Azərbaycan  AzərbaycanMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  Türkiyə
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Ġorġ Borġ Olivier Valletta Sliema kien politiku Malti magħruf l aktar għall kariga tiegħu bħala Prim Ministru ta Malta l

Ġorġ Borg Olivier

  • Paġna Ewlenija
  • Ġorġ Borg Olivier
Ġorġ Borg Olivier
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Ġorġ Borġ Olivier (Valletta, – Sliema, ) kien politiku Malti, magħruf l-aktar għall-kariga tiegħu bħala Prim Ministru ta' Malta, li fl-1964 ġab l-Indipendenza ta' Malta.

Ġorġ Borg Olivier
1. Ministru għall-Affarijiet Barranin

21 Settembru 1964 - 21 Ġunju 1971 - Dom Mintoff →
2. Ministru tal-Finanzi ta' Malta

1963 - 1964
← Giovanni Felice (en) - Tommaso Caruana Demajo →
Prim Ministru ta' Malta

5 Marzu 1962 - 21 Ġunju 1971
← Dom Mintoff - Dom Mintoff →
Prim Ministru ta' Malta

20 Diċembru 1950 - 11 Marzu 1955
← Enrico Mizzi - Dom Mintoff →
Membru tal-Kamra tad-Deputati ta' Malta

1947 -
Ħajja
Twelid Valletta, 5 Lulju 1911
Nazzjonalità Kolonja ta' Malta
Stat ta' Malta
Malta
Mewt Tas-Sliema, 29 Ottubru 1980
Post tad-dfin Ċimiterju tal-Addolorata
Kawża tal-mewt  ()
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Malta
Lingwi Malti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
Premjijiet
List

Tfulija u żgħożija

Ġorġ Borg Olivier twieled il-Belt Valletta, iben Olivier Borg Olivier de Puget Paleologo (1866–1939) u Rosa Amato-Pace. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil- u fl-Università Rjali ta' Malta, minn fejn iggradwa bħala avukat fl-1937.

Il-ħajja politika

Fl-1939 Borg Olivier ġie elett fil-. Fl-1947 kien elett fl-Assemblea Leġislattiva f'isem il-Partit Nazzjonalista.

Prim Ministru (1950–1955)

Meta l-Partit Nazzjonalista, immexxi minn Enrico Mizzi, fl-1950 intalab imexxi gvern ta' minoranza, Borg Olivier inħatar Ministru tax-Xogħol u Rikostruzzjoni u Ministru tal-Edukazzjoni. Wara l-mewt ta' Nerik Mizzi tliet xhur biss wara li dan sar Prim Ministru, f'Diċembru tal-1950 Borg Olivier, ta' 39 sena, inħatar Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja. Wara l-elezzjonijiet ġenerali tal-1951, Borg Olivier ifforma Gvern ta' koalizzjoni mal- ta' Pawlu Boffa. Borg Olivier reġa' sar Prim Ministru u kien ukoll il-Ministeru tax-Xogħol u Rikostruzzjoni. Fl-1953, huwa reġa' mexxa l-Gvern ta' koalizzjoni flimkien mal-Malta Workers Party.

Kap tal-Oppożizzjoni (1955–1958)

L-elezzjoni tal-1955 intrebħet mill-Partit Laburista mmexxi minn Dom Mintoff. Mill-1955 sal-1958 Borg Olivier kien Kap tal-Oppożizzjoni. Bejn Ġunju u Settembru tal-1955 hu mexxa delegazzjonijiet fil-Malta Round Table Conference u f'Novembru tal-1958 mexxa delegazzjoni għal taħdidiet f'Londra biex Malta terġa' tingħata d-dritt li tiggverna lilha nnifisha.

Prim Ministru (1962–1971)

Wara l-elezzjoni ta' Frar tal-1962, iddominata mill- bejn il-Knisja u l-Partit Laburista, Borg Olivier reġa' sar Prim Ministru fi gvern ta' koalizzjoni. Kellu wkoll f'idejh il-Ministeru tal-Ippjanar Ekonomiku u Finanzi.

L-Indipendenza ta' Malta

F'Ġunju tas-sena 1962, hu għamel talba formali biex Malta ssir indipendenti u f'Settembru 1962 attenda l-laqgħa tal-Prim Ministri tal-. Fit-13 ta' Lulju, 1963, Borg Olivier mexxa delegazzjoni tal-Gvern Malti fil-Konferenza dwar l-Indipendenza ta' Malta u li fi tmiemha tħabbar li Malta ser issir indipendenti. Kellu diversi taħdidiet mal-Gvern Ingliż. Il-Kostituzzjoni għal Malta Indipendenti għaddiet mill-Parlament, u approvata mill-poplu f'referendu fi Frar tal-1964. Nhar il-21 ta' Settembru, 1964, Malta saret pajjiż indipendenti. Dakinhar Borg Olivier tkellem hekk fl-Arena tal-Indipendenza, il-Furjana, huwa u jindirizza lill-, Duka ta' Edinbera:

“ Jekk jogħġob lill-Altezza Irjali tiegħek għan-nom tal-Gvern u tal-Poplu ta' Malta jien noffri r-ringrazzjamenti sinċieri tiegħi talli bl-ordni tal-Maesta' Tagħha tajtni d-dokumenti kostituzzjonali li jiġbru fihom l-Indipendenza ta' Malta.

Din is-siegħa solenni tibqa' tiġi mfakkra għal dejjem minna, sudditi leali tal-Maestà Tagħha r-Reġina Eliżabetta II b'sodisfazzjon kbir u bi kburija u tiġi reġistrata fl-annali ta' l-istorja tagħna. L-imħabba sinċiera tal-poplu tagħna lejn il-Maestà Tagħha ġiet murija biżżejjed fil-passat u r-rabtiet illi jgħaqqdu l-poplu tagħna mat-tron tabilfors jissaħħu meta wieħed jaf illi bħala pajjiż indipendenti aħna ma għandniex lealtà oħra ħlief lejn il-Maestà Tagħha bħala r-Reġina tagħna.

Bir-rispett kollu jiena nitlob lill-Altezza Irjali Tiegħek biex twassal lill-Maestà Tagħha l-gratitudni l-aktar sinċiera tagħna talli ġentilment għoġobha tkun ir-Reġina tagħna. Aħna noffru t-talb umli tagħna biex hija tirrenja fuqna għal żmien twil u fil-prosperità. Bil-permess ta' l-Altezza Irjali Tiegħek jiena issa sejjer ngħid xi ftit kelmiet bil-Malti lill-poplu maħbub tiegħi.

Ħuti Maltin u Għawdxin. Il-programm uffiċjali jippermettili ftit minuti biex jien l-lum, meta qed naraw il-bandiera tagħna tperper fuq gżira indipendenti nifraħ magħkom, nifraħ magħkom u niftakar f'dawk kollha illi qabilna min ftit u min wisq, min b'mod u min b'ieħor ħadem biex jara dil-ġurnata.

Nirringrazzjaw 'il Alla illi tana x-xorti nkunu aħna illi flimkien qegħdin naraw ir-rappreżentant speċjali tal-Maestà Tagħha jagħtina dokument ta' kostituzzjoni li tagħmel Malta indipendenti u sovrana. Dokument illi jtina kostituzzjoni irrevokabbli, ma jista' jeħodilna ħadd, ma jista' ħadd ineħħilna l-indipendenza tagħna, kostituzzjoni illi ħdimna għaliha kemm flaħna u għandna s-sodisfazzjon ngħidu illi meta snin ilu wieħed kien isemmi Malta barra minn pajjiżna konna nieħdu d-diżappunt li naraw ħafna nies tista' tgħid tal-pajjiżi kollha anke viċin illi ma kienu jafu xejn fuq Malta, lanqas jafu fejn hi Malta jekk kienu jafu li kienet teżisti. Il-lum intom u jiena u sħabi tal-kabinett poġġejna Malta fuq il-mappa darba għal dejjem.

Għandna s-sodisfazzjon naraw delegati minn kull naħa tad-dinja illi ġew jieħdu pjaċir magħna u aħna nirringrazzjawhom, nibqgħulhom grati talli ġew juru l-ferħ tagħhom magħna f'din il-ġurnata hekk storika, hekk għażiża li ma ninsewha qatt. Dawn id-delegati kollha qed jixhdu l-lum illi Malta ħadet l-indipendenza tagħha u jridu jixhdu 'l quddiem għaliex il-lum raw Malta x'inhija, il-lum raw id-determinazzjoni u l-kuraġġ; jeħtieġ jibqgħu jixhdulna illi aħna nimmeritaw, aħna denji ta' l-indipendenza u tas-sovranità illi akkwistajna għal pajjiżna. L-indipendenza ma tfissirx illi se ġġibna pajjiż li ma għandu bżonn 'l ħadd, illi n-nies tiegħu ma għandhomx bżonn jaħdmu, illi ma għandhomx bżonn għajnuna ta' ħbieb.

L-indipendenza tfisser illi rridu naħdmu forsi aktar u aktar bil-qalb għaliex irridu nagħtu prova lid-dinja illi l-indipendenza li ksibna aħna verament nimmeritawha, nafu naħdmu demokratikament, nafu lill-poplu tagħna mmexxuh lejn il-bon ordni u l-liġi fil-pajjiż, lejn il-prosperità ekonomika, lejn il-ġid tagħna, ta' wliedna u ta' wlied uliedna. ”

F'Marzu tal-1965, Borg Olivier ħa f'idejh ukoll il-Ministeru tal-Commonwealth u l-Affarijiet Barranin.

L-elezzjonijiet tal-1966

Fl-elezzjonijiet ġenerali li saru f' Marzu 1966, il-Partit Nazzjonalista reġa' tela' fil-Gvern, u Borg Olivier inħatar Prim Ministru u Ministru tal-Commonwealth u l-Affarijiet Barranin.

Kap tal-Oppożizzjoni (1971–1976)

Fl-1971 u fl-1976, il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjonijiet ġenerali. Fl-1974, Borg Olivier ivvota kontra fil-Parlament li Malta ssir Repubblika, b'differenza mill-pożizzjoni li ħadet il-maġġoranza tad-deputati Nazzjonalisti. Wara t-telfa elettorali tal-1976, il-Partit Nazzjonalista għażel lil Eddie Fenech Adami bħala Kap minfloku.

Titoli u unuri

  • F'Jum l-Indipendenza, il-21 ta' Settembru 1964, Borg Olivier ingħata Dottorat fil-Letteratura (Honoris Causa) mill-Università Rjali ta' Malta.
  • Fil-25 ta' Ġunju 1964, Papa Pawlu VI tah it-titolu ta' Kavallier tas-Salib tal-Ordni ta' San Silvestru.
  • F'Novembru tal-1964, kellu udjenza mal-Papa Pawlu VI fejn ingħata t-titolu ta' Kavallier tas-Salib tal-Papa Piju IX.
  • Fl-14 ta' Ġunju 1968, Borg Olivier ingħata l-midalja tal-mertu tas-Salib tal-Ordni ta' Malta mill- tal-Ordni Sovrana Militari Ospitalieri ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm, Rodi u Malta.

Ħajja personali

Borg Olivier iżżewweġ lil Alexandra Mattei (mietet nhar il-25 ta' Frar 2009) fl-1943. Huma kellhom tlett itfal: Angela (mietet 18 ta' Frar 2008), Alexander u Peter. Il-Gvern Laburista ta' Mintoff ta lil Ġorġ Borg Olivier funeral statali fl-1980.

F'Ġunju 2010, iż-żewġ ulied subien ta' Borg Olivier iddeċiedew li jagħmlu irkant ta' diversi oġġetti ta' missierhom, fosthom kwadri, għamara, pitturi, mapep, u affarijiet dekorattivi. Fosthom kien hemm l-iskrivanija personali ta' Borg Olivier li nbiegħet għal 25,000 ewro.

Ħoloq esterni

Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Ġorġ Borg Olivier (Giorgio Borg Olivier)
  • Bijografija fuq is-sit tad-Dipartiment tal-Informazzjoni
  • Paġna fuq allmalta.com
  • Bijografija ta' Ġorġ Borg Olivier waqt is-serje "Bijografiji" trażmessa fuq TVM
Predeċessur
Enrico Mizzi
Prim Ministru ta' Malta
1950–1955

Suċċessur
Dom Mintoff

Predeċessur
Dom Mintoff

1955–1958

Suċċessur
Uffiċċju abolit

Predeċessur
Uffiċċju abolit
Prim Ministru ta' Malta
1962–1971

Suċċessur
Dom Mintoff

Predeċessur
Dom Mintoff

1971–1977

Suċċessur
Eddie Fenech Adami

Predeċessur
Enrico Mizzi
Kap tal-Partit Nazzjonalista
1950–1977

Suċċessur
Eddie Fenech Adami

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 08 Ġun, 2025 / 05:27

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Ġorġ Borg Olivier, X'inhi Ġorġ Borg Olivier? Xi tfisser Ġorġ Borg Olivier?

Ġorġ Borġ Olivier Valletta Sliema kien politiku Malti magħruf l aktar għall kariga tiegħu bħala Prim Ministru ta Malta li fl 1964 ġab l Indipendenza ta Malta Ġorġ Borg Olivier1 Ministru għall Affarijiet Barranin 21 Settembru 1964 21 Ġunju 1971 Dom Mintoff 2 Ministru tal Finanzi ta Malta 1963 1964 Giovanni Felice en Tommaso Caruana Demajo Prim Ministru ta Malta 5 Marzu 1962 21 Ġunju 1971 Dom Mintoff Dom Mintoff Prim Ministru ta Malta 20 Diċembru 1950 11 Marzu 1955 Enrico Mizzi Dom Mintoff Membru tal Kamra tad Deputati ta Malta 1947 ĦajjaTwelid Valletta 5 Lulju 1911Nazzjonalita Kolonja ta Malta Stat ta Malta MaltaMewt Tas Sliema 29 Ottubru 1980Post tad dfin Ċimiterju tal AddolorataKawza tal mewt EdukazzjoniAlma mater Universita ta MaltaLingwi MaltiOkkupazzjoniOkkupazzjoni politikuPremjijiet ListTfulija u zgħozijaĠorġ Borg Olivier twieled il Belt Valletta iben Olivier Borg Olivier de Puget Paleologo 1866 1939 u Rosa Amato Pace Ħa l edukazzjoni tiegħu fil u fl Universita Rjali ta Malta minn fejn iggradwa bħala avukat fl 1937 Il ħajja politikaFl 1939 Borg Olivier ġie elett fil Fl 1947 kien elett fl Assemblea Leġislattiva f isem il Partit Nazzjonalista Prim Ministru 1950 1955 Meta l Partit Nazzjonalista immexxi minn Enrico Mizzi fl 1950 intalab imexxi gvern ta minoranza Borg Olivier inħatar Ministru tax Xogħol u Rikostruzzjoni u Ministru tal Edukazzjoni Wara l mewt ta Nerik Mizzi tliet xhur biss wara li dan sar Prim Ministru f Diċembru tal 1950 Borg Olivier ta 39 sena inħatar Prim Ministru u Ministru tal Ġustizzja Wara l elezzjonijiet ġenerali tal 1951 Borg Olivier ifforma Gvern ta koalizzjoni mal ta Pawlu Boffa Borg Olivier reġa sar Prim Ministru u kien ukoll il Ministeru tax Xogħol u Rikostruzzjoni Fl 1953 huwa reġa mexxa l Gvern ta koalizzjoni flimkien mal Malta Workers Party Kap tal Oppozizzjoni 1955 1958 L elezzjoni tal 1955 intrebħet mill Partit Laburista mmexxi minn Dom Mintoff Mill 1955 sal 1958 Borg Olivier kien Kap tal Oppozizzjoni Bejn Ġunju u Settembru tal 1955 hu mexxa delegazzjonijiet fil Malta Round Table Conference u f Novembru tal 1958 mexxa delegazzjoni għal taħdidiet f Londra biex Malta terġa tingħata d dritt li tiggverna lilha nnifisha Prim Ministru 1962 1971 Wara l elezzjoni ta Frar tal 1962 iddominata mill bejn il Knisja u l Partit Laburista Borg Olivier reġa sar Prim Ministru fi gvern ta koalizzjoni Kellu wkoll f idejh il Ministeru tal Ippjanar Ekonomiku u Finanzi L Indipendenza ta Malta F Ġunju tas sena 1962 hu għamel talba formali biex Malta ssir indipendenti u f Settembru 1962 attenda l laqgħa tal Prim Ministri tal Fit 13 ta Lulju 1963 Borg Olivier mexxa delegazzjoni tal Gvern Malti fil Konferenza dwar l Indipendenza ta Malta u li fi tmiemha tħabbar li Malta ser issir indipendenti Kellu diversi taħdidiet mal Gvern Ingliz Il Kostituzzjoni għal Malta Indipendenti għaddiet mill Parlament u approvata mill poplu f referendu fi Frar tal 1964 Nhar il 21 ta Settembru 1964 Malta saret pajjiz indipendenti Dakinhar Borg Olivier tkellem hekk fl Arena tal Indipendenza il Furjana huwa u jindirizza lill Duka ta Edinbera Jekk jogħġob lill Altezza Irjali tiegħek għan nom tal Gvern u tal Poplu ta Malta jien noffri r ringrazzjamenti sinċieri tiegħi talli bl ordni tal Maesta Tagħha tajtni d dokumenti kostituzzjonali li jiġbru fihom l Indipendenza ta Malta Din is siegħa solenni tibqa tiġi mfakkra għal dejjem minna sudditi leali tal Maesta Tagħha r Reġina Elizabetta II b sodisfazzjon kbir u bi kburija u tiġi reġistrata fl annali ta l istorja tagħna L imħabba sinċiera tal poplu tagħna lejn il Maesta Tagħha ġiet murija bizzejjed fil passat u r rabtiet illi jgħaqqdu l poplu tagħna mat tron tabilfors jissaħħu meta wieħed jaf illi bħala pajjiz indipendenti aħna ma għandniex lealta oħra ħlief lejn il Maesta Tagħha bħala r Reġina tagħna Bir rispett kollu jiena nitlob lill Altezza Irjali Tiegħek biex twassal lill Maesta Tagħha l gratitudni l aktar sinċiera tagħna talli ġentilment għoġobha tkun ir Reġina tagħna Aħna noffru t talb umli tagħna biex hija tirrenja fuqna għal zmien twil u fil prosperita Bil permess ta l Altezza Irjali Tiegħek jiena issa sejjer ngħid xi ftit kelmiet bil Malti lill poplu maħbub tiegħi Ħuti Maltin u Għawdxin Il programm uffiċjali jippermettili ftit minuti biex jien l lum meta qed naraw il bandiera tagħna tperper fuq gzira indipendenti nifraħ magħkom nifraħ magħkom u niftakar f dawk kollha illi qabilna min ftit u min wisq min b mod u min b ieħor ħadem biex jara dil ġurnata Nirringrazzjaw il Alla illi tana x xorti nkunu aħna illi flimkien qegħdin naraw ir rapprezentant speċjali tal Maesta Tagħha jagħtina dokument ta kostituzzjoni li tagħmel Malta indipendenti u sovrana Dokument illi jtina kostituzzjoni irrevokabbli ma jista jeħodilna ħadd ma jista ħadd ineħħilna l indipendenza tagħna kostituzzjoni illi ħdimna għaliha kemm flaħna u għandna s sodisfazzjon ngħidu illi meta snin ilu wieħed kien isemmi Malta barra minn pajjizna konna nieħdu d dizappunt li naraw ħafna nies tista tgħid tal pajjizi kollha anke viċin illi ma kienu jafu xejn fuq Malta lanqas jafu fejn hi Malta jekk kienu jafu li kienet tezisti Il lum intom u jiena u sħabi tal kabinett poġġejna Malta fuq il mappa darba għal dejjem Għandna s sodisfazzjon naraw delegati minn kull naħa tad dinja illi ġew jieħdu pjaċir magħna u aħna nirringrazzjawhom nibqgħulhom grati talli ġew juru l ferħ tagħhom magħna f din il ġurnata hekk storika hekk għaziza li ma ninsewha qatt Dawn id delegati kollha qed jixhdu l lum illi Malta ħadet l indipendenza tagħha u jridu jixhdu l quddiem għaliex il lum raw Malta x inhija il lum raw id determinazzjoni u l kuraġġ jeħtieġ jibqgħu jixhdulna illi aħna nimmeritaw aħna denji ta l indipendenza u tas sovranita illi akkwistajna għal pajjizna L indipendenza ma tfissirx illi se ġġibna pajjiz li ma għandu bzonn l ħadd illi n nies tiegħu ma għandhomx bzonn jaħdmu illi ma għandhomx bzonn għajnuna ta ħbieb L indipendenza tfisser illi rridu naħdmu forsi aktar u aktar bil qalb għaliex irridu nagħtu prova lid dinja illi l indipendenza li ksibna aħna verament nimmeritawha nafu naħdmu demokratikament nafu lill poplu tagħna mmexxuh lejn il bon ordni u l liġi fil pajjiz lejn il prosperita ekonomika lejn il ġid tagħna ta wliedna u ta wlied uliedna F Marzu tal 1965 Borg Olivier ħa f idejh ukoll il Ministeru tal Commonwealth u l Affarijiet Barranin L elezzjonijiet tal 1966 Fl elezzjonijiet ġenerali li saru f Marzu 1966 il Partit Nazzjonalista reġa tela fil Gvern u Borg Olivier inħatar Prim Ministru u Ministru tal Commonwealth u l Affarijiet Barranin Kap tal Oppozizzjoni 1971 1976 Fl 1971 u fl 1976 il Partit Laburista rebaħ l elezzjonijiet ġenerali Fl 1974 Borg Olivier ivvota kontra fil Parlament li Malta ssir Repubblika b differenza mill pozizzjoni li ħadet il maġġoranza tad deputati Nazzjonalisti Wara t telfa elettorali tal 1976 il Partit Nazzjonalista għazel lil Eddie Fenech Adami bħala Kap minfloku Titoli u unuriF Jum l Indipendenza il 21 ta Settembru 1964 Borg Olivier ingħata Dottorat fil Letteratura Honoris Causa mill Universita Rjali ta Malta Fil 25 ta Ġunju 1964 Papa Pawlu VI tah it titolu ta Kavallier tas Salib tal Ordni ta San Silvestru F Novembru tal 1964 kellu udjenza mal Papa Pawlu VI fejn ingħata t titolu ta Kavallier tas Salib tal Papa Piju IX Fl 14 ta Ġunju 1968 Borg Olivier ingħata l midalja tal mertu tas Salib tal Ordni ta Malta mill tal Ordni Sovrana Militari Ospitalieri ta San Ġwann ta Ġerusalemm Rodi u Malta Ħajja personaliBorg Olivier izzewweġ lil Alexandra Mattei mietet nhar il 25 ta Frar 2009 fl 1943 Huma kellhom tlett itfal Angela mietet 18 ta Frar 2008 Alexander u Peter Il Gvern Laburista ta Mintoff ta lil Ġorġ Borg Olivier funeral statali fl 1980 F Ġunju 2010 iz zewġ ulied subien ta Borg Olivier iddeċiedew li jagħmlu irkant ta diversi oġġetti ta missierhom fosthom kwadri għamara pitturi mapep u affarijiet dekorattivi Fosthom kien hemm l iskrivanija personali ta Borg Olivier li nbiegħet għal 25 000 ewro Ħoloq esterniWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Ġorġ Borg Olivier Giorgio Borg Olivier Bijografija fuq is sit tad Dipartiment tal Informazzjoni Paġna fuq allmalta com Bijografija ta Ġorġ Borg Olivier waqt is serje Bijografiji trazmessa fuq TVM Predeċessur Enrico Mizzi Prim Ministru ta Malta 1950 1955 Suċċessur Dom Mintoff Predeċessur Dom Mintoff 1955 1958 Suċċessur Uffiċċju abolit Predeċessur Uffiċċju abolit Prim Ministru ta Malta 1962 1971 Suċċessur Dom Mintoff Predeċessur Dom Mintoff 1971 1977 Suċċessur Eddie Fenech Adami Predeċessur Enrico Mizzi Kap tal Partit Nazzjonalista 1950 1977 Suċċessur Eddie Fenech Adami

L-aħħar artikli
  • Ġunju 08, 2025

    Trichechus manatus

  • Ġunju 07, 2025

    Trattat ta' Maastricht

  • Ġunju 08, 2025

    Traduzzjoni

  • Ġunju 08, 2025

    Tim nazzjonali tal-futbol tal-Arġentina

  • Ġunju 07, 2025

    Tim nazzjonali tal-futbol ta' San Marino

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq