Monsinjur Mikiel Gonzi Birgu kien Isqof ta u aktar tard il ħmistax u l aħħar Isqof ta Malta u l ewwel Arċisqof tal Mikie
Mikiel Gonzi

Monsinjur Mikiel Gonzi (Birgu, – ) kien Isqof ta' , u aktar tard, il-ħmistax u l-aħħar Isqof ta' Malta, u l-ewwel Arċisqof tal-.
Mikiel Gonzi | |||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
1 Jannar 1944 - 29 Novembru 1976 ← Mauro Caruana (en) - Ġużeppi Mercieca → Dioceses: Arċidjoċesi ta' Malta
17 Diċembru 1943 - 1 Jannar 1944 ← Mauro Caruana (en) Dioceses: djoċesi ta' Malta
14 Ottubru 1943 - Dioceses: Lyrba (en)
14 Ottubru 1943 - 17 Diċembru 1943 Dioceses: djoċesi ta' Malta
13 Ġunju 1924 - 14 Ottubru 1943 ← Giovanni Maria Camilleri (en) - Giuseppe Pace → Dioceses: djoċesi ta' Għawdex | |||||||||||
Ħajja | |||||||||||
Twelid | Birgu, 13 Mejju 1885 | ||||||||||
Nazzjonalità | Malta | ||||||||||
Mewt | Malta, 22 Jannar 1984 | ||||||||||
Okkupazzjoni | |||||||||||
Okkupazzjoni | politiku | ||||||||||
Premjijiet | List
|
Tfulija
Mikiel Gonzi twieled il-Birgu fi Triq ta' Biswit il-Kwartier. Bin Ġużè u Margerita mwielda Tonna, hu ġie mgħammed fil-Knisja Kolleġġjata ta' San Lawrenz. Meta kellu ħames snin il-familja marret tgħix il-Kalkara. Hu attenda l-Iskola Primarja tal-Birgu.
Saċerdozju
Wara li studja fis- huwa ġie ordnat saċerdot nhar id-19 ta' Diċembru 1908. Mill-Università ta' Malta ġab il-Baċellerat fil-Letteratura u d-Dottorat fit-Teoloġija. Fl-1909, Gonzi mar jistudja fl-Università Gregorjana ta' Ruma, mnejn ġab id-Dottorat fil-Liġi Kanonika. Attenda wkoll l-Istitut Bibbliku. Meta fl-1912 ġie lura Malta, beda jgħallem l-Iskrittura fis-Seminarju u iktar tard il-Liġi Kanonika. Fl-1922 beda jgħallem l- u l-Iskrittura fl-Università ta' Malta. Bħala saċerdot żagħżugħ, Dun Mikiel Gonzi ħadem fil-parroċċa tal-Kalkara. Kien ukoll Rettur tal-Iskola ta' San Pawl, il-Belt Valletta, u Direttur Spiritwali għall-Iskejjel tal-Gvern.
Matul l-Ewwel Gwerra Dinjija kien Kappillan Militari fl-Isptar tal-Imtarfa. Fl-1919 sar Defensor Vinculi, avukat fil-kawżi ta' żwiġijiet.
Senatur
Fi żmien meta s-saċerdoti kienu mħajra jieħdu sehem attiv fix-xena politika, Dun Mikiel Gonzi daħal membru tal-Partit Laburista li kien għadu kif twaqqaf fil-15 ta' Mejju 1921, u kien jissejjaħ La Camera del Lavoro. Mal-Partit Nazzjonalista kien hemm Mons. Dandria u Mons. Panzavecchia. Probabbilment kienu ħajruh is-Sur Fons u l-Kurunell Willie Savona. Wara li mar ħa parir mingħand l-, dan qallu:
“ Mhux intik parir – nobbligak... biex ikun hemm bniedem ekkleżjastiku fil-Kumitat... Mur, nobbligak. ”
Huwa attenda l-Kumitat Ġenerali tal-Partit Laburista għall-ewwel darba fis-7 ta' Ottubru 1921 u ħareġ kandidat għas-Senat fl-Elezzjonijiet Ġenerali tal-1921. Kien hemm kandidat ieħor għamillu kawża għax qal li Gonzi ma kellux età biżżejjed biex joħroġ għas-Senat imma tilifha għax Gonzi kellu 35 sena. "Imbagħad ġiet l-elezzjoni," jgħid Gonzi, "ifforma ruħu l-partit tal-Labour sewwa, kellhom nies jagħmlu unur lill-Partit, tant mill-punt di viżta politiku u wkoll reliġjuż." Il-Partit Laburista tella' 7 deputati fil-Kamra Leġislattiva u 2 senaturi, fosthom Alfons Maria Galea fuq l-Ewwel Distrett u Mikiel Gonzi fuq it-Tieni Distrett. Gonzi daħal fis-Senat fl-1 ta' Novembru u għamel biss nofs il-leġislatura: tliet snin mis-sitta li seta' jagħmel (għax fl-1924 sar Isqof t'Għawdex). L-ewwel liġi li għaddew kien The Religion of Malta Declaration Act. Gonzi jgħid li fiż-żmien li kien fis-Senat inkoraġixxa l-istudju tal-ilsien Malti, xi ħaġa li kienet fil-Programm Elettorali tal-Partit Laburista.
Isqof t'Għawdex
Fl-1922, l-Isqof Mawru Caruana ħatru segretarju privat tiegħu. Lejn nofs is-sena 1924 irriżenja mis-Senat u sar il-ħames t'Għawdex. Dam dsatax-il sena f'din il-kariga sakemm fl-1943 inħatar Isqof ko-adjatur ta' Malta. Fl-eqqel tat-Tieni Gwerra Dinjija, l-Isqof Gonzi għen ħafna biex tittaffa l-problema tal-ġuħ minħabba n-nuqqas ta' qamħ f'Malta, li seta' jwassal biex Malta ċċedi. F'laqgħa sigrieta nhar il-5 ta’ Lulju 1942, li sejjaħ il-Gvernatur Lord Gort kien hemm preżenti l-Isqof Gonzi, li fuq din il-laqgħa jikteb hekk:
“ Konna hu, jiena, il-Lieutenant Governor, ċertu Mr. Ward (li kien inkarigat mid-dqiq) u ieħor militari (kien inkarigat mir-raba’). U qalilna “se nafdalkom a top secret. Ħadd ma jista' jitkellem: ara min jitkellem.” Qal: “dqiq għandna għal ftit xhur biss. X'se nagħmlu? Jaqbeż Mr. Ward: “I beg your pardon Sir; it's not a question of months, its a question of days. I have flour for only about one month. I’m not sure whether that will last for one month …” Il-gvernatur qal: “What can we do? We cannot let the Maltese die of hunger. We must find …” ghedtlu: “May I say a word?” (kien is-Sibt dan) ghedtlu: “I could find a remedy … I’ll get wheat from Gozo. It’s the time of the harvest”. Qalli “taghmilha?” għedtlu: “nagħmilha”. “Jirnexxilek?” “Sa ċertu punt tirnexxi. Imma biex nagħmilha: on two conditions. Inti għedtilna li dan top secret. I mean to ask the farmers of Gozo to give us the wheat. How can I persuade them unless I lay before them the situation?”. “Alright. Tell them what the situation is like. What is your second condition? “Give me petrol. I have only one can of petrol per week as bishop of Gozo. “You will have as much as you need”. … It-Tnejn morna. Dorna r-raba’ kollu ta’ Għawdex. U nista’ nghid li l-bdiewa kollha ġenerozament tawni. Dawk li kienu jikkonservaw ħafna minnu għall-familja tagħhom u jbigħu … għedtilhom “ara, inħallsukom tal-qamħ”. Kienu “jadurawni”: la l-Isqof qed jgħidilna hekk, mela nagħmlu hekk. Ċempilt lill-gvernatur, għedtlu: send two trucks tomorrow morning and you have all the wheat of Gozo. ”
L-għajnuna ta' Mons. Gonzi li ħeġġeġ lill-bdiewa Għawdxin jiġbru l- biex jintbagħat lejn Malta ingħatat rikonoxximent meta l-Gvernatur Lord Gort laqqa' lil Gonzi mar- fi żjara qasira li dan għamel f'Malta fl-20 ta’ Ġunju 1943. Meta l-Isqof Caruana xjaħ ħafna, għall-ewwel l-Ingliżi kienu kontra li Mikiel Gonzi jinħatar isqof ko-adjutur ta' Malta għax kienu jqisuh filo-Taljan. Imma fil-kwistjoni tal-qamħ, l-Ingliżi raw fih att leali lejhom u għalhekk ma baqgħux jopponu.
Isqof u l-ewwel Arċisqof ta' Malta
Tliet xhur wara li nħatar Isqof ko-adjatur, miet l-Isqof Mawru Caruana, u nhar is-17 ta' Diċembru Mons. Mikiel Gonzi sar Isqof ta' Malta. Fl-1944, id-Djoċesi ta' Malta kienet elevata għal Arċidjoċesi u hekk Gonzi sar l-ewwel Arċisqof ta' Malta. Fi żmienu saru l-Kungress Marjan (1949) u ċ-Ċelebrazzjonijiet Ċentinarji ta' San Pawl (1960). Wara li ħa sehem fil-, huwa ma qagħadx lura milli jimplimenta r-riformi konċiljari fl-Arċidjoċesi ta' Malta.
Parroċċi ġodda
Fiż-żmien li Mons. Gonzi għamel Arċisqof ta' Malta, twaqqfu 14-il parroċċa ġdida f'Malta:
- Wied il-Għajn (1949)
- Fgura (1965)
- San Ġwann (1965)
- Marija Reġina, Marsa (1967)
- Kunċizzjoni, Ħamrun (1967)
- Santu Wistin, il-Belt (1968)
- Ta' Xbiex (1969)
- Santa Luċija (1969)
- Burmarrad (1971)
- San Ġużepp Ħaddiem (1973)
- Nazzarenu, Sliema (1973)
- Balluta (1974)
- Fleur-de-Lys (1974)
- Ta' Lourdes, Raħal Ġdid (1974)
Fis-snin ħamsin, il-Partit Laburista taħt it-tmexxija ta' Dom Mintoff, ħareġ bil-proposta tal-. Dan kien pjan biex Malta tingħaqad mal-Ingilterra fuq bażi ta' ugwaljanza politika, soċjali u ekonomika bl-iskop li jissolvew il-problemi tal-qgħad, ta' nuqqas ta' servizzi soċjali, u ta' nuqqas ta' leġislazzjoni biex id-drittijiet tal-bniedem, kif kienu gawduti mill-Ingliżi dak iż-żmien, jitgawdew ukoll mill-Maltin. L-Arċisqof Gonzi beża' li Mintoff kien sejjer idaħħal il-Komuniżmu, u l-Integration kienet l-ewwel pass biex jeqred ir-reliġjon minn Malta.
L-Interdett
Nhar il-21 ta' Frar 1960, l-Arċisqof Gonzi u l-Isqof Pace ta' Għawdex, ħarġu l-Pastorali tar-Randan u fiha qalu li
“ Il-velenu soċjalista dieħel ġmielu speċjalment fost ċerti żgħażagħ. X'ġid jista' jikseb il-Partit tal-Ħaddiema mill-kuntatti perikolużi li qed isiru ma' għaqdiet u ma' personalitajiet soċjalisti ta' barra, speċjalment kontinentali? Biex naħdmu għall-ġid ekonomiku tal-pajjiż, hemm bżonn nesponuh għall-periklu li jitlef ruħu. ”
L-Isqfijiet ħeġġew biex
“ Il-prinċipji soċjalisti, li, kif rajna, bdew iġibu naturalment xi firda fostna, ma jibqgħux jixterdu, anzi jiġu mbiegħda għalkollox mill-moħħ ta' wliedna kollha kemm huma. ”
Qalu wkoll li
“ Ħadd ma jista' fl-istess ħin ikun kattoliku sinċier u soċjalista fil-veru sens tal-kelma. ”
F'The Struggle, organu tal-Għaqda Żgħażagħ Laburisti ta' Marzu 1960, f'artiklu bl-isem Kummenti dwar il-Pastorali tar-Randan, kien hemm miktub li l-Pastorali tar-Randan ma kinitx tittratta ż-żmien tar-Randan iżda kienet attakk fuq iż-żgħażagħ Laburisti u fuq il-Partit Laburista, b'bosta ineżattezzi u tagħwiġ tat-twemmin soċjalista. Ftit jiem wara, lill-Editur Lorry Sant il-Kurja ordnatlu jippubblika dikjarazzjoni ta' apoloġija fil-ħarġa li jmiss ta' The Struggle. Nhar id-9 ta' April, Lorry Sant irċieva digriet mingħand l-Arċisqof Gonzi bil-piena tal-interdett personali fuq artiklu li skont il-Kurja kasbar u naqqas mir-rispett lejn l-awtorità tal-Isqfijiet. Minbarra l-kundanna personali, kull min jistampa The Struggle, jikteb fih, ibigħu jew jaqrah, jkun qed jagħmel dnub mejjet.
Nhar it-8 ta' April 1961, l-interdett ingħata lill-Eżekuttiv Laburista, inkluż il-Kap tal-Oppożizzjoni Dom Mintoff. Dan wara li fil-15 ta' Marzu l-Partit Laburista kien ħareġ stqarrija li fiha kkundanna l-aġir tal-Arċisqof Gonzi bħala persuna privata minħabba li bl-imġieba tiegħu kien qed joħloq ħsara lill-pajjiż u xkiel lejn il-ksieb tal-Indipendenza. Il-Kurja wieġbet li jekk l-Eżekuttiv nazzjonali tal-Partit Laburista ma kienx se jagħmel apoloġija pubblika, kienet se tagħmel użu tal-pieni tal-interdett. Fit-8 ta' April, il-Kurja għarrfet lill-aġent Segretarju tal-Partit Laburista, li wara li l-Eżekuttiv sejjaħ Konferenza Ġenerali minflok li rtira l-istqarrija tal-politika tal-Partit, l-Isqfijiet taw l-interdett personali lill-membri kollha li ħadu sehem fil-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit Laburista ta' nhar il-15 ta' Marzu.
F'Settembru 1961 tħabbret il-mewt ta' Ġużè Ellul Mercer, Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, u awtur tar-rumanz Leli ta' Ħaż-Żgħir. Billi kien taħt il-pieni tal-interdett, indifen fil-parti taċ-ċimiterju tal-Addolorata mhux ikkonsagrata, magħrufa bħala l-Miżbla.
Fl-istess sena, il-Partit Laburista daħal fl-A.A.P.S.O (Afro-Asian Peoples' Solidarity Organization) li skont il-Moviment Azzjoni Soċjali kienet "għaqda reġjonali li taħt pretesti jew skopijiet tajba bħall-ġlieda għal-libertà tal-poplu qed isservi għall-penetrazzjoni tal-Komuniżmu fl-Asja u fl-Afrika."
Nhar l-24 ta' Mejju 1961, l-Arċisqof ħareġ din id-direttiva lill-Kleru:
“ Bħalma nafu lkoll, dawn l-aħħar ġimgħat, kull fejn qiegħed imur l-E.T.l-Arċisqof, qiegħed jiġi milqugħ b´ferħ kbir u turija ta' sottomissjoni filjali sħiħa. L-Eċċellenza tiegħu ma jistax ma jifraħx b'dan kollu, mhux għalih innifsu, imma għax din l-imġiba turi illi l-maġġoranza l-kbira tal-Maltin raw li dak il-partit, li għall-mottivi politiċi ġodda tiegħu, qiegħed iwettaq gwerra kontra l-Knisja, qabad triq ħażina li mhix vantaġġjuża għall-ġid spiritwali ta' Malta u għalhekk għandha tiġi miċħuda.
Iżda min-naha l-ohra l-Eċċellenza Tiegħu ma jistax jieħu pjaċir bis-sitwazzjoni li nħolqot f'Malta f'materji li jaffettwaw is-sentiment reliġjuż ta' Malta; huwa jrid il-għaqda li jrid Sidna Ġesù Kristu. U għax il-Knisja ma tistax tasal fi ftehim ma' dawk li ma jridux jimxu skond it-tagħlim t'Alla, bħal ma għedna awtorevolment aħna, huma ħassru d-dmir tiegħi li juri x'għandu jkun imwarrab, almenu minn dawk li jridu jibqgħu magħqudin mal-Knisja. L-Eċċellenza tiegħu l-Arċisqof, għalhekk, iwissi illi fiċ-ċirkostanzi li għandna llum, dan li ġej għandu jkun ikkundannat bil-qawwa kollha possibbli.
a) L-offizi gravi bil-fomm, bil-kitba jew għemil kontra l-arċisqof u l-kleru;
b) L-appoġġ lill-mexxejja tal-M.L.P., sakemm dawn jibqgħu fi stat ta' gwerra mal-Knisja, u f'kuntatt mas-soċjalisti, il-komunisti u l-AAPSO;
ċ) Il-kitba, il-qari u l-bejgħ ta' "Il-Ħelsien" u l-"Voice of Malta" sakemm dawn ikomplu jimxu fuq il-linja li mixjin biha fil-preżent, minkejja li dawn diġà kienu pubblikament imwiddba mill-awtoritajiet ekklesjatiċi; l-istess jgħodd għal "The Whip";
L-Eċċellenza Tiegħu l-Arċisqof iwissi wkoll lill-ġenituri bir-responsabilità kbira li għandhom fuq spallejhom quddiem Alla, meta huma jħallu lil uliedhom jiffrekwentaw il-Brigata tal-M.L.P., fejn jitgħallmu jistmerru l-awtoritajiet ekkleżjastiċi, u fil-pieni serji li joħorġu minn dan. Billi jidher li xi whud jitqarbnu anke ta' sikwit, u dawn id-dnubiet ma jqerruhomx, il-konfessuri, bhalma huwa d-dover taghhom, għandhom, skont ir-regola tal-prudenza, jistaqsu lill-penitenti d-domandi meħtieġa.
Għandna niftakru li fil-Knisja s-setgħa qiegħda fil-kapijiet, magħżula minn Alla u mhux mill-poplu, u għalhekk meta, fl-ambjent taghħa hija toħroġ direttivi, ħadd m'għandu d-dritt jikkritikaha, u inqas u inqas, bħal ma ntqal, li jikkundannaha... ”
L-Elezzjonijiet tal-1962
Nhar l-4 ta' Frar 1962, l-Arċisqof Gonzi xandar ittra pastorali dwar l-elezzjonijiet li kienu fil-qrib. Hu wissa lill-votanti li kellhom id-dmir u l-obbligu li jużaw il-voti biex jgħinu lil dawk il-partiti li kienu jappoġġjaw lill-Knisja. Minkejja dan, fl-Elezzjonijiet Ġenerali tal-1962, kważi 51,000 Malti (34% tal-elettorat) ivvutaw lill-Partit Laburista, li beda jsejħilhom "suldati tal-azzar".
Wara l-Elezzjonijiet, nhar is-7 ta' Marzu 1962, l-Arċisqof Gonzi ħareġ struzzjonijiet bil-Latin biex jitqassmu biss bl-idejn:
“ A) Lill-Konfessuri
1) L-ewwel haga, il-konfessuri ghandhom jistaqsu lil min imur iqerr jekk kienx ivvota jew le.
2) Jekk, il-penitent ma kienx mar jivvota, il-konfessur ghandu jistaqsih ghaliex kien skarta li jaqdi obbligu tant gravi:
i) Jekk il-penitent kien skarta dan l-obbligu bi traskuragni waqt li kien jaf bil-gravità ta'dil-haga, allura ghandu jigi akkuzat b´ommisjoni serja; imma jekk ikollu rieda tajba, ghandu jinghata l-assoluzzjoni.
ii) Jekk kien skarta dan l-obbligu ghax ma kellu fiducja f´ebda wiehed mill-kandidati tal-partiti l-ohrajn (barra minn dawk il-kandidati ta'´dak il-partit kontra l-Knisja) ghandu dan jigi mdawwar bl-argumenti u ghandu jigi mfiehem kemm kienet gravi din l-omissjoni; b´danakollu m´ghandux jinghata assoluzzjoni jekk ma jaccettax fedelment id-direttivi, li ghandhom x´jaqsmu ma'dan, li kienu hargu f´Mejju 1961, kontra l-kelliema tal-partit politiku ta'kontra t-taghlim ta'Ommna l-Knisja Mqaddsa.
iii) Jekk ma kienx ivvota ghax kien marid serjament, ghandu jigi skuzat u tinghatalu l-assoluzzjoni.
iv) Jekk fil-fatt kien skarta dan l-obbligu malizzjozament, ghandu jigi michud l-assoluzzjoni, jekk il-konfessur ma jkunx assolutament cert mid-dispozizzjoni sinciera tal-penitent.
3) Jekk il-penitent ikun ivvota ghal dak il-partit ostili ghall-Knisja, il-konfessur ghandu jistaqsih jekk, meta ghamel dan, kienx dineb privatament jew fil-pubbliku (tali agir pubbliku jfisser jew li ghamel l-intenzjoni tieghu maghrufa jew ikkanvazzja ghal dak il-partit).
i) Jekk il-penitent jiddikjara li kien dineb privatament, biex tinghatalu l-assoluzzjoni jkun jiddependi mis-sincerita tieghu u kif se jimxi nkwantu d-direttivi msemmijin izjed 'il fuq.
ii) Jekk, min-naha l-ohra, ikun dineb fil-pubbliku, m´ghandux jinghata assoluzzjoni jekk u sakemm ma jindimx fil-pubbliku u onestament iwieghed li, fejn hu possibli, jaghmel reparazzjonijiet tal-istess daqs tal-hsara li kien ghamel lill-Knisja,lill-isqfijiet, lill-qassisin u lill-ohrajn kollha li seta' offenda.
4) Izjed, f´dawk il-kazi fejn tighata l-assoluzzjoni, ghandu jkun hemm certezza assoluta li l-penitent ikun ihoss bis-sincerita kollha l-gravita tal-hazin li ghamel; meta ma tistax tinghata assoluzzjoni, il-penitent ghandu jigi trattat bil-hlewwa u bil-pacenzja jigi mistieden biex jerga jhejji ruhu biex ikun denn tal-assoluzzjoni
B) Lill-Predikaturi 5) Il-predikaturi jistghu jkunu tassew siewja biex il-Knisja terga tirriasserixxi ruhha fuq materji sew civili kemm politici skond kif titlob l-okkazjoni; biex jergghu jintrebhu l-erwieh mitlufin minhabba materji politici. Fil-priedki u t-tahditiet taghhom huma ghandhom ifiehmu dawk il-veritajiet li ghandhom x'jaqsmu hafna mal-htigijiet spiritwali u temporali tal-lum; huma jenfasizzjaw l-ezistenza, il-htiega u l-assertazzjoni (anke pubblika) ta' religjon wahda u Alla wiehed; ghandhom jitkellmu dwar l-influwenza divina tal-Knisja biex issehh socjeta perfetta kemm privata kif ukoll pubblika; dwar is-setgha divina tal-Knisja u l-gudizzju li qatt ma jizbalja taghha wkoll fuq il-ligijiet civili fejn ikun hemm il-bzonn; ghandhom jitkellmu fuq il-gravita tad-dnub il-mejjet, il-formazzjoni oggettiva tal-kuxjenza, fuq il-kastig ta´l-Infern ghal dejjem, fuq ic-censura u l-kastig tal-Knisja, siewja u fil-waqt, fuq l-edukazzjoni tajba tat-tfal u zghazagh, fuq il-htiega tal-ghaqdiet kattolici u fuq materji bhal dawn.
Fil-priedki taghhom, il-predikaturi m´ghandhomx jitghajru imma ghandhom ikunu sodi; ghandhom ikunu helwin u prudenti sabiex jirbhu l-erwieh ghal Ommna l-Knisja u mhux igerrxuhom ´il boghod minnha. Hemm veri qassisin li jqieghdu l-htigijiet tal-Knisja qabel kull kunsiderazzjoni taghhom. Bil-prudenza u l-karita nisranija ghandhom ifiehmu l-qerq tal-ghedewwa tal-Knisja li juzaw id-duttrina socjalista taghhom biex iqarrqu u jwaddbu fl-infern dal-gens Nisrani. ”
Fl-1966, il-Partit Laburista, li kien għadu sanzjonat mill-Knisja ġab 43% tal-voti - żieda ta' 11,000 vot.
Ftehim bejn il-MLP u l-Knisja
Nhar l-4 ta’ April 1969, tħabbar il-, f'dokument li kien jgħid:
“ Fis-Soċjetà moderna huwa neċessarju li ssir distinzjoni bejn il-komunità politika u l-Knisja. In-natura stess tal-Knisja tesiġi li din ma tindaħalx fil-politika. L-Awtorità tal-Knisja għandha d-dmir u l-jedd li tħares l-interess spiritwali u temporali tagħha, u meta jkun hemm il-bżonn tgħallem liema huma l-prinċipji tajba u ħżiena. Il-Knisja ma timponix id-dnub mejjet bħala ċensura. Bil-pjaċir kollu niddikjaraw li fl-ispirtu tal-Konċilju Vatikan II ir-relazzjonijiet bejn il-Knisja u l-Malta Labour Party tjiebu ħafna. Nittamaw li bil-għajnuna ta’ Alla ’l quddiem din ir-rieda tajba sservi biex issaltan il-paċi fostna. ”
Mintoff u Gonzi
Wara li Dom Mintoff tela' fil-Gvern fl-1971, ir-relazzjoni bejnu u l-Arċisqof Gonzi tjiebet ħafna. Gonzi kien anki ta' għajnuna għall-Gvern Laburista tas-sebgħinijiet. Meta fid-19 ta' Ġunju 1998, Mintoff fil-Parlament qal hekk:
“ ll-poplu tagħna jaf kemm iġġieled miegħi Gonzi. Lili hu tani l-iskomunika, u n-neputi tiegħu li qiegħed hawn jaf imma żgur qatt ma semagħni ngħid xi ħaġa personali kontra tiegħu għax l-affarijiet personali m'għandhomx x'jaqsmu. U malli Gonzi bidel l-ideat tiegħu u beda jimxi magħna, jien sirt ħabib tiegħu u tgħidx kemm iddefendejtu kontra l-Arċisqof tal-lum (Ġużeppi Mercieca). Jiena ma ridtx li jkollna l-Arċisqof tal-lum imma ridt li jibqa' Gonzi. Forsi neputih din ma kienx jafha imma jiena lil Gonzi ddefendejtu quddiem il-Papa Pawlu VI biex iħallih hemmhekk għaliex kienu se jneħħuh. Kienu jgħidulu żmagat imma dan ma kien veru xejn. Kien trux, bħalma qed nittarrax jien, imma naħseb li ħadd minnkom li qed tisimgħuni hawnhekk m'hu se jgħid li sema' lil dak l-iżmagat! U hekk ukoll jien ma kontx ngħid li Gonzi huwa żmagat imma li huwa trux. ”
(Dibattitu fil-Parlament, 19 ta' Ġunju 1998)
Sorsi
- Storja 78 (ed. Henry Frendo, 1978), L-Arċisqof Gonzi intervistat minn Prof Andrew Vella, pp 121-133
- Bonnici, Alexander, Malta tas-Seklu Għoxrin.
- Bonnici, Arthur (1975), History of the Church in Malta, Vol III, Veritas Press.
- Fenech, D. (1976), The making of archbishop Gonzi, Union Press.
- Galea, M. & Tonna, E. (1984), L-arċisqof Gonzi, Valletta: Associated News.
- Grech, Sergio (2004), Patri Feliċjan Bilocca.
Ħoloq esterni
- Mons. Mikiel Gonzi fuq Catholic-Hierarchy
- Sit uffiċjali tal-Arċidjoċesi Maltija
Predeċessur (isqof) | 1976–2006 | Suċċessur |
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Mikiel Gonzi, X'inhi Mikiel Gonzi? Xi tfisser Mikiel Gonzi?
Monsinjur Mikiel Gonzi Birgu kien Isqof ta u aktar tard il ħmistax u l aħħar Isqof ta Malta u l ewwel Arċisqof tal Mikiel Gonziarċisqof metropolitan ta Malta 1 Jannar 1944 29 Novembru 1976 Mauro Caruana en Ġuzeppi Mercieca Dioceses Arċidjoċesi ta Malta isqof ta Malta 17 Diċembru 1943 1 Jannar 1944 Mauro Caruana en Dioceses djoċesi ta Malta isqof titulari 14 Ottubru 1943 Dioceses Lyrba en isqof koajjutant 14 Ottubru 1943 17 Diċembru 1943 Dioceses djoċesi ta Malta isqof ta Għawdex 13 Ġunju 1924 14 Ottubru 1943 Giovanni Maria Camilleri en Giuseppe Pace Dioceses djoċesi ta GħawdexĦajjaTwelid Birgu 13 Mejju 1885Nazzjonalita MaltaMewt Malta 22 Jannar 1984OkkupazzjoniOkkupazzjoni politikuPremjijiet List 1964 TfulijaMikiel Gonzi twieled il Birgu fi Triq ta Biswit il Kwartier Bin Ġuze u Margerita mwielda Tonna hu ġie mgħammed fil Knisja Kolleġġjata ta San Lawrenz Meta kellu ħames snin il familja marret tgħix il Kalkara Hu attenda l Iskola Primarja tal Birgu SaċerdozjuWara li studja fis huwa ġie ordnat saċerdot nhar id 19 ta Diċembru 1908 Mill Universita ta Malta ġab il Baċellerat fil Letteratura u d Dottorat fit Teoloġija Fl 1909 Gonzi mar jistudja fl Universita Gregorjana ta Ruma mnejn ġab id Dottorat fil Liġi Kanonika Attenda wkoll l Istitut Bibbliku Meta fl 1912 ġie lura Malta beda jgħallem l Iskrittura fis Seminarju u iktar tard il Liġi Kanonika Fl 1922 beda jgħallem l u l Iskrittura fl Universita ta Malta Bħala saċerdot zagħzugħ Dun Mikiel Gonzi ħadem fil parroċċa tal Kalkara Kien ukoll Rettur tal Iskola ta San Pawl il Belt Valletta u Direttur Spiritwali għall Iskejjel tal Gvern Matul l Ewwel Gwerra Dinjija kien Kappillan Militari fl Isptar tal Imtarfa Fl 1919 sar Defensor Vinculi avukat fil kawzi ta zwiġijiet SenaturFi zmien meta s saċerdoti kienu mħajra jieħdu sehem attiv fix xena politika Dun Mikiel Gonzi daħal membru tal Partit Laburista li kien għadu kif twaqqaf fil 15 ta Mejju 1921 u kien jissejjaħ La Camera del Lavoro Mal Partit Nazzjonalista kien hemm Mons Dandria u Mons Panzavecchia Probabbilment kienu ħajruh is Sur Fons u l Kurunell Willie Savona Wara li mar ħa parir mingħand l dan qallu Mhux intik parir nobbligak biex ikun hemm bniedem ekklezjastiku fil Kumitat Mur nobbligak Huwa attenda l Kumitat Ġenerali tal Partit Laburista għall ewwel darba fis 7 ta Ottubru 1921 u ħareġ kandidat għas Senat fl Elezzjonijiet Ġenerali tal 1921 Kien hemm kandidat ieħor għamillu kawza għax qal li Gonzi ma kellux eta bizzejjed biex joħroġ għas Senat imma tilifha għax Gonzi kellu 35 sena Imbagħad ġiet l elezzjoni jgħid Gonzi ifforma ruħu l partit tal Labour sewwa kellhom nies jagħmlu unur lill Partit tant mill punt di vizta politiku u wkoll reliġjuz Il Partit Laburista tella 7 deputati fil Kamra Leġislattiva u 2 senaturi fosthom Alfons Maria Galea fuq l Ewwel Distrett u Mikiel Gonzi fuq it Tieni Distrett Gonzi daħal fis Senat fl 1 ta Novembru u għamel biss nofs il leġislatura tliet snin mis sitta li seta jagħmel għax fl 1924 sar Isqof t Għawdex L ewwel liġi li għaddew kien The Religion of Malta Declaration Act Gonzi jgħid li fiz zmien li kien fis Senat inkoraġixxa l istudju tal ilsien Malti xi ħaġa li kienet fil Programm Elettorali tal Partit Laburista Isqof t GħawdexFl 1922 l Isqof Mawru Caruana ħatru segretarju privat tiegħu Lejn nofs is sena 1924 irrizenja mis Senat u sar il ħames t Għawdex Dam dsatax il sena f din il kariga sakemm fl 1943 inħatar Isqof ko adjatur ta Malta Fl eqqel tat Tieni Gwerra Dinjija l Isqof Gonzi għen ħafna biex tittaffa l problema tal ġuħ minħabba n nuqqas ta qamħ f Malta li seta jwassal biex Malta ċċedi F laqgħa sigrieta nhar il 5 ta Lulju 1942 li sejjaħ il Gvernatur Lord Gort kien hemm prezenti l Isqof Gonzi li fuq din il laqgħa jikteb hekk Konna hu jiena il Lieutenant Governor ċertu Mr Ward li kien inkarigat mid dqiq u ieħor militari kien inkarigat mir raba U qalilna se nafdalkom a top secret Ħadd ma jista jitkellem ara min jitkellem Qal dqiq għandna għal ftit xhur biss X se nagħmlu Jaqbez Mr Ward I beg your pardon Sir it s not a question of months its a question of days I have flour for only about one month I m not sure whether that will last for one month Il gvernatur qal What can we do We cannot let the Maltese die of hunger We must find ghedtlu May I say a word kien is Sibt dan ghedtlu I could find a remedy I ll get wheat from Gozo It s the time of the harvest Qalli taghmilha għedtlu nagħmilha Jirnexxilek Sa ċertu punt tirnexxi Imma biex nagħmilha on two conditions Inti għedtilna li dan top secret I mean to ask the farmers of Gozo to give us the wheat How can I persuade them unless I lay before them the situation Alright Tell them what the situation is like What is your second condition Give me petrol I have only one can of petrol per week as bishop of Gozo You will have as much as you need It Tnejn morna Dorna r raba kollu ta Għawdex U nista nghid li l bdiewa kollha ġenerozament tawni Dawk li kienu jikkonservaw ħafna minnu għall familja tagħhom u jbigħu għedtilhom ara inħallsukom tal qamħ Kienu jadurawni la l Isqof qed jgħidilna hekk mela nagħmlu hekk Ċempilt lill gvernatur għedtlu send two trucks tomorrow morning and you have all the wheat of Gozo L għajnuna ta Mons Gonzi li ħeġġeġ lill bdiewa Għawdxin jiġbru l biex jintbagħat lejn Malta ingħatat rikonoxximent meta l Gvernatur Lord Gort laqqa lil Gonzi mar fi zjara qasira li dan għamel f Malta fl 20 ta Ġunju 1943 Meta l Isqof Caruana xjaħ ħafna għall ewwel l Inglizi kienu kontra li Mikiel Gonzi jinħatar isqof ko adjutur ta Malta għax kienu jqisuh filo Taljan Imma fil kwistjoni tal qamħ l Inglizi raw fih att leali lejhom u għalhekk ma baqgħux jopponu Isqof u l ewwel Arċisqof ta MaltaTliet xhur wara li nħatar Isqof ko adjatur miet l Isqof Mawru Caruana u nhar is 17 ta Diċembru Mons Mikiel Gonzi sar Isqof ta Malta Fl 1944 id Djoċesi ta Malta kienet elevata għal Arċidjoċesi u hekk Gonzi sar l ewwel Arċisqof ta Malta Fi zmienu saru l Kungress Marjan 1949 u ċ Ċelebrazzjonijiet Ċentinarji ta San Pawl 1960 Wara li ħa sehem fil huwa ma qagħadx lura milli jimplimenta r riformi konċiljari fl Arċidjoċesi ta Malta Parroċċi ġodda Fiz zmien li Mons Gonzi għamel Arċisqof ta Malta twaqqfu 14 il parroċċa ġdida f Malta Wied il Għajn 1949 Fgura 1965 San Ġwann 1965 Marija Reġina Marsa 1967 Kunċizzjoni Ħamrun 1967 Santu Wistin il Belt 1968 Ta Xbiex 1969 Santa Luċija 1969 Burmarrad 1971 San Ġuzepp Ħaddiem 1973 Nazzarenu Sliema 1973 Balluta 1974 Fleur de Lys 1974 Ta Lourdes Raħal Ġdid 1974 Fis snin ħamsin il Partit Laburista taħt it tmexxija ta Dom Mintoff ħareġ bil proposta tal Dan kien pjan biex Malta tingħaqad mal Ingilterra fuq bazi ta ugwaljanza politika soċjali u ekonomika bl iskop li jissolvew il problemi tal qgħad ta nuqqas ta servizzi soċjali u ta nuqqas ta leġislazzjoni biex id drittijiet tal bniedem kif kienu gawduti mill Inglizi dak iz zmien jitgawdew ukoll mill Maltin L Arċisqof Gonzi beza li Mintoff kien sejjer idaħħal il Komunizmu u l Integration kienet l ewwel pass biex jeqred ir reliġjon minn Malta L Interdett Nhar il 21 ta Frar 1960 l Arċisqof Gonzi u l Isqof Pace ta Għawdex ħarġu l Pastorali tar Randan u fiha qalu li Il velenu soċjalista dieħel ġmielu speċjalment fost ċerti zgħazagħ X ġid jista jikseb il Partit tal Ħaddiema mill kuntatti perikoluzi li qed isiru ma għaqdiet u ma personalitajiet soċjalisti ta barra speċjalment kontinentali Biex naħdmu għall ġid ekonomiku tal pajjiz hemm bzonn nesponuh għall periklu li jitlef ruħu L Isqfijiet ħeġġew biex Il prinċipji soċjalisti li kif rajna bdew iġibu naturalment xi firda fostna ma jibqgħux jixterdu anzi jiġu mbiegħda għalkollox mill moħħ ta wliedna kollha kemm huma Qalu wkoll li Ħadd ma jista fl istess ħin ikun kattoliku sinċier u soċjalista fil veru sens tal kelma F The Struggle organu tal Għaqda Zgħazagħ Laburisti ta Marzu 1960 f artiklu bl isem Kummenti dwar il Pastorali tar Randan kien hemm miktub li l Pastorali tar Randan ma kinitx tittratta z zmien tar Randan izda kienet attakk fuq iz zgħazagħ Laburisti u fuq il Partit Laburista b bosta inezattezzi u tagħwiġ tat twemmin soċjalista Ftit jiem wara lill Editur Lorry Sant il Kurja ordnatlu jippubblika dikjarazzjoni ta apoloġija fil ħarġa li jmiss ta The Struggle Nhar id 9 ta April Lorry Sant irċieva digriet mingħand l Arċisqof Gonzi bil piena tal interdett personali fuq artiklu li skont il Kurja kasbar u naqqas mir rispett lejn l awtorita tal Isqfijiet Minbarra l kundanna personali kull min jistampa The Struggle jikteb fih ibigħu jew jaqrah jkun qed jagħmel dnub mejjet Nhar it 8 ta April 1961 l interdett ingħata lill Ezekuttiv Laburista inkluz il Kap tal Oppozizzjoni Dom Mintoff Dan wara li fil 15 ta Marzu l Partit Laburista kien ħareġ stqarrija li fiha kkundanna l aġir tal Arċisqof Gonzi bħala persuna privata minħabba li bl imġieba tiegħu kien qed joħloq ħsara lill pajjiz u xkiel lejn il ksieb tal Indipendenza Il Kurja wieġbet li jekk l Ezekuttiv nazzjonali tal Partit Laburista ma kienx se jagħmel apoloġija pubblika kienet se tagħmel uzu tal pieni tal interdett Fit 8 ta April il Kurja għarrfet lill aġent Segretarju tal Partit Laburista li wara li l Ezekuttiv sejjaħ Konferenza Ġenerali minflok li rtira l istqarrija tal politika tal Partit l Isqfijiet taw l interdett personali lill membri kollha li ħadu sehem fil laqgħa tal Ezekuttiv tal Partit Laburista ta nhar il 15 ta Marzu F Settembru 1961 tħabbret il mewt ta Ġuze Ellul Mercer Deputat Mexxej tal Partit Laburista u awtur tar rumanz Leli ta Ħaz Zgħir Billi kien taħt il pieni tal interdett indifen fil parti taċ ċimiterju tal Addolorata mhux ikkonsagrata magħrufa bħala l Mizbla Fl istess sena il Partit Laburista daħal fl A A P S O Afro Asian Peoples Solidarity Organization li skont il Moviment Azzjoni Soċjali kienet għaqda reġjonali li taħt pretesti jew skopijiet tajba bħall ġlieda għal liberta tal poplu qed isservi għall penetrazzjoni tal Komunizmu fl Asja u fl Afrika Nhar l 24 ta Mejju 1961 l Arċisqof ħareġ din id direttiva lill Kleru Bħalma nafu lkoll dawn l aħħar ġimgħat kull fejn qiegħed imur l E T l Arċisqof qiegħed jiġi milqugħ b ferħ kbir u turija ta sottomissjoni filjali sħiħa L Eċċellenza tiegħu ma jistax ma jifraħx b dan kollu mhux għalih innifsu imma għax din l imġiba turi illi l maġġoranza l kbira tal Maltin raw li dak il partit li għall mottivi politiċi ġodda tiegħu qiegħed iwettaq gwerra kontra l Knisja qabad triq ħazina li mhix vantaġġjuza għall ġid spiritwali ta Malta u għalhekk għandha tiġi miċħuda Izda min naha l ohra l Eċċellenza Tiegħu ma jistax jieħu pjaċir bis sitwazzjoni li nħolqot f Malta f materji li jaffettwaw is sentiment reliġjuz ta Malta huwa jrid il għaqda li jrid Sidna Ġesu Kristu U għax il Knisja ma tistax tasal fi ftehim ma dawk li ma jridux jimxu skond it tagħlim t Alla bħal ma għedna awtorevolment aħna huma ħassru d dmir tiegħi li juri x għandu jkun imwarrab almenu minn dawk li jridu jibqgħu magħqudin mal Knisja L Eċċellenza tiegħu l Arċisqof għalhekk iwissi illi fiċ ċirkostanzi li għandna llum dan li ġej għandu jkun ikkundannat bil qawwa kollha possibbli a L offizi gravi bil fomm bil kitba jew għemil kontra l arċisqof u l kleru b L appoġġ lill mexxejja tal M L P sakemm dawn jibqgħu fi stat ta gwerra mal Knisja u f kuntatt mas soċjalisti il komunisti u l AAPSO ċ Il kitba il qari u l bejgħ ta Il Ħelsien u l Voice of Malta sakemm dawn ikomplu jimxu fuq il linja li mixjin biha fil prezent minkejja li dawn diġa kienu pubblikament imwiddba mill awtoritajiet ekklesjatiċi l istess jgħodd għal The Whip L Eċċellenza Tiegħu l Arċisqof iwissi wkoll lill ġenituri bir responsabilita kbira li għandhom fuq spallejhom quddiem Alla meta huma jħallu lil uliedhom jiffrekwentaw il Brigata tal M L P fejn jitgħallmu jistmerru l awtoritajiet ekklezjastiċi u fil pieni serji li joħorġu minn dan Billi jidher li xi whud jitqarbnu anke ta sikwit u dawn id dnubiet ma jqerruhomx il konfessuri bhalma huwa d dover taghhom għandhom skont ir regola tal prudenza jistaqsu lill penitenti d domandi meħtieġa Għandna niftakru li fil Knisja s setgħa qiegħda fil kapijiet magħzula minn Alla u mhux mill poplu u għalhekk meta fl ambjent taghħa hija toħroġ direttivi ħadd m għandu d dritt jikkritikaha u inqas u inqas bħal ma ntqal li jikkundannaha L Elezzjonijiet tal 1962 Nhar l 4 ta Frar 1962 l Arċisqof Gonzi xandar ittra pastorali dwar l elezzjonijiet li kienu fil qrib Hu wissa lill votanti li kellhom id dmir u l obbligu li juzaw il voti biex jgħinu lil dawk il partiti li kienu jappoġġjaw lill Knisja Minkejja dan fl Elezzjonijiet Ġenerali tal 1962 kwazi 51 000 Malti 34 tal elettorat ivvutaw lill Partit Laburista li beda jsejħilhom suldati tal azzar Wara l Elezzjonijiet nhar is 7 ta Marzu 1962 l Arċisqof Gonzi ħareġ struzzjonijiet bil Latin biex jitqassmu biss bl idejn A Lill Konfessuri 1 L ewwel haga il konfessuri ghandhom jistaqsu lil min imur iqerr jekk kienx ivvota jew le 2 Jekk il penitent ma kienx mar jivvota il konfessur ghandu jistaqsih ghaliex kien skarta li jaqdi obbligu tant gravi i Jekk il penitent kien skarta dan l obbligu bi traskuragni waqt li kien jaf bil gravita ta dil haga allura ghandu jigi akkuzat b ommisjoni serja imma jekk ikollu rieda tajba ghandu jinghata l assoluzzjoni ii Jekk kien skarta dan l obbligu ghax ma kellu fiducja f ebda wiehed mill kandidati tal partiti l ohrajn barra minn dawk il kandidati ta dak il partit kontra l Knisja ghandu dan jigi mdawwar bl argumenti u ghandu jigi mfiehem kemm kienet gravi din l omissjoni b danakollu m ghandux jinghata assoluzzjoni jekk ma jaccettax fedelment id direttivi li ghandhom x jaqsmu ma dan li kienu hargu f Mejju 1961 kontra l kelliema tal partit politiku ta kontra t taghlim ta Ommna l Knisja Mqaddsa iii Jekk ma kienx ivvota ghax kien marid serjament ghandu jigi skuzat u tinghatalu l assoluzzjoni iv Jekk fil fatt kien skarta dan l obbligu malizzjozament ghandu jigi michud l assoluzzjoni jekk il konfessur ma jkunx assolutament cert mid dispozizzjoni sinciera tal penitent 3 Jekk il penitent ikun ivvota ghal dak il partit ostili ghall Knisja il konfessur ghandu jistaqsih jekk meta ghamel dan kienx dineb privatament jew fil pubbliku tali agir pubbliku jfisser jew li ghamel l intenzjoni tieghu maghrufa jew ikkanvazzja ghal dak il partit i Jekk il penitent jiddikjara li kien dineb privatament biex tinghatalu l assoluzzjoni jkun jiddependi mis sincerita tieghu u kif se jimxi nkwantu d direttivi msemmijin izjed il fuq ii Jekk min naha l ohra ikun dineb fil pubbliku m ghandux jinghata assoluzzjoni jekk u sakemm ma jindimx fil pubbliku u onestament iwieghed li fejn hu possibli jaghmel reparazzjonijiet tal istess daqs tal hsara li kien ghamel lill Knisja lill isqfijiet lill qassisin u lill ohrajn kollha li seta offenda 4 Izjed f dawk il kazi fejn tighata l assoluzzjoni ghandu jkun hemm certezza assoluta li l penitent ikun ihoss bis sincerita kollha l gravita tal hazin li ghamel meta ma tistax tinghata assoluzzjoni il penitent ghandu jigi trattat bil hlewwa u bil pacenzja jigi mistieden biex jerga jhejji ruhu biex ikun denn tal assoluzzjoni B Lill Predikaturi 5 Il predikaturi jistghu jkunu tassew siewja biex il Knisja terga tirriasserixxi ruhha fuq materji sew civili kemm politici skond kif titlob l okkazjoni biex jergghu jintrebhu l erwieh mitlufin minhabba materji politici Fil priedki u t tahditiet taghhom huma ghandhom ifiehmu dawk il veritajiet li ghandhom x jaqsmu hafna mal htigijiet spiritwali u temporali tal lum huma jenfasizzjaw l ezistenza il htiega u l assertazzjoni anke pubblika ta religjon wahda u Alla wiehed ghandhom jitkellmu dwar l influwenza divina tal Knisja biex issehh socjeta perfetta kemm privata kif ukoll pubblika dwar is setgha divina tal Knisja u l gudizzju li qatt ma jizbalja taghha wkoll fuq il ligijiet civili fejn ikun hemm il bzonn ghandhom jitkellmu fuq il gravita tad dnub il mejjet il formazzjoni oggettiva tal kuxjenza fuq il kastig ta l Infern ghal dejjem fuq ic censura u l kastig tal Knisja siewja u fil waqt fuq l edukazzjoni tajba tat tfal u zghazagh fuq il htiega tal ghaqdiet kattolici u fuq materji bhal dawn Fil priedki taghhom il predikaturi m ghandhomx jitghajru imma ghandhom ikunu sodi ghandhom ikunu helwin u prudenti sabiex jirbhu l erwieh ghal Ommna l Knisja u mhux igerrxuhom il boghod minnha Hemm veri qassisin li jqieghdu l htigijiet tal Knisja qabel kull kunsiderazzjoni taghhom Bil prudenza u l karita nisranija ghandhom ifiehmu l qerq tal ghedewwa tal Knisja li juzaw id duttrina socjalista taghhom biex iqarrqu u jwaddbu fl infern dal gens Nisrani Fl 1966 il Partit Laburista li kien għadu sanzjonat mill Knisja ġab 43 tal voti zieda ta 11 000 vot Ftehim bejn il MLP u l Knisja Nhar l 4 ta April 1969 tħabbar il f dokument li kien jgħid Fis Soċjeta moderna huwa neċessarju li ssir distinzjoni bejn il komunita politika u l Knisja In natura stess tal Knisja tesiġi li din ma tindaħalx fil politika L Awtorita tal Knisja għandha d dmir u l jedd li tħares l interess spiritwali u temporali tagħha u meta jkun hemm il bzonn tgħallem liema huma l prinċipji tajba u ħziena Il Knisja ma timponix id dnub mejjet bħala ċensura Bil pjaċir kollu niddikjaraw li fl ispirtu tal Konċilju Vatikan II ir relazzjonijiet bejn il Knisja u l Malta Labour Party tjiebu ħafna Nittamaw li bil għajnuna ta Alla l quddiem din ir rieda tajba sservi biex issaltan il paċi fostna Mintoff u Gonzi Wara li Dom Mintoff tela fil Gvern fl 1971 ir relazzjoni bejnu u l Arċisqof Gonzi tjiebet ħafna Gonzi kien anki ta għajnuna għall Gvern Laburista tas sebgħinijiet Meta fid 19 ta Ġunju 1998 Mintoff fil Parlament qal hekk ll poplu tagħna jaf kemm iġġieled miegħi Gonzi Lili hu tani l iskomunika u n neputi tiegħu li qiegħed hawn jaf imma zgur qatt ma semagħni ngħid xi ħaġa personali kontra tiegħu għax l affarijiet personali m għandhomx x jaqsmu U malli Gonzi bidel l ideat tiegħu u beda jimxi magħna jien sirt ħabib tiegħu u tgħidx kemm iddefendejtu kontra l Arċisqof tal lum Ġuzeppi Mercieca Jiena ma ridtx li jkollna l Arċisqof tal lum imma ridt li jibqa Gonzi Forsi neputih din ma kienx jafha imma jiena lil Gonzi ddefendejtu quddiem il Papa Pawlu VI biex iħallih hemmhekk għaliex kienu se jneħħuh Kienu jgħidulu zmagat imma dan ma kien veru xejn Kien trux bħalma qed nittarrax jien imma naħseb li ħadd minnkom li qed tisimgħuni hawnhekk m hu se jgħid li sema lil dak l izmagat U hekk ukoll jien ma kontx ngħid li Gonzi huwa zmagat imma li huwa trux Dibattitu fil Parlament 19 ta Ġunju 1998 SorsiStorja 78 ed Henry Frendo 1978 L Arċisqof Gonzi intervistat minn Prof Andrew Vella pp 121 133 Bonnici Alexander Malta tas Seklu Għoxrin Bonnici Arthur 1975 History of the Church in Malta Vol III Veritas Press Fenech D 1976 The making of archbishop Gonzi Union Press Galea M amp Tonna E 1984 L arċisqof Gonzi Valletta Associated News Grech Sergio 2004 Patri Feliċjan Bilocca Ħoloq esterniMons Mikiel Gonzi fuq Catholic Hierarchy Sit uffiċjali tal Arċidjoċesi Maltija Predeċessur isqof 1976 2006 Suċċessur Ġuzeppi Mercieca