Lorry Sant ir Raħal Ġdid 26 ta Diċembru 1937 5 ta Ottubru 1995 kien Ministru tax Xogħol u tal Isports fil Gvernijiet Lab
Lorry Sant

Lorry Sant (ir-Raħal Ġdid, 26 ta' Diċembru 1937 - 5 ta' Ottubru 1995) kien Ministru tax-Xogħol u tal-Isports fil-Gvernijiet Laburisti mmexxija minn Dom Mintoff bejn l-1971 u l-1987, u kien jissemma ħafna bħala suċċessur ta' Dom Mintoff bħala mexxej tal-Partit.
Lorry Sant | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Raħal Ġdid, 26 Diċembru 1937 |
Nazzjonalità | Kolonja ta' Malta Stat ta' Malta Malta |
Mewt | 5 Ottubru 1995 |
Post tad-dfin | Ċimiterju tal-Addolorata |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Malti |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | politiku |
Bin Ġanni, li kien is-Segretarju tal-ewwel Kumitat Laburista tar-Raħal Ġdid u Ħal Tarxien wara l-irvellijiet tas-Sette Giugno tal-1919, u Mary, imwielda Consiglio. Sant ħa l-ewwel edukazzjoni tiegħu fl-Iskola St. Michael u fl-Istitut Tekniku qabel daħal it-Tarzna.
Politika
Minn meta kien għadu daqsxejn ta' tifel kien diġà beda jikkanvassja għall-kandidati tal-Partit Laburista tat-Tielet distrett elettorali. Huwa nnifsu daħal fil-politika fil-ħamsinijiet u fl-1958 inħatar Segretarju Ġenerali tal-'Labour League of Youths', fejn wara nħatar editur tal-gazzetta bl-Ingliż 'The Struggle', l-organu tal-għaqda taż-żgħażagħ Laburisti.
Fid-9 ta' April 1960, Lorry Sant ingħata l-Interdett wara li kiteb editorjal li fih ikkritika lill-Arċisqof Mikiel Gonzi fuq il-Pastorali ta' Frar tal-istess sena. Il-gazzetta kienet twaqqfet ukoll wara d-disa' ħarġa tagħha, iżda Sant baqa' jagħti l-kontribut tiegħu fil-pubblikazzjoni tal-Partit Laburista 'The Knight' li beda joħroġ fl-1960.
Sena wara, l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista, li kien ħareġ jikkundanna lill-Isqfijiet għall-atteġġjament tagħhom fil-ġlieda ta' Malta mal-Gvern Ingliz, kien ingħata l-Interdett ukoll. Fl-1964, l-Arcisqof Gonzi neħħa l-Interdett minn fuq il-Partit Laburista u minn fuq Lorry Sant.
Segretarju tat-Taqsima tal-Metall tal-General Workers Union
Barra l-inkwiet politiku-reliġjuż, kien hemm inkwiet ieħor, it-theddid għat-telfien ta' aktar imjiegi fit-Tarzna mill-Gvern Ingliż. Lorry Sant kien minn ta' quddiem f'din il-ġlieda. Huwa kien intgħażel minn ħaddiema bħalu bħala l-ewwel segretarju tagħhom, tat-Taqsima tal-Metall tal-General Workers Union, f'Mejju 1961. Kienet biċċa xogħol iebsa għat-taqsima tal-metall, għax il-Gvern Ingliż kien ħa d-deċizjoni li jgħaddi r-responsabbilità tat-Tarzna lil kumpanija privata Ingliża. L-għan tal-Gvern Ingliż deher ċar. Ried jgħaddiha lil kumpanija privata biex flok jagħti s-sensji hu, tagħtihom il-kumpanija privata.
Fil-Parlament
Sant tela' fil-Parlament fl-Elezzjoni tal-1962 mit-Tielet Distrett. Flimkien ma' Rokku Abdilla, kienu l-uniċi żewġ ħaddiema tat-Tarzna fost is-sittax-il Deputat Laburista wara l-elezzjoni tal-1962, li fiha l-Partit Laburista kien interdett mill-Knisja.
Fl-1964, mar il-Kajr fuq stedina tal-President Nasser li offra r-radju biex permezz tiegħu l-Partit Laburista jkun jista' jsemma leħnu.
Sant reġa' tela' fl-elezzjonijiet tal-1966 u tal-1971.
Ministru
Fl-1971, Lorry Sant inħatar bħala Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Fl-1972 akkumpanja lil Mintoff fi żjara fiċ-Ċina.
Fl-1976 żdiedlu wkoll l-Isport mal-Ministeru tiegħu, u fl-1983 anke d-Djar. Bejn Diċembru 1981 u Settembru 1983 kien Ministru tal-Intern. Fi żmienu sar ħafna xogħol fosthom l-Istadium Nazzjonali tal-Futbol Ta' Qali u l-Padiljun tal-Isports f'Kordin kif ukoll il-proġett ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.
Fl-1987, ikkontesta l-aħħar elezzjoni tiegħu u tela' mir-raba' distrett.
Kontroversji
Sant kien ikkritikat għall-istil ta' tmexxija tiegħu deskritt bħala aggressiv. Bħala Membru Parlamentari, kien sikwit joħloq tensjoni u akkużat li jkun vjolenti lejn l-Oppożizzjoni Nazzjonalista. Fid-Diskors tal-Oppożizzjoni għall-Budget tal-1987, il-Kap tal-Oppożizzjoni Eddie Fenech Adami kien irrefera għan-numru ta' avvenimenti vjolenti, partikolarment il-qtil ta' Raymond Caruana u l-ħruq tat-Times of Malta; fil-Parlament nħolqot tensjoni kbira, tant li l-Ministru Lorry Sant avviċina lil Fenech Adami u qattagħlu l-karti li kien qed jaqra u waddabhom mal-art. Fl-istess okkażjoni, il-President tal-Kamra kellu jissospendi s-seduta.
Fl-1990, il-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni qalet li kien hemm provi biżżejjed ta' korruzzjoni fil-qasam tal-bini meta Sant kien Ministru, u l-Bord tal-Viġilanza tal-Partit Laburista issospendieh minn kull attività tal-Partit. Fl-1992 ma tħalliex jikkontesta mill-Partit Laburista. Is-sospensjoni tiegħu tneħħiet mill-Mexxej tal-Partit Dr. Alfred Sant fl-24 ta' April 1995 meta Lorry Sant kien marid bil-kanċer.
Ħajja Personali
Sant kien iżżewweġ lil Carmen, imwielda Pace, fl-1968 u ma kellhomx tfal. Fit-tmeninijiet kien hemm każ forsi uniku fl-istorja tal-Parlament Malti meta kien hemm tlieta mill-istess familja fil-Parlament, Lorry Sant, martu Carmen, u ħuh Salvu.
Monument
Fl-10 ta' Frar 2000, kien inawgurat monument f'ġieħu fi ġnien imsemmi għalih f'Raħal Ġdid.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Lorry Sant, X'inhi Lorry Sant? Xi tfisser Lorry Sant?
Lorry Sant ir Raħal Ġdid 26 ta Diċembru 1937 5 ta Ottubru 1995 kien Ministru tax Xogħol u tal Isports fil Gvernijiet Laburisti mmexxija minn Dom Mintoff bejn l 1971 u l 1987 u kien jissemma ħafna bħala suċċessur ta Dom Mintoff bħala mexxej tal Partit Lorry SantĦajjaTwelid Raħal Ġdid 26 Diċembru 1937Nazzjonalita Kolonja ta Malta Stat ta Malta MaltaMewt 5 Ottubru 1995Post tad dfin Ċimiterju tal AddolorataEdukazzjoniLingwi MaltiOkkupazzjoniOkkupazzjoni politiku Bin Ġanni li kien is Segretarju tal ewwel Kumitat Laburista tar Raħal Ġdid u Ħal Tarxien wara l irvellijiet tas Sette Giugno tal 1919 u Mary imwielda Consiglio Sant ħa l ewwel edukazzjoni tiegħu fl Iskola St Michael u fl Istitut Tekniku qabel daħal it Tarzna PolitikaMinn meta kien għadu daqsxejn ta tifel kien diġa beda jikkanvassja għall kandidati tal Partit Laburista tat Tielet distrett elettorali Huwa nnifsu daħal fil politika fil ħamsinijiet u fl 1958 inħatar Segretarju Ġenerali tal Labour League of Youths fejn wara nħatar editur tal gazzetta bl Ingliz The Struggle l organu tal għaqda taz zgħazagħ Laburisti Fid 9 ta April 1960 Lorry Sant ingħata l Interdett wara li kiteb editorjal li fih ikkritika lill Arċisqof Mikiel Gonzi fuq il Pastorali ta Frar tal istess sena Il gazzetta kienet twaqqfet ukoll wara d disa ħarġa tagħha izda Sant baqa jagħti l kontribut tiegħu fil pubblikazzjoni tal Partit Laburista The Knight li beda joħroġ fl 1960 Sena wara l Ezekuttiv Nazzjonali tal Partit Laburista li kien ħareġ jikkundanna lill Isqfijiet għall atteġġjament tagħhom fil ġlieda ta Malta mal Gvern Ingliz kien ingħata l Interdett ukoll Fl 1964 l Arcisqof Gonzi neħħa l Interdett minn fuq il Partit Laburista u minn fuq Lorry Sant Segretarju tat Taqsima tal Metall tal General Workers Union Barra l inkwiet politiku reliġjuz kien hemm inkwiet ieħor it theddid għat telfien ta aktar imjiegi fit Tarzna mill Gvern Ingliz Lorry Sant kien minn ta quddiem f din il ġlieda Huwa kien intgħazel minn ħaddiema bħalu bħala l ewwel segretarju tagħhom tat Taqsima tal Metall tal General Workers Union f Mejju 1961 Kienet biċċa xogħol iebsa għat taqsima tal metall għax il Gvern Ingliz kien ħa d deċizjoni li jgħaddi r responsabbilita tat Tarzna lil kumpanija privata Ingliza L għan tal Gvern Ingliz deher ċar Ried jgħaddiha lil kumpanija privata biex flok jagħti s sensji hu tagħtihom il kumpanija privata Fil Parlament Sant tela fil Parlament fl Elezzjoni tal 1962 mit Tielet Distrett Flimkien ma Rokku Abdilla kienu l uniċi zewġ ħaddiema tat Tarzna fost is sittax il Deputat Laburista wara l elezzjoni tal 1962 li fiha l Partit Laburista kien interdett mill Knisja Fl 1964 mar il Kajr fuq stedina tal President Nasser li offra r radju biex permezz tiegħu l Partit Laburista jkun jista jsemma leħnu Sant reġa tela fl elezzjonijiet tal 1966 u tal 1971 Ministru Fl 1971 Lorry Sant inħatar bħala Ministru tax Xogħlijiet Pubbliċi Fl 1972 akkumpanja lil Mintoff fi zjara fiċ Ċina Fl 1976 zdiedlu wkoll l Isport mal Ministeru tiegħu u fl 1983 anke d Djar Bejn Diċembru 1981 u Settembru 1983 kien Ministru tal Intern Fi zmienu sar ħafna xogħol fosthom l Istadium Nazzjonali tal Futbol Ta Qali u l Padiljun tal Isports f Kordin kif ukoll il proġett ta Dar il Mediterran għall Konferenzi Fl 1987 ikkontesta l aħħar elezzjoni tiegħu u tela mir raba distrett KontroversjiSant kien ikkritikat għall istil ta tmexxija tiegħu deskritt bħala aggressiv Bħala Membru Parlamentari kien sikwit joħloq tensjoni u akkuzat li jkun vjolenti lejn l Oppozizzjoni Nazzjonalista Fid Diskors tal Oppozizzjoni għall Budget tal 1987 il Kap tal Oppozizzjoni Eddie Fenech Adami kien irrefera għan numru ta avvenimenti vjolenti partikolarment il qtil ta Raymond Caruana u l ħruq tat Times of Malta fil Parlament nħolqot tensjoni kbira tant li l Ministru Lorry Sant avviċina lil Fenech Adami u qattagħlu l karti li kien qed jaqra u waddabhom mal art Fl istess okkazjoni il President tal Kamra kellu jissospendi s seduta Fl 1990 il Kummissjoni kontra l Korruzzjoni qalet li kien hemm provi bizzejjed ta korruzzjoni fil qasam tal bini meta Sant kien Ministru u l Bord tal Viġilanza tal Partit Laburista issospendieh minn kull attivita tal Partit Fl 1992 ma tħalliex jikkontesta mill Partit Laburista Is sospensjoni tiegħu tneħħiet mill Mexxej tal Partit Dr Alfred Sant fl 24 ta April 1995 meta Lorry Sant kien marid bil kanċer Ħajja PersonaliSant kien izzewweġ lil Carmen imwielda Pace fl 1968 u ma kellhomx tfal Fit tmeninijiet kien hemm kaz forsi uniku fl istorja tal Parlament Malti meta kien hemm tlieta mill istess familja fil Parlament Lorry Sant martu Carmen u ħuh Salvu MonumentFl 10 ta Frar 2000 kien inawgurat monument f ġieħu fi ġnien imsemmi għalih f Raħal Ġdid