Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Mario Azzopardi Ħamrun 11 ta Marzu 2022 kien poeta direttur teatrali u kritiku tal arti Malti Mario Azzopardi poeta Ħajj

Mario Azzopardi (poeta)

  • Paġna Ewlenija
  • Mario Azzopardi (poeta)
Mario Azzopardi (poeta)
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Mario Azzopardi (Ħamrun, - 11 ta' Marzu 2022) kien poeta, direttur teatrali u kritiku tal-arti Malti.

Mario Azzopardi (poeta)
Ħajja
Twelid Ħamrun, 11 Settembru 1944
Nazzjonalità Kolonja ta' Malta
Stat ta' Malta
Malta
Mewt Mosta, 11 Marzu 2022
Edukazzjoni
Lingwi Malti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni poeta
kittieb
għalliem


Premjijiet
List
  • Premju Nazzjonali tal-Ktieb  (2014)
    Premju Nazzjonali tal-Ktieb  (2016)
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija.

Ħajja

Mario Azzopardi twieled il-Hamrun f'familja tal-ħaddiema, l-ewwel wieħed minn sitt ulied. Kellu trobbija reliġjuża rigida li f'żgħożitu rreaġixxa kontriha kif jixhdu ħafna poeżiji u kitbiet oħra tiegħu. Studja fil-Liċeo, fil-Kulleġġ tal-Għalliema u fl-, mnejn iggradwa (M.Pħil.) b'teżi dwar it-Teatru Komunitarju. Għallem l-arti, id-drama edukattiva u l-letteratura Maltija għal bosta snin fl-iskejjel statali u ħadem fil-Policy Unit tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u Kultura bejn l-1998-2004, meta rtira mis-servizz pubbliku iżda xorta ntalab ikompli jmexxi ċ-Ċentru tad-Drama ta' Malta. Azzopardi jgħallem l-Istorja tat-Teatru tas-seklu 20 fl-Università ta' Malta.

Huwa kittieb prolifiku u versatili, u aktarx hu l-aktar poeta Malti li esperimenta bi stili differenti, mill-vers "grafiku" sal-"poesej". Sa mill-1967 ilu attiv ukoll bħala ġurnalista kulturali u ħadem bħala artikolista ma' L-Orizzont, Tħe Malta Economist, Tħe Bullettin, Tħe Malta Independent, In-Nazzjon u Il-Mument. Kien ukoll l-editur tar-rivista letterarja xellugija Neo u tas-supplimenti kulturali Spektrum u Fokus li kienu ppubblikati mal-gazzetta Il-Mument. Bħala reġgista dderieġa x-xogħol ta' awturi klassiċi u kontemporanji għat-televiżjoni u fl-1992 kien ħoloq u ppreżenta l-ewwel programm satiriku li qatt ixxandar fuq stazzjon tar-radju u li kien ħoloq reazzjonijiet imħalltin, l-aktar minħabba li mess temi "devozzjonali", meqjusin bħala intokkabbli fil-media radjufonika.

Azzopardi kien wieħed mill-pijunieri tal-letteratura New Wave li tfaċċat f'Malta fis-snin Sittin, kif ukoll wieħed mill-fundaturi tal-Moviment Qawmien Letterarju, li kien twaqqaf fl-1967, sewwasew biex jikkonfronta 'l-istagnar fil-letteratura Maltija ta' dik l-epoka u biex jiddemokratizza l-letteratura billi jeħodħa għand il-poplu fl-imsieraħ, fit-triqat, f'ambjenti rurali u f'xatt il-baħar.

Kitba poetika

L-ewwel kitbiet ta' Azzopardi deħru f'antoloġiji ma' poeti oħra. (1968 - 1972). Sa mill-bidunett deher illi kien qed jisfida l-istatus quo letterarju, imxekkel kif kien b'forom u kontenut sorpassati. Azzopardi, flimkien ma' oħrajn, introduċa forom sperimentali, inkluż il-vers projettiv u ttratta temi li li sa dak iż-żmien kienu "ipprojbiti", fostħom is-sesswalità, l-ipokresija religjuża u l-pretensjoni parijottika.

Ħafna mill-poeżija tiegħu ħi bbażata fuq episodji biografiċi u tieħu ton konfessjonali li jitfa' dawl fuq l-indottrinazzjoni religjuża fi tfulitu; id-diffikultajiet kostanti fir-relazzjonijiet ma' nisa diversi li daħlu f'ħajtu; l-anjostiċiżmu religjuż tiegħu bħala adult u l-esperjenza tal-ħafna vjaġġi li għamel mħux bħala turist, imma bħala pellegrin fittiex. Aspett ieħor ċentrali fil-poeżija tiegħu għandu x'jaqsam mal-identifikazzjoni ma' nies li jbatu, kienu min kienu u għexu fejn għexu. It-timbri poetiċi l-aktar pronunzjati fil-poeżija tiegħu huma l-ironija, l-introspezzjoni, il-protesta, l-ambigwità, l-awto-definizzjoni, id-drammatiċità barokka, l-effett ta' dettalji istantanji, metaforizzazzjoni oriġinali, evokazzjoni grafika, is-sens ta' telfa u d-deformazzjoni grotteska.

Fost ix-xogħlijiet tiegħu nsibu l-kotba Demgħat tas-Silġ (1976), Passiflora (1977), Tabernakli (1979), Monokordi (1984). Noti mis-Sanatorju tal-Mistiċi (1995) u Skizzi tal-Karnival (2010). Fl-1995 ħuwa ġabar, flimkien ma' Oliver Friggieri, għadd ġmielħu ta' poeżiji u novelli b'temi ambjentali fil-ktieb L-Antoloġija tan-Natura, mitbugħ mis-Segretarjat Għall-Ambjent. Wieħed mill-aħħar kotba ppubblikati ta' Azzopardi deħer fl-2007, meta ħareg Alicia Titkellem mill-Imwiet (Merlin Library). Din hi antologija ta' stejjer b'kontenut soċjali indirizzata direttament liż-żgħażagħ u tinkludi temi bħall-pedofelija, il-manipulazzjoni tal-adolexxenti bil-medja, l-aljenazzjoni, it-traffikar tad-droga, ir-razziżmu u l-pregudizzju, fost l-oħrajn. Il-ktieb rebaħ premju nazzjonali għal-letteratura tal-adolexxenti.

It-tieni ktieb fuq temi simili, L-Aħħar Granet ta' Ciorni (pubblikazzjoni oħra tal-Merlin, 2009) rega' rebaħ il-premju nazzjonali għall-kitba għall-adolexxenti, filwaqt li s-sena ta' wara, Azzopardi għaqqad triloġija ta' volumi b'narrattiva għaż-żgħażagħ meta ppubblika Vampir (Horizons). Dan il-krieb ħoloq kontroversja qalila minħabba li t-Taqsima tal-Libreriji għall-Iskejjel imblukkatu mill-iskejjel sekondarji. Kien ħemm bosta protesti min-naħa tal-medja u l-Ministeru tal-Edukazzjoni ħatar kummissjoni apposta biex tistħarreg il-każ u tara jekk Vampir ħuwiex adattat għall-iskejjel. Il-kummissjoni ħarget b'verdett pożittiv anzi, qalet li kotba bħal dawk ta' Azzopardi ħuma neċessarji biex jimmaturaw lill-istudenti. Il-ktieb kien irrakkomandat għall-klassijiet il-kbar tas-sekondarji, jiġifieri dawk tar-raba' u l-ħames sena.

Fl-2010 Mario Azzopardi ħareg Skizzi tal-Karnival ktieb ta' ta' poesaġġi, terminu li fil-letteratura lokali kien għadu qatt ma ntuża. Azzopardi joħloq sensiela ta' saġġi poetiċi li bosta minnhom għandhom laqta' parodika jew grotteska. Iżda hemm ukoll bċejjeċ fejn il-poeżija tiddomina fuq kollox. Aspetti oħra interessanti jixħdu r-rabta li Azzopardi dejjem kellu mal-mottiv teatriku. Dan il-ktieb kiseb premju letterarju mniedi mill-Gvern. Fl-2012 ħareġ it-tieni ktieb ta' poesaġġi, Il-Fabbrikant tal-Marjunetti. Azzopardi hu wkoll l-editur ta' żewġ volumi dwar it-Teatru f'Malta, Kitbiet dwar it-Teatrin (2010) u Mhemmx bżonn Siparu (2012).

Kitba kritika

Huwa ppubblika wkoll sensiela ta' noti kritiċi fuq ix-xogħlijiet ta' drammaturgi importanti Maltin, fostħom Guże' Diaċono, Francis Ebejer u Alfred Sant. Xandar ukoll studju kontroversjali fuq il-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila, permezz tal-ktieb maħruġ mill-P.E.G. fl-1993 - Bejn il-Vatikan, id-Duce u l-Kuruna.

Azzopardi jattakka l-pożizzjoni plaċida tal-poeta nazzjonali quddiem avvenimenti storiċi kruċjali, fosthom it-theddida tal-faxxiżmu f'Malta tas-snin Tletin, kif ukoll l-implikazzjonijiet soċjo-politiċi kollha tal-kolonjaliżmu, fejn il-qassis-poeta wera dejjem sottomissjoni inkondizzjonata lejn l-awtoritajiet Britanniċi. L-istoriku Frans Ciappara jara f'dan ix-xogħol estensjoni tal-qagħda ta' Azzopardi bħala anti-konvenżjonalista ewlieni. Ciappara jqis li Azzopardi qed iġiegħel lill-qarrejja jirridimensjonaw lil Dun Karm u jaraw jekk kienx konxju tal-qagħda soċjali tal-Maltin fi żmienu: għaliex it-temi li ħarbtu ruħ awturi kontemporanji bħal John Marks, Manwel Dimech u Juan Mamo ma ħallew l-ebda marka fuq ruħ il-poeta-saċerdot, li baqa' sieket quddiem tant miżerja?

Min-naħa l-oħra, il-kritiku Adrian Stivala jgħid li Azzopardi, b'reqqa ta' tiftix u dokumentazzjoni, jikkonfronta lil Dun karm ma' kurrenti soċjo-letterarji ta' żmienu stess u joħrog xbieha ta' poeta-qassis li kien iqis l-awtorità u l-poter bi skala vertikali, fejn l-ubbidjenza tal-kotra hi indispensabbli biex il-ftit ikollhom id-dritt li jiddeċiedu d-destin tas-soċjetà Maltija.

Għalkemm dan il-ktieb ma wasalx daqstant f'idejn il-qarrejja daqskemm appikk xtaq l-awtur innifsu, madanakollu fetaħ diskussjoni fuq perspettivi ġodda ta' kif il-Maltin għandhom iqisu lill-poeta nazzjonali tagħhom. Ciappara jżid li Azzopardi ġiegħel lill-istoriċi u lill-istudjużi tal-letteratura Maltija jirridimensjonaw lil Dun Karm, il-poeta saċerdot li baqa' konxju dwar il-qagħda soċjali miżeri tal-kotra tal-Maltin ta' żmienu. Azzopardi jistaqsi wkoll jekk il-poeta nazzjonali qattx kellu viżjoni ta' Malta indipendenti jew jekk il-pożizzjoni kompjaċenti tiegħu kinetx waħda politikament komda, filwaqt li qagħad attent li ma jwassalhiex lejn il-periklu. Filwaqt li jsellem lil Dun Karm għax-xogħol siewi tiegħu favur il-lingwa Maltija, Azzopardi jiddibatti bis-sħiħ it-titlu tal-poeta saċerdot bħala poeta nażjonali.

Kontribut Teatrali

Azzopardi stinka kemm seta' sabiex iwassal it-teatru impenjattiv lill-poplu Malti bl-ilsien tagħhom. Iggradwat bħala għalliem tal-arti fl-1969 ħuwa ħadem għal diversi snin fid-Taqsima tad-Drama fi ħdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni. Fl-1979 waqqaf il-Lyceum Youtħ Tħeatre, formazzjoni ta' studenti żgħażagħ li ħadmu fuq proġetti estensivi, fosthom dramm espressjonista li fakkar il-waqgħa tal-Ħajt ta' Berlin fl-1989 u li kien inħadem f'Ħamburg, il-Ġermanja. Fl-1986 tella' d-dramm Galileo Galilei ta' Bertold Brecht u l-produzzjoni li ntlaqgħet kemm bħala fewġa ta' arja friska mill-imxennqin għall-bidla fil-kamp teatrali kif ukoll b'arja ta' xettiċiżmu mill-qasam neo-konformista, fostħom il-gazzetta kattolika .

Sena wara waqqaf Politeatru u baqa' jmexxihħ sal-1992. Fi ħdan dik il-formazzjoni ssawret xehda ta' artisti ewlenin tal-palk, fosthom Ray Abdilla, Ray Calleja, Etienne St. John, Marvic Cordina, Maria Vella, Karmenu Vella, Maryanne Muscat, Mario (Snits) Spiteri u Żep Camilleri, fost oħrajn. F'din l-intrapriża introduċa t-teatru Russu, minn Cekov sa Vampilov, ingaġġa diversi diretturi barranin kif ukoll ippreżenta drammi maqlubin għall-Malti mir-repertorju Ingliż tal-kitchen sink drama fit-Teatru tal-General Workers' Union, magħruf ukoll bħala t-Teatru tal-Ħaddiema, quddiem udjenżi numerużi.

Fl-1990, bħala d-direttur artistiku taċ-Ċentru Kulturali Russu, ħuwa kkordina l-ewwel festival ta' l-arti Malti-Russu ġewwa Moska. Bħala direttur teatrali ħuwa tella', fost l-oħrajn, xogħolijiet ta' , , Shakespeare, , , , u .

Fl-aħħar deċenju tas-seklu 20 Azzopardi baqa' joqrob aktar lejn tip ta' teatru "impenjat soċjalment" u beda jieħu seħem fi proġetti ġodda ma' pajjiżi Ewropej. L-involviment tiegħu baqa' jissaħħaħ bi proġetti teatrali assistiti mill-Unjoni Ewropea, l-aktar fil-qasam ta' l-edukazzjoni għal matul il-ħajja trasmessa b'forom drammatiċi. Mill-2000 'il hawn, hu ħadem bħala animatur ewlieni teatrali f'inħawi bħall-Italja, l-Awstrija, il-Germanja, is-Slovakkja, ir-Romanija, il-Polonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Finlandja u l-Ingilterra. Fl-2007 kiteb u pproduċa Coming in from the Shadows, dramm ibbażat fuq sensiela ta' narrativi awtentiċi ta' klandestini li ħarbu lejn l-Ewropa biex jevitaw kull xorta ta' oppressjoni, minn abbuż domestiku sa persekuzzjoni politika. Id-dramm kien iffilmjat fl-2008 u magħżul mill-Uffiċċju ta' l-UNHCR f'Ankara biex jintwera fl-okkazzjoni tal-Jum Dinji tar-Refuġjati.

Għaddew erbgħin sena minn mindu Azzopardi beda jikteb. Xorta jidher li baqa' diżilluż bil-qagħda kulturali f'Malta, mifnija bil-konformiżmu u l-biża li wieħed iħaddan fehmiet differenti, jekk mħux ukoll radikali. Il-pinna tiegħu dejjem tħassret, il-ftit jew wisq, l-insularità ta' poplu ċkejken li jħossu komdu ma jaħsibx jew li jkun manipulat mentalment. Azzopardi hu wieħed mill-aktar kritiċi ħorox tal-manipulaturi tal-medja kif ukoll tal-mod kif ħafna drabi, ix-xandir televiżiv nazzjonali iwarrab l-obbligi formattivi tiegħu biex ibaxxi ruħu għall-forżi tal-kummerċ u għad-dominanża ta' produtturi privati.

Fl-2007, il-kritiku Charles Briffa ppubblika studju estensiv dwar Mario Azzopardi bit-titlu Travelling between Sħadows (Progress Press) u nkluda għadd ta' traduzzjonijiet tax-xogħlijiet ta' Azzopardi għall-Ingliż. Pubblikazzjoni oħra bil-poeżiji ta' Azzopardi, maqlubin għall-Ingliż mill-professur Grazio Falzon, għandha t-titlu Naked as Water u kienet ippubblikata fl-iStati Uniti minn Xenox Books fl-1996. L-aktar xogħlijiet reċenti ta' Mario Azzopardi, inklużi kitbiet prożo-poetiċi jidhru fil-sit elettroniku marioAzzopardi.ċom

Kotba

Ma' poeti oħrajn

  • Antenni (1968)
  • Analiżi '70 (1970)
  • Mas-Sejħa tat-Tnabar (1972)
  • Dwal fil-Persjani (1973)

Antologiji Personali

  • Demgħat tas-Silġ (1976)
  • Passiflora (1977)
  • Tabernakli (1979)
  • Monokordi (1984)
  • Noti mis-Sanatorju tal-Mistiċi (1995)
  • Skizzi tal-Karnival (2010)
  • Il-Fabbrikant tal-Marjunetti (2012)
  • Epistoli mid-Deżert (2014)

Kotba Kritiċi

  • Sensiela ta' Studji Kritiċi pubblikati mill-PEG (Malta);
  • Dun Karm: Bejn il-Vatikan, id-Duce u l-Kuruna (1993)
  • Storja tat-Teatu f'Malta (2003)

Kotba għat-Tfal u l-Adolexxenti

  • Stejjer minn Kullmkien (1974)
  • Is-Sultana s-Sewda (2006)
  • Alicia Titkellem mill-Imwiet (2007)
  • L-Aħħr Ġranet ta' Ciorni (2009)
  • Vampir (2010)
  • Ix-Xitan b'Denbu Aħmar (2016)

Riċerka

  • It-Teatru f'Malta (2003)
  • Kitbiet dwar it-Teatrin (ed.) (2010)
  • M'hemmx bżonn Siparju (ed.) (2012)

Ħoloq esterni

  • "We need confrontational art" f' MaltaToday 11 Nov 2007, paġna 8.
  • "The junk we deserve" f' MaltaToday 18 Nov 2007, paġni 12-13.
  • ARCADE
  • Sit uffiċjali

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 15 Ġun, 2025 / 07:36

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Mario Azzopardi (poeta), X'inhi Mario Azzopardi (poeta)? Xi tfisser Mario Azzopardi (poeta)?

Mario Azzopardi Ħamrun 11 ta Marzu 2022 kien poeta direttur teatrali u kritiku tal arti Malti Mario Azzopardi poeta ĦajjaTwelid Ħamrun 11 Settembru 1944Nazzjonalita Kolonja ta Malta Stat ta Malta MaltaMewt Mosta 11 Marzu 2022EdukazzjoniLingwi MaltiOkkupazzjoniOkkupazzjoni poeta kittieb għalliemPremjijiet List Premju Nazzjonali tal Ktieb 2014 Premju Nazzjonali tal Ktieb 2016 Dan l artiklu għandu bzonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il fatti u perspettivi dwar is suġġett Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l artiklu skont il konvenzjonijiet tal Wikipedija ĦajjaMario Azzopardi twieled il Hamrun f familja tal ħaddiema l ewwel wieħed minn sitt ulied Kellu trobbija reliġjuza rigida li f zgħozitu rreaġixxa kontriha kif jixhdu ħafna poeziji u kitbiet oħra tiegħu Studja fil Liċeo fil Kulleġġ tal Għalliema u fl mnejn iggradwa M Pħil b tezi dwar it Teatru Komunitarju Għallem l arti id drama edukattiva u l letteratura Maltija għal bosta snin fl iskejjel statali u ħadem fil Policy Unit tal Ministeru tal Edukazzjoni u Kultura bejn l 1998 2004 meta rtira mis servizz pubbliku izda xorta ntalab ikompli jmexxi ċ Ċentru tad Drama ta Malta Azzopardi jgħallem l Istorja tat Teatru tas seklu 20 fl Universita ta Malta Huwa kittieb prolifiku u versatili u aktarx hu l aktar poeta Malti li esperimenta bi stili differenti mill vers grafiku sal poesej Sa mill 1967 ilu attiv ukoll bħala ġurnalista kulturali u ħadem bħala artikolista ma L Orizzont Tħe Malta Economist Tħe Bullettin Tħe Malta Independent In Nazzjon u Il Mument Kien ukoll l editur tar rivista letterarja xellugija Neo u tas supplimenti kulturali Spektrum u Fokus li kienu ppubblikati mal gazzetta Il Mument Bħala reġgista dderieġa x xogħol ta awturi klassiċi u kontemporanji għat televizjoni u fl 1992 kien ħoloq u pprezenta l ewwel programm satiriku li qatt ixxandar fuq stazzjon tar radju u li kien ħoloq reazzjonijiet imħalltin l aktar minħabba li mess temi devozzjonali meqjusin bħala intokkabbli fil media radjufonika Azzopardi kien wieħed mill pijunieri tal letteratura New Wave li tfaċċat f Malta fis snin Sittin kif ukoll wieħed mill fundaturi tal Moviment Qawmien Letterarju li kien twaqqaf fl 1967 sewwasew biex jikkonfronta l istagnar fil letteratura Maltija ta dik l epoka u biex jiddemokratizza l letteratura billi jeħodħa għand il poplu fl imsieraħ fit triqat f ambjenti rurali u f xatt il baħar Kitba poetikaL ewwel kitbiet ta Azzopardi deħru f antoloġiji ma poeti oħra 1968 1972 Sa mill bidunett deher illi kien qed jisfida l istatus quo letterarju imxekkel kif kien b forom u kontenut sorpassati Azzopardi flimkien ma oħrajn introduċa forom sperimentali inkluz il vers projettiv u ttratta temi li li sa dak iz zmien kienu ipprojbiti fostħom is sesswalita l ipokresija religjuza u l pretensjoni parijottika Ħafna mill poezija tiegħu ħi bbazata fuq episodji biografiċi u tieħu ton konfessjonali li jitfa dawl fuq l indottrinazzjoni religjuza fi tfulitu id diffikultajiet kostanti fir relazzjonijiet ma nisa diversi li daħlu f ħajtu l anjostiċizmu religjuz tiegħu bħala adult u l esperjenza tal ħafna vjaġġi li għamel mħux bħala turist imma bħala pellegrin fittiex Aspett ieħor ċentrali fil poezija tiegħu għandu x jaqsam mal identifikazzjoni ma nies li jbatu kienu min kienu u għexu fejn għexu It timbri poetiċi l aktar pronunzjati fil poezija tiegħu huma l ironija l introspezzjoni il protesta l ambigwita l awto definizzjoni id drammatiċita barokka l effett ta dettalji istantanji metaforizzazzjoni oriġinali evokazzjoni grafika is sens ta telfa u d deformazzjoni grotteska Fost ix xogħlijiet tiegħu nsibu l kotba Demgħat tas Silġ 1976 Passiflora 1977 Tabernakli 1979 Monokordi 1984 Noti mis Sanatorju tal Mistiċi 1995 u Skizzi tal Karnival 2010 Fl 1995 ħuwa ġabar flimkien ma Oliver Friggieri għadd ġmielħu ta poeziji u novelli b temi ambjentali fil ktieb L Antoloġija tan Natura mitbugħ mis Segretarjat Għall Ambjent Wieħed mill aħħar kotba ppubblikati ta Azzopardi deħer fl 2007 meta ħareg Alicia Titkellem mill Imwiet Merlin Library Din hi antologija ta stejjer b kontenut soċjali indirizzata direttament liz zgħazagħ u tinkludi temi bħall pedofelija il manipulazzjoni tal adolexxenti bil medja l aljenazzjoni it traffikar tad droga ir razzizmu u l pregudizzju fost l oħrajn Il ktieb rebaħ premju nazzjonali għal letteratura tal adolexxenti It tieni ktieb fuq temi simili L Aħħar Granet ta Ciorni pubblikazzjoni oħra tal Merlin 2009 rega rebaħ il premju nazzjonali għall kitba għall adolexxenti filwaqt li s sena ta wara Azzopardi għaqqad triloġija ta volumi b narrattiva għaz zgħazagħ meta ppubblika Vampir Horizons Dan il krieb ħoloq kontroversja qalila minħabba li t Taqsima tal Libreriji għall Iskejjel imblukkatu mill iskejjel sekondarji Kien ħemm bosta protesti min naħa tal medja u l Ministeru tal Edukazzjoni ħatar kummissjoni apposta biex tistħarreg il kaz u tara jekk Vampir ħuwiex adattat għall iskejjel Il kummissjoni ħarget b verdett pozittiv anzi qalet li kotba bħal dawk ta Azzopardi ħuma neċessarji biex jimmaturaw lill istudenti Il ktieb kien irrakkomandat għall klassijiet il kbar tas sekondarji jiġifieri dawk tar raba u l ħames sena Fl 2010 Mario Azzopardi ħareg Skizzi tal Karnival ktieb ta ta poesaġġi terminu li fil letteratura lokali kien għadu qatt ma ntuza Azzopardi joħloq sensiela ta saġġi poetiċi li bosta minnhom għandhom laqta parodika jew grotteska Izda hemm ukoll bċejjeċ fejn il poezija tiddomina fuq kollox Aspetti oħra interessanti jixħdu r rabta li Azzopardi dejjem kellu mal mottiv teatriku Dan il ktieb kiseb premju letterarju mniedi mill Gvern Fl 2012 ħareġ it tieni ktieb ta poesaġġi Il Fabbrikant tal Marjunetti Azzopardi hu wkoll l editur ta zewġ volumi dwar it Teatru f Malta Kitbiet dwar it Teatrin 2010 u Mhemmx bzonn Siparu 2012 Kitba kritikaBejn il Vatikan id Duce u l Kuruna Huwa ppubblika wkoll sensiela ta noti kritiċi fuq ix xogħlijiet ta drammaturgi importanti Maltin fostħom Guze Diaċono Francis Ebejer u Alfred Sant Xandar ukoll studju kontroversjali fuq il poeta nazzjonali Dun Karm Psaila permezz tal ktieb maħruġ mill P E G fl 1993 Bejn il Vatikan id Duce u l Kuruna Azzopardi jattakka l pozizzjoni plaċida tal poeta nazzjonali quddiem avvenimenti storiċi kruċjali fosthom it theddida tal faxxizmu f Malta tas snin Tletin kif ukoll l implikazzjonijiet soċjo politiċi kollha tal kolonjalizmu fejn il qassis poeta wera dejjem sottomissjoni inkondizzjonata lejn l awtoritajiet Britanniċi L istoriku Frans Ciappara jara f dan ix xogħol estensjoni tal qagħda ta Azzopardi bħala anti konvenzjonalista ewlieni Ciappara jqis li Azzopardi qed iġiegħel lill qarrejja jirridimensjonaw lil Dun Karm u jaraw jekk kienx konxju tal qagħda soċjali tal Maltin fi zmienu għaliex it temi li ħarbtu ruħ awturi kontemporanji bħal John Marks Manwel Dimech u Juan Mamo ma ħallew l ebda marka fuq ruħ il poeta saċerdot li baqa sieket quddiem tant mizerja Min naħa l oħra il kritiku Adrian Stivala jgħid li Azzopardi b reqqa ta tiftix u dokumentazzjoni jikkonfronta lil Dun karm ma kurrenti soċjo letterarji ta zmienu stess u joħrog xbieha ta poeta qassis li kien iqis l awtorita u l poter bi skala vertikali fejn l ubbidjenza tal kotra hi indispensabbli biex il ftit ikollhom id dritt li jiddeċiedu d destin tas soċjeta Maltija Għalkemm dan il ktieb ma wasalx daqstant f idejn il qarrejja daqskemm appikk xtaq l awtur innifsu madanakollu fetaħ diskussjoni fuq perspettivi ġodda ta kif il Maltin għandhom iqisu lill poeta nazzjonali tagħhom Ciappara jzid li Azzopardi ġiegħel lill istoriċi u lill istudjuzi tal letteratura Maltija jirridimensjonaw lil Dun Karm il poeta saċerdot li baqa konxju dwar il qagħda soċjali mizeri tal kotra tal Maltin ta zmienu Azzopardi jistaqsi wkoll jekk il poeta nazzjonali qattx kellu vizjoni ta Malta indipendenti jew jekk il pozizzjoni kompjaċenti tiegħu kinetx waħda politikament komda filwaqt li qagħad attent li ma jwassalhiex lejn il periklu Filwaqt li jsellem lil Dun Karm għax xogħol siewi tiegħu favur il lingwa Maltija Azzopardi jiddibatti bis sħiħ it titlu tal poeta saċerdot bħala poeta nazjonali Kontribut TeatraliAzzopardi stinka kemm seta sabiex iwassal it teatru impenjattiv lill poplu Malti bl ilsien tagħhom Iggradwat bħala għalliem tal arti fl 1969 ħuwa ħadem għal diversi snin fid Taqsima tad Drama fi ħdan il Ministeru ta l Edukazzjoni Fl 1979 waqqaf il Lyceum Youtħ Tħeatre formazzjoni ta studenti zgħazagħ li ħadmu fuq proġetti estensivi fosthom dramm espressjonista li fakkar il waqgħa tal Ħajt ta Berlin fl 1989 u li kien inħadem f Ħamburg il Ġermanja Fl 1986 tella d dramm Galileo Galilei ta Bertold Brecht u l produzzjoni li ntlaqgħet kemm bħala fewġa ta arja friska mill imxennqin għall bidla fil kamp teatrali kif ukoll b arja ta xettiċizmu mill qasam neo konformista fostħom il gazzetta kattolika Sena wara waqqaf Politeatru u baqa jmexxihħ sal 1992 Fi ħdan dik il formazzjoni ssawret xehda ta artisti ewlenin tal palk fosthom Ray Abdilla Ray Calleja Etienne St John Marvic Cordina Maria Vella Karmenu Vella Maryanne Muscat Mario Snits Spiteri u Zep Camilleri fost oħrajn F din l intrapriza introduċa t teatru Russu minn Cekov sa Vampilov ingaġġa diversi diretturi barranin kif ukoll ipprezenta drammi maqlubin għall Malti mir repertorju Ingliz tal kitchen sink drama fit Teatru tal General Workers Union magħruf ukoll bħala t Teatru tal Ħaddiema quddiem udjenzi numeruzi Fl 1990 bħala d direttur artistiku taċ Ċentru Kulturali Russu ħuwa kkordina l ewwel festival ta l arti Malti Russu ġewwa Moska Bħala direttur teatrali ħuwa tella fost l oħrajn xogħolijiet ta Shakespeare u Fl aħħar deċenju tas seklu 20 Azzopardi baqa joqrob aktar lejn tip ta teatru impenjat soċjalment u beda jieħu seħem fi proġetti ġodda ma pajjizi Ewropej L involviment tiegħu baqa jissaħħaħ bi proġetti teatrali assistiti mill Unjoni Ewropea l aktar fil qasam ta l edukazzjoni għal matul il ħajja trasmessa b forom drammatiċi Mill 2000 il hawn hu ħadem bħala animatur ewlieni teatrali f inħawi bħall Italja l Awstrija il Germanja is Slovakkja ir Romanija il Polonja il Latvja il Litwanja il Finlandja u l Ingilterra Fl 2007 kiteb u pproduċa Coming in from the Shadows dramm ibbazat fuq sensiela ta narrativi awtentiċi ta klandestini li ħarbu lejn l Ewropa biex jevitaw kull xorta ta oppressjoni minn abbuz domestiku sa persekuzzjoni politika Id dramm kien iffilmjat fl 2008 u magħzul mill Uffiċċju ta l UNHCR f Ankara biex jintwera fl okkazzjoni tal Jum Dinji tar Refuġjati Għaddew erbgħin sena minn mindu Azzopardi beda jikteb Xorta jidher li baqa dizilluz bil qagħda kulturali f Malta mifnija bil konformizmu u l biza li wieħed iħaddan fehmiet differenti jekk mħux ukoll radikali Il pinna tiegħu dejjem tħassret il ftit jew wisq l insularita ta poplu ċkejken li jħossu komdu ma jaħsibx jew li jkun manipulat mentalment Azzopardi hu wieħed mill aktar kritiċi ħorox tal manipulaturi tal medja kif ukoll tal mod kif ħafna drabi ix xandir televiziv nazzjonali iwarrab l obbligi formattivi tiegħu biex ibaxxi ruħu għall forzi tal kummerċ u għad dominanza ta produtturi privati Fl 2007 il kritiku Charles Briffa ppubblika studju estensiv dwar Mario Azzopardi bit titlu Travelling between Sħadows Progress Press u nkluda għadd ta traduzzjonijiet tax xogħlijiet ta Azzopardi għall Ingliz Pubblikazzjoni oħra bil poeziji ta Azzopardi maqlubin għall Ingliz mill professur Grazio Falzon għandha t titlu Naked as Water u kienet ippubblikata fl iStati Uniti minn Xenox Books fl 1996 L aktar xogħlijiet reċenti ta Mario Azzopardi inkluzi kitbiet prozo poetiċi jidhru fil sit elettroniku marioAzzopardi ċomKotbaMa poeti oħrajn Antenni 1968 Analizi 70 1970 Mas Sejħa tat Tnabar 1972 Dwal fil Persjani 1973 Antologiji Personali Demgħat tas Silġ 1976 Passiflora 1977 Tabernakli 1979 Monokordi 1984 Noti mis Sanatorju tal Mistiċi 1995 Skizzi tal Karnival 2010 Il Fabbrikant tal Marjunetti 2012 Epistoli mid Dezert 2014 Kotba Kritiċi Sensiela ta Studji Kritiċi pubblikati mill PEG Malta Dun Karm Bejn il Vatikan id Duce u l Kuruna 1993 Storja tat Teatu f Malta 2003 Kotba għat Tfal u l Adolexxenti Stejjer minn Kullmkien 1974 Is Sultana s Sewda 2006 Alicia Titkellem mill Imwiet 2007 L Aħħr Ġranet ta Ciorni 2009 Vampir 2010 Ix Xitan b Denbu Aħmar 2016 Riċerka It Teatru f Malta 2003 Kitbiet dwar it Teatrin ed 2010 M hemmx bzonn Siparju ed 2012 Ħoloq esterni We need confrontational art f MaltaToday 11 Nov 2007 paġna 8 The junk we deserve f MaltaToday 18 Nov 2007 paġni 12 13 ARCADE Sit uffiċjali

L-aħħar artikli
  • Ġunju 07, 2025

    Repubblika Demokratika tal-Kongo

  • Ġunju 11, 2025

    Repubblika Afrikana Ċentrali

  • Ġunju 10, 2025

    Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq

  • Ġunju 06, 2025

    Repubblika tal-Irlanda

  • Ġunju 07, 2025

    Repubblika tal-Kongo

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq