Jum l Indipendenza hija waħda mill ħames li għandha Malta Dan il jum ifakkar il kisba tal indipendenza tal gżejjer Malti
Jum l Indipendenza (Malta)

Jum l-Indipendenza hija waħda mill-ħames li għandha Malta. Dan il-jum ifakkar il-kisba tal-indipendenza tal-gżejjer Maltin mir-Renju Unit nhar il-21 ta' Settembru 1964.
Skont il-Kostituzzjoni tal-1964, Malta saret demokrazija parlamentari fi ħdan il-, l-għaqda tan-nazzjonijiet li kienu jiffurmaw parti mill-. Wara l-Indipendenza, ir-Reġina Eliżabetta II baqgħet is-sovrana ta' Malta bit-titlu ta' Reġina ta' Malta u bil-gvernatur ġenerali jeżerċita l-awtorità f'isimha, filwaqt li d-direzzjoni u l-kontroll tal-gvern u tal-affarijiet nazzjonali kienu f'idejn il-kabinett fit-tmexxija ta' Prim Ministru Malti.
F'Ġunju tas-sena 1962, Ġorġ Borg Olivier kien għamel talba formali biex Malta ssir indipendenti u f'Settembru tal-1962 attenda l-laqgħa tal-Prim Ministri tal-Commonwealth. Fit-13 ta' Lulju 1963, Borg Olivier mexxa delegazzjoni tal-Gvern Malti fil-Konferenza dwar l-Indipendenza ta' Malta u li fi tmiemha tħabbar li Malta ser issir indipendenti. Il-Kkostituzzjoni għal Malta indipendenti għaddiet mill-Parlament u approvata mill-poplu f'referendum fi Frar tal-1964.
Id-Diskors tal-Prim Ministru Borg Olivier
Nhar il-21 ta' Settembru, 1964, Malta saret pajjiż indipendenti. Dakinhar Borg Olivier tkellem hekk fl-Arena tal-Indipendenza, il-Furjana, huwa u jindirizza lill-, Duka ta' Edinburgh:
“ Jekk jogħġob lill-Altezza Rjali tiegħek għan-nom tal-Gvern u tal-Poplu ta' Malta jien noffri r-ringrazzjamenti sinċieri tiegħi talli bl-ordni tal-Maestà Tagħha tajtni d-dokumenti kostituzzjonali li jiġbru fihom l-Indipendenza ta' Malta.
Din is-siegħa solenni tibqa' tiġi mfakkra għal dejjem minna, sudditi leali tal-Maestà Tagħha r-Reġina Eliżabetta II b'sodisfazzjon kbir u bi kburija u tiġi reġistrata fl-annali tal-istorja tagħna. L-imħabba sinċiera tal-poplu tagħna lejn il-Maestà Tagħha ġiet murija biżżejjed fil-passat u r-rabtiet illi jgħaqqdu l-poplu tagħna mat-tron tabilfors jissaħħu meta wieħed jaf illi bħala pajjiż indipendenti aħna ma għandniex lealtà oħra ħlief lejn il-Maestà Tagħha bħala r-Reġina tagħna.
Bir-rispett kollu jiena nitlob lill-Altezza Rjali Tiegħek biex twassal lill-Maestà Tagħha l-gratitudni l-aktar sinċiera tagħna talli ġentilment għoġobha tkun ir-Reġina tagħna. Aħna noffru t-talb umli tagħna biex hija tirrenja fuqna għal żmien twil u fil-prosperità. Bil-permess tal-Altezza Rjali Tiegħek jiena issa sejjer ngħid xi ftit kelmiet bil-Malti lill-poplu maħbub tiegħi.
Ħuti Maltin u Għawdxin. Il-programm uffiċjali jippermettili ftit minuti biex jien illum, meta qed naraw il-bandiera tagħna tperper fuq gżira indipendenti nifraħ magħkom, nifraħ magħkom u niftakar f'dawk kollha illi qabilna min ftit u min wisq, min b'mod u min b'ieħor ħadem biex jara dil-ġurnata.
Nirringrazzjaw 'il Alla illi tana x-xorti nkunu aħna illi flimkien qegħdin naraw ir-rappreżentant speċjali tal-Maestà Tagħha jagħtina dokument ta' kostituzzjoni li tagħmel Malta indipendenti u sovrana. Dokument illi jtina kostituzzjoni irrevokabbli, ma jista' jeħodhielna ħadd, ma jista' ħadd ineħħilna l-indipendenza tagħna, kostituzzjoni illi ħdimna għaliha kemm flaħna u għandna s-sodisfazzjon ngħidu illi meta snin ilu wieħed kien isemmi Malta barra minn pajjiżna konna nieħdu d-diżappunt li naraw ħafna nies tista' tgħid tal-pajjiżi kollha anke viċin illi ma kienu jafu xejn fuq Malta, lanqas jafu fejn hi Malta jekk kienu jafu li kienet teżisti. Illum intom u jiena u sħabi tal-kabinett poġġejna Malta fuq il-mappa darba għal dejjem.
Għandna s-sodisfazzjon naraw delegati minn kull naħa tad-dinja illi ġew jieħdu pjaċir magħna u aħna nirringrazzjawhom, nibqgħulhom grati talli ġew juru l-ferħ tagħhom magħna f'din il-ġurnata hekk storika, hekk għażiża li ma ninsewha qatt. Dawn id-delegati kollha qed jixhdu l-lum illi Malta ħadet l-indipendenza tagħha u jridu jixhdu 'l quddiem għaliex il-lum raw Malta x'inhija, il-lum raw id-determinazzjoni u l-kuraġġ; jeħtieġ jibqgħu jixhdulna illi aħna nimmeritaw, aħna denji ta' l-indipendenza u tas-sovranità illi akkwistajna għal pajjiżna. L-indipendenza ma tfissirx illi se ġġibna pajjiż li ma għandu bżonn 'l ħadd, illi n-nies tiegħu ma għandhomx bżonn jaħdmu, illi ma għandhomx bżonn għajnuna ta' ħbieb.
L-indipendenza tfisser illi rridu naħdmu forsi aktar u aktar bil-qalb għaliex irridu nagħtu prova lid-dinja illi l-indipendenza li ksibna aħna verament nimmeritawha, nafu naħdmu demokratikament, nafu lill-poplu tagħna mmexxuh lejn il-bon ordni u l-liġi fil-pajjiż, lejn il-prosperità ekonomika, lejn il-ġid tagħna, ta' wliedna u ta' wlied uliedna. ”
Id-Diskors tad-Duka ta' Edinburgh
L-għada it-22 ta' Settembru sar id-Diskors mit-Tron, mill-Prinċep Filippu, id-Duka ta' Edinburgh fl-okkażjoni tal-Ftuħ tal-Parlament:
“ Sur President u Onorevoli Membri tal-Kamra tad-Deputati:
Il-Maestà Tagħha r-Reġina qabbditni niftaħ f'isimha l-ewwel sessjoni tal-Parlament ta' Malta taħt il-Kostituzzjoni tal-Indipendenza.
Jiena nħossni ferħan u mkabbar li ġejt mogħti dan l-Ordni mill-Maestà Tagħha u li ġejt Malta biex inġedded l-assoċjazzjonijiet sbieħ tiegħi mal-poplu tagħha f'dan l-avveniment wisq importanti fl-istorja glorjuża tiegħu.
Id-Diskors mit-Tron li l-Maestà Tagħha għoġobha ġentilment tagħmel huwa dan li ġej:-
Sur President u Onorevoli Membri,
Bis-saħħa tal-Att dwar l-Indipendenza ta' Malta, li għalih jien tajt il-kunsens tiegħi, il-Gvern tiegħi ta' Malta assuma responsabbiltà sħiħa bħala pajjiż indipendenti sovran fil-Commonwealth tan-Nazzjonijiet.
Epoka ġdida qiegħda tibda għal Malta. Ir-responsabbiltajiet li jiġu mal-bidla għal status indipendenti mhuma bl-ebda mod faċli, imma l-kuraġġ u t-tenaċità li l-poplu tiegħi f'Malta wera fl-imgħoddi huma xhieda biżżejjed tal-kapaċità tiegħu biex jitratta l-impenji ġodda li għandu quddiemu b'mod xieraq u effiċjenti.
Fidil lejn il-politika tiegħu, il-Gvern tiegħi issa sejjer jidħol formalment fi ftehim mal-Gvern tiegħi fir-Renju Unit li jkun jipprovdi għad-Difiża u għall-assistenza reċiproka tagħhom. Issa li Malta dieħla f'relazzjoni ġdida mar-Renju Unit, wara aktar minn seklu u nofs ta' assoċjazzjoni mill-qrib, jiena nħossni fiduċjuż illi ż-żewġ pajjiżi sejrin isaħħu r-rabtiet tagħhom ta' ħbiberija u rieda tajba. Huma sejrin jaħdmu flimkien biex iżommu l-paċi skond iċ-Charter tan-Nazzjonijiet Uniti u b'mod ġenerali illi jgħinu biex jiġu msaħħa l-istabbilità u s-sigurtà.
