Il Birgu magħruf ukoll bħala Vittoriosa hija belt u antika forsi daqs l Imdina Billi tinsab fuq ilsien li joħroġ fil dej
Birgu

Il-Birgu (magħruf ukoll bħala Vittoriosa) hija belt u antika, forsi daqs l-Imdina. Billi tinsab fuq ilsien li joħroġ fil-, dejjem kellha rwol ewlieni fil-kummerċ u l-kuntatti ma' barra.
Il-Birgu - Città Vittoriosa | |||
---|---|---|---|
Malta | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Malta | ||
Reġjuni ta’ Malta | Reġjun tal-Port, Malta | ||
Isem uffiċjali | Birgu | ||
Ismijiet oriġinali | Birgu | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 35°53′17″N 14°31′21″E / 35.8881°N 14.5225°EKoordinati: 35°53′17″N 14°31′21″E / 35.8881°N 14.5225°E | ||
Birgu Birgu (Malta) | |||
Superfiċjenti | 0.5 kilometru kwadru | ||
Għoli | 0 m | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 2,629 abitanti (31 Marzu 2014) | ||
Informazzjoni oħra | |||
bliet ġemellati | (mul) | ||
birgulc.gov.mt |
Il-Birgu kiber minn nitfa ta' raħal għal belt kummerċjali u li tilqa' l-barranin, suldati, baħrin u negozjanti. Ir-residenti ta' din il-lokalità dejjem sabu l-kenn mill-ħakkiema li għal sekli sħaħ kienu jgħixu ġol-Forti Sant’Anġlu, magħruf fiż-Żmien Nofsani bħala l-Castrum Maris. Mal-wasla tal-Kavallieri ta' San Ġwann fl-1530, il-Birgu sar il-bażi tal-flotta tal-Ordni, u serva bħala l-kwartier prinċipali tal-Kavallieri.
L-Ordni saħħaħ il-, tella' swar fuq in-naħat tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Birgu. Il-kavallieri ta'San Ġwann għexu fil-Birgu fi djar mibnija għalihom skont l-ilsiena differenti li l-kavallieri. Dawn id-djar huma magħrufa bħala bereġ. Fil-Birgu kien hemm bereġ bħal ma wara nbnew il-Belt, biss iżgħar. Berġa li hemm il-Birgu biss mhux il-Belt u din hi l-Berġa tal-Ingilterra. Dan minħabba li l-Ilsien tal-kavallieri Ingliżi waqaf milli jappartjeni għall-Ordni għax Enriku VIII ma baqax fidil lejn il-Papa u t-twemmin Kattoliku u stabbilixxi r-reliġjon tiegħu, il-Knisja Anglikana.
Matul l-Assedju l-Kbir tal-1565 il-Birgu żamm sod kontra l-qawwa militari Ottomana. Kien mill-Forti Sant'Anġlu lil-Gran Mastru La Valletta dderiġa id-difiża kontra t-Torok, l-aktar meta l-Fort Sant'Iermu waqa' f'idejn l-għadu. Wara l-Assedju l-Kbir, il-Birgu ingħata t-titlu ta' Belt Rebbieħa - Città Vittoriosa.
Wara l-Assedju tal-1565, il-Gran Mastru La Vallette ddeċieda li jibni belt ġdida fuq l-Għolja Xiberras. Wara li l-Ordni spostja ruħu u mar fil-belt il-ġdida din dlonk saret il-belt kapitali ta' Malta. Xorta waħda l-Birgu kif ukoll Bormla u l-Isla żammew l-importanza tagħhom minħabba li nieshom baqgħu jagħtu kull tip ta' servizz lill-Ordni, speċjalment f'dak li kellu x'jaqsam mall-kummerċ, artiġjanat u tbaħħir fuq ix-xwieni tal-Ordni.
Il-Knisja Parrokkjali tal-Birgu hi ddedikata lil San Lawrenz, u l-festa ssir fl-10 t'Awwissu. Fil-Birgu hemm ukoll il-knisja tal-Lunzjata miħmuma mill-patrijiet Dumnikani li għandhom il-kunvent tagħhom bieb ma' bieb tal-istess knisja. Dawn ukoll jiċċelebraw il-festa tagħhom iddedikata għall-qaddis fundatur tagħhom, San Duminku. Din il-festa tkun iċċelebrata l-aħħar Ħadd ta' Awwissu.
Il-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu
L- daħlet uffiċjalment f’Malta fl-1561, meta l-Isqof Domenico Cubelles, beda jagħmila wkoll ta' delegat appostoliku tal-Papa bħala Inkwiżitur. Is-sede tal-Inkwiżitur kienet stabbilita fejn qabel l-Ordni ta’ San Ġwann kellu l-Qorti tiegħu. Imbagħad, fl-1574, il-Papa Gregorju XIII bagħat lil Mons. Pietro Duzina biex jagħmilha ta’ Inkwiżitur u ta’ delegat appostoliku f’Malta, b’kariga superjuri minn dik tal-Isqof. Id-dmir tal-Inkwiżitur kien primarjament li jassigura li t-twemmin Nisrani f’Malta, kien jsewgi r-regoli stabbilit fil-Konċilju ta’ Trento (1545-1563). Bejn l-1561 u l-1798, kien hawn f’Malta b’kollox 62 inkwiżitur, li minnhom, 24 laħqu kardinali. Tnejn minn dawn il-kardinali mbagħad ġew eletti papiet. Dawn kienu l-Inkwiżitur Fabio Chigi, li kien elett bħala l-Papa Alessandru VII, u l-Inkwiżitur Antonio Pignatelli, li leħaq bħala l-Papa Innoċenz XII. L-inkwiżitur kien jgħix u jamministra fil-palazz tiegħu l-Birgu. Fl-1625, l-Inkwiżitur Visconti bena palazz żgħir fil-kampanja fin-naħa tal-Fawwara, mhux wisq ’il bogħod mill-Buskett. L-aħħar Inkwiżitur spiċċa mkeċċi minn Malta flimkien mal-Kavallieri tal-Ordni, minn Napuljun fl-1798.
Il-Forti Sant'Anġlu
Il-Forti Sant Anġlu huwa x’aktarx l-aktar forti antik li jeżisti fil-gżejjer Maltin. Wisq probabbli, l-oriġini tal-forti Sant’ Anġlu hu eqdem minn dawn tal-Mdina. Dan għaliex il-forti Sant’Anġlu kien jiddomina l-Port il-Kbir u jiddefendi d-daħla tiegħu għax il-kanuni tal-forti kienu jkunu mmirati ‘l hinn. Ta’ min wieħed jgħid li fl-inħawi ta-din il-forti kienet saret battalja qalila fuq ix-xwieni bejn l-Aragonisi u l-Angevini fit 8 ta’ Lulju tal-1283. Din il-battalja kienet biex ngħidu hekk determinant biex l-Aragonisi jaħkmu lil Malta.
Fil-perjodu medjoevali, Sant’Anġlu kien miżmum mill-Kastellan li kien jirrapreżenta l-interessi tan-nobbli li kienu jaħkmu lil Malta minn Sqallija u Spanja. Dan il-kastellan ma tantx kien jingwala mall- jew kif nafuh aħjar il-ħakem tal-Mdina.
Kien fl-1530 meta ġew il-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann li l-Forti Sant’Anġlu beda jieħu s-sura li nafuh biha llum. Dan il-forti kien wisq importanti għall-Kavallieri li ddeċidew li jżommu ruħom protetti wara s-swar tiegħu. Meta l-Ordni wasal Malta, fl-1530, kien taħt dawn is-swar li Kavallieri ħallew irmeġġjati x-xwieni tagħhom – fosthom il Gran Caracca.
Waqt l-Assedju l-Kbir li dam sejjer sitt xhur, il- kien jidderiġi d-difiża kontra l-għadu Ottoman minn hawn. Kien minn hawn li l-Gran Mastru kien jibgħat it-truppi u l-proviżjon li kienu jonqsu f’ tul l-assedju ta’ dik il-fortizza fuq Monte Sciberras.
Wara l-, Sant’ Anġlu kompla jiġi rrinfurzat, minkejja li issa l-Gran Mastru u l-Kavallieri marru jabitaw fil-Belt il-ġdida in-naħa l-oħra tal-Port il-Kbir.
Meta ġew l-Ingliżi f’Malta fl-1800, Sant’Anglu kien l-għażla naturali li biex jipproteġu x-xwieni tagħhom. Aktar minn hekk, eventwalment, Sant’ Anglu sar uffiċjalment il-kwartier ġenerali għall-flotta Ingliża. Sant’Anglu issa beda jissejjah H.M.S. St. Angelo iġifieri Her/ His Majesty’s Ship bħallikieku l-Forti kien bastiment ankrat.
Illum il-parti ta’ fuq nett ta’ Sant’Anglu reġgħet ġiet mogħtija lil-Ordni ta’ San Ġwann b’ċens. Il-parti ta’ nofs infetħet għall-pubblika taħt is-sorveljanza u l-management ta’ Heritage Malta. Il-isfel ta’ ħdejn il-baħar, illum isservi bħala moll u ambjent ta’ rmiġġ għall-jottijiet u opri tal-baħar oħra.
Nies Magħrufa Ġirbin
- , artista tal-palk
- Pawlu Boffa 1890-1962, tabib u politiku li sar Prim Ministru ta' Malta (1947 - 1950)
- 1930-2017, storiku u ambjentalista
- 1916-2013, storiku Dumnikan u kittieb dwar il-giren
- Melchiorre Gafà 1636-1667, skultur
- Lorenzo Gafà 1639 - 1703 perit li ddisinja il-Katidral tal-Imdina, dak ta' Għawdex u bosta knejjes oħra
- 1958- , sopran
- Mikiel Gonzi 1885-1984, arċisqof
- 1808-1898, awtur ta' kotba legali
- , futboler ma' Malta magħżula
- 1931- , xandar u kittieb
- 1886-1963, kittieb
- , kaptin Malti tal-woterpolo
- , futboler ma' Malta magħżula
- 1932 - 1978, sopran
- Napuljun Tagliaferro 1843-1915, rettur ta' l-Universita u arkejologu
- 1926- , storiku
- Nestu Laiviera 1908 - 1984, Politiku, (Partit Laburista), membru Parliamentari, (1962 - 1971)
Għaqdiet Sportivi
It-tim tal-futbol Vittoriosa Stars twaqqaf minn Feliċ Grima fl-1906, għalkemm hemm ħjiel li Vittoriosa Melita kienu diġa lagħbu fl-1902. Fl-1912 bdew jieħdu sehem fil-Kampjonat Malti. Għalkemm il-Vittoriosa Stars huma tim minn belt żgħira xorta baqgħu jieħdu sehem, anki jekk l-unuri kienu l-ftit. Fl-1954-55 rebħu t-Tieni Diviżjoni u s-sena ta' wara dehru fl-għola kampjonat Malti. Wara sena ġew relegati, sakemm fl-1975-76 ġew it-tieni fit-Tieni Diviżjoni u promossi. Din id-darba rnexxilhom iżommu sentejn mal-kbar sakemm fl-1977 tilfu posthom.
Illum it-tim jilgħab fil-format ġdid tal-Kampjonat Premier. Il-każin preżenti jinsab fid-dar imsejħa Domus Panis Celestis, illi qabel kienet isservi bħala ċentru ta' tagħlim reliġjuż tal-Mużew.
Postijiet ta' interess fil-Birgu
- Il-Knisja Parrokkjali ta'San Lawrenz, Xatt ta' San Lawrenz (jew tidħol minn Misraħ ir-Rebħa.
- Il-, Triq il-Mina l-Kbira
- Il-, Birgu Marina
- Il-Forti Sant'Anġlu, Birgu Marina
- Il-Knisja tal-Lunzjata, Triq il-Mina l-Kbira
- Il-Mużew tal-Paroċċa, L-Oratorju ta' San Ġużepp (tidħol minn Misraħ ir-Rebħa)
- Is-swar tal-Birgu (naħa li tagħti għal fuq il-Kalkara
- It-toroq dojoq u antiki tal-Birgu (il Collacchio)
Avvenimenti rikurrenti fil-Birgu
- Il- u l-Għid il-Kbir
- Jum il-Ħelsien - Iċ-ċelebrazzjoniet tal-31 ta' Marzu madwar u fuq il-Monument tal-Ħelsien.
- Il-Festa ta' San Lawrenz - 10 ta' Awwissu
- Il-Festa ta' San Duminku - l-aħħar Ħadd ta' Awwissu
- Jum il-Vitorja - Serata ċerimonjali fis-7 ta' Settembru
- - t-2. weekend ta' Ottubru
- Il-Monti ta' nhar ta' Tlieta - barra s-swar ta-Birgu
- Il-Monti ta' nhar ta' Ħadd (car boot sale / flea market) fil-ground tal-Fortini
Ħoloq esterni
- birgu.gov.mt Kunsill Lokali tal-Birgu
- Każin ta' San Lawrenz
- Każin ta' San Duminku
- Vittoriosa Stars F.C.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Birgu, X'inhi Birgu? Xi tfisser Birgu?
Il Birgu magħruf ukoll bħala Vittoriosa hija belt u antika forsi daqs l Imdina Billi tinsab fuq ilsien li joħroġ fil dejjem kellha rwol ewlieni fil kummerċ u l kuntatti ma barra Il Birgu Citta Vittoriosa MaltaAmministrazzjoniStat sovranMaltaReġjuni ta MaltaReġjun tal Port MaltaIsem uffiċjali BirguIsmijiet oriġinali BirguĠeografijaKoordinati 35 53 17 N 14 31 21 E 35 8881 N 14 5225 E 35 8881 14 5225 Koordinati 35 53 17 N 14 31 21 E 35 8881 N 14 5225 E 35 8881 14 5225BirguBirgu Malta Superfiċjenti 0 5 kilometru kwadruGħoli 0 mDemografijaPopolazzjoni 2 629 abitanti 31 Marzu 2014 Informazzjoni oħrabliet ġemellati mul birgulc gov mt Il Birgu kiber minn nitfa ta raħal għal belt kummerċjali u li tilqa l barranin suldati baħrin u negozjanti Ir residenti ta din il lokalita dejjem sabu l kenn mill ħakkiema li għal sekli sħaħ kienu jgħixu ġol Forti Sant Anġlu magħruf fiz Zmien Nofsani bħala l Castrum Maris Mal wasla tal Kavallieri ta San Ġwann fl 1530 il Birgu sar il bazi tal flotta tal Ordni u serva bħala l kwartier prinċipali tal Kavallieri L Ordni saħħaħ il tella swar fuq in naħat tal Lvant u tan Nofsinhar tal Birgu Il kavallieri ta San Ġwann għexu fil Birgu fi djar mibnija għalihom skont l ilsiena differenti li l kavallieri Dawn id djar huma magħrufa bħala bereġ Fil Birgu kien hemm bereġ bħal ma wara nbnew il Belt biss izgħar Berġa li hemm il Birgu biss mhux il Belt u din hi l Berġa tal Ingilterra Dan minħabba li l Ilsien tal kavallieri Inglizi waqaf milli jappartjeni għall Ordni għax Enriku VIII ma baqax fidil lejn il Papa u t twemmin Kattoliku u stabbilixxi r reliġjon tiegħu il Knisja Anglikana Matul l Assedju l Kbir tal 1565 il Birgu zamm sod kontra l qawwa militari Ottomana Kien mill Forti Sant Anġlu lil Gran Mastru La Valletta dderiġa id difiza kontra t Torok l aktar meta l Fort Sant Iermu waqa f idejn l għadu Wara l Assedju l Kbir il Birgu ingħata t titlu ta Belt Rebbieħa Citta Vittoriosa Wara l Assedju tal 1565 il Gran Mastru La Vallette ddeċieda li jibni belt ġdida fuq l Għolja Xiberras Wara li l Ordni spostja ruħu u mar fil belt il ġdida din dlonk saret il belt kapitali ta Malta Xorta waħda l Birgu kif ukoll Bormla u l Isla zammew l importanza tagħhom minħabba li nieshom baqgħu jagħtu kull tip ta servizz lill Ordni speċjalment f dak li kellu x jaqsam mall kummerċ artiġjanat u tbaħħir fuq ix xwieni tal Ordni Il Knisja Parrokkjali tal Birgu hi ddedikata lil San Lawrenz u l festa ssir fl 10 t Awwissu Fil Birgu hemm ukoll il knisja tal Lunzjata miħmuma mill patrijiet Dumnikani li għandhom il kunvent tagħhom bieb ma bieb tal istess knisja Dawn ukoll jiċċelebraw il festa tagħhom iddedikata għall qaddis fundatur tagħhom San Duminku Din il festa tkun iċċelebrata l aħħar Ħadd ta Awwissu Il Palazz tal Inkwizitur il Birgu L daħlet uffiċjalment f Malta fl 1561 meta l Isqof Domenico Cubelles beda jagħmila wkoll ta delegat appostoliku tal Papa bħala Inkwizitur Is sede tal Inkwizitur kienet stabbilita fejn qabel l Ordni ta San Ġwann kellu l Qorti tiegħu Imbagħad fl 1574 il Papa Gregorju XIII bagħat lil Mons Pietro Duzina biex jagħmilha ta Inkwizitur u ta delegat appostoliku f Malta b kariga superjuri minn dik tal Isqof Id dmir tal Inkwizitur kien primarjament li jassigura li t twemmin Nisrani f Malta kien jsewgi r regoli stabbilit fil Konċilju ta Trento 1545 1563 Bejn l 1561 u l 1798 kien hawn f Malta b kollox 62 inkwizitur li minnhom 24 laħqu kardinali Tnejn minn dawn il kardinali mbagħad ġew eletti papiet Dawn kienu l Inkwizitur Fabio Chigi li kien elett bħala l Papa Alessandru VII u l Inkwizitur Antonio Pignatelli li leħaq bħala l Papa Innoċenz XII L inkwizitur kien jgħix u jamministra fil palazz tiegħu l Birgu Fl 1625 l Inkwizitur Visconti bena palazz zgħir fil kampanja fin naħa tal Fawwara mhux wisq il bogħod mill Buskett L aħħar Inkwizitur spiċċa mkeċċi minn Malta flimkien mal Kavallieri tal Ordni minn Napuljun fl 1798 Il Forti Sant Anġlu Il Forti Sant Anġlu huwa x aktarx l aktar forti antik li jezisti fil gzejjer Maltin Wisq probabbli l oriġini tal forti Sant Anġlu hu eqdem minn dawn tal Mdina Dan għaliex il forti Sant Anġlu kien jiddomina l Port il Kbir u jiddefendi d daħla tiegħu għax il kanuni tal forti kienu jkunu mmirati l hinn Ta min wieħed jgħid li fl inħawi ta din il forti kienet saret battalja qalila fuq ix xwieni bejn l Aragonisi u l Angevini fit 8 ta Lulju tal 1283 Din il battalja kienet biex ngħidu hekk determinant biex l Aragonisi jaħkmu lil Malta Fil perjodu medjoevali Sant Anġlu kien mizmum mill Kastellan li kien jirraprezenta l interessi tan nobbli li kienu jaħkmu lil Malta minn Sqallija u Spanja Dan il kastellan ma tantx kien jingwala mall jew kif nafuh aħjar il ħakem tal Mdina Kien fl 1530 meta ġew il Kavallieri tal Ordni ta San Ġwann li l Forti Sant Anġlu beda jieħu s sura li nafuh biha llum Dan il forti kien wisq importanti għall Kavallieri li ddeċidew li jzommu ruħom protetti wara s swar tiegħu Meta l Ordni wasal Malta fl 1530 kien taħt dawn is swar li Kavallieri ħallew irmeġġjati x xwieni tagħhom fosthom il Gran Caracca Waqt l Assedju l Kbir li dam sejjer sitt xhur il kien jidderiġi d difiza kontra l għadu Ottoman minn hawn Kien minn hawn li l Gran Mastru kien jibgħat it truppi u l provizjon li kienu jonqsu f tul l assedju ta dik il fortizza fuq Monte Sciberras Wara l Sant Anġlu kompla jiġi rrinfurzat minkejja li issa l Gran Mastru u l Kavallieri marru jabitaw fil Belt il ġdida in naħa l oħra tal Port il Kbir Meta ġew l Inglizi f Malta fl 1800 Sant Anglu kien l għazla naturali li biex jipproteġu x xwieni tagħhom Aktar minn hekk eventwalment Sant Anglu sar uffiċjalment il kwartier ġenerali għall flotta Ingliza Sant Anglu issa beda jissejjah H M S St Angelo iġifieri Her His Majesty s Ship bħallikieku l Forti kien bastiment ankrat Illum il parti ta fuq nett ta Sant Anglu reġgħet ġiet mogħtija lil Ordni ta San Ġwann b ċens Il parti ta nofs infetħet għall pubblika taħt is sorveljanza u l management ta Heritage Malta Il isfel ta ħdejn il baħar illum isservi bħala moll u ambjent ta rmiġġ għall jottijiet u opri tal baħar oħra Koordinati 35 53 17 N 14 31 21 E 35 88806 N 14 5225 E 35 88806 14 5225Nies Magħrufa Ġirbin artista tal palk Pawlu Boffa 1890 1962 tabib u politiku li sar Prim Ministru ta Malta 1947 1950 1930 2017 storiku u ambjentalista 1916 2013 storiku Dumnikan u kittieb dwar il giren Melchiorre Gafa 1636 1667 skultur Lorenzo Gafa 1639 1703 perit li ddisinja il Katidral tal Imdina dak ta Għawdex u bosta knejjes oħra 1958 sopran Mikiel Gonzi 1885 1984 arċisqof 1808 1898 awtur ta kotba legali futboler ma Malta magħzula 1931 xandar u kittieb 1886 1963 kittieb kaptin Malti tal woterpolo futboler ma Malta magħzula 1932 1978 sopran Napuljun Tagliaferro 1843 1915 rettur ta l Universita u arkejologu 1926 storiku Nestu Laiviera 1908 1984 Politiku Partit Laburista membru Parliamentari 1962 1971 Għaqdiet SportiviIt tim tal futbol Vittoriosa Stars twaqqaf minn Feliċ Grima fl 1906 għalkemm hemm ħjiel li Vittoriosa Melita kienu diġa lagħbu fl 1902 Fl 1912 bdew jieħdu sehem fil Kampjonat Malti Għalkemm il Vittoriosa Stars huma tim minn belt zgħira xorta baqgħu jieħdu sehem anki jekk l unuri kienu l ftit Fl 1954 55 rebħu t Tieni Divizjoni u s sena ta wara dehru fl għola kampjonat Malti Wara sena ġew relegati sakemm fl 1975 76 ġew it tieni fit Tieni Divizjoni u promossi Din id darba rnexxilhom izommu sentejn mal kbar sakemm fl 1977 tilfu posthom Illum it tim jilgħab fil format ġdid tal Kampjonat Premier Il kazin prezenti jinsab fid dar imsejħa Domus Panis Celestis illi qabel kienet isservi bħala ċentru ta tagħlim reliġjuz tal Muzew Postijiet ta interess fil Birgu Il Knisja Parrokkjali ta San Lawrenz Xatt ta San Lawrenz jew tidħol minn Misraħ ir Rebħa Il Triq il Mina l Kbira Il Birgu Marina Il Forti Sant Anġlu Birgu Marina Il Knisja tal Lunzjata Triq il Mina l Kbira Il Muzew tal Paroċċa L Oratorju ta San Ġuzepp tidħol minn Misraħ ir Rebħa Is swar tal Birgu naħa li tagħti għal fuq il Kalkara It toroq dojoq u antiki tal Birgu il Collacchio Avvenimenti rikurrenti fil Birgu Il u l Għid il Kbir Jum il Ħelsien Iċ ċelebrazzjoniet tal 31 ta Marzu madwar u fuq il Monument tal Ħelsien Il Festa ta San Lawrenz 10 ta Awwissu Il Festa ta San Duminku l aħħar Ħadd ta Awwissu Jum il Vitorja Serata ċerimonjali fis 7 ta Settembru t 2 weekend ta Ottubru Il Monti ta nhar ta Tlieta barra s swar ta Birgu Il Monti ta nhar ta Ħadd car boot sale flea market fil ground tal FortiniĦoloq esternibirgu gov mt Kunsill Lokali tal Birgu Kazin ta San Lawrenz Kazin ta San Duminku Vittoriosa Stars F C