu rħula fil qrib bħala Tuniza issa El Kala Thunusuda issa Sidi Meskin Thinissut issa Bir Bouregba u Thunisa issa Ras Jebel Dawn il villaġġi Berberi kollha kienu jinsabu tul toroq Rumani u bla dubju servew bħala postijiet fejn wieħed kien jieqaf jistrieħ Sit ta Wirt DinjiIl medina ta Tunez ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1979 Iz zona ta lqugħ tas sit ġiet immodifikata kemxejn fl 2010 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta tliet kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet u l kriterju v Ezempju straordinarju ta insedjament uman tradizzjonali ta uzu tal art jew ta uzu tal baħar li jirrapprezenta kultura jew kulturi jew interazzjoni umana mal ambjent speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l impatt ta bidla irreversibbli Referenzi a b ċ Centre UNESCO World Heritage Medina of Tunis UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2023 03 16 Room Adrian 2006 Placenames of the World Origins and Meanings of the Names for 6 600 Countries Cities Territories Natural Features and Historic Sites McFarland p 385 ISBN 0 7864 2248 3 Taylor Isaac 2008 Names and Their Histories A Handbook of Historical Geography and Topographical Nomenclature BiblioBazaar LLC p 281 ISBN 978 0 559 29668 0 Houtsma Martijn Theodoor 1987 E J Brill s First Encyclopaedia of Islam 1913 1936 Brill p 838 ISBN 90 04 08265 4 Livy John Yardley Dexter Hoyos 2006 Hannibal s War Books Twenty one to Thirty Oxford University Press p 705 ISBN 0 19 283159 3 Rossi Peter M White Wayne Edward 1980 Articles on the Middle East 1947 1971 A Cumulation of the Bibliographies from the Middle East Journal Pierian Press University of Michigan p 132 Sebag Paul 1998 Tunis Histoire d une ville Histoire et Perspectives Mediterraneennes Pariġi L Harmattan ISBN 9782738466105 p 54

L-aħħar artikli
  • Ġunju 10, 2025

    Stat ta' Malta

  • Ġunju 14, 2025

    Stalin

  • Ġunju 14, 2025

    Stadio Giuseppe Meazza

  • Ġunju 12, 2025

    St. Lawrence Spurs FC

  • Ġunju 08, 2025

    St. Lucia FC

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq