Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Francis Ebejer twieled fit 28 ta Awwissu 1925 miet fl 10 ta Ġunju 1993 kien ewlieni Malti matul it tieni nofs tas seklu

Francis Ebejer

  • Paġna Ewlenija
  • Francis Ebejer
Francis Ebejer
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Francis Ebejer (twieled fit-28 ta' Awwissu 1925 – miet fl-10 ta' Ġunju 1993) kien ewlieni Malti matul it-tieni nofs tas-seklu 20. Huwa kiteb iżjed minn ħamsin dramm għall-palk, televiżjoni u radju, li fil-maġġoranza tagħhom kienu bil-Malti. Fix-xogħlijiet innovattivi tiegħu introduċa introspezzjoni profonda tas-soċjetà Maltija permezz ta’ stil eleganti li jixhed is-sengħa kbira li kellu Ebejer fil-mod kif kien juża l-lingwa Maltija.

Francis Ebejer
Ħajja
Twelid Dingli, 28 Awwissu 1925
Nazzjonalità Malta
Mewt Is-Swieqi, 10 Ġunju 1993
Edukazzjoni
Alma mater St Mary's University, Twickenham (en)
Lingwi Ingliż
Malti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb
poeta

Premjijiet
List
  • Premju Nazzjonali tal-Ktieb  (1971)
    Premju Nazzjonali tal-Ktieb  (1974)

Studji

Francis Ebejer twieled u trabba Ħad-Dingli. Kien l-ikbar fost sebat aħwa. Kemm missieru kif ukoll ommu kienu għalliema. Missieru Ġużè kien is-Surmast tal-iskola Primarja f’Ħad Dingli waqt li ommu kienet għalliema tal-Matematika fl-iskola sekondarja ċentrali fil-Belt Valletta.

Studja fl-iskola primarja tal-Gvern u fil-Liċeo. Ebejer studja l-mediċina fl-Università ta' Malta bejn l-1942 u l-1943 imma telaq biex jaħdem bħala interpretu tal-Ingliż-Taljan mal-8th Army tal-Forzi Brittaniċi fit-, l-Afrika ta' Fuq (1943–1944).

Ħa sena kors tal-Letteratura fl-Università ta' Malta. Imbagħad mexa fuq il-passi ta' missieru u sar għalliem tal-Ingliż u wara sentejn taħriġ f'St Mary's Training College, f', l-Ingilterra (1948–1950), hu nħatar kap tal-iskejjel primarji tal-Gvern fejn baqa' sal-1978. Kien kap tal-iskola primarja tas-Siġġiewi u mbagħad taż-Żurrieq. Sadanittant, bejn l-1961 u l-1962 huwa ngħata l-Fulbright Travel Grant għall-Istati Uniti, fejn dam tmien xhur.

Rumanzi

Sal-1950 Ebejer kiteb biss bil-lingwa Ingliża. Ix-xogħlijiet tiegħu jikkonsistu f’poeżiji, novelli, artikli u saġġi. Fl-1953, ippubblika novella fil-Woman’s Own. Ebejer kiteb ir-rumanzi kollha tiegħu bl-Ingliż, barra wieħed: .

L-aħħar rumanz The Malta Baron and I Lucian kien ippubblikat fl-2002, disa' snin wara mewtu. Dan jista' jitqies bħala tewmi ma' Requiem for a Malta Fascist (1980). Iż-żewġ rumanzi jittrattaw il- u t-Tieni Gwerra Dinjija. Dawn is-suġġetti kienu importanti ħafna fil-ħajja tiegħu.

Ir-rumanzi ta' Ebejer ġew ippubblikati fl-Ingilterra, fl-Amerka u f’Malta.

Rumanzi bl-Ingliż:

  • A Wreath of Maltese Innocents (1958)
  • Evil of the King Cockroach (1960)
  • Wild Spell of Summer (1968)
  • In the Eye of the Sun (1969)
  • Come Again in Spring (1973)
  • Requiem for a Malta Fascist (1980)
  • Leap of Malta Dolphins (1982)
  • For Rożina a Husband & Other Malta Stories (1990)
  • The Malta Baron and I Lucian (postum 2002)

Drammi

Ebejer kien id-drammaturgu prinċipali f'Malta fit-tieni nofs tas-seklu 20. Id-drammi oriġinali tiegħu, miktubin bi stil eleganti li juri sengħa kbira fl-użu tal-ilsien Malti, ippruvaw idaħħlu introspezzjoni iżjed profonda fis-soċjetà Maltija.

Fis-snin ħamsin kien jikteb l-iżjed għar-radju. Beda l-karriera tiegħu permezz ta' drammi fuq ir-radju, televiżjoni u stejjer qosra li kienu ppubblikati fi New York bejn l-1980 u 1992 u oħrajn imxandra fuq il-.

Beda jikteb bil-Malti fl-1950, meta daħal għall-kompetizzjoni tal-Malta Drama League għar-Rediffusion. Ir-radjudramm Ċpar fix-Xemx rebbħu l-ewwel premju. Aktar tard ġie ppubblikat f’Leħen il-Malti. Minn hawn ’il quddiem ir-radjudrammi kotru bis-sħiħ. Fost l-oħrajn ta’ min isemmi Bwani, Sefora, Is-Sejħa ta’ Sarid, Dawra Durella, Majjistral, Ix-Xorti ta’ Mamżell u Il-Bidu Jintemm.

Is-snin sittin raw lil Ebejer, issa iżjed matur, jikteb ix-xogħlijiet teatrali importanti tiegħu. It-tliet opri kbar tiegħu Vaganzi tas-Sajf (1962), Boulevard (1964), u Menz (1967) li ttellgħu fit-Teatru Manoel, kisbu suċċess immedjat għax offrew lill-pubbliku xi ħaġa li kienet nieqsa fis-soċjetà Maltija ta’ dak iż-żmien: il-kunċett ta’ drama intellettwali. Vaganzi tas-Sajf, li għalih ingħata l-ewwel premju fl-ewwel kompetizzjoni għad-drammi organizzati mill-Kumitat tat-Tmexxija tat-Teatru Manoel, inqaleb għall-Franċiż, għat-Taljan u għall-Ġermaniż u ġie ippubblikat fi Franza, fl-Italja u f’Malta. Min-naħa l-oħra d-dramm Menz ittella’ fi Spanja, f’Tokyo u anke f’Venezja.

L-aħħar dramm ta' Francis Ebejer kien Il-Ġaħan ta' Binġemma, miktub fl-1986 għas-Sena Internazzjonali taz-Żgħażagħ u li kien dirett għall-Ministeru tal-Edukazzjoni minn Mario Azzopardi. F’dan il-ktieb huwa jirnexxielu jidħol fil-qalb tal-ġrajjiet ta’ Malta u jifli sewwa t-tradizzjoni, ir-Reliġjon u l-Kultura waqt li jgħaqqad dan kollu taħt il-maġija sublimi ta’ Ġaħan – is-suppost baħnan li m’hu baħnan xejn, imma l-iktar wieħed "għaref". Il-ktieb huwa ta’ valur storiku u antroplogu, imma l-valuri l-iktar importanti tiegħu, huma mill-aspett filosofiku u għall-estetika tal-Letteratura jekk tqabblu max-xogħlijiet letterarji tal-ħassieba tad-Dinja.

Ebejer kiteb ukoll xi drammi bl-Ingliż, fosthom Bloddy in Bolivia u The Golden Tutkif ukoll The Cliffhangers, li mbagħad qalbu għall-Malti bħala L-Imwarrbin. Fost l-aqwa drammi bl-Ingliż li kiteb insibu Summer Holidays li ġie tradott għall-Franċiż, Taljan u Ġermaniż.

Ebejer kiteb dwar temi universali imma applikahom għall-ambjent Malti. Huwa kien jitħasseb dwar il-futur kulturali, ekonomiku u ġeopolitiku tal-Mediterran. Spiss jorbot l-imgħoddi mal-preżent bħala mod kif jingħaraf il-ġejjieni. Il-karattri tiegħu huma studjati b’mod psikoloġiku u jirrappreżentaw it-tiftixa tan-nazzjon għall-identità. Ebejer jesplora l-ħtija, it-tpattija, il-libertà, il-kuxjenza, l-impotenza, id-destin, is-solitudni, id-delużjoni u t-tiftixa falluta għall-verità.

Drammi bil-Malti:

  • Ċpar fix-Xemx (1952)
  • Iż-Żjara (1965)
  • Is-Sejħa ta’ Sarid (1965)
  • Bwani (1965)
  • Ix-Xorti ta’ Mamzell (1965)
  • Menz (1970)
  • Boulevard (1970)
  • Vaganzi tas-Sajf (1970)
  • Il-Ħadd fuq il-Bejt (1973)
  • L-Imnarja Żmien il-Qtil (1974)
  • L-Imwarrbin (1974)
  • Ħitan (1975)
  • Meta Morna tal-Mellieħa (1977)
  • Vum-Barala-Zungare (1977)
  • Karnival (1977)
  • Id-Dar tas-Soru (1977)
  • Sefora (1984)
  • Filfla minn wara l-Ħajt (1984)
  • Morru Sejħu lill-Werrieta (1984)
  • Rewwixta tas-Swaba’ (1984)
  • Logħba (1984)
  • X’ma Kixifx il-Ħajt (1984)

Temi

Ebejer fl-istejjer u d-drammi tiegħu jirrifletti ħafna fuq il-ħajja personali tiegħu, il-fatti u disfatti li għadda minnhom f’ħajtu, fuq l-ambjent li kiber fih u li serva bħala l-bażi tal-personalità tiegħu. Fil-fatt l-ossessjoni għall-għeruq tiegħu jinħassu fil-biċċa l-kbira tax-xogħlijiet ta’ Ebejer.

Ossessjoni oħra li tinħass f’ħafna fil-kitbiet ta’ Ebejer hija dik tal-fertilità. Ebejer juża l-mara bħala simbolu tal-fertilità, mod speċjali l-mara tradizzjonali Maltija li, għal Ebejer, hija simbolu tal-ġabra, ta’ min jaħdem b’mod altruwistiku mingħajr kundizzjonijiet. Din il-mara Maltija, li l-figura tagħha tidher ta’ sikwit fix-xogħol tiegħu, toffri kuntrast qawwi mal-figuri femminili l-oħra, li jidhru fid-drammi tiegħu. Hemm, per eżempju, il-mara isterika li tirrappreżenta lill-klassi ‘artifiċjali’ u li tipprova ċċekken il-figura tar-raġel; din ukoll tagħmel parti mill-bijografija intima tal-awtur.

Insibu wkoll ħafna burdati differenti fix-xogħlijiet ta’ Ebejer. Kultant naraw burdata serja, drabi oħra sarkastika, drabi oħra xewqa kbira għat-tisfija mid-dnubiet. Hemm ukoll sens kontinwu ta’ tfittxija. Dan joħroġ mill-kuntrast li jagħmel l-awtur bejn il-mixi u l-waqfien li jbeżża’. Il-ħajja tal-awtur tkompli toħroġ minn dawn il-kuntrasti u konflitti, parodiji u ironiji, li jagħmlu parti mit-teatru ta’ Ebejer daqs kemm jagħmlu minn ħajtu.

Unuri

Ebejer kien membru tal- (L-Għaqda Internazzjonali tal-Awturi), President Onorarju tal-Moviment Letterarju Malti u membru tal-Kunsill tal-Akkademja tal-Malti mill-1984 sal-1988. Kien ukoll membru onorarju tal-Accademie de Vaucluse ta’ Franza.

Ebejer rebaħ bosta premjijiet u unuri għax-xogħlijiet teatrali kif ukoll televiżivi tiegħu. Huwa rebaħ il-Premju Letterarju Malti erba' darbiet, iċ-Cheyneh Award for the Best Producer fl-1984, il-Phoenicia Trophy for Culture fl-1982 u fl-1985, u l-premju Città di Valletta fl-1989. Fl-1986 irċieva il-Medaille d’Honneur de la Ville d’Avigona fi Franza għal wieħed mid-drammi tiegħu li ġie tradott għall-Franċiż.

Fl-2017, huwa ingħata Ġieħ ir-Repubblika (wara mewtu).

Traduzzjonijiet

Xi xogħlijiet tiegħu nqalbu għat-Taljan, , Franċiż, Ġermaniż, Ungeriż, Ċek, Żvediż,u saħansitra għall-.

Mewt

Ebejer miet ħabta u sabta, ta' 68 sena, fir-residenza tiegħu fis-Swieqi fl-1993, u ndifen fil-ċimiterju ta' Ħad-Dingli.

Għall-funeral tiegħu f’Ħad-Dingli attendew ħafna membri parlamentari, atturi, produtturi tal-palk u pubblikaturi.

Monument

Monument f’ġieħu maħdum mill-iskultur Anton Agius ġie inawgurat f’raħal twelidu, Ħad-Dingli, mill-President Guido de Marco f'Diċembru 1999.

Ħajja Personali

Ħuh huwa l-Isqof Walter Michael Ebejer, li kien Isqof ta' União da Vitória fil-Brażil bejn l-1977 u l-2007. Huwa erba' snin biss iżgħar minn Francis Ebejer.

Premju Francis Ebejer

Il-Premju Francis Ebejer huwa kompetizzjoni nazzjonali ta’ kitba għat-teatru u r-radjudrammi.

Fl-2015, il-Premju Francis Ebejer għadda minn eżercizzju ta’ ristrutturar li kien jinkludi taħriġ għall-kittieba u huwa mmirat lejn kittieba ġodda u stabbiliti biex jaqsmu xogħlijiethom ma’ udjenza wiesgħa u joffri pjattaforma b’saħħitha għal iktar skritti promettenti bil-Malti.

Il-premju ma jinkludix biss premji fi flus, iżda wkoll għajnuna biex id-drammi rebbieħa jittellgħu u jiġu ppubblikati. Il-Premju Francis Ebejer huwa miftuħ għal kittieba ta’ kull età, grad ta’ esperjenza u nazzjonalità u l-ilsien ewlieni li fih jinkitbu l-iskritti għandu jkun il-Malti.

Bħala parti mir-ristrutturar tal-Premju fl-2015, ġie ffurmat core group biex jiddiskuti l-futur tal-Premju u t-taħriġ meħtieġ biex jiġu żvilupatti skritti ta’ kwalità gћolja.

Ħoloq esterni

Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Francis Ebejer (Francis Ebejer)
  • Dokumentarju qasir dwar il-monument ta' Francis Ebejer.
  • Is-Sejħa ta' Sarid
  • Dokumentarju bl-Ingliż dwar Francis Ebejer
  • Il-Premju Francis Ebejer

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 17 Ġun, 2025 / 20:42

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Francis Ebejer, X'inhi Francis Ebejer? Xi tfisser Francis Ebejer?

Francis Ebejer twieled fit 28 ta Awwissu 1925 miet fl 10 ta Ġunju 1993 kien ewlieni Malti matul it tieni nofs tas seklu 20 Huwa kiteb izjed minn ħamsin dramm għall palk televizjoni u radju li fil maġġoranza tagħhom kienu bil Malti Fix xogħlijiet innovattivi tiegħu introduċa introspezzjoni profonda tas soċjeta Maltija permezz ta stil eleganti li jixhed is sengħa kbira li kellu Ebejer fil mod kif kien juza l lingwa Maltija Francis EbejerĦajjaTwelid Dingli 28 Awwissu 1925Nazzjonalita MaltaMewt Is Swieqi 10 Ġunju 1993EdukazzjoniAlma mater St Mary s University Twickenham en Lingwi Ingliz MaltiOkkupazzjoniOkkupazzjoni kittieb poetaPremjijiet List Premju Nazzjonali tal Ktieb 1971 Premju Nazzjonali tal Ktieb 1974 StudjiFrancis Ebejer twieled u trabba Ħad Dingli Kien l ikbar fost sebat aħwa Kemm missieru kif ukoll ommu kienu għalliema Missieru Ġuze kien is Surmast tal iskola Primarja f Ħad Dingli waqt li ommu kienet għalliema tal Matematika fl iskola sekondarja ċentrali fil Belt Valletta Studja fl iskola primarja tal Gvern u fil Liċeo Ebejer studja l mediċina fl Universita ta Malta bejn l 1942 u l 1943 imma telaq biex jaħdem bħala interpretu tal Ingliz Taljan mal 8th Army tal Forzi Brittaniċi fit l Afrika ta Fuq 1943 1944 Ħa sena kors tal Letteratura fl Universita ta Malta Imbagħad mexa fuq il passi ta missieru u sar għalliem tal Ingliz u wara sentejn taħriġ f St Mary s Training College f l Ingilterra 1948 1950 hu nħatar kap tal iskejjel primarji tal Gvern fejn baqa sal 1978 Kien kap tal iskola primarja tas Siġġiewi u mbagħad taz Zurrieq Sadanittant bejn l 1961 u l 1962 huwa ngħata l Fulbright Travel Grant għall Istati Uniti fejn dam tmien xhur RumanziSal 1950 Ebejer kiteb biss bil lingwa Ingliza Ix xogħlijiet tiegħu jikkonsistu f poeziji novelli artikli u saġġi Fl 1953 ippubblika novella fil Woman s Own Ebejer kiteb ir rumanzi kollha tiegħu bl Ingliz barra wieħed L aħħar rumanz The Malta Baron and I Lucian kien ippubblikat fl 2002 disa snin wara mewtu Dan jista jitqies bħala tewmi ma Requiem for a Malta Fascist 1980 Iz zewġ rumanzi jittrattaw il u t Tieni Gwerra Dinjija Dawn is suġġetti kienu importanti ħafna fil ħajja tiegħu Ir rumanzi ta Ebejer ġew ippubblikati fl Ingilterra fl Amerka u f Malta Rumanzi bl Ingliz A Wreath of Maltese Innocents 1958 Evil of the King Cockroach 1960 Wild Spell of Summer 1968 In the Eye of the Sun 1969 Come Again in Spring 1973 Requiem for a Malta Fascist 1980 Leap of Malta Dolphins 1982 For Rozina a Husband amp Other Malta Stories 1990 The Malta Baron and I Lucian postum 2002 DrammiEbejer kien id drammaturgu prinċipali f Malta fit tieni nofs tas seklu 20 Id drammi oriġinali tiegħu miktubin bi stil eleganti li juri sengħa kbira fl uzu tal ilsien Malti ippruvaw idaħħlu introspezzjoni izjed profonda fis soċjeta Maltija Fis snin ħamsin kien jikteb l izjed għar radju Beda l karriera tiegħu permezz ta drammi fuq ir radju televizjoni u stejjer qosra li kienu ppubblikati fi New York bejn l 1980 u 1992 u oħrajn imxandra fuq il Beda jikteb bil Malti fl 1950 meta daħal għall kompetizzjoni tal Malta Drama League għar Rediffusion Ir radjudramm Ċpar fix Xemx rebbħu l ewwel premju Aktar tard ġie ppubblikat f Leħen il Malti Minn hawn il quddiem ir radjudrammi kotru bis sħiħ Fost l oħrajn ta min isemmi Bwani Sefora Is Sejħa ta Sarid Dawra Durella Majjistral Ix Xorti ta Mamzell u Il Bidu Jintemm Is snin sittin raw lil Ebejer issa izjed matur jikteb ix xogħlijiet teatrali importanti tiegħu It tliet opri kbar tiegħu Vaganzi tas Sajf 1962 Boulevard 1964 u Menz 1967 li ttellgħu fit Teatru Manoel kisbu suċċess immedjat għax offrew lill pubbliku xi ħaġa li kienet nieqsa fis soċjeta Maltija ta dak iz zmien il kunċett ta drama intellettwali Vaganzi tas Sajf li għalih ingħata l ewwel premju fl ewwel kompetizzjoni għad drammi organizzati mill Kumitat tat Tmexxija tat Teatru Manoel inqaleb għall Franċiz għat Taljan u għall Ġermaniz u ġie ippubblikat fi Franza fl Italja u f Malta Min naħa l oħra d dramm Menz ittella fi Spanja f Tokyo u anke f Venezja L aħħar dramm ta Francis Ebejer kien Il Ġaħan ta Binġemma miktub fl 1986 għas Sena Internazzjonali taz Zgħazagħ u li kien dirett għall Ministeru tal Edukazzjoni minn Mario Azzopardi F dan il ktieb huwa jirnexxielu jidħol fil qalb tal ġrajjiet ta Malta u jifli sewwa t tradizzjoni ir Reliġjon u l Kultura waqt li jgħaqqad dan kollu taħt il maġija sublimi ta Ġaħan is suppost baħnan li m hu baħnan xejn imma l iktar wieħed għaref Il ktieb huwa ta valur storiku u antroplogu imma l valuri l iktar importanti tiegħu huma mill aspett filosofiku u għall estetika tal Letteratura jekk tqabblu max xogħlijiet letterarji tal ħassieba tad Dinja Ebejer kiteb ukoll xi drammi bl Ingliz fosthom Bloddy in Bolivia uThe Golden Tutkif ukoll The Cliffhangers li mbagħad qalbu għall Malti bħala L Imwarrbin Fost l aqwa drammi bl Ingliz li kiteb insibu Summer Holidays li ġie tradott għall Franċiz Taljan u Ġermaniz Ebejer kiteb dwar temi universali imma applikahom għall ambjent Malti Huwa kien jitħasseb dwar il futur kulturali ekonomiku u ġeopolitiku tal Mediterran Spiss jorbot l imgħoddi mal prezent bħala mod kif jingħaraf il ġejjieni Il karattri tiegħu huma studjati b mod psikoloġiku u jirrapprezentaw it tiftixa tan nazzjon għall identita Ebejer jesplora l ħtija it tpattija il liberta il kuxjenza l impotenza id destin is solitudni id deluzjoni u t tiftixa falluta għall verita Drammi bil Malti Ċpar fix Xemx 1952 Iz Zjara 1965 Is Sejħa ta Sarid 1965 Bwani 1965 Ix Xorti ta Mamzell 1965 Menz 1970 Boulevard 1970 Vaganzi tas Sajf 1970 Il Ħadd fuq il Bejt 1973 L Imnarja Zmien il Qtil 1974 L Imwarrbin 1974 Ħitan 1975 Meta Morna tal Mellieħa 1977 Vum Barala Zungare 1977 Karnival 1977 Id Dar tas Soru 1977 Sefora 1984 Filfla minn wara l Ħajt 1984 Morru Sejħu lill Werrieta 1984 Rewwixta tas Swaba 1984 Logħba 1984 X ma Kixifx il Ħajt 1984 TemiEbejer fl istejjer u d drammi tiegħu jirrifletti ħafna fuq il ħajja personali tiegħu il fatti u disfatti li għadda minnhom f ħajtu fuq l ambjent li kiber fih u li serva bħala l bazi tal personalita tiegħu Fil fatt l ossessjoni għall għeruq tiegħu jinħassu fil biċċa l kbira tax xogħlijiet ta Ebejer Ossessjoni oħra li tinħass f ħafna fil kitbiet ta Ebejer hija dik tal fertilita Ebejer juza l mara bħala simbolu tal fertilita mod speċjali l mara tradizzjonali Maltija li għal Ebejer hija simbolu tal ġabra ta min jaħdem b mod altruwistiku mingħajr kundizzjonijiet Din il mara Maltija li l figura tagħha tidher ta sikwit fix xogħol tiegħu toffri kuntrast qawwi mal figuri femminili l oħra li jidhru fid drammi tiegħu Hemm per ezempju il mara isterika li tirrapprezenta lill klassi artifiċjali u li tipprova ċċekken il figura tar raġel din ukoll tagħmel parti mill bijografija intima tal awtur Insibu wkoll ħafna burdati differenti fix xogħlijiet ta Ebejer Kultant naraw burdata serja drabi oħra sarkastika drabi oħra xewqa kbira għat tisfija mid dnubiet Hemm ukoll sens kontinwu ta tfittxija Dan joħroġ mill kuntrast li jagħmel l awtur bejn il mixi u l waqfien li jbezza Il ħajja tal awtur tkompli toħroġ minn dawn il kuntrasti u konflitti parodiji u ironiji li jagħmlu parti mit teatru ta Ebejer daqs kemm jagħmlu minn ħajtu UnuriEbejer kien membru tal L Għaqda Internazzjonali tal Awturi President Onorarju tal Moviment Letterarju Malti u membru tal Kunsill tal Akkademja tal Malti mill 1984 sal 1988 Kien ukoll membru onorarju tal Accademie de Vaucluse ta Franza Ebejer rebaħ bosta premjijiet u unuri għax xogħlijiet teatrali kif ukoll televizivi tiegħu Huwa rebaħ il Premju Letterarju Malti erba darbiet iċ Cheyneh Award for the Best Producer fl 1984 il Phoenicia Trophy for Culture fl 1982 u fl 1985 u l premju Citta di Valletta fl 1989 Fl 1986 irċieva il Medaille d Honneur de la Ville d Avigona fi Franza għal wieħed mid drammi tiegħu li ġie tradott għall Franċiz Fl 2017 huwa ingħata Ġieħ ir Repubblika wara mewtu TraduzzjonijietXi xogħlijiet tiegħu nqalbu għat Taljan Franċiz Ġermaniz Ungeriz Ċek Zvediz u saħansitra għall MewtEbejer miet ħabta u sabta ta 68 sena fir residenza tiegħu fis Swieqi fl 1993 u ndifen fil ċimiterju ta Ħad Dingli Għall funeral tiegħu f Ħad Dingli attendew ħafna membri parlamentari atturi produtturi tal palk u pubblikaturi MonumentMonument f ġieħu maħdum mill iskultur Anton Agius ġie inawgurat f raħal twelidu Ħad Dingli mill President Guido de Marco f Diċembru 1999 Ħajja PersonaliĦuh huwa l Isqof Walter Michael Ebejer li kien Isqof ta Uniao da Vitoria fil Brazil bejn l 1977 u l 2007 Huwa erba snin biss izgħar minn Francis Ebejer Premju Francis EbejerIl Premju Francis Ebejer huwa kompetizzjoni nazzjonali ta kitba għat teatru u r radjudrammi Fl 2015 il Premju Francis Ebejer għadda minn ezercizzju ta ristrutturar li kien jinkludi taħriġ għall kittieba u huwa mmirat lejn kittieba ġodda u stabbiliti biex jaqsmu xogħlijiethom ma udjenza wiesgħa u joffri pjattaforma b saħħitha għal iktar skritti promettenti bil Malti Il premju ma jinkludix biss premji fi flus izda wkoll għajnuna biex id drammi rebbieħa jittellgħu u jiġu ppubblikati Il Premju Francis Ebejer huwa miftuħ għal kittieba ta kull eta grad ta esperjenza u nazzjonalita u l ilsien ewlieni li fih jinkitbu l iskritti għandu jkun il Malti Bħala parti mir ristrutturar tal Premju fl 2015 ġie ffurmat core group biex jiddiskuti l futur tal Premju u t taħriġ meħtieġ biex jiġu zvilupatti skritti ta kwalita gћolja Ħoloq esterniWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Francis Ebejer Francis Ebejer Dokumentarju qasir dwar il monument ta Francis Ebejer Is Sejħa ta Sarid Dokumentarju bl Ingliz dwar Francis Ebejer Il Premju Francis Ebejer

L-aħħar artikli
  • Ġunju 10, 2025

    Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' l-Andorra

  • Ġunju 17, 2025

    Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' Slovenja

  • Ġunju 12, 2025

    Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' Slovakkja

  • Ġunju 12, 2025

    Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' San Marino

  • Ġunju 12, 2025

    Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' Franza

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq