L Assedju ta Malta magħruf ukoll bħala l Assedju l Kbir seħħ fl 1565 meta l Imperu Ottoman attakka l Gżejjer Maltin li d
Assedju l Kbir

L-Assedju ta' Malta, magħruf ukoll bħala l-Assedju l-Kbir seħħ fl-1565 meta l-Imperu Ottoman attakka l-Gżejjer Maltin li dak iż-żmien kienet taħt idejn il-Kavallieri ta' San Gwann. L-assedju dam kważi erba' xhur, bejn it-18 ta' Mejju sal-11 ta' Settembru 1565.
Assedju ta' Malta | |||||
---|---|---|---|---|---|
Il-wasla tat-Torok f'Malta | |||||
| |||||
Belliġeranti | |||||
Imperu Ottoman | Kavallieri ta' San Ġwann Maltin | ||||
Kmandanti | |||||
† | Jean de Valette † † † Mathurin Romegas | ||||
Saħħa | |||||
22,000-48,000 | 6,100-8,500 | ||||
Korruti | |||||
<25,000-35,000 | 2,500 truppi 7,000 ċivil 500 skjav |
Fit-18 ta' Mejju 1565, il-flotta Ottomana mmexxija minn , kmandant tal-armata u l-ammiral tal-flotta waslet qrib il-kosta ta' Malta. Minn hawn beda l-Assedju l-Kbir li dam sejjer għal 145 jum.
Wara l-waqgħa ta' , fl-1551, u l-attakk fuq Għawdex fl-istess sena, l-Ordni fittex li jikkonsolida d-difiża ta' madwar il-Port il-Kbir. Ġie deċiż li jinbnew postazzjonijiet difensivi ġodda. Fuq in-naħa tan-Nofsinhar tal-Isla nbena l-Forti San Mikiel. u s-swar li jipproteġu l-Isla min-naħa li tħares lejn Kordin. Mal-, li dak iż-żmien kien sempliċement torri żgħir, inbniet fortizza mdaqqsa li setgħet takkomoda ġwarniġjon ta' mitt suldat, u f'każ ta' gwerra anki aktar minn hekk. Il-perimetru tal-Birgu fuq in-naħa tal-Kalkara kif ukoll dak li jħares lejn in-Nofsinhar, ġew imdawra minn linja ta' difiża. Is-swar tal-Imdina u l-Kastell tar-Rabat, Għawdex tħallew f'idejn il-kunsilli amministrattivi rispettivi tagħhom biex ikunu rranġati mill-aħjar li setgħu.
Sa mill-1557 kienu bdew jinxterdu x-xnigħat li t-Torok kienu se jattakkaw lil Malta. Jekk mhux għal ħaġa oħra, dan l-attakk kellu jsir biex is-Sultan Tork jikkastiga u jrażżan l-Ordni ta' San Ġwann talli l-Kavallieri baqgħu jattakkaw il-bastimenti Torok u dawk Musulmani. Dawn l-atti ta' piraterija kienu jsiru biex l-Ordni ta' San Ġwann jaħtaf l-merkanzija, l-armi u l-iskjavi biex dawn jinbiegħu. It-tieni raġuni kienet li s-Sultan kien konxju li jekk Malta taqa' taħt idejh, l-Imperu Ottoman kien ikun għamel akkwist ieħor biex jikseb post strateġiku f'nofs il-Mediterran minn fejn il-qawwa Torka setgħet tattakka l-Punent tal-Ewropa, u għaldaqstant l-Imperu Spanjol.
Id-deċiżjoni finali mill-Porte Sublimi li jattakka lil Malta ttieħdet f'Ottubru 1564. Diġà fl-ewwel xhur tal-1565, l-ispjuni tal-Ordni f'Kostantinopli kienu qed iwasslu informazzjoni lil De Valette, li kien hemm ħafna preparamenti għaddejja fl-arsenali u fit-tarzni tat-Torok, u għaldaqstant l-attakk fuq il-Gżejjer Maltin kien jidher wieħed imminenti. De Valette talab lil diversi mexxejja Insara, l-aktar lill-Imperatur , u lill-, għall-għajnuna. Huwa bagħat ukoll komunikazzjoni lill-Kavallieri kollha tal-Ordni ta' San Ġwann, imferrxa f'bosta pajjiżi, biex jiġu Malta sabiex jiddefendu l-interessi tal-Ordni.
Preparazzjonijiet għall-Assedju l-Kbir
Sal-bidu ta' Mejju 1565, tmintax-il jum qabel ma beda l-assedju, l-Ordni ta' San Ġwann kien jista' jgħodd mad-9,000 suldat, bejn truppi merċenarji, voluntiera barranin u suldati Maltin. Mijiet ta' kavallieri tal-Ordni waslu Malta, u b'kollox dawn issa kienu jgħoddu mas-600. Sal-10 ta' Mejju, truppi Spanjoli, ġellieda professjonali (it-tercios), li kienu ntbagħtu minn Filippu II, waslu Malta wkoll. Fl-ewwel jiem ta' Mejju, saru l-aħħar preparamenti biex il-Port u l-madwar ikunu protetti bl-aħjar mod, minkejja n-nuqqas ta' nies biex jaħdmu u l-finanzi stretti; bejn il-ponta tal-Isla u dik tal-Birgu ddendlet katina fil-baħar biex twaqqaf lix-xwieni tal-għadu milli jidħlu 'l ġewwa minn hemm lejn id-daħla ta' Bormla. Ħarġet ordni biex il-merħliet kollha ta' madwar it-Tlett Ibliet jiddaħħlu wara s-swar tal-Birgu biex dawn ma jaqgħux f'idejn l-għadu. Barra minn hekk, il-Forti San Mikiel u s-swar tal-Isla kellhom id-difiżi tagħhom rinfurzati b'diversi modi.
Żbark tal-Forzi Torok - 18 ta' Mejju 1565
Fit-18 ta' Mejju, il-flotta Ottomana, magħmula minn bosta mijiet ta' bastimenti ta' kull għamla waslet qrib il-kosta ta' Malta. Din kienet qed iġġorr madwar 30,000 raġel. In-numru eżatt hu diskutibbli peress li xi storiċi kontemporanji tal-Assedju jsostnu li kienu aktar, filwaqt li oħrajn isostnu li dawn kienu inqas. Abbord dawn il-bastimenti kien hemm 'l fuq minn 6,000 Ġannizzaru (truppi ġellieda mill-aqwa), u 6,000 Sipahis (arċiera). Ma' dawn kien hemm gwerriera oħra, qaddiefa u eluf ta' awżiljari li kienu mqabbda jġorru l-provvisti. Dan apparti l-inġiniera li fost affarijiet oħra xogħolhom kien li jħaffru t-trinek tad-difiża u l-mini taħt l-art biex jippenetraw is-swar u jisploduhom. It-Torok kellhom ukoll erba' bażiliski, kanuni enormi li kienu jisparaw balal ta' 'l fuq minn 80 libbra. Dawn it-truppi kollha kienu mmexxija minn , il-kmandant tal-armata, u Pjali Paxà, il-kmandant tal-flotta.
Dakinhar tal-wasla tagħhom, madwar 3,000 suldat u oħrajn niżlu l-art, f'Marsaxlokk u f'Marsaskala. Dawn immarċjaw minnufih lejn Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun. Xi bastimenti żbarkaw it-truppi tagħhom fil-Bajja tal-Ġnejna. Sal-20 ta' Mejju, il-bqija tat-truppi kienu niżlu kollha l-art, u sal-21 ta' Mejju twaqqaf arsenal ta' armi u munizzjon qrib iż-Żejtun. Il-maġġoranza tat-truppi ħaffew lejn il-Marsa fejn hemm armaw it-tined u stabbilew il-kwartieri prinċipali tagħhom. Oħrajn ippożizzjonaw ruħhom fuq l-Għolja ta' Santa Margarita, Bormla, u fil-pront immiraw il-kanuni tagħhom lejn il-belt ċkejkna tal-Birgu.
Tħejjijiet għall-attakk fuq il-Forti Sant'Iermu
Fil-jiem ta' wara, ammont imdaqqas ta' truppi telgħu lejn l- iġorru magħhom kanuni kbar u żgħar. L-intenzjoni tat-Torok kien li l-assedju jibda billi jkun attakkat u mirbuħ il-Forti Sant'Iermu, u wara jattakkaw l-Isla u l-Forti Sant'Anġlu. B'hekk it-Torok setgħu jakkwistaw il-ponta strateġika ta' tarf din il-peniżola ħalli jdaħħlu u jirmiġġaw l-bastimenti tagħhom mingħajr biża' fil-Port ta' Marsamxett. Mill-ewwel bdew xi bumbardamenti żgħar fuq il-Forti Sant'Iermu.
Min-naħa tiegħu l-Ordni issa kien bagħat mal-400 suldat armat bl-azzarini u biex isaħħu d-difiża tal-Fortizza. Sant'Iermu kien armat b'bosta kanuni ta' kull kwalità. Daqs sena qabel, l-Ordni kien bena ravellin lil hinn mill-fortizza, speċi ta' bastjun, fuq in-naħa ta' Marsamxett. Dan kien intenzjonat li minn fuqu d-difensuri ta' Sant'Iermu jisparaw bl-arkibusi lejn l-għadu qabel ma dan iqarreb lejn il-fortizza minn dawk in-naħat. Il-gwarniġġjon tal-Forti kien immexxi mill-gvernatur Fra .
Jibdew l-attakki feroċi
Fit-28 ta' Mejju, bdew l-ewwel bumbardamenti massiċċi fuq Sant'Iermu, li damu sejrin sigħat sħaħ. Il-ħsejjes tal-kanuni damdmu lil kull min semagħhom u l-balal bdew bil-mod il-mod iwaqqgħu il-ħitan li jħarsu lejn l-għolja u lejn il-kanuni tal-għadu. Il-balal kienu jvarjaw minn dawk żgħar ta' 45 libbra (20 kilogramma) għal oħrajn ta' tmenin libbra u anki akbar. F'mumenti minnhom il-bumbardamenti kienu jieqfu, biex mijiet ta' suldati Torok jassaltaw il-Forti b'taħlita ta' armi tal-idejn, fosthom arkibusi, lanez u vleġeġ. Xi wħud ġarrew is-slielem biex kif jaslu taħt il-fortizza dawn jittantaw jitilgħu mas-swar u jassaltaw lid-difensuri.
Fit-2 ta' Ġunju, il-kursar famuż, , (magħruf ukoll bħala ) żbarka f'Malta. Anki jekk Turgut ma kellu l-ebda rikonoxximent formali mis-Sultan Tork bħala mexxej, huwa tant kien magħruf għall-kapaċitajiet ta' gwerrier gwapp li mill-ewwel ġie rikonoxxut miż-żewġ mexxejja tal-assedju, Pjali Paxà u Mustafa Paxà bħala l-kap de facto. Dan anki għaliex iż-żewġ kmandanti kienu kelb u qattus fl-imġiba ta' bejniethom.
Fl-ewwel jiem tal-bumbardamenti, is-swar kienu diġà ġarrbu ħafna ħsara. Fil-lejl tat-3 ta' Ġunju, it-Torok, wara ħafna bumbardamenti, telgħu inkiss inkiss mas-sur tar-ravelllin li l-Ordni kien bena maqtugħ għalih b'ċerta distanza mill-forti, u bi ftit ġlied irnexxielhom jaħtfu dan il-post ta' diviża f'idejhom. B'konsegwenza ta' hekk it-Torok akkwistaw post vantaġġuż mill-aqwa biex ikomplu bl-assedju tagħhom fuq il-Forti Sant'Iermu. Sfortunatament meta nbena dan ir-ravellin apparti li ma kienx b'saħħtu biżżejjed biex jirreżisti l-attakki, kellu ċertu għoli li għalkemm tajjeb biex tispara minn fuqu lejn l-għadu fit-trunċieri, ġaladarba jaqa' f'idejn l-għadu, kien iservi ta' vantaġġ għall-għadu għax seta' jispara fuq id-difensuri wara s-swar. Bi ftit ta' żidied fuq ir-ravellin it-Torok bnew difiża fuq dan ir-armaw sistema ta' difiża vantaġġjuża biex minn hemm jisparaw fuq l-istess livell tas-suldati tal-Ordni. Il- bin-nies tiegħu ħareġ minn wara s-swar biex jerġa' jieħu r-ravellin f'idejh iżda ma rnexxielux għax ir-ravellin issa kien miżgħud bil-Ġanissari.
Matul il-ġranet ta' wara, il-bumbardamenti komplew ħraxu. Ma' dawn kien hemm bosta attakki mill-Ġannizzari. Magħhom kienu jimmarċjaw ukoll tat-tnabar, tat-trombi u dawk biċ-ċimbli, kulħadd jgħajjat u jwerżaq kemm jiflaħ biex iwerwru d-difensuri. In-numri kbar tagħhom, madankollu, ma kinux biżżejjed biex jirbħu lid-difensuri wara l-ħitan tal-fortizza. Konsegwentement, esposti kif kienu, in-numru tal-imwiet tagħhom kien enormi. Fjum minnhom, fl-10 ta' Ġunju, inqatlu daqs 1,000 Tork; filwaqt li fl-attakk tal-15 ta' Ġunju nqatlu madwar 400 suldat Tork; fis-16 ta' Ġunju 1,000 suldat ieħor tilfu ħajjithom, u fit-22 ta' Ġunju mietu daqs 2,000 ruħ u sfaw feruti mal-4,000 ruħ. Wieħed dejjem irid jiddubita kemxejn dawn iċ-ċifri esorbitanti għaliex min kien jikteb seta' kien qed jipprova jenfasizza l-eroiżmu u r-rebħiet tal-Ordni billi jesaġera n-numru tat-telfiet kbar tal-għadu.
Skont l-istess storiċi kontemporanji tal-Assedju l-Kbir, id-difensuri wkoll sofrew bit-telf ta' suldati u ta' kavallieri tal-Ordni, biss dawn kien ċiefri ħafna iżgħar. Id-difensuri kienu jkunu rrinforzati minn truppi ġodda li De Valette kien ta' spiss jibgħat minn Sant'Anġlu biex ipattu għat-tellfiet. Madankollu, jum wara l-ieħor il-bumbardamenti u l-attakki tal-għadu bdew dejjem jiħraxu u jħallu l-effett tagħhom, u l-moral u l-enerġija fiżika tad-difensuri kienu qed jonqsu ġmielhom.
Fit-18 ta' Ġunju, waqt wieħed mill-bumbardamenti, Turgut Rais intlaqat f'nasu mit-tifrik li tar għal fuqu meta bomba laqtet blata fil-qrib. Hu miet ftit jiem wara, fl-istess jum li Sant'Iermu ntrebaħ mit-Torok.
Fit-23 ta' Ġunju, lejlet il-festa ta' San Ġwann, sar attakk ieħor mit-Torok li dam sejjer erba' sigħat. Kien f'dan l-attakk enormi li wassal għat-telfa ta' Sant'Iermu. Il-Ġanizzari daħlu minn fuq it-tifrik tas-swar malajr u għelbu l-għadd żgħir ta' difensuri li kien għad fadal fuq saqajhom. Ħafna minn dawn is-superstiti kienu ġew maqtula fuq il-post waqt li oħrajn ittieħdu priġunieri u nbiegħu bħala skjavi.
L-assedju kollu fuq il-Forti Sant'Iermu kien dam mas-26 jum u sewa prezz għoli, kemm għall-għadu kif ukoll għall-Ordni. Jingħad li t-Torok tilfu mill-inqas 6,000 suldat, inkluż nofs l-unità tal-Ġannizzari. Min-naħa tal-Ordni, madwar 1,500 difensur, li kienu jinkludu 89 Kavallier tal-Ordni, kienu nqatlu.
L-għada ta' din ir-rebħa, , kursar famuż mit-Tramuntana tal-Afrika li kien ukoll involut fl-assedju, baħħar lejn Tripli biex jakkwista aktar munizzjon, u biex jidfen il-ġisem ta' Turgut Rais.
Issa li l-bandiera Torka kienet qed tittajjar fuq il-Forti Sant'Iermu, u x-xwieni Torok kienu f'Marsaxmett, il-kmandanti setgħu jikkonċentraw fuq il-pjan li jmiss, l-attakk fuq il-Forti San Mikiel u l-Birgu.
Is-sokkors iż-żgħir
Waqt li t-Torok bdew jippreparaw biex jattakkaw l-Isla u l-Birgu, fit-2 ta' Lulju waslet armata ta' 700 mitt suldat minn Sqallija. Din kienet tikkonsisti minn suldati Spanjoli, Taljani, Sqallin 20 kanunier u 40 kavallier tal-Ordni, kollha immexxija mill-Kurunell Melchior de Robles. Mal-iżbark f'San Pawl il-Baħar, it-truppi mmarċjaw minnufih lejn l-Imdina. Imbagħad minn hemm De Robles mexxa lit-truppi tiegħu tul l-irdumijiet tan-Nofsinhar ta' Malta, biex jevita t-truppi Torok, għadda minn ħdejn Ħal Kirkop u aktar 'l isfel lejn il-Lvant biex fl-aħħar wasal il-Kalkara. Minn hemm it-truppi qasmu bid-dgħajjes għall-Birgu biex daħlu ġewwa s-swar minn passaġġ (sally port) illum magħrufa bħala t-Toqba tal-Birgu.
