Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  Türkiyə
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

L iskola St Michael hija skola sekondarja mmexxija mis Soċjetà tad Duttrina Nisranija M U S E U M u tinsab fi Triq il Ka

St. Michael School

  • Paġna Ewlenija
  • St. Michael School
St. Michael School
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

L-iskola St. Michael hija skola sekondarja mmexxija mis-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M. u tinsab fi Triq il-Kanun, Santa Venera. Twaqqfet fl-1946 minn Toni Agius, magħruf bħala s-Sur Agius, li dak iż-żmien kien jaħdem bħala fitter fit-Tarzna. Illum din l-iskola tilqa' fiha 375 student subien ġejjin minn diversi lokalitajiet f'Malta. L-Iskola għandha tliet klassijiet f'kull Form, b'kollox 15-il klassi.

Storja

Dun Ġorġ

Is-Soċjetà tal-MUSEUM għal ħafna snin għenet lil ħafna tfal f'dik li hi skola. Dun Ġorġ Preca "dejjem xtaq li s-soċji jkunu jgħallmu fl-iskejjel." Iżda sal-1946 qatt ma kellha skola tagħha. Wieħed jista’ jgħid li ftit wara t-Tieni Gwerra Dinjija, l-edukazzjoni f’Malta ma kinetx milħuqa minn dawk kollha li xtaqu jistudjaw. L-edukazzjoni sekondarja f’Malta ma kinetx obbligatorja bħalma hi llum u dak iż-żmien kien hemm biss Liċeo wieħed u xi ftit skejjel sekondarji tal-Knisja. L-iskop ta’ dawn l-iskejjel kien li jipprepara lill-istudenti għall-eżami tal-GCE ta’ Londra jew ta’ Oxford. F'dak iż-żmien kien hemm skola teknika fil-Kottonera mmexxija mill-Freres ta’ u kienet probabbilment din l-iskola li imbuttat lis-soċju Toni Agius li jibda l-Iskola St. Michael, bl-iskop li jipprepara tfal subien għall-eżami tal-apprentistat tat-. Fl-1946, Toni Agius li dak iż-żmien kien jaħdem bħala fitter fit-Tarzna mar ikellem lil Dun Ġorġ fuq it-taraġ tal-Knisja ta' San Gejtanu u qallu:

“ Sinjur, nhar it-Tnejn, f’Villa Violette, se niftħu skola b’għalliema kollha kemm huma tal-Mużew. ”

Dun Ġorġ feraħ ħafna u talbu jinżel għarkupptejh ħa jbierku. Nhar l-4 ta' Novembru 1946, l-ewwel Surmast tal-Iskola Toni Agius, mgħejjun l-iktar mill-Assistent Superjur Ġenerali Karmenu Callus, laqa' l-ewwel studenti fl-iskola St Michael li fil-bidu kienet f’dar jisimha Villa Violette, il-Marsa.

Iżda erba’ snin wara, fl-1951 is-Soċjetà akkwistat biċċa art kbira fl-inħawi ta’ . Jeżisti filmat black and white li juri lil Dun Ġorġ ibierek l-art fejn kellha tinbena l-iskola. Il-Perit Ġużè D’Amato ħejja l-pjanti tal-bini u l-eżekuzzjoni tal-proġett tħalliet f'idejn Ġużi Sultana. Nhar id-19 ta’ Mejju 1951, Dun Ġorġ imdawwar mis-soċji, għalliema u tfal, bierek l-ewwel ġebla tal-iskola u talab b’dal-kliem:

“ Missier Etern, ħares lejn il-wiċċ venerabbli ta’ Ibnek Ġesu Kristu u tpaxxa bih, u bierek għall-merti tiegħu dil-ġebla, biex l-iskola titla’ bil-barka tiegħek u joħroġ ġid spiritwali u temporali, u kull min jidħol fiha jkun oġġett tal-ħniena tiegħek. O Verġni Mbierka, bierek issa din l-art li fuqha se tinbena l-iskola għall-glorja t’Alla u għall-ġid tal-erwieħ. San Ġużepp, noffrulek is-safa ta’ qalbek biex titfa’ ħarsa fuq l-art li fuqha se tinbena l-iskola li aħna, b’gost kbir ta’ qalbna, niddedikaw il San Mikiel Arkanġlu. ”

Ta' din l-okkażjoni jeżisti filmat super 8 mm film ta' Dun Ġorġ, l-uniku wieħed bil-kulur. Dan il-filmat intwera diversi drabi fuq .