Bħala membru ġdid tal-Commonwealth il-Gvern tiegħi jixtieq jassigura lill-membri l-oħra illi sejjer jipprova jagħmel il-parti tiegħu biex jissaħħu r-rabtiet li jgħaqqadhom flimkien bħala familja ta' nazzjonijiet u biex jikkontribwixxi mill-aħjar li jista' sabiex iseħħu l-ideali tal-Commonwealth. B'mod partikolari, il-Gvern tiegħi jħossu grat għall-assistenza illi qiegħda tingħata mill-Gvern tiegħi fir-Renju Unit, fl-Awstralja u fil-Kanada lil dawk fost il-poplu tiegħi illi jagħmlu t-tieni dar tagħhom f'dawk il-pajjiżi.
Fir-relazzjonijiet esteri, sejra tkun il-politika tal-Gvern tiegħi illi jżomm l-ideali tal-libertà demokratika, ko-operazzjoni u progress, u li jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-paċi tad-dinja, speċjalment fil-Mediterran. B'dawn l-iskopijiet quddiemu, il-Gvern tiegħi diġà ħa passi biex jieħu postu fost il-membri ta' l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti. Matul il-kariga preżenti tagħhom, il-Ministri tiegħi assiguraw illi l-Gżira tkun aċċettata bħala membru sħiħ ta' l-"International Committee of European Migration". Ma' l-indipendenza, Malta sejra ssir membru sħiħ tal-"Food and Agriculture Organization", tal-"World Health Organization" u ta' l-"International Labour Organization", u sejra tfittex illi ssir membru ta' organizzazzjonijiet adattati oħra u ta' l-aġenziji speċjalizzati. Il-Gvern tiegħi jafferma wkoll illi huwa lest illi jara illi l-Kwartier Ġenerali eżistenti tan-"North Atlantic Treaty Organization" jibqa' f'Malta sakemm tiġi kunsidrata relazzjoni ġdida ma' dik l-Organizzazzjoni.
Fit-tfassil tal-politika estera tiegħu, il-Gvern tiegħi sejjer ifittex mhux biss illi jsaħħaħ relazzjonijiet tajba ma' pajjiżi ħbieb iżda wkoll illi jistabbilixxi swieq ġodda għall-prodotti ta' Malta. Il-Gvern tiegħi jagħti l-akbar importanza biex iħajjar l-investimenti ta' kapitali, speċjalment minn pajjiżi barranin, għat-twaqqif ta' industriji lokali għall-esportazzjoni. Għajnuna finanzjarja lil industrji ġodda hija waħda mill-kolonni prinċipali tat-tieni pjan ta' żvilupp tal-Gvern tiegħi u l-Ministri tiegħi huma sodi fil-fehma tagħhom illi ma jista' jkun hemm ebda riżultati sostanzjali f'dan il-kamp jekk ma jiġux assigurati swieq barranin. Il-Gvern tiegħi daħal fi ftehim kommerċjali mal-Ġermanja tal-Punent u nbdew negozjati għal ftehim simili ma' l-Awstrja, il-Libja u l-Isvizzera. Wieħed jittama illi wara jkun hemm ftehim ma' pajjiżi oħra.
F'dan il-pajjiż il-Gvern tiegħi huwa determinat illi jkompli iżomm is-supremazija tal-liġi li hija l-qofol tas-sistema tagħna ta' Gvern kostituzzjonali. Il-Gvern tiegħi se jfittex li jimmobilizza r-riżorsi kollha tal-pajjiż biex jassigura li jkun hemm l-aħjar riżultati possibbli fl-iżvilupp. Hija l-politika tal-Gvern tiegħi li jara l-industrja tat-turiżmu tilħaq l-aqwa tagħha. L-industrja tat-Tarzna u l-agrikoltura jibqgħu jirċievu l-attenzjoni tal-Gvern tiegħi bħala kolonni fondamentali ta' l-ekonomija nazzjonali.
Il-Gvern tiegħi jilqa' bi gratitudni l-għajnuna finanzjarja li l-Gvern tiegħi fir-Renju Unit qabel li għandu jipprovdi għall-iffinanzjar tal-bżonnijiet kapitali ta' Malta, u bżonnijiet oħra matul l-għaxar snin li ġejjin. Il-Gvern tiegħi huwa wkoll grat għall-għajnuna teknika u assistenza oħra li qiegħda tingħata mill-"United Nations Technical Assistance Board" u aġenziji speċjalizzati oħra tan-Nazzjonijiet Uniti għall-espansjoni ta' dak kollu li jista' jiġi assorbit għall-iżvilupp ekonomiku ta' Malta. Din l-għajnuna hija meħtieġa b'mod speċjali matul iż-żmien diffiċli tat-transizzjoni għal ekonomija bażata fuq il-produzzjoni u żżid tgħin b'mod l-aktar utili l-ispinta tal-Gvern tiegħi biex jespandi l-edukazzjoni teknika u avanzata.
Il-Ministri tiegħi huma determinati li jaffrontaw l-impenn li għandhom quddiemhom b'fidi u b'fiduċja u jirsistu biex iqiegħdu pedamenti sodi għal futur li jkun jirrifletti l-glorja kollha ta' l-imgħoddi li huwa ta' ispirazzjoni għalina. B'dan huma sejrin jikkonċentraw l-isforzi serji tagħhom sabiex jilħqu skop komuni f'materji li huma ta' importanza kbira għan-nazzjon. Il-Ministri tiegħi huma fiduċjużi illi s-sezzjonijiet kollha tal-komunità jirrealizzaw illi l-frott tal-prosperità għandu jinqasam bejn kulħadd.
Nifraħ lill-poplu tiegħi talli rnexxielu jakkwista l-indipendenza u nitlob 'il Alla biex ibierek lil dawn il-Gżejjer u jiggwidahom lejn il-kuntentizza u l-prosperità. ”
Kontroversja fuq il-Jum Nazzjonali
Eventwalment, taħt gvernijiet Laburisti, Malta saret Repubblika fit-13 ta' Diċembru 1974 u kisbet l-awtonomija assoluta fil-31 ta' Marzu 1979, fl-hekk imsejjaħ Jum il-Ħelsien. Fl-1987, kien ġie deċiż li Malta jkollha ħames festi nazzjonali.
Nhar is-16 ta' Settembru 2009, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi ippropona li Jum l-Indipendenza għandu jkun il-Jum Nazzjonali ta' Malta minflok ma jkollna ħames festi nazzjonali. Meta intervistat mill-ġurnal Illum, l-istoriku Henry Frendo, fisser kif mir-riċerki tiegħu, jirriżulta li
“ Il-maġġoranza ta' eks kolonji jiċċelebraw bħala l-Jum Nazzjonali tagħhom dik il-ġurnata li fiha jkunu kisbu l-Indipendenza mill-imperu li kien jokkupahom... Dan ġara wkoll f'Malta li saret pajjiż indipendenti fil-21 ta' Settembru 1964. Malta ġiet rikonoxxuta bħala stat ġdid indipendenti u ssieħbet bħala membru sħiħ tal-komunità internazzjonali f'bosta istituzzjonijiet, fosthom il-Ġnus Magħquda u ftit wara l-Kunsill tal-Ewropa... Il-punt tat-tluq li mingħajru ma setgħux iseħħu dawn l-avvenimenti (ir-Repubblika u l-Ħelsien) storikament jibqa' bilfors dak ta' meta Malta kisbet l-Indipendenza u ma baqgħetx kolonja titlob il-permess tas-sid biex tagħmel jew ma tagħmilx xi ħaġa, pereżempju biex Borg Olivier jitħalla jiltaqa' ma' Kennedy fl-1963... L-Indipendenza ppermettiet diversi tranżisizzjonijiet u bidliet skont il-prijorità ta' min kien imexxi... Xi ħaġa li ma tingħadx hi li Mintoff u l-Partit Laburista kellhom sehem kbir fil-kisba tal-Indipendenza fl-1964: kieku mhux għax Mintoff u Borg Olivier it-tnejn riduha lanqas kienet tiġi. Bażikament il-partiti l-oħrajn kienu kontra... ”
Mhux tal-istess fehma l-Professur Godfrey Pirotta, li sostna li ma setax jaqbel mal-proposta ta' Gonzi,
“ meta l-argumenti li qed jinġiebu għaliex huma ibbażati fuq storja partiġġana. L-ewwel irid ikollna storja li tirrikonoxxi il-ħidma tal-partijiet kollha... Kulħadd għandu raġun dwar il-pożizzjoni tiegħu għaliex il-ġrajjiet politiċi ta' Malta huma marbuta ma' xulxin. Li tqum u tgħid nipproponi Jum l-Indipendenza jkun il-Jum Nazzjonali mingħajr ma turi kif ħa tintegra il-ħidma kbira ta' ħaddieħor fil-proġett hi proposta intenzjonata minn qabel biex tfalli... Jum il-Ħelsien għandu importanza storika kbira, għaliex mingħajru l-iżvilupp ekonomiku u politiku ta' pajjiżna kien jibqa' batut. ”
Referenzi
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Jum l Indipendenza (Malta), X'inhi Jum l Indipendenza (Malta)? Xi tfisser Jum l Indipendenza (Malta)?
Jum l Indipendenza hija waħda mill ħames li għandha Malta Dan il jum ifakkar il kisba tal indipendenza tal gzejjer Maltin mir Renju Unit nhar il 21 ta Settembru 1964 Dehra ta ħwienet b sinjali u kartelluni kontra l okkupazzjoni Brittanika u favur l indipendenza ta Malta Skont il Kostituzzjoni tal 1964 Malta saret demokrazija parlamentari fi ħdan il l għaqda tan nazzjonijiet li kienu jiffurmaw parti mill Wara l Indipendenza ir Reġina Elizabetta II baqgħet is sovrana ta Malta bit titlu ta Reġina ta Malta u bil gvernatur ġenerali jezerċita l awtorita f isimha filwaqt li d direzzjoni u l kontroll tal gvern u tal affarijiet nazzjonali kienu f idejn il kabinett fit tmexxija ta Prim Ministru Malti F Ġunju tas sena 1962 Ġorġ Borg Olivier kien għamel talba formali biex Malta ssir indipendenti u f Settembru tal 1962 attenda l laqgħa tal Prim Ministri tal Commonwealth Fit 13 ta Lulju 1963 Borg Olivier mexxa delegazzjoni tal Gvern Malti fil Konferenza dwar l Indipendenza ta Malta u li fi tmiemha tħabbar li Malta ser issir indipendenti Il Kkostituzzjoni għal Malta indipendenti għaddiet mill Parlament u approvata mill poplu f referendum fi Frar tal 1964 Id Diskors tal Prim Ministru Borg OlivierNhar il 21 ta Settembru 1964 Malta saret pajjiz indipendenti Dakinhar Borg Olivier tkellem hekk fl Arena tal Indipendenza il Furjana huwa u jindirizza lill Duka ta Edinburgh Jekk jogħġob lill Altezza Rjali tiegħek għan nom tal Gvern u tal Poplu ta Malta jien noffri r ringrazzjamenti sinċieri tiegħi talli bl ordni tal Maesta Tagħha tajtni d dokumenti kostituzzjonali li jiġbru fihom l Indipendenza ta Malta Din is siegħa solenni tibqa tiġi mfakkra għal dejjem minna sudditi leali tal Maesta Tagħha r Reġina Elizabetta II b sodisfazzjon kbir u bi kburija u tiġi reġistrata fl annali tal istorja tagħna L imħabba sinċiera tal poplu tagħna lejn il Maesta Tagħha ġiet murija bizzejjed fil passat u r rabtiet illi jgħaqqdu l poplu tagħna mat tron tabilfors jissaħħu meta wieħed jaf illi bħala pajjiz indipendenti aħna ma għandniex lealta oħra ħlief lejn il Maesta Tagħha bħala r Reġina tagħna Bir rispett kollu jiena nitlob lill Altezza Rjali Tiegħek biex twassal lill Maesta Tagħha l gratitudni l aktar sinċiera tagħna talli ġentilment għoġobha tkun ir Reġina tagħna Aħna noffru t talb umli tagħna biex hija tirrenja fuqna għal zmien twil u fil prosperita Bil permess tal Altezza Rjali Tiegħek jiena issa sejjer ngħid xi ftit kelmiet bil Malti lill poplu maħbub tiegħi Ħuti Maltin u Għawdxin Il programm uffiċjali jippermettili ftit minuti biex jien illum meta qed naraw il bandiera tagħna tperper fuq gzira indipendenti nifraħ magħkom nifraħ magħkom u niftakar f dawk kollha illi qabilna min ftit u min wisq min b mod u min b ieħor ħadem biex jara dil ġurnata Nirringrazzjaw il Alla illi tana x xorti nkunu aħna illi flimkien qegħdin naraw ir rapprezentant speċjali tal Maesta Tagħha jagħtina dokument ta kostituzzjoni li tagħmel Malta indipendenti u sovrana Dokument illi jtina kostituzzjoni irrevokabbli ma jista jeħodhielna ħadd ma jista ħadd ineħħilna l indipendenza tagħna kostituzzjoni illi ħdimna għaliha kemm flaħna u għandna s sodisfazzjon ngħidu illi meta snin ilu wieħed kien isemmi Malta barra minn pajjizna konna nieħdu d dizappunt li naraw ħafna nies tista tgħid tal pajjizi kollha anke viċin illi ma kienu jafu xejn fuq Malta lanqas jafu fejn hi Malta jekk kienu jafu li kienet tezisti Illum intom u jiena u sħabi tal kabinett poġġejna Malta fuq il mappa darba għal dejjem Għandna s sodisfazzjon naraw delegati minn kull naħa tad dinja illi ġew jieħdu pjaċir magħna u aħna nirringrazzjawhom nibqgħulhom grati talli ġew juru l ferħ tagħhom magħna f din il ġurnata hekk storika hekk għaziza li ma ninsewha qatt Dawn id delegati kollha qed jixhdu l lum illi Malta ħadet l indipendenza tagħha u jridu jixhdu l quddiem għaliex il lum raw Malta x inhija il lum raw id determinazzjoni u l kuraġġ jeħtieġ jibqgħu jixhdulna illi aħna nimmeritaw aħna denji ta l indipendenza u tas sovranita illi akkwistajna għal pajjizna L indipendenza ma tfissirx illi se ġġibna pajjiz li ma għandu bzonn l ħadd illi n nies tiegħu ma għandhomx bzonn jaħdmu illi ma għandhomx bzonn għajnuna ta ħbieb L indipendenza tfisser illi rridu naħdmu forsi aktar u aktar bil qalb għaliex irridu nagħtu prova lid dinja illi l indipendenza li ksibna aħna verament nimmeritawha nafu naħdmu demokratikament nafu lill poplu tagħna mmexxuh lejn il bon ordni u l liġi fil pajjiz lejn il prosperita ekonomika lejn il ġid tagħna ta wliedna u ta wlied uliedna Id Diskors tad Duka ta EdinburghL għada it 22 ta Settembru sar id Diskors mit Tron mill Prinċep Filippu id Duka ta Edinburgh fl okkazjoni tal Ftuħ tal Parlament Sur President u Onorevoli Membri tal Kamra tad Deputati Il Maesta Tagħha r Reġina qabbditni niftaħ f isimha l ewwel sessjoni tal Parlament ta Malta taħt il Kostituzzjoni tal Indipendenza Jiena nħossni ferħan u mkabbar li ġejt mogħti dan l Ordni mill Maesta Tagħha u li ġejt Malta biex inġedded l assoċjazzjonijiet sbieħ tiegħi mal poplu tagħha f dan l avveniment wisq importanti fl istorja glorjuza tiegħu Id Diskors mit Tron li l Maesta Tagħha għoġobha ġentilment tagħmel huwa dan li ġej Sur President u Onorevoli Membri Bis saħħa tal Att dwar l Indipendenza ta Malta li għalih jien tajt il kunsens tiegħi il Gvern tiegħi ta Malta assuma responsabbilta sħiħa bħala pajjiz indipendenti sovran fil Commonwealth tan Nazzjonijiet Epoka ġdida qiegħda tibda għal Malta Ir responsabbiltajiet li jiġu mal bidla għal status indipendenti mhuma bl ebda mod faċli imma l kuraġġ u t tenaċita li l poplu tiegħi f Malta wera fl imgħoddi huma xhieda bizzejjed tal kapaċita tiegħu biex jitratta l impenji ġodda li għandu quddiemu b mod xieraq u effiċjenti Fidil lejn il politika tiegħu il Gvern tiegħi issa sejjer jidħol formalment fi ftehim mal Gvern tiegħi fir Renju Unit li jkun jipprovdi għad Difiza u għall assistenza reċiproka tagħhom Issa li Malta dieħla f relazzjoni ġdida mar Renju Unit wara aktar minn seklu u nofs ta assoċjazzjoni mill qrib jiena nħossni fiduċjuz illi z zewġ pajjizi sejrin isaħħu r rabtiet tagħhom ta ħbiberija u rieda tajba Huma sejrin jaħdmu flimkien biex izommu l paċi skond iċ Charter tan Nazzjonijiet Uniti u b mod ġenerali illi jgħinu biex jiġu msaħħa l istabbilita u s sigurta Bħala membru ġdid tal Commonwealth il Gvern tiegħi jixtieq jassigura lill membri l oħra illi sejjer jipprova jagħmel il parti tiegħu biex jissaħħu r rabtiet li jgħaqqadhom flimkien bħala familja ta nazzjonijiet u biex jikkontribwixxi mill aħjar li jista sabiex iseħħu l ideali tal Commonwealth B mod partikolari il Gvern tiegħi jħossu grat għall assistenza illi qiegħda tingħata mill Gvern tiegħi fir Renju Unit fl Awstralja u fil Kanada lil dawk fost il poplu tiegħi illi jagħmlu t tieni dar tagħhom f dawk il pajjizi Fir relazzjonijiet esteri sejra tkun il politika tal Gvern tiegħi illi jzomm l ideali tal liberta demokratika ko operazzjoni u progress u li jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il paċi tad dinja speċjalment fil Mediterran B dawn l iskopijiet quddiemu il Gvern tiegħi diġa ħa passi biex jieħu postu fost il membri ta l Organizzazzjoni tan Nazzjonijiet Uniti Matul il kariga prezenti tagħhom il Ministri tiegħi assiguraw illi l Gzira tkun aċċettata bħala membru sħiħ ta l International Committee of European Migration Ma l indipendenza Malta sejra ssir membru sħiħ tal Food and Agriculture Organization tal World Health Organization u ta l International Labour Organization u sejra tfittex illi ssir membru ta organizzazzjonijiet adattati oħra u ta l aġenziji speċjalizzati Il Gvern tiegħi jafferma wkoll illi huwa lest illi jara illi l Kwartier Ġenerali ezistenti tan North Atlantic Treaty Organization jibqa f Malta sakemm tiġi kunsidrata relazzjoni ġdida ma dik l Organizzazzjoni Fit tfassil tal politika estera tiegħu il Gvern tiegħi sejjer ifittex mhux biss illi jsaħħaħ relazzjonijiet tajba ma pajjizi ħbieb izda wkoll illi jistabbilixxi swieq ġodda għall prodotti ta Malta Il Gvern tiegħi jagħti l akbar importanza biex iħajjar l investimenti ta kapitali speċjalment minn pajjizi barranin għat twaqqif ta industriji lokali għall esportazzjoni Għajnuna finanzjarja lil industrji ġodda hija waħda mill kolonni prinċipali tat tieni pjan ta zvilupp tal Gvern tiegħi u l Ministri tiegħi huma sodi fil fehma tagħhom illi ma jista jkun hemm ebda rizultati sostanzjali f dan il kamp jekk ma jiġux assigurati swieq barranin Il Gvern tiegħi daħal fi ftehim kommerċjali mal Ġermanja tal Punent u nbdew negozjati għal ftehim simili ma l Awstrja il Libja u l Isvizzera Wieħed jittama illi wara jkun hemm ftehim ma pajjizi oħra F dan il pajjiz il Gvern tiegħi huwa determinat illi jkompli izomm is supremazija tal liġi li hija l qofol tas sistema tagħna ta Gvern kostituzzjonali Il Gvern tiegħi se jfittex li jimmobilizza r rizorsi kollha tal pajjiz biex jassigura li jkun hemm l aħjar rizultati possibbli fl izvilupp Hija l politika tal Gvern tiegħi li jara l industrja tat turizmu tilħaq l aqwa tagħha L industrja tat Tarzna u l agrikoltura jibqgħu jirċievu l attenzjoni tal Gvern tiegħi bħala kolonni fondamentali ta l ekonomija nazzjonali Il Gvern tiegħi jilqa bi gratitudni l għajnuna finanzjarja li l Gvern tiegħi fir Renju Unit qabel li għandu jipprovdi għall iffinanzjar tal bzonnijiet kapitali ta Malta u bzonnijiet oħra matul l għaxar snin li ġejjin Il Gvern tiegħi huwa wkoll grat għall għajnuna teknika u assistenza oħra li qiegħda tingħata mill United Nations Technical Assistance Board u aġenziji speċjalizzati oħra tan Nazzjonijiet Uniti għall espansjoni ta dak kollu li jista jiġi assorbit għall izvilupp ekonomiku ta Malta Din l għajnuna hija meħtieġa b mod speċjali matul iz zmien diffiċli tat transizzjoni għal ekonomija bazata fuq il produzzjoni u zzid tgħin b mod l aktar utili l ispinta tal Gvern tiegħi biex jespandi l edukazzjoni teknika u avanzata Il Ministri tiegħi huma determinati li jaffrontaw l impenn li għandhom quddiemhom b fidi u b fiduċja u jirsistu biex iqiegħdu pedamenti sodi għal futur li jkun jirrifletti l glorja kollha ta l imgħoddi li huwa ta ispirazzjoni għalina B dan huma sejrin jikkonċentraw l isforzi serji tagħhom sabiex jilħqu skop komuni f materji li huma ta importanza kbira għan nazzjon Il Ministri tiegħi huma fiduċjuzi illi s sezzjonijiet kollha tal komunita jirrealizzaw illi l frott tal prosperita għandu jinqasam bejn kulħadd Nifraħ lill poplu tiegħi talli rnexxielu jakkwista l indipendenza u nitlob il Alla biex ibierek lil dawn il Gzejjer u jiggwidahom lejn il kuntentizza u l prosperita Kontroversja fuq il Jum NazzjonaliEventwalment taħt gvernijiet Laburisti Malta saret Repubblika fit 13 ta Diċembru 1974 u kisbet l awtonomija assoluta fil 31 ta Marzu 1979 fl hekk imsejjaħ Jum il Ħelsien Fl 1987 kien ġie deċiz li Malta jkollha ħames festi nazzjonali Nhar is 16 ta Settembru 2009 il Prim Ministru Lawrence Gonzi ippropona li Jum l Indipendenza għandu jkun il Jum Nazzjonali ta Malta minflok ma jkollna ħames festi nazzjonali Meta intervistat mill ġurnal Illum l istoriku Henry Frendo fisser kif mir riċerki tiegħu jirrizulta li Il maġġoranza ta eks kolonji jiċċelebraw bħala l Jum Nazzjonali tagħhom dik il ġurnata li fiha jkunu kisbu l Indipendenza mill imperu li kien jokkupahom Dan ġara wkoll f Malta li saret pajjiz indipendenti fil 21 ta Settembru 1964 Malta ġiet rikonoxxuta bħala stat ġdid indipendenti u ssieħbet bħala membru sħiħ tal komunita internazzjonali f bosta istituzzjonijiet fosthom il Ġnus Magħquda u ftit wara l Kunsill tal Ewropa Il punt tat tluq li mingħajru ma setgħux iseħħu dawn l avvenimenti ir Repubblika u l Ħelsien storikament jibqa bilfors dak ta meta Malta kisbet l Indipendenza u ma baqgħetx kolonja titlob il permess tas sid biex tagħmel jew ma tagħmilx xi ħaġa perezempju biex Borg Olivier jitħalla jiltaqa ma Kennedy fl 1963 L Indipendenza ppermettiet diversi tranzisizzjonijiet u bidliet skont il prijorita ta min kien imexxi Xi ħaġa li ma tingħadx hi li Mintoff u l Partit Laburista kellhom sehem kbir fil kisba tal Indipendenza fl 1964 kieku mhux għax Mintoff u Borg Olivier it tnejn riduha lanqas kienet tiġi Bazikament il partiti l oħrajn kienu kontra Mhux tal istess fehma l Professur Godfrey Pirotta li sostna li ma setax jaqbel mal proposta ta Gonzi meta l argumenti li qed jinġiebu għaliex huma ibbazati fuq storja partiġġana L ewwel irid ikollna storja li tirrikonoxxi il ħidma tal partijiet kollha Kulħadd għandu raġun dwar il pozizzjoni tiegħu għaliex il ġrajjiet politiċi ta Malta huma marbuta ma xulxin Li tqum u tgħid nipproponi Jum l Indipendenza jkun il Jum Nazzjonali mingħajr ma turi kif ħa tintegra il ħidma kbira ta ħaddieħor fil proġett hi proposta intenzjonata minn qabel biex tfalli Jum il Ħelsien għandu importanza storika kbira għaliex mingħajru l izvilupp ekonomiku u politiku ta pajjizna kien jibqa batut Referenzi Gonzi jipproponi Jum l Indipendenza bħala l Jum Nazzjonali ta Malta at maltarightnow com L istoriċi jiddwellaw dwar il Jum Nazzjonali at illum