Jibda l-attakk massiv fuq l-Isla
It-truppi Torok u l-bumbardiera bil-kanuni tagħhom, ħlief għal xi ftit, irtiraw minn fuq l-Għolja Sciberras u marru lura fil-kamp prinċipali tagħhom il-Marsa. Issa l-inġiniera bdew iħaffru t-trinek ta' difiża u jiffurmaw pjattaformi għall-kanuni fuq l-għolja ta' Kordin, ftit mijiet ta' metri biss 'il bogħod minn naħa tal-Punent tal-Isla, kif ukoll ħejjew irwieħhom fuq l-għoljiet periferiċi ta' Bormla. Ġewwa, lejn l-Marsa bdew jitniżżlu mal-100 dgħajsa ta' ċertu kobor fil-baħar bi tħejjija għall-attakk kontra l-Isla minn dik in-naħa. Sadanittant kienu bdew xi bumbardamenti fuq l-Isla.
De Valette kien ħalla id-difża tal-Forti San Mikiel u tal-Isla f'idejn il-kavallieri tal-Lingwa Taljana, taħt il-kmand ta' Pietro del Monte, (l-istess kavallier li wara l-mewt ta' De Vallette laħaq Gran Mastru). Bejn il-Birgu u l-Isla tqiegħed pont magħmul minn twavel tal-injam marbutin, jgħumu f'wiċċ l-ilma biex minn fuqhom ikunu jistgħu jaqsmu t-truppi tal-Ordni f'kull ħin kif meħtieġ.
L-ewwel attakk kbir fuq l-Isla mit-Torok seħħ fil-5 ta' Lulju u wara dan kien hemm oħrajn. Fil-15 ta' Lulju, eluf ta' Ġanizzari rikbu d-dgħajjes mill-Marsa u qaddfu lejn l-Isla. Il-bumbardiera Torok fetħu n-nar kemm mill-għolja ta' Kordin kif ukoll mill-għoljiet ta' Bormla. Id-difensuri sparaw tiri ta' kanuni fuq id-dgħajjes li kienu qed joqorbu, u rnexxielhom jgħerrqu lil ħafna minnhom. Bosta mill-Ġannissari li kienu fuqhom inqatlu f'dan l-attakk qabel ma setgħu jinżlu l-art. Fl-istess ħin truppi Torok oħra avviċinaw il-Forti San Mikiel min-naħa tal-art, l-aktar bħala manuvra finta biex ifixklu l-attenzjoni tad-difensuri mill-attakk ta' fuq il-baħar. Daqs għaxra mid-dgħajjes il-kbar tal-Ġannizzari qaddfu lejn il-ponta tal-Isla, dik il-parti li tħares lejn il-Birgu biex jippruvaw iqaċċtu l-katina li kienet taqsam il-bajja ta' Bormla. Biss hawn sabu lil stakkament ta' suldati taħt il-kmand ta' Fra de Guiral moħbija taħt is-swar li sparaw għal fuqhom u qatlu ħafna mill-Ġannizzari.
Bi tweġiba għal dan l-attakk feroċi, De Valette bagħat lil Kaptan u uffiċjali oħra bis-suldati tagħhom lejn l-Isla. Dawn qasmu minn fuq il-pont li kien inbena ftit qabel fil-baħar u ppustjaw ruħhom fuq is-swar qrib il-fortizza ta' San Mikiel. Kien dan il-kontinġent u dak ta' De Guiral li salvaw is-sitwazzjoni għax it-Torok kienu qegħdin minn fuq.
Il-bumbardamenti wara dakinhar ma waqfu xejn. Mit-22 sas-27 ta' Lulju kuljum seħħu aktar bumbardamenti feroċi oħra fuq l-Isla. Ma' dan kien hemm ieħor għaddej fuq il-Birgu. Intużaw erbatax-il batterija minn fuq l-għoljiet ta' madwar dawn is-swar. Bejniethom it-Torok kellhom mas-60 kanun ta' kull tip. Dawk ta' fejn is-San Salvatur fuq l-għoljiet tal-Kalkara kienu qed jattakkaw lis-swar li jħarsu lejn il-Kalkara, magħrufa bħala Ta' Kastilja.
Issa, l-inġiniera Torok bdew ukoll jittantaw iħaffru mina taħt is-swar tal-Isla, qrib fejn kien ippożizzjonat De Robles bit-truppi tiegħu, bl-intenzjoni li jisplodu l-isplussivi u jtajru s-swar. It-tħaffir baqa' għaddej għal ġranet sħaħ, iżda eventwalment, id-difensuri ndunaw x'kien qed jiġri u dawn ħaffru mina oħra min-naħa tagħhom biex ilaqqgħuha ma' dik tat-Torok u jattakkawhom minn hemm.
Attakki fuq l-Isla u l-Birgu
Il-bumbardamenti kostanti mit-Torok kienu kbar mhux biss fuq l-Isla iżda wkoll fuq il-Birgu. Mid-9 ta' Lulju, it-Torok kienu bdew jisparaw bil-kanuni tagħhom minn fuq l-Għolja tas-Salvatur (mhux wisq 'il bogħod minn fejn illum nafuh bħala Bighi). Bejn it-22 ta' Lulju u s-27 ta' Lulju żdiedu bil-kwantità u bl-intensità l-attakki fuq il-Birgu u l-Isla. Fit-2 ta' Awwissu, it-Torok nedew attakk ta' bosta sigħat fuq il-Forti San Mikiel. Dakinhar mietu madwar 600 suldat Tork filwaqt li d-difensuri tilfu 40 ruħ.
Għal darb'oħra, fis-7 ta' Awwissu, 12,000 suldat attakkaw kemm is-swar tal-Isla kif ukoll dawk tal-Birgu simultanjament. F'din il-ġurnata, De Valette b'kontinġent żgħir mar personalment jgħin lid-difensuri fuq il-post ta' Kastilja biex jgħin għax l-għadu li kienu għoddu għeleb lis-suldati difensuri. Il-ġlied baqa' sejjer mad-disa' sigħat.
F'daqqa waħda, mingħajr ħadd ma jaf għaliex, it-truppi Torok bdew jirtiraw mill-front u jaħarbu lura lejn il-Marsa. Kulħadd baqa' mbellaħ b'dan l-aġir għax l-għadu kien minn fuq. Mingħajr ma ħadd induna, armata magħmula minn mitt suldat fuq iż-żwiemel immexxija mill-kavallier tal-Ordni Mesquita, u daqs mitt suldat tal-infanterija mmexxija mill-kavallier de Lugny kienu niżlu fil-kamp Tork li dak il-ħin kien nieqes mis-suldati għassiesa. Il-qawwa tal-Ordni ħasdet lil kulħadd u qatlet bosta suldati li kien hemm fil-kamp, l-aktar dawk li kienu qed jirkupraw mill-feriti. Fl-attakk, il-qawwa tal-Imdina tat in-nar lit-tined. It-truppi Torok ta' madwar l-Isla u l-Birgu raw id-dħaħen tan-nar u malajr daħħluha f'rashom li kienet waslet armata mdaqqsa minn Sqallija. Fil-ġenn tal-mument it-truppi Torok abbandunaw il-pożizzjonijiet vantaġġużi li kienu kisbu u ġrew lura lejn il-Marsa. Meta sabu dik il-ħerba fil-kamp tagħhom, bħala tpattija t-Torok telgħu bil-gwarniġġjoni tagħhom lejn ir-Rabat biex jattakkaw l-Imdina. Biss, meta waslu hemm il-kanuni tas-swar tal-Imdina fetħu n-nar fuqhom u dawn malajr kellhom jerġgħu lura minn fejn ġew.
Matul ix-xahar kollu ta' Awwissu seħħu aktar bumbardamenti u attakki tal-infanterija fuq is-swar tal-Birgu u tal-Isla. Il-parti tas-swar tal-Isla fejn kienu stazzjonati t-truppi ta' De Roble u s-swar ta' Kastilja fil-Birgu kienu l-aktar li sofrew. De Roble nnifsu ntlaqat minn tir ta' arkibus u miet. Kien hemm diversi tentattivi biex jitħaffru mini taħt is-swar taż-żewġt ibliet iżda d-difensuri ta' fuq is-swar indunaw bihom u attakkaw lill-invażuri fil-ħin biex jisfrattawlhom il-pjanijiet tagħhom li jisplodu l-fortizzi. Wieħed mill-agħar attakki seħħ fl-20 ta' Awwissu.
Fit-30 ta' Awwissu, Mustafa Paxà ordna attakk massiv ieħor fuq l-Isla. Dan ukoll spiċċa fix-xejn. Wara dan l-attakk ma sarux attakki oħra kbar u l-qawwa tal-Ordni baqgħet wara s-swar tistenna. Kien bħallikieku ż-żewġ għedewwa għejjew u issa bdiet tmurilhom il-ħeġġa li jkomplu jiġġieldu.
Wasla tas-sokkors il-kbir - Irfigħ tal-Assedju
Fil-fatt hekk ġara. Sal-aħħar ta' Awwissu, il-moral tat-Torok kien qed imajna ġmielu. Uħud mill-ġenerali Torok kienu qatgħu qalbhom li l-assedju kien se jintemm b'suċċess. Mument minnhom, madwar 60 mirkeb Tork dehru jabbandunaw l-assedju u parpru 'l hinn. Mustafa baqa' jsostni li l-assedju għandu jitkompla. Iżda t-truppi Torok kienu qed ibagħtu minn nuqqas ta' munizzjon u provvisti tal-ikel, kif ukoll mis-sħana oppressiva ta' Awwissu.
Finalment, fis-7 ta' Settembru, l-armata l-kbira ta' magħmula minn madwar 10,000 suldat waslet Malta. Dawn bdew minnufiħ neżlin l-art fil-Bajja tal-Mellieħa. Bħalma għamlet il-qawwa ta' qabilhom f'Lulju, it-truppi mmarċjaw immedjatament lejn l-Imdina u stazzjonaw ruħhom barra s-swar, fir-Rabat. Ladarba t-truppi żbarkaw, ix-xwieni vojta Nsara salpaw 'il barra mill-Port il-Kbir biex juru lil De Valette li l-għajnuna militari tant mistennija kienet waslet; fl-istess ħin, De Toledo ried juri lill-għadu li issa kien hawn forza militari li wieħed kellu jibża' minnha u li l-għadu issa kien aħjar għalih li jdabbar rasu 'l hemm. Il-bastimenti ta' De Toledo mbagħad baħħru lura lejn Sqallija.
Din il-wirja ta' saħħa kellha l-effett mixtieq. L-għada, it-8 ta' Settembru, il-kmandanti Torok ordnaw lit-truppi tagħhom biex iżarmaw it-tined u jimmarċjaw lejn l-Għolja Sciberras, apparentement bi tħejjija biex jimbarkaw abbord ix-xwieni tagħhom li kienu rmiġġati fil-Port ta' Marsamxett. B'hekk l-assedju fuq il-bliet tal-port imbagħad twaqqaf.
Madankollu, wara ftit, deher li kienet saret bidla fil-pjanijiet. Fil-11 ta' Settembru, il-bastimenti Torok telqu minn Marsamxett mingħajr wisq truppi abbord, u baħħru tul il-kosta tal-Majjistral lejn San Pawl il-Baħar. Dan kien ifisser li l-kmandanti beżgħu li l-flotta tista' tinqabad f'Marsamxett taħt il-mira tal-kanuni tiegħu tal-għadu mill-art. It-truppi Torok għalhekk abbandunaw l-Għolja Sciberras u mmarċjaw fl-istess direzzjoni tal-Majjistral. Jidher li l-ġenerali Torok ma ridux jiġu mrekkna fuq il-peniżola tal-Għolja ta' Sciberras mill-armata ta' Don Garcia. It-Torok għażlu t-terren aktar miftuħ u għalhekk qorbu lejn l-għoljiet tan-Naxxar fejn setgħu jżommu l-aħjar pożizzjoni. B'dan il-mod kienu wkoll qed joqorbu lejn ix-xwieni tagħhom li issa setgħu jgħabbu lit-truppi minn San Pawl il-Baħar.
Il-kmandanti ta' Don Garcia raw dak li kien qed jiġri mis-swar tal-Imdina u ddeċidew li jinżlu minnufiħ biex jattakkaw lit-Torok. Kontinġent militari mdaqqas mmarċja 'l isfel lejn il-Mosta tul il-pjanuri baxxi biex wasal qrib in-Naxxar. Hawnhekk seħħ konfront militari mdemmi. It-truppi Spanjoli u Taljani li kienu għadhom mimlijin b'enerġija u b'entużjażmu mill-ġlied avvanzaw faċilment u attakkaw minnufih. It-Torok eżawriti u demoralizzati ma damux ma bdew jirtiraw b'mod diżordinat, bosta minnhom billi jaqbżu l-ħitan tas-sejjieħ biex jiġru kemm jifilħu lejn ix-xwieni tagħhom sabiex jimbarkaw u jdabbru rashom.
Dakinhar stess billejl, l-armata Torka, jew aħjar dak li kien fadal minnha, salpat bil-moħbi minn San Pawl il-Baħar fid-direzzjoni ta' Istanbul. Bastimenti oħra ħadu r-rotta lejn in-Nofsinhar biex jirritornaw fil-bażijiet tagħhom fit-Tramuntana tal-Afrika.
L-istoriċi kontemporanji ta' dan l-assedju sostnew li matul l-assedju, it-Torok tilfu sa tliet darbiet in-numru tas-suldati Maltin u l-kavallieri tal-Ordni. Xorta waħda, l-Ordni u l-Maltin magħhom kienu ġarrbu telfiet kbir.
Wara l-Assedju
Issa kien wasal iż-żmien li l-Gran Mastru u s-segwaċi tiegħu jiddeċiedu jekk jerġgħux jibnu l-fortifikazzjonijiet imfarrka jew jabbandunawx lil Malta darba għal dejjem. Wara l-pożizzjoni erojka u r-rebħa miksuba, l-Ordni kien imħeġġeġ mill-mexxejja tal-pajjiżi Nsara, l-aktar mill-Papa u mill-Imperatur Filippu ta' Spanja, biex il-kavallieri jibqgħu f'Malta. Dan għaliex l-assedju wera kemm kienet importanti il-preżenza tal-Ordni, u d-difiża ta' Malta minn xi attakk tat-Torok fin-Nofssinhar tal-Ewropa. Id-deċiżjoni finalment ittieħdet minn De Valette u sħabu li l-Ordni għandu jibqa' Malta. Biss, biex jagħmlu hekk kien meħtieġ li kemm jista' jkun malajr tinbena fortizza enormi biex tipproteġi kemm il-Port il-Kbir kif ukoll dak ta' Marsamxett. Hekk sar u bis-saħħa ta' hekk inbniet belt ġdida li saret tissejjaħ il-Belt Valletta, il-belt kapitali l-ġdida ta' Malta.
Biblijografija
- Bonello Giovanni, 'Unpublished Document from Ragusa about the Great Siege of Malta', Histories of Malta, Mysteries and Myths.
- Bonello Giovanni, 'An Overlooked eyewitness's account of over the Great Siege'. Histories of Malta - Versions and Diversions.
- Bradford Ernle, The Shield and the Sword - The Knights of Malta. Fontana Books. 1972.
- Bradford Ernle, The Great Siege - 1565. Penguin. 1970.
- Bonello Givoanni, 'German Soldiers for the Great Siege', The Sunday Times of Malta, April 6, 2008.
- Bonello Giovanni, 'Great Siege, small morsels', Histories of Malta, Vol. 9 - Confessions and Transgressions.
- Cassar George, The Great Siege, 1565 - Separating fact from fiction. Sacra Militia Foundation.2005.
- De Giorgio Roger, A City by an Order. Progress Press Co. Ltd. 1985.
- Ellul Joseph, 1565 - The Great Siege of Malta. Studiografik Ltd / Gutenberg Press.
- Ellul Michael, Fort St Elmo - Malta - A brief history. Progress Press. 1988.
- Lockhead Ian C., 'A pictorial account of the Siege of Malta'. Flair, no 27. May 2010.
- Pickles Tim, Malta 1565 - Last Battle of the Crusades Osprey Publishing Ltd. 1988.
- Stephen Spiteri, The Great Siege - Knights vs Turks - mdlxv. Gutenberg Press. 2005.
- Thake Robert, 'A large unexplored account of the Great Siege'. Treasures of Malta, No. 52, il-Milied 2018, Vol. 11, No. 1. Patrimonju Malti.
Ara wkoll
- "Il-Għanja tar-Rebħa" – poeżija ta' Dun Karm Psaila
Ħoloq esterni
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Assedju ta' Malta (1565) |
- Storja tal-Ordni ta' San Ġwann
- Dokumentarju dwar dan l-assedju The Crescent and the Cross fuq BBC
Referenzi
- ^ De Giorgio, Roger (1985). A City By An Order (bl-Ingliż). Valletta: Progress Press. pp. 37–59.
- ^ De Giorgio, Roger (1985). A City By An Order. p. 56.
- ^ Spiteri, Stephen C. (2005). The Great Siege - Knights vs Turks mdlxv (bl-Ingliż). Tarxien: Gutenberg. p. 37.
- ^ De Giorgio, Roger (1985). A City By An Order. pp. 54–56.
- ^ Spiteri, Stephen C. The Great Siege - Knights vs Turks mdlxv. pp. 95, 96, 99.
- ^ Spiteri, Stephen C. The Great Siege - Knights vs Turks mdlxv. p. 40.
- ^ Spiteri, Stephen C. The Great Siege - Knights vs Turks mdlxv. p. 446.
- ^ Spiteri, Stephen C. The Great Siege - Knights vs Turks mdlxv. p. 229.
- ^ Spiteri, Stephen C. The Great Siege - Knights vs Turks mdlxv. p. 24.
- ^ Spiteri, Stephen C. The Great Siege - Knights vs Turks mdlxv. p. 39.
- ^ Spiteri, Stephen C. The Great Siege - Knights vs Turks mdlxv. p. 140.
- ^ Spiteri, Stephen C. The Great Siege - Knights vs Turks mdlxv. pp. 147–151.
- ^ Spiteri, Stephen C. The Great Siege - Knights vs Turks mdlxv. p. 159.
- ^ Spiteri, Stephen C. The Great Siege - Knights vs Turks mdlxv. p. 201.
- ^ Spiteri, Stephen C. The Great Siege - Knights vs Turks mdlxv. p. 208.
- ^ Spiteri, Stephen C. The Great Siege - Knights vs Turks mdlxv. pp. 215–217.
- ^ Spiteri, Stephen C. The Great Siege - Knights vs Turks mdlxv. pp. 241–242.
- ^ Spiteri, Stephen C. The Great Siege Knights vs Turks mdlxv. pp. 251–261.
- ^ Spiteri, Stephen C. The Great Siege - Knights vs Turks mdlxv. pp. 280–287.
- ^ Spiteri, Stephen C. The Great Siege - Knights vs Turks mdlxv. pp. 377–384.
- ^ Spiteri, Stephen C. The Great Siege - Knights vs Turks mdlxv. p. 442.
- ^ Spiteri, Stephen C. The Great Siege - Knights vs Turks mdlxv. pp. 436–440.
- ^ Spiteri, Stephen C. The Great Siege - Knights vs Turks mdlxv. pp. 492–501.
- ^ Spiteri, Stephen C. The Great Siege - Knights vs Turks mdlxv. pp. 504–515.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Assedju l Kbir, X'inhi Assedju l Kbir? Xi tfisser Assedju l Kbir?
L Assedju ta Malta magħruf ukoll bħala l Assedju l Kbir seħħ fl 1565 meta l Imperu Ottoman attakka l Gzejjer Maltin li dak iz zmien kienet taħt idejn il Kavallieri ta San Gwann L assedju dam kwazi erba xhur bejn it 18 ta Mejju sal 11 ta Settembru 1565 Assedju ta Malta Il wasla tat Torok f Malta Data 18 ta Mejju 11 ta Settembru 1565 Post Malta Belliġeranti Imperu Ottoman Kavallieri ta San Ġwann Maltin Kmandanti Jean de Valette Mathurin Romegas Saħħa 22 000 48 000 6 100 8 500 Korruti lt 25 000 35 000 2 500 truppi 7 000 ċivil 500 skjav Fit 18 ta Mejju 1565 il flotta Ottomana mmexxija minn kmandant tal armata u l ammiral tal flotta waslet qrib il kosta ta Malta Minn hawn beda l Assedju l Kbir li dam sejjer għal 145 jum Wara l waqgħa ta fl 1551 u l attakk fuq Għawdex fl istess sena l Ordni fittex li jikkonsolida d difiza ta madwar il Port il Kbir Ġie deċiz li jinbnew postazzjonijiet difensivi ġodda Fuq in naħa tan Nofsinhar tal Isla nbena l Forti San Mikiel u s swar li jipproteġu l Isla min naħa li tħares lejn Kordin Mal li dak iz zmien kien sempliċement torri zgħir inbniet fortizza mdaqqsa li setgħet takkomoda ġwarniġjon ta mitt suldat u f kaz ta gwerra anki aktar minn hekk Il perimetru tal Birgu fuq in naħa tal Kalkara kif ukoll dak li jħares lejn in Nofsinhar ġew imdawra minn linja ta difiza Is swar tal Imdina u l Kastell tar Rabat Għawdex tħallew f idejn il kunsilli amministrattivi rispettivi tagħhom biex ikunu rranġati mill aħjar li setgħu Sa mill 1557 kienu bdew jinxterdu x xnigħat li t Torok kienu se jattakkaw lil Malta Jekk mhux għal ħaġa oħra dan l attakk kellu jsir biex is Sultan Tork jikkastiga u jrazzan l Ordni ta San Ġwann talli l Kavallieri baqgħu jattakkaw il bastimenti Torok u dawk Musulmani Dawn l atti ta piraterija kienu jsiru biex l Ordni ta San Ġwann jaħtaf l merkanzija l armi u l iskjavi biex dawn jinbiegħu It tieni raġuni kienet li s Sultan kien konxju li jekk Malta taqa taħt idejh l Imperu Ottoman kien ikun għamel akkwist ieħor biex jikseb post strateġiku f nofs il Mediterran minn fejn il qawwa Torka setgħet tattakka l Punent tal Ewropa u għaldaqstant l Imperu Spanjol Id deċizjoni finali mill Porte Sublimi li jattakka lil Malta ttieħdet f Ottubru 1564 Diġa fl ewwel xhur tal 1565 l ispjuni tal Ordni f Kostantinopli kienu qed iwasslu informazzjoni lil De Valette li kien hemm ħafna preparamenti għaddejja fl arsenali u fit tarzni tat Torok u għaldaqstant l attakk fuq il Gzejjer Maltin kien jidher wieħed imminenti De Valette talab lil diversi mexxejja Insara l aktar lill Imperatur u lill għall għajnuna Huwa bagħat ukoll komunikazzjoni lill Kavallieri kollha tal Ordni ta San Ġwann imferrxa f bosta pajjizi biex jiġu Malta sabiex jiddefendu l interessi tal Ordni Preparazzjonijiet għall Assedju l KbirSal bidu ta Mejju 1565 tmintax il jum qabel ma beda l assedju l Ordni ta San Ġwann kien jista jgħodd mad 9 000 suldat bejn truppi merċenarji voluntiera barranin u suldati Maltin Mijiet ta kavallieri tal Ordni waslu Malta u b kollox dawn issa kienu jgħoddu mas 600 Sal 10 ta Mejju truppi Spanjoli ġellieda professjonali it tercios li kienu ntbagħtu minn Filippu II waslu Malta wkoll Fl ewwel jiem ta Mejju saru l aħħar preparamenti biex il Port u l madwar ikunu protetti bl aħjar mod minkejja n nuqqas ta nies biex jaħdmu u l finanzi stretti bejn il ponta tal Isla u dik tal Birgu ddendlet katina fil baħar biex twaqqaf lix xwieni tal għadu milli jidħlu l ġewwa minn hemm lejn id daħla ta Bormla Ħarġet ordni biex il merħliet kollha ta madwar it Tlett Ibliet jiddaħħlu wara s swar tal Birgu biex dawn ma jaqgħux f idejn l għadu Barra minn hekk il Forti San Mikiel u s swar tal Isla kellhom id difizi tagħhom rinfurzati b diversi modi Zbark tal Forzi Torok 18 ta Mejju 1565Fit 18 ta Mejju il flotta Ottomana magħmula minn bosta mijiet ta bastimenti ta kull għamla waslet qrib il kosta ta Malta Din kienet qed iġġorr madwar 30 000 raġel In numru ezatt hu diskutibbli peress li xi storiċi kontemporanji tal Assedju jsostnu li kienu aktar filwaqt li oħrajn isostnu li dawn kienu inqas Abbord dawn il bastimenti kien hemm l fuq minn 6 000 Ġannizzaru truppi ġellieda mill aqwa u 6 000 Sipahis arċiera Ma dawn kien hemm gwerriera oħra qaddiefa u eluf ta awziljari li kienu mqabbda jġorru l provvisti Dan apparti l inġiniera li fost affarijiet oħra xogħolhom kien li jħaffru t trinek tad difiza u l mini taħt l art biex jippenetraw is swar u jisploduhom It Torok kellhom ukoll erba baziliski kanuni enormi li kienu jisparaw balal ta l fuq minn 80 libbra Dawn it truppi kollha kienu mmexxija minn il kmandant tal armata u Pjali Paxa il kmandant tal flotta Dakinhar tal wasla tagħhom madwar 3 000 suldat u oħrajn nizlu l art f Marsaxlokk u f Marsaskala Dawn immarċjaw minnufih lejn Ħaz Zabbar u z Zejtun Xi bastimenti zbarkaw it truppi tagħhom fil Bajja tal Ġnejna Sal 20 ta Mejju il bqija tat truppi kienu nizlu kollha l art u sal 21 ta Mejju twaqqaf arsenal ta armi u munizzjon qrib iz Zejtun Il maġġoranza tat truppi ħaffew lejn il Marsa fejn hemm armaw it tined u stabbilew il kwartieri prinċipali tagħhom Oħrajn ippozizzjonaw ruħhom fuq l Għolja ta Santa Margarita Bormla u fil pront immiraw il kanuni tagħhom lejn il belt ċkejkna tal Birgu Tħejjijiet għall attakk fuq il Forti Sant IermuFil jiem ta wara ammont imdaqqas ta truppi telgħu lejn l iġorru magħhom kanuni kbar u zgħar L intenzjoni tat Torok kien li l assedju jibda billi jkun attakkat u mirbuħ il Forti Sant Iermu u wara jattakkaw l Isla u l Forti Sant Anġlu B hekk it Torok setgħu jakkwistaw il ponta strateġika ta tarf din il penizola ħalli jdaħħlu u jirmiġġaw l bastimenti tagħhom mingħajr biza fil Port ta Marsamxett Mill ewwel bdew xi bumbardamenti zgħar fuq il Forti Sant Iermu Min naħa tiegħu l Ordni issa kien bagħat mal 400 suldat armat bl azzarini u biex isaħħu d difiza tal Fortizza Sant Iermu kien armat b bosta kanuni ta kull kwalita Daqs sena qabel l Ordni kien bena ravellin lil hinn mill fortizza speċi ta bastjun fuq in naħa ta Marsamxett Dan kien intenzjonat li minn fuqu d difensuri ta Sant Iermu jisparaw bl arkibusi lejn l għadu qabel ma dan iqarreb lejn il fortizza minn dawk in naħat Il gwarniġġjon tal Forti kien immexxi mill gvernatur Fra Jibdew l attakