Dun Karm Psaila Ħaż Żebbuġ Valletta magħruf sempliċiment bħala Dun Karm kien wieħed mill aqwa poeta Malti ta kull żmien
Dun Karm Psaila

Dun Karm Psaila (Ħaż-Żebbuġ, – Valletta, ), magħruf sempliċiment bħala Dun Karm, kien wieħed mill-aqwa poeta Malti ta' kull żmien, u huwa rikonoxxut bħala l-Poeta Nazzjonali ta' Malta. Huwa kiteb l-innu nazzjonali ta' Malta magħruf bħala l-Innu Malti fl-. Sakemm kellu 40 sena huwa kiteb biss bit-Taljan u l-poeżija tiegħu bit-Taljan kienet ukoll ta' livell għoli u ssemmiet b'tifħir mill-kontemporanji tiegħu.
Dun Karm Psaila | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Ħaż-Żebbuġ, 18 Ottubru 1871 |
Nazzjonalità | Kolonja ta' Malta |
Mewt | Valletta, 13 Ottubru 1961 |
Edukazzjoni | |
Alma mater | Università ta' Malta |
Lingwi | Taljan Malti |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | poeta kittieb |
Premjijiet | List |
Saċerdot u Għalliem
Fl-1885 daħal fis-Seminarju Minuri u tliet snin wara f’dak Maġġuri sabiex jibda t-triq tas-Saċerdozju. Dun Karm studja l-Filosofija fl-1888 u t-Teoloġija fl-1890 fl-Università ta' Malta. Dun Karm ġie ordnat qassis ta' 23 sena fl-.
Taħt il-bixra serja tiegħu bis-suttana twila u sewda hemm bniedem li baqa’ tifel: ċajtier u ferrieħi. Fis-seminarju baqa' jilgħab il-ballun kif kien jagħmel meta kien għadu tifel. Fil-ħin tal-mistrieħ kien joqgħod idoqq il-mandolina u jieħu sehem f’reċti fuq il-palk. Il-karattru ferrieħi tiegħu kien jagħmlu ħabib ta’ kulħadd. Hekk ukoll baqa' wara li sar qassis.
Bejn l-1895 u l-1921 għallem bosta suġġetti fis-Seminarju, fosthom it-Taljan, il-Latin, l-Ingliż, l-, il-Ġeografija, il-, l- u l-. Fl-1921 ġie nominat Kanonku Onorarju tal-Kapitlu tal-Katidral. Fl-istess sena inħatar Assistent Librar fil- u sentejn wara direttur tal-Libreriji Ċirkolanti, pożizzjoni li żamm sa meta rtira fl-1936.
Fl-1940 Dun Karm sar l-ewwel direttur spiritwali tal-Leġjun ta’ Marija. Kien ukoll ħabib tas-saċerdot qaddis Dun Ġorġ Preca. Meta f’nofs is-snin erbgħin Preca kellu l-ħsieb li s-Soċjetà tal-Mużew ikollha skola ddedikata lil San Mikiel, talab lil Dun Karm jiktiblu innu għat-tfal ta’ din l-iskola. Imma qabelxejn qallu x’kienu l-prinċipji li fuqhom riedha tkun mibnija din l-iskola, jiġifieri d-dixxiplina, l-imħabba, il-ferħ u li kollox isir f’ħinu u f’waqtu. Dun Karm ikkuntentah u kitiblu tliet strofi sempliċi fuq mużika tal-Maestro Ġużè Abela Scolaro.
Il-Belt, Tas-Sliema u Ħaż-Żebbuġ
Bejn l-1894 u l-1910 hu kien joqgħod fis-Seminarju fejn kien jgħallem. Fl-1917 hu u sħabu kollha l-professuri li kienu jgħallmu fis-Seminarju kellhom iħallu l-kamra personali tagħhom li fiha kienu jgħixu u jorqdu. Mar joqgħod f’dar numru 51, Triq l-Ifran, il-Belt, fejn għex għal 26 sena sħaħ. F’dan iż-żmien il-poeta għadda minn solitudni kbira, imbiegħed mir-raħal, minn ħutu u minn sħabu. Kien iħossu “midfun ħaj” f’din id-dar.
Fl-1936 telaq mill-Belt u mar joqgħod Tas-Sliema. Bejn Ġunju tal-1940 u Mejju tal-1945 minħabba l-attakki tat-Tieni Gwerra Dinjija, Dun Karm telaq mid-dar ta’ Tas-Sliema u niżel f’raħal twelidu, Ħaż-Żebbuġ. Dun Karm għex l-aħħar parti ta' ħajtu f'Tas-Sliema. Fis-17 ta’ Ġunju, 1961, Dun Karm telaq minn daru f’Tas-Sliema u daħal l-isptar tax-xjuħ tal-Blue Sisters. Fit-13 ta’ Ottubru, 1961, Dun Karm miet fl-4.00 ta' filgħodu. fl-età ta’ 90 sena neqsin biss ħamest ijiem. Nhar il-Ħadd, 15 t’Ottubru, 1961, sar il-funeral fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żebbuġ u ndifen f’kappella mibnija apposta għalih fiċ-ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesù, f'raħal twelidu, Ħaż-Żebbuġ.
Poeta
Qabel l-1912, meta kien għadu student, Dun Karm kiteb biss bit-Taljan. L-ewwel poeżija ippubblikata magħrufha tiegħu hi, La Dignita Episcopale (1889). Fl-1896 ħareġ l-ewwel ktieb ta’ versi bit-Taljan, Foglie d’alloro, ġabra ta’ sebgħa u tletin poeżija li kiteb bejn is-sbatax u l-erbgħa u għoxrin sena ta’ ħajtu. Wara ppubblika wkoll Versi (1903), kollezzjoni oħra ta' poeżiji bit-Taljan. Huwa beda sunett li qatt ma temm miktub lid-dittatur Taljan Benito Mussolini.
Jibda jikteb bil-Malti
Huwa kompla jikteb bit-Taljan sal-1912 meta wara laqgħa li kellu ma’ Mons. Pawl Galea u Ġużè Muscat Azzopardi beda jikteb bil-Malti fil-perjodiku “Il-Ħabib”. L-ewwel poeżija tiegħu bil-Malti kienet “Quddiem Xbieha tal-Madonna”, waħda mill-isbaħ. Dun Karm innifsu jirrakkonta hekk:
"Għodwa waħda, fl-1912, żewġt iħbieb tiegħi Monsinjur Pawlu Galea u Ġużè Muscat Azzopardi, iltaqgħu miegħi u ħajruni niktbilhom xi poeżija sabiħa għall-ewwel ħarġa ta’ rivista ġdida li kienu se jibdew jippubblikaw bil-Malti, jismu Il-Ħabib. U dakinhar filgħaxija mort id-dar u quddiem xbieha tal-Madonna tlabt: “Għażiża ommi għidli inti x’għandi nikteb, jiena nixtieq nibda b’poeżija miktuba għalik.” Dak il-ħin stess qomt bil-ħeffa u niżżilt dak li ħassejt fil-poeżija Quddiem Xbieha tal-Madonna."
F’Mejju, 1914, dehret l-ewwel ġabra ta’ 15-il poeżija bil-Malti ta’ Dun Karm bl-isem ta’ L-ewwel ward jew Ġemgħa tal-poeżijiet li ktibt bil-Malti fis-Sensiela tal-Mogħdija taż-Żmien (għadd 140) li kien jippubblika Alfons Marija Galea. F’Settembru 1920 ħareġ ġabra ta’ 25 poeżija oħra, biex juri kemm l-ilsien Malti meta mħaddem tajjeb, mhu xejn inqas minn ilsna oħrajn. Dan il-ktieb jismu Ward ieħor jew Ġabra oħra ta’ poeżijiet bil-Malti u kien iddedikah lil ommu li kienet mietet fl-1909. Fis-sena 1921 kiteb il-poeżija Lil ħuti Maltin biex ifakkar l-għoti tal-Kostituzzjoni, li iżda xxandret fl-1939 minħabba li l-poeta ma riedx jiċċappas mal-preġudizzji politiċi ta’ dak iż-żmien.
Temi fil-Poeżiji ta' Dun Karm
Fil-poeżiji tiegħu, Dun Karm kien jesprimi ruħu l-aktar f'mumenti ta' solitudni, li dejjem kienu akkumpanjati b'sens ta' spiritwalità. Il-poeżija tiegħu tixhed ħafna l-ħajja fl-irħula u tiddeskrivi wkoll il-kampanja u l-ambjent rurali ta' żmienu. Fi kliemu Dun Karm jirnexxielu joħroġ il-kultura Maltija bit-tradizzjonijiet tagħha u l-identità tal-Maltin flimkien mal-kultura letterarja bbażata l-aktar fuq ir-romantiċiżmu Taljan.
L-ewwel xogħlijiet tiegħu bit-Taljan jixhdu żgħożija ta' sliem u kalma; wara l-mewt ta' ommu beda jgħix fis-solitudni. Meta ddeċieda li jibda juża l-Malti biex jesprimi ruħu, esplora poetikament l-istorja ta' Malta biex jikkonferma l-kultura u l-identità nazzjonali. Fl-istess ħin, uħud mill-isbaħ poeżiji tiegħu juru vjaġġ interjuri fl-esperjenzi u s-sentimenti tal-poeta. B'hekk irnexxielu jgħaqqad kemm li jħoss hu u l-esperjenzi tiegħu flimkien ma' dawk ta' pajjiżu u niesu. Dun Karm iħares kemm lejn in-naħa personali kif ukoll dik nazzjonali tal-poeżiji tiegħu minn għajn reliġjuża ħafna. Il-kriżi spiritwali f'Il-Jien u lil hinn Minnu hi analizzata b'mod universali għall-bniedem, li tagħti dawl fuq l-eżistenza tal-bniedem u tinsisti fuq il-misteru tar-relazzjoni bejn u l-bniedem, ħlief għall-fatt li l-bniedem jaċċetta b'mod sħiħ il-qawwa moħbija ta' dan Alla.
Traduzzjonijiet tal-poeżiji tiegħu
A.J. Arberry qaleb madwar 37 poeżija ta' Dun Karm għall-Ingliż. Ġużè Delia qaleb Il-Vjatku għall-Ispanjol u Laurent Ropa qaleb Il-Jien u lil hinn Minnu għall-Franċiż, Karmenu Mallia qaleb 'Il-Jien u Lilhinn Minnu' u 'Il-Musbieħ tal-Mużew' flimkien ma' poeżiji żgħar oħra, fosthom l-Innu Malti u s-sunett: 'Lil Mikiel Anton Vassalli', fl-Esperanto. Yevgeniy Vitkovskiy (Евгений Владимирович Витковский) qaleb 'Ħerba', 'Kewkbet is-Safar', u 'Wied Qirda' għar-Russu ukoll Vladislav Rezvij (Владислав Александрович Резвый) qaleb 'Roma Immortalis' għar-Russu.
Innijiet Reliġjużi
- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Innijiet ta' Dun Karm Psaila.
Dawn huma wħud mill-innijiet l-aktar magħrufa ta' Dun Karm Psaila:
- Innu Ewkaristiku (T’Adoriam Ostia Divina)
- L-Innu ta' Filgħodu
- L-Innu ta' Filgħaxija
- Innu lill-Madonna (Fil-Ħlewwa ta' Mejju)
- Innu tal-Kungress Marjan (Ismagħha l-Għanja)
- Innu lill-Qalb ta' Ġesù (Tina l-Ħlewwa)
- Innu tal-Papa (Għalxejn l-għedewwa jridu...)
- Għedtilna Kelma
L-Innu Malti
Fl-1920, Dr. A.V. Laferla, id-direttur tal-edukazzjoni, talab lil Dun Karm biex jikkomponi xi versi għal biċċa mużika tal-Mro. Robert Samut. L-innu li ħareġ kien l-Innu Malti, li ndaqq għall-ewwel darba fl-1923. Fl-1941 dan l-innu ġie rikonoxxut bħala l-Innu uffiċjali ta' Malta u riaffermat t'hekk anki fil- tal-Indipendenza tal-1964.
“ | Lil din l-Art ħelwa, l-Omm li tatna isimha, Ħares Mulej, kif dejjem Int ħarist; Agħti kbir Alla, id-deh'n lil min jaħkimha, | ” |
Rumanz u Dizzjunarju
Il-kitbiet ta' Dun Karm jinkludu traduzzjoni ta' rumanz (maqlub għall-Malti fl-1934 mir-rumanz Taljan Gli angeli del Perdono ta' Domenico Caprile).
Minbarra dawn, kiteb ukoll xi xogħlijiet kritiċi.Kiteb ukoll dizzjunarju bejn l-1947 u l-1955 fi tliet volumi, Dizzjunarju Ingliż u Malti. Kiteb ukoll poeżija waħda bl-Esperanto: 'Penso Printempa' (Ħsieb għar-Rebbiegħa) fl-1 t'April 1901.
Għarfien u unuri
Fl-1921 ukoll, Dun Karm kien wieħed mill-membri fundaturi tal- u mal-mewt ta' Ġużè Muscat Azzopardi fl-1927, ġie elett president tal-Għaqda u mbagħad editur tal-organu uffiċjali, Il-Malti. Kompla f'din il-pożizzjoni sal-1941 fejn ġie nominat president onorarju għal ħajtu ta' din l-Għaqda.
Bħala rikonoxximent għall-kontribut tiegħu fil-letteratura Maltija, ingħata d-Dottorat fil-Letteratura (honoris causa) mir-Royal University of Malta fl-1945 - l-ewwel darba li l-Università tat dan l-unur lil xi ħadd. Sena wara ġie mogħti il-.
Ir-Reġina Eliżabetta II iddekoratu bit-titlu ta' Kmandant tal-Ordni tal- fl-1956. Fl-1957, il- tah pensjoni ex-gratia bħala rikonoxximent tas-servizzi tiegħu fil-letteratura Maltija. Matul ħajtu ġie wkoll onorat bħala l-Poeta Nazzjonali ta' Malta.
Fl-1957, A.J. Arberry, Professur tal-Għarbi, f'Pembroke College, Cambridge, mar iżur lil Dun Karm f'daru u kiteb hekk fl-antoloġija tiegħu, Dun Karm Poet of Malta:
- "Meta ltqajt ma' Dun Karm kien għadu kif għalaq is-sebgħa u tmenin sena. Sibtu, raġel xiħ u fraġli, iżda xorta waħda bil-kmand totali tal-fakultajiet mentali tiegħu. Liebes is-suttana tal-qassis, bil-kurċifiss fuq sidru, ta' impressjoni qawwija tal-vera umiltà Kristjana... Offrieli tazza inbid u tkellimna ta' ħbieb għal aktar minn siegħa... Kien dehrli dak iż-żmien... li dan kien poeta ta' iktar minn importanza lokali, l-arti tiegħu u l-messaġġ tiegħu iridu jilħqu lid-dinja, fejn vera kien jistħoqilhom... Sirt aktar konvint tal-kobor tiegħu."
Kritika
Fil-ktieb Dun Karm: bejn il-Vatikan, id-Duċe u l-Kuruna (1993), il-kittieb Mario Azzopardi jistaqsi għaliex Dun Karm baqa' sieket quddiem il-miżerja tal-Maltin, liema tbatija kitbu u nbagħdu għaliha , Manwel Dimech u . Mario Azzopardi kkontesta bil-qawwa r-reputazzjoni ta' Dun Karm fuq il-bażi li l-poeta-saċerdot dejjem ħeba d-destin tal-fqar u l-ispossessati fi żmien meta dawn kienu jgħixu f'miżerja kbira. Minflok, Dun Karm irromantiċizza lir-raħħala u lill-bdiewa b'sentimenti folkloristiċi li kienu jgiddbu r-realtà, filwaqt li kien kontra s-sinjali tal-progress, bħal meta kiteb biex iċanfar 'lin-nisa tal-belt. Kontroversja oħra li ġieli nqalgħet dwar Dun Karm hi dwar l-Innu Malti, li għandu versi li jitkellemu dwar "is-sid" u "l-ħakkiem" u jitlobhom biex ikollhom "ħniena" mill-ħaddiema.
Kronoloġija ta' ħajtu
•1871 (18 ta’ Ottubru) Twieled Ħaż-Żebbuġ •ommu Lunzjata Pisani u missieru Filippu kienu t-tnejn Żebbuġin u bdiewa •missieru għadda ħajtu jbaħħar; DK intrabat aktar ma’ ommu
•1875 - kelb tah qatgħa li ħallietu werċ minn għajn waħda
•1892 - miet missieru
•1894 - sar qassis; fl-istess sena beda jgħallem fis-seminarju (fejn dam 26 sena)
•1896 - ħareġ l-ewwel ktieb ta’ poeżiji bit-Taljan Foglie d’alloro
•1909 - mietet ommu - kriżi kbira għal DK
•1910 - DK sfurzat jgħix waħdu u mhux iktar fis-seminarju
•1912 - kiteb l-ewwel poeżija tiegħu bil-Malti Quddiem Xbieha tal-Madonna; imħajjar minn Ġuże` Muscat Azzopardi u Mons. Pawl Galea
•1914 - bl-għajnuna ta’ Alfons M. Galea ħareġ l-ewwel ktieb ta’ poeżiji bil-Malti L-Ewwel Ward
•1921 - beda jaħdem fil-Biblijoteka Pubblika
•1927 - intgħażel bħala t-tieni President ta’ l-GĦaqda tal-Kittieba tal-Malti, kariga li żammha sal-1940
•1935 - Laurent Ropa sejjaħlu għall-ewwel darba “poeta nazzjonali”
•1936 - ħareġ bil-pensjoni; imqabbad mill-Gvern biex jagħmel dizzjunarju mill-Ingliż għall-Malti, li temmu fl-1955
•1938 - kiteb l-aqwa poeżija tiegħu Il-Jien u Lilhinn Minnu
•1940 - Ġuże` Bonnici ħareġ tliet volumi bil-poeżiji ta’ DK
•1961 - l-Universita` ta’ Cambridge ħarġet Dun Karm Poet of Malta, ktieb tal-Profs. A.J.Arberry, Professur tal-Għarbi
•1961 (13 ta’ Ottubru) - DK miet fl-Isptar tal-Blue Sisters
•1980 - Oliver Friggieri ħareġ il-poeżiji kollha bil-Malti ta’ DK f’edizzjoni kritika
•2007 - Oliver Friggieri ħareġ il-poeżiji kollha bit-Taljan li sab ta’ DK
Poeżiji
- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: .
Dawn huma wħud mill-poeżiji l-aktar magħrufa ta' Dun Karm Psaila:
- Għaliex?
- Lil Mikiel Anton Vassalli
- Lill-Kanarin Tiegħi (1915)
- Il-Vjatku (1915)
- Quddiem Xbieha tal-Madonna (1912)
- Innu Ewkaristiku (1913) (aqra)
- Lil Ħuti l-Maltin (1921) (aqra)
- Lil Ġannina Pisani (1937) (aqra)
- Lill-Madonna tal-Karmnu" (1954) (aqra)
- (1920)
- Il-Għanja tar-Rebħa
- Univers Ieħor
- Ġunju
- Lil Malta
Poeżiji oħra:
- Sema ieħor ma tafx għajr il-wiċċ t'ommha
- Dejjem safi bla nikta ta' ħajbura.
- Anqas xemx oħra ħlief tbissimet fommha
- Li tieħu ta' kull dawl il-lewn u s-sura.
- Kwiekeb tnejn biss, u hemm ħarsitha żżommha;
- Meta f'ħoġorha tqigħedha l-omm għajjura;
- U waqt li l-għonq taqbdilha jew il-komma,
- Tiġbed minn sider bnin l-ogħna matmura.
- Tar-regħba tal-bnedmin m'għandha ebda ħabar,
- Anqas taf kif id-dmugħ minnhom jinxtara,
- 'L ommha biss taf, hemm l-univers jinġabar.
- U minn dak l-univers ta' tjieba u dija
- Li jiddi ħelu fuq il-wiċċ ta' mara
- Alla jixref u jidħak lit-tarbija.
Ara wkoll
- Tajjeb Innijiet ta' Dun Karm Psaila
Referenzi
- ^ (EN) Dun Karm Psaila, Test meħud minn: "In 1957 [...] "When I met Dun Karm he had recently entered upon his eighty-seventh year. I found him, a frail old man, but still in full possession of his great mental faculties. Wearing the soutane of the priesthood, with the crucifix on his breast, he made a powerful impression of true Christian humility... He offered me a glass of wine and we conversed amiably for over an hour... It seemed to me then... that this was a poet of more than local importance, his art and his message must reach the world, to which they truly belonged... I became increasingly convinced of his greatness"."
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Dun Karm Psaila, X'inhi Dun Karm Psaila? Xi tfisser Dun Karm Psaila?
Dun Karm Psaila Ħaz Zebbuġ Valletta magħruf sempliċiment bħala Dun Karm kien wieħed mill aqwa poeta Malti ta kull zmien u huwa rikonoxxut bħala l Poeta Nazzjonali ta Malta Huwa kiteb l innu nazzjonali ta Malta magħruf bħala l Innu Malti fl Sakemm kellu 40 sena huwa kiteb biss bit Taljan u l poezija tiegħu bit Taljan kienet ukoll ta livell għoli u ssemmiet b tifħir mill kontemporanji tiegħu Dun Karm PsailaĦajjaTwelid Ħaz Zebbuġ 18 Ottubru 1871Nazzjonalita Kolonja ta MaltaMewt Valletta 13 Ottubru 1961EdukazzjoniAlma mater Universita ta MaltaLingwi Taljan MaltiOkkupazzjoniOkkupazzjoni poeta kittiebPremjijiet ListSaċerdot u GħalliemFl 1885 daħal fis Seminarju Minuri u tliet snin wara f dak Maġġuri sabiex jibda t triq tas Saċerdozju Dun Karm studja l Filosofija fl 1888 u t Teoloġija fl 1890 fl Universita ta Malta Dun Karm ġie ordnat qassis ta 23 sena fl Taħt il bixra serja tiegħu bis suttana twila u sewda hemm bniedem li baqa tifel ċajtier u ferrieħi Fis seminarju baqa jilgħab il ballun kif kien jagħmel meta kien għadu tifel Fil ħin tal mistrieħ kien joqgħod idoqq il mandolina u jieħu sehem f reċti fuq il palk Il karattru ferrieħi tiegħu kien jagħmlu ħabib ta kulħadd Hekk ukoll baqa wara li sar qassis Bejn l 1895 u l 1921 għallem bosta suġġetti fis Seminarju fosthom it Taljan il Latin l Ingliz l il Ġeografija il l u l Fl 1921 ġie nominat Kanonku Onorarju tal Kapitlu tal Katidral Fl istess sena inħatar Assistent Librar fil u sentejn wara direttur tal Libreriji Ċirkolanti pozizzjoni li zamm sa meta rtira fl 1936 Fl 1940 Dun Karm sar l ewwel direttur spiritwali tal Leġjun ta Marija Kien ukoll ħabib tas saċerdot qaddis Dun Ġorġ Preca Meta f nofs is snin erbgħin Preca kellu l ħsieb li s Soċjeta tal Muzew ikollha skola ddedikata lil San Mikiel talab lil Dun Karm jiktiblu innu għat tfal ta din l iskola Imma qabelxejn qallu x kienu l prinċipji li fuqhom riedha tkun mibnija din l iskola jiġifieri d dixxiplina l imħabba il ferħ u li kollox isir f ħinu u f waqtu Dun Karm ikkuntentah u kitiblu tliet strofi sempliċi fuq muzika tal Maestro Ġuze Abela Scolaro Il Belt Tas Sliema u Ħaz ZebbuġBejn l 1894 u l 1910 hu kien joqgħod fis Seminarju fejn kien jgħallem Fl 1917 hu u sħabu kollha l professuri li kienu jgħallmu fis Seminarju kellhom iħallu l kamra personali tagħhom li fiha kienu jgħixu u jorqdu Mar joqgħod f dar numru 51 Triq l Ifran il Belt fejn għex għal 26 sena sħaħ F dan iz zmien il poeta għadda minn solitudni kbira imbiegħed mir raħal minn ħutu u minn sħabu Kien iħossu midfun ħaj f din id dar Fl 1936 telaq mill Belt u mar joqgħod Tas Sliema Bejn Ġunju tal 1940 u Mejju tal 1945 minħabba l attakki tat Tieni Gwerra Dinjija Dun Karm telaq mid dar ta Tas Sliema u nizel f raħal twelidu Ħaz Zebbuġ Dun Karm għex l aħħar parti ta ħajtu f Tas Sliema Fis 17 ta Ġunju 1961 Dun Karm telaq minn daru f Tas Sliema u daħal l isptar tax xjuħ tal Blue Sisters Fit 13 ta Ottubru 1961 Dun Karm miet fl 4 00 ta filgħodu fl eta ta 90 sena neqsin biss ħamest ijiem Nhar il Ħadd 15 t Ottubru 1961 sar il funeral fil Knisja Arċipretali ta Ħaz Zebbuġ u ndifen f kappella mibnija apposta għalih fiċ ċimiterju tal Qalb ta Ġesu f raħal twelidu Ħaz Zebbuġ PoetaDun Karm u l kanarin fotografija meħuda mill poeta Dun Frans Camilleri bil kortezija tal Akkademja tal Malti Qabel l 1912 meta kien għadu student Dun Karm kiteb biss bit Taljan L ewwel poezija ippubblikata magħrufha tiegħu hi La Dignita Episcopale 1889 Fl 1896 ħareġ l ewwel ktieb ta versi bit Taljan Foglie d alloro ġabra ta sebgħa u tletin poezija li kiteb bejn is sbatax u l erbgħa u għoxrin sena ta ħajtu Wara ppubblika wkoll Versi 1903 kollezzjoni oħra ta poeziji bit Taljan Huwa beda sunett li qatt ma temm miktub lid dittatur Taljan Benito Mussolini Jibda jikteb bil Malti Huwa kompla jikteb bit Taljan sal 1912 meta wara laqgħa li kellu ma Mons Pawl Galea u Ġuze Muscat Azzopardi beda jikteb bil Malti fil perjodiku Il Ħabib L ewwel poezija tiegħu bil Malti kienet Quddiem Xbieha tal Madonna waħda mill isbaħ Dun Karm innifsu jirrakkonta hekk Għodwa waħda fl 1912 zewġt iħbieb tiegħi Monsinjur Pawlu Galea u Ġuze Muscat Azzopardi iltaqgħu miegħi u ħajruni niktbilhom xi poezija sabiħa għall ewwel ħarġa ta rivista ġdida li kienu se jibdew jippubblikaw bil Malti jismu Il Ħabib U dakinhar filgħaxija mort id dar u quddiem xbieha tal Madonna tlabt Għaziza ommi għidli inti x għandi nikteb jiena nixtieq nibda b poezija miktuba għalik Dak il ħin stess qomt bil ħeffa u nizzilt dak li ħassejt fil poezija Quddiem Xbieha tal Madonna F Mejju 1914 dehret l ewwel ġabra ta 15 il poezija bil Malti ta Dun Karm bl isem ta L ewwel ward jew Ġemgħa tal poezijiet li ktibt bil Malti fis Sensiela tal Mogħdija taz Zmien għadd 140 li kien jippubblika Alfons Marija Galea F Settembru 1920 ħareġ ġabra ta 25 poezija oħra biex juri kemm l ilsien Malti meta mħaddem tajjeb mhu xejn inqas minn ilsna oħrajn Dan il ktieb jismu Ward ieħor jew Ġabra oħra ta poezijiet bil Malti u kien iddedikah lil ommu li kienet mietet fl 1909 Fis sena 1921 kiteb il poezija Lil ħuti Maltin biex ifakkar l għoti tal Kostituzzjoni li izda xxandret fl 1939 minħabba li l poeta ma riedx jiċċappas mal preġudizzji politiċi ta dak iz zmien Dun Karm Psaila bil kortezija tal Akkademja tal Malti Temi fil Poeziji ta Dun Karm Fil poeziji tiegħu Dun Karm kien jesprimi ruħu l aktar f mumenti ta solitudni li dejjem kienu akkumpanjati b sens ta spiritwalita Il poezija tiegħu tixhed ħafna l ħajja fl irħula u tiddeskrivi wkoll il kampanja u l ambjent rurali ta zmienu Fi kliemu Dun Karm jirnexxielu joħroġ il kultura Maltija bit tradizzjonijiet tagħha u l identita tal Maltin flimkien mal kultura letterarja bbazata l aktar fuq ir romantiċizmu Taljan L ewwel xogħlijiet tiegħu bit Taljan jixhdu zgħozija ta sliem u kalma wara l mewt ta ommu beda jgħix fis solitudni Meta ddeċieda li jibda juza l Malti biex jesprimi ruħu esplora poetikament l istorja ta Malta biex jikkonferma l kultura u l identita nazzjonali Fl istess ħin uħud mill isbaħ poeziji tiegħu juru vjaġġ interjuri fl esperjenzi u s sentimenti tal poeta B hekk irnexxielu jgħaqqad kemm li jħoss hu u l esperjenzi tiegħu flimkien ma dawk ta pajjizu u niesu Dun Karm iħares kemm lejn in naħa personali kif ukoll dik nazzjonali tal poeziji tiegħu minn għajn reliġjuza ħafna Il krizi spiritwali f Il Jien u lil hinn Minnu hi analizzata b mod universali għall bniedem li tagħti dawl fuq l ezistenza tal bniedem u tinsisti fuq il misteru tar relazzjoni bejn u l bniedem ħlief għall fatt li l bniedem jaċċetta b mod sħiħ il qawwa moħbija ta dan Alla Traduzzjonijiet tal poeziji tiegħu A J Arberry qaleb madwar 37 poezija ta Dun Karm għall Ingliz Ġuze Delia qaleb Il Vjatku għall Ispanjol u Laurent Ropa qaleb Il Jien u lil hinn Minnu għall Franċiz Karmenu Mallia qaleb Il Jien u Lilhinn Minnu u Il Musbieħ tal Muzew flimkien ma poeziji zgħar oħra fosthom l Innu Malti u s sunett Lil Mikiel Anton Vassalli fl Esperanto Yevgeniy Vitkovskiy Evgenij Vladimirovich Vitkovskij qaleb Ħerba Kewkbet is Safar u Wied Qirda għar Russu ukoll Vladislav Rezvij Vladislav Aleksandrovich Rezvyj qaleb Roma Immortalis għar Russu Innijiet ReliġjuziBiex tapprofondixxi ara l artiklu Innijiet ta Dun Karm Psaila Dawn huma wħud mill innijiet l aktar magħrufa ta Dun Karm Psaila Innu Ewkaristiku T Adoriam Ostia Divina L Innu ta Filgħodu L Innu ta Filgħaxija Innu lill Madonna Fil Ħlewwa ta Mejju Innu tal Kungress Marjan Ismagħha l Għanja Innu lill Qalb ta Ġesu Tina l Ħlewwa Innu tal Papa Għalxejn l għedewwa jridu Għedtilna KelmaL Innu MaltiFl 1920 Dr A V Laferla id direttur tal edukazzjoni talab lil Dun Karm biex jikkomponi xi versi għal biċċa muzika tal Mro Robert Samut L innu li ħareġ kien l Innu Malti li ndaqq għall ewwel darba fl 1923 Fl 1941 dan l innu ġie rikonoxxut bħala l Innu uffiċjali ta Malta u riaffermat t hekk anki fil tal Indipendenza tal 1964 Lil din l Art ħelwa l Omm li tatna isimha Ħares Mulej kif dejjem Int ħarist Ftakar li lilha bl oħla dawl libbist Agħti kbir Alla id deh n lil min jaħkimha Rodd il ħniena lis sid saħħa l ħaddiem Seddaq l għaqda fil Maltin u s sliem Rumanz u Dizzjunarju Il kitbiet ta Dun Karm jinkludu traduzzjoni ta rumanz maqlub għall Malti fl 1934 mir rumanz Taljan Gli angeli del Perdono ta Domenico Caprile Minbarra dawn kiteb ukoll xi xogħlijiet kritiċi Kiteb ukoll dizzjunarju bejn l 1947 u l 1955 fi tliet volumi Dizzjunarju Ingliz u Malti Kiteb ukoll poezija waħda bl Esperanto Penso Printempa Ħsieb għar Rebbiegħa fl 1 t April 1901 Għarfien u unuriFl 1921 ukoll Dun Karm kien wieħed mill membri fundaturi tal u mal mewt ta Ġuze Muscat Azzopardi fl 1927 ġie elett president tal Għaqda u mbagħad editur tal organu uffiċjali Il Malti Kompla f din il pozizzjoni sal 1941 fejn ġie nominat president onorarju għal ħajtu ta din l Għaqda Bħala rikonoxximent għall kontribut tiegħu fil letteratura Maltija ingħata d Dottorat fil Letteratura honoris causa mir Royal University of Malta fl 1945 l ewwel darba li l Universita tat dan l unur lil xi ħadd Sena wara ġie mogħti il Ir Reġina Elizabetta II iddekoratu bit titlu ta Kmandant tal Ordni tal fl 1956 Fl 1957 il tah pensjoni ex gratia bħala rikonoxximent tas servizzi tiegħu fil letteratura Maltija Matul ħajtu ġie wkoll onorat bħala l Poeta Nazzjonali ta Malta Fl 1957 A J Arberry Professur tal Għarbi f Pembroke College Cambridge mar izur lil Dun Karm f daru u kiteb hekk fl antoloġija tiegħu Dun Karm Poet of Malta Meta ltqajt ma Dun Karm kien għadu kif għalaq is sebgħa u tmenin sena Sibtu raġel xiħ u fraġli izda xorta waħda bil kmand totali tal fakultajiet mentali tiegħu Liebes is suttana tal qassis bil kurċifiss fuq sidru ta impressjoni qawwija tal vera umilta Kristjana Offrieli tazza inbid u tkellimna ta ħbieb għal aktar minn siegħa Kien dehrli dak iz zmien li dan kien poeta ta iktar minn importanza lokali l arti tiegħu u l messaġġ tiegħu iridu jilħqu lid dinja fejn vera kien jistħoqilhom Sirt aktar konvint tal kobor tiegħu KritikaFil ktieb Dun Karm bejn il Vatikan id Duċe u l Kuruna 1993 il kittieb Mario Azzopardi jistaqsi għaliex Dun Karm baqa sieket quddiem il mizerja tal Maltin liema tbatija kitbu u nbagħdu għaliha Manwel Dimech u Mario Azzopardi kkontesta bil qawwa r reputazzjoni ta Dun Karm fuq il bazi li l poeta saċerdot dejjem ħeba d destin tal fqar u l ispossessati fi zmien meta dawn kienu jgħixu f mizerja kbira Minflok Dun Karm irromantiċizza lir raħħala u lill bdiewa b sentimenti folkloristiċi li kienu jgiddbu r realta filwaqt li kien kontra s sinjali tal progress bħal meta kiteb biex iċanfar lin nisa tal belt Kontroversja oħra li ġieli nqalgħet dwar Dun Karm hi dwar l Innu Malti li għandu versi li jitkellemu dwar is sid u l ħakkiem u jitlobhom biex ikollhom ħniena mill ħaddiema Kronoloġija ta ħajtu 1871 18 ta Ottubru Twieled Ħaz Zebbuġ ommu Lunzjata Pisani u missieru Filippu kienu t tnejn Zebbuġin u bdiewa missieru għadda ħajtu jbaħħar DK intrabat aktar ma ommu 1875 kelb tah qatgħa li ħallietu werċ minn għajn waħda 1892 miet missieru 1894 sar qassis fl istess sena beda jgħallem fis seminarju fejn dam 26 sena 1896 ħareġ l ewwel ktieb ta poeziji bit Taljan Foglie d alloro 1909 mietet ommu krizi kbira għal DK 1910 DK sfurzat jgħix waħdu u mhux iktar fis seminarju 1912 kiteb l ewwel poezija tiegħu bil Malti Quddiem Xbieha tal Madonna imħajjar minn Ġuze Muscat Azzopardi u Mons Pawl Galea 1914 bl għajnuna ta Alfons M Galea ħareġ l ewwel ktieb ta poeziji bil Malti L Ewwel Ward 1921 beda jaħdem fil Biblijoteka Pubblika 1927 intgħazel bħala t tieni President ta l GĦaqda tal Kittieba tal Malti kariga li zammha sal 1940 1935 Laurent Ropa sejjaħlu għall ewwel darba poeta nazzjonali 1936 ħareġ bil pensjoni imqabbad mill Gvern biex jagħmel dizzjunarju mill Ingliz għall Malti li temmu fl 1955 1938 kiteb l aqwa poezija tiegħu Il Jien u Lilhinn Minnu 1940 Ġuze Bonnici ħareġ tliet volumi bil poeziji ta DK 1961 l Universita ta Cambridge ħarġet Dun Karm Poet of Malta ktieb tal Profs A J Arberry Professur tal Għarbi 1961 13 ta Ottubru DK miet fl Isptar tal Blue Sisters 1980 Oliver Friggieri ħareġ il poeziji kollha bil Malti ta DK f edizzjoni kritika 2007 Oliver Friggieri ħareġ il poeziji kollha bit Taljan li sab ta DKPoezijiBiex tapprofondixxi ara l artiklu Dawn huma wħud mill poeziji l aktar magħrufa ta Dun Karm Psaila Għaliex Lil Mikiel Anton Vassalli Lill Kanarin Tiegħi 1915 Il Vjatku 1915 Quddiem Xbieha tal Madonna 1912 Innu Ewkaristiku 1913 aqra Lil Ħuti l Maltin 1921 aqra Lil Ġannina Pisani 1937 aqra Lill Madonna tal Karmnu 1954 aqra 1920 Il Għanja tar Rebħa Univers Ieħor Ġunju Lil Malta Poeziji oħra Innu Skola San Mikiel Sema ieħor ma tafx għajr il wiċċ t ommha Dejjem safi bla nikta ta ħajbura Anqas xemx oħra ħlief tbissimet fommha Li tieħu ta kull dawl il lewn u s sura Kwiekeb tnejn biss u hemm ħarsitha zzommha Meta f ħoġorha tqigħedha l omm għajjura U waqt li l għonq taqbdilha jew il komma Tiġbed minn sider bnin l ogħna matmura Tar regħba tal bnedmin m għandha ebda ħabar Anqas taf kif id dmugħ minnhom jinxtara L ommha biss taf hemm l univers jinġabar U minn dak l univers ta tjieba u dija Li jiddi ħelu fuq il wiċċ ta mara Alla jixref u jidħak lit tarbija Ara wkollTajjeb Innijiet ta Dun Karm PsailaReferenzi EN Dun Karm Psaila Test meħud minn In 1957 When I met Dun Karm he had recently entered upon his eighty seventh year I found him a frail old man but still in full possession of his great mental faculties Wearing the soutane of the priesthood with the crucifix on his breast he made a powerful impression of true Christian humility He offered me a glass of wine and we conversed amiably for over an hour It seemed to me then that this was a poet of more than local importance his art and his message must reach the world to which they truly belonged I became increasingly convinced of his greatness