Xahrejn u nofs wara, nhar il-5 t'Awissu saret funzjoni iktar solenni. It-tberik sar mill-Arċisqof Gonzi u kien hemm preżenti l-Priministru Ġorġ Borg Olivier.

Dun Ġorġ baqa' jinteressa ruħu fil-bini tal-iskola u kien imur sikwit. Kien jgħid li kienet "l-għaxqa ta' qalbu". Fl-aħħar snin ta' ħajtu rari kien iqaddes barra minn daru imma fl-Iskola St Michael kien jaċċetta li jqaddes fiha bil-qalb.

Snin Tmenin u Disgħin

Fl-1977, is-Soċjetà tal-MUSEUM ħatret Bord tad-Diretturi biex jgħin lis-Sur Agius fit-tmexxija tal-Iskola. U kien fil-bidu tas-snin 80 li s-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija ħasbet li tinvesti ħafna fl-iskola. Il-bini għadda minn żvilupp strutturali estensiv; inbnew iżjed klassijiet flimkien mal-bini tat-tieni sular u gym, u sala fuq in-naħa tan-Nofsinhar tal-iskola. Inbnew ukoll laboratorji tax-xjenza u tal-kompjuter u ngħatat importanza ġdida lill-arti kreattiva u 'l-isports.

Nhar id-29 ta' Marzu 1989 is-Sur Agius, fundatur tal-Iskola, miet fl-Isptar San Luqa. Jumejn wara sar il-funeral tiegħu fl-Awditorjum tad-Dar Ġenerali tal-MUSEUM fil-Blata l-Bajda. It-tieni surmast tal-iskola kien is-Sur Raymond D'Amato miż-Żurrieq, li għadu jservi f'dil-kariga sal-lum.

Sal-1995 l-istudenti kienu jidħlu fl-Iskola b'eżami apposta. Mis-sena skolastika 1996/97 l-istudenti bdew jidħlu bl-eżami tal-Common Entrance sakemm dan spiċċa fis-sena 2011.

Illum

Illum il-ġurnata ix-xogħol fuq l-ewwel fażi tal-bini tat-tielet sular għadu kif tlesta, biex jilqa’ fih faċilitajiet ġodda li jmorru ma' dak li jitlob il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali.

Sal-2005 l-impjegati tal-Iskola riedu jkunu kollha soċji rġiel tal-MUSEUM. Illum dan jgħodd biss għat-Tim Amministrattiv, għalkemm fl-2010 minn tletin għalliem nofshom huma soċji tal-MUSEUM. L-Iskola timpjega wkoll magħha 15-il LSA (Learning Support Assistants). Ħames soċji li kienu għalliema f'St. Michael illum huma missjunarji tas-Soċjetà tal-MUSEUM f'pajjiżi oħra, fl-Albanija, fil-Peru, fil-Kenja, u fil-Polonja.

San Mikiel Arkanġlu: Il-Qaddis Patrun tal-Iskola

Dun Ġorġ Preca kien devot kbir tal-Arkanġlu San Mikiel. Huwa għażlu bħala d-Difensur tas-Soċjetà tal-MUSEUM. Fil-bidu ta' kull laqgħa tagħhom, is-soċji jagħtuh qima b'talba msejħa s-Salve Sancte Michael, li qabel kienet titkanta bil-Latin: "Sliem għalik O Qawwi San Mikiel, Int tħarisna f'kull tiġrib. Lill-anġli t'Alla kull ġieħ u glorja għax lilu jaqdu u jagħtu qima, kull ġieħ u glorja."

Kuljum fl-Iskola St Michael, wara l-brejk ta' nofsinhar l-istudenti jitolbu t-talba lil San Mikiel. Din it-talba kienet inkitbet u xterdet mill-Papa Ljun XIII fl-1886 immedjatament wara viżjoni terribli li jingħad li kellu hekk kif spiċċa l-quddiesa. Fl-1930, il-Papa Piju XI kien ordna li t-talba lil San Mikiel tingħad b'intenzjoni speċjali, għall-konverżjoni tar-Russja. It-talba kienet tingħad fl-aħħar ta' kull quddiesa. Fir-riforma tal-Liturgija ta' wara l-, matul il-Pontifikat ta' Pawlu VI, ir-reċitazzjoni tat-talba ta' Papa Ljun tneħħiet mill-quddiesa.

“ San Mikiel Arkanġlu, idħol għalina fit-taqbida; kun int l-għajnuna tagħna kontra l-ħażen u t-tnassis tad-demonju. Irażżnu Alla, nitolbuk bil-ħerqa. Int l-aqwa fost il-qtajja’ tas-sema, itfa' bil-qawwa tiegħek fil-qiegħ ta' l-infern lix-xitan u l-ispirti ħżiena l-oħra li jiġġerrew fid-dinja għat-telfien ta' l-erwieħ. ”

L-Innu tal-Iskola

Dun Ġorġ Preca kien talab lill-poeta magħruf Dun Karm biex jiktiblu innu għall-iskola u kien qallu l-prinċipji li fuqhom hija mibnija l-iskola. Dun Karm kiteb "Innu tal-Iskola San Mikiel". Il-mużika ġiet komposta minm Mro. Joseph Abela Scolaro.


Aħna tfal u ngħaddu żmienna

Bejn l-iskola u bejn id-dar

Ħajja ħelwa, ħajja sbejħa

Minn dil-ħajja mhemmx aħjar.


Rit:

Ma ddejjaqna l-ebda ħidma

Ma jbeżżagħna l-ebda xkiel

Taħt il-ħarsa ta’ Marija

Taħt is-sejf ta’ San Mikiel.


Ġo l-iskola min jgħallimna

Sa fil-kelma jrid il-qies

U tad-dar dawk li jħobbuna

Ta’ drawwietna jqiegħdu s-sies. Rit.


Għalhekk aħna tfal qalbiena

Nafu nżewqu dan iż-żmien

Waqt ix-xogħol ġabra dehnija

Waqt is-serħ ferħ kullimkien. Rit.


L-Emblema tal-Iskola

L-Emblema tal-Iskola għandha sfond griż bħall-uniformi tal-istudenti. Għandha l-ittra "M" kbira u ħamra, għal Michael, imdaħħla fi trijangolu isfar.

Eks-studenti tal-Iskola

Sportivi

  • Steve Camilleri, atleta.
  • Andrew Cohen, plejer tal-futbol mat-team nazzjonali.
  • Mark Herrera, atleta.
  • , plejer tal-futbol mat-team nazzjonali.
  • , plejer tal-futbol mat-team nazzjonali Under 21.

Xjenzati

  • , newroxjenzat

Mużiċisti

  • Manolito Galea, kantant u kompożitur.
  • Steve Farrugia, drummer ta' Airport Impressions

Atturi

  • Fabian Scerri de Carlo
  • David Chircop
  • Arthur Tonna, impersonator ta'

Televixin

  • Owen Bonnici, preżentatur

Politiċi

  • Joe Abela, Deputat Parlamentari (1996-1998)
  • Lorry Sant, Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi (1962-1992)
  • Salvu Sant, Deputat Parlamentari (1987-1996)
  • Ivan Bartolo, Deputat Parlamentari (2017-)

Ħoloq esterni

www.stmichaelschool.edu.mt

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 10 Ġun, 2025 / 11:27

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar St. Michael School, X'inhi St. Michael School? Xi tfisser St. Michael School?

L iskola St Michael hija skola sekondarja mmexxija mis Soċjeta tad Duttrina Nisranija M U S E U M u tinsab fi Triq il Kanun Santa Venera Twaqqfet fl 1946 minn Toni Agius magħruf bħala s Sur Agius li dak iz zmien kien jaħdem bħala fitter fit Tarzna Illum din l iskola tilqa fiha 375 student subien ġejjin minn diversi lokalitajiet f Malta L Iskola għandha tliet klassijiet f kull Form b kollox 15 il klassi StorjaDun Ġorġ Is Soċjeta tal MUSEUM għal ħafna snin għenet lil ħafna tfal f dik li hi skola Dun Ġorġ Preca dejjem xtaq li s soċji jkunu jgħallmu fl iskejjel Izda sal 1946 qatt ma kellha skola tagħha Wieħed jista jgħid li ftit wara t Tieni Gwerra Dinjija l edukazzjoni f Malta ma kinetx milħuqa minn dawk kollha li xtaqu jistudjaw L edukazzjoni sekondarja f Malta ma kinetx obbligatorja bħalma hi llum u dak iz zmien kien hemm biss Liċeo wieħed u xi ftit skejjel sekondarji tal Knisja L iskop ta dawn l iskejjel kien li jipprepara lill istudenti għall ezami tal GCE ta Londra jew ta Oxford F dak iz zmien kien hemm skola teknika fil Kottonera mmexxija mill Freres ta u kienet probabbilment din l iskola li imbuttat lis soċju Toni Agius li jibda l Iskola St Michael bl iskop li jipprepara tfal subien għall ezami tal apprentistat tat Fl 1946 Toni Agius li dak iz zmien kien jaħdem bħala fitter fit Tarzna mar ikellem lil Dun Ġorġ fuq it taraġ tal Knisja ta San Gejtanu u qallu Sinjur nhar it Tnejn f Villa Violette se niftħu skola b għalliema kollha kemm huma tal Muzew Dun Ġorġ feraħ ħafna u talbu jinzel għarkupptejh ħa jbierku Nhar l 4 ta Novembru 1946 l ewwel Surmast tal Iskola Toni Agius mgħejjun l iktar mill Assistent Superjur Ġenerali Karmenu Callus laqa l ewwel studenti fl iskola St Michael li fil bidu kienet f dar jisimha Villa Violette il Marsa Izda erba snin wara fl 1951 is Soċjeta akkwistat biċċa art kbira fl inħawi ta Jezisti filmat black and white li juri lil Dun Ġorġ ibierek l art fejn kellha tinbena l iskola Il Perit Ġuze D Amato ħejja l pjanti tal bini u l ezekuzzjoni tal proġett tħalliet f idejn Ġuzi Sultana Nhar id 19 ta Mejju 1951 Dun Ġorġ imdawwar mis soċji għalliema u tfal bierek l ewwel ġebla tal iskola u talab b dal kliem Missier Etern ħares lejn il wiċċ venerabbli ta Ibnek Ġesu Kristu u tpaxxa bih u bierek għall merti tiegħu dil ġebla biex l iskola titla bil barka tiegħek u joħroġ ġid spiritwali u temporali u kull min jidħol fiha jkun oġġett tal ħniena tiegħek O Verġni Mbierka bierek issa din l art li fuqha se tinbena l iskola għall glorja t Alla u għall ġid tal erwieħ San Ġuzepp noffrulek is safa ta qalbek biex titfa ħarsa fuq l art li fuqha se tinbena l iskola li aħna b gost kbir ta qalbna niddedikaw il San Mikiel Arkanġlu Ta din l okkazjoni jezisti filmat super 8 mm film ta Dun Ġorġ l uniku wieħed bil kulur Dan il filmat intwera diversi drabi fuq Xahrejn u nofs wara nhar il 5 t Awissu saret funzjoni iktar solenni It tberik sar mill Arċisqof Gonzi u kien hemm prezenti l Priministru Ġorġ Borg Olivier Dun Ġorġ baqa jinteressa ruħu fil bini tal iskola u kien imur sikwit Kien jgħid li kienet l għaxqa ta qalbu Fl aħħar snin ta ħajtu rari kien iqaddes barra minn daru imma fl Iskola St Michael kien jaċċetta li jqaddes fiha bil qalb Snin Tmenin u Disgħin Fl 1977 is Soċjeta tal MUSEUM ħatret Bord tad Diretturi biex jgħin lis Sur Agius fit tmexxija tal Iskola U kien fil bidu tas snin 80 li s Soċjeta tad Duttrina Nisranija ħasbet li tinvesti ħafna fl iskola Il bini għadda minn zvilupp strutturali estensiv inbnew izjed klassijiet flimkien mal bini tat tieni sular u gym u sala fuq in naħa tan Nofsinhar tal iskola Inbnew ukoll laboratorji tax xjenza u tal kompjuter u ngħatat importanza ġdida lill arti kreattiva u l isports Nhar id 29 ta Marzu 1989 is Sur Agius fundatur tal Iskola miet fl Isptar San Luqa Jumejn wara sar il funeral tiegħu fl Awditorjum tad Dar Ġenerali tal MUSEUM fil Blata l Bajda It tieni surmast tal iskola kien is Sur Raymond D Amato miz Zurrieq li għadu jservi f dil kariga sal lum Sal 1995 l istudenti kienu jidħlu fl Iskola b ezami apposta Mis sena skolastika 1996 97 l istudenti bdew jidħlu bl ezami tal Common Entrance sakemm dan spiċċa fis sena 2011 Illum Illum il ġurnata ix xogħol fuq l ewwel fazi tal bini tat tielet sular għadu kif tlesta biex jilqa fih faċilitajiet ġodda li jmorru ma dak li jitlob il Kurrikulu Minimu Nazzjonali Sal 2005 l impjegati tal Iskola riedu jkunu kollha soċji rġiel tal MUSEUM Illum dan jgħodd biss għat Tim Amministrattiv għalkemm fl 2010 minn tletin għalliem nofshom huma soċji tal MUSEUM L Iskola timpjega wkoll magħha 15 il LSA Learning Support Assistants Ħames soċji li kienu għalliema f St Michael illum huma missjunarji tas Soċjeta tal MUSEUM f pajjizi oħra fl Albanija fil Peru fil Kenja u fil Polonja San Mikiel Arkanġlu Il Qaddis Patrun tal IskolaDun Ġorġ Preca kien devot kbir tal Arkanġlu San Mikiel Huwa għazlu bħala d Difensur tas Soċjeta tal MUSEUM Fil bidu ta kull laqgħa tagħhom is soċji jagħtuh qima b talba msejħa s Salve Sancte Michael li qabel kienet titkanta bil Latin Sliem għalik O Qawwi San Mikiel Int tħarisna f kull tiġrib Lill anġli t Alla kull ġieħ u glorja għax lilu jaqdu u jagħtu qima kull ġieħ u glorja Kuljum fl Iskola St Michael wara l brejk ta nofsinhar l istudenti jitolbu t talba lil San Mikiel Din it talba kienet inkitbet u xterdet mill Papa Ljun XIII fl 1886 immedjatament wara vizjoni terribli li jingħad li kellu hekk kif spiċċa l quddiesa Fl 1930 il Papa Piju XI kien ordna li t talba lil San Mikiel tingħad b intenzjoni speċjali għall konverzjoni tar Russja It talba kienet tingħad fl aħħar ta kull quddiesa Fir riforma tal Liturgija ta wara l matul il Pontifikat ta Pawlu VI ir reċitazzjoni tat talba ta Papa Ljun tneħħiet mill quddiesa San Mikiel Arkanġlu idħol għalina fit taqbida kun int l għajnuna tagħna kontra l ħazen u t tnassis tad demonju Irazznu Alla nitolbuk bil ħerqa Int l aqwa fost il qtajja tas sema itfa bil qawwa tiegħek fil qiegħ ta l infern lix xitan u l ispirti ħziena l oħra li jiġġerrew fid dinja għat telfien ta l erwieħ L Innu tal IskolaDun Ġorġ Preca kien talab lill poeta magħruf Dun Karm biex jiktiblu innu għall iskola u kien qallu l prinċipji li fuqhom hija mibnija l iskola Dun Karm kiteb Innu tal Iskola San Mikiel Il muzika ġiet komposta minm Mro Joseph Abela Scolaro Aħna tfal u ngħaddu zmienna Bejn l iskola u bejn id dar Ħajja ħelwa ħajja sbejħa Minn dil ħajja mhemmx aħjar Rit Ma ddejjaqna l ebda ħidma Ma jbezzagħna l ebda xkiel Taħt il ħarsa ta Marija Taħt is sejf ta San Mikiel Ġo l iskola min jgħallimna Sa fil kelma jrid il qies U tad dar dawk li jħobbuna Ta drawwietna jqiegħdu s sies Rit Għalhekk aħna tfal qalbiena Nafu nzewqu dan iz zmien Waqt ix xogħol ġabra dehnija Waqt is serħ ferħ kullimkien Rit L Emblema tal IskolaL Emblema tal Iskola għandha sfond griz bħall uniformi tal istudenti Għandha l ittra M kbira u ħamra għal Michael imdaħħla fi trijangolu isfar Eks studenti tal IskolaSportivi Steve Camilleri atleta Andrew Cohen plejer tal futbol mat team nazzjonali Mark Herrera atleta plejer tal futbol mat team nazzjonali plejer tal futbol mat team nazzjonali Under 21 Xjenzati newroxjenzat Muziċisti Manolito Galea kantant u kompozitur Steve Farrugia drummer ta Airport Impressions Atturi Fabian Scerri de Carlo David Chircop Arthur Tonna impersonator ta Televixin Owen Bonnici prezentatur Politiċi Joe Abela Deputat Parlamentari 1996 1998 Lorry Sant Ministru tax Xogħlijiet Pubbliċi 1962 1992 Salvu Sant Deputat Parlamentari 1987 1996 Ivan Bartolo Deputat Parlamentari 2017 Ħoloq esterniwww stmichaelschool edu mt

L-aħħar artikli
  • Ġunju 12, 2025

    Metodu xjentifiku

  • Ġunju 08, 2025

    Maċedonja ta' Fuq

  • Ġunju 09, 2025

    Martín Garzés

  • Ġunju 11, 2025

    Martinique

  • Ġunju 10, 2025

    Martin de Redin

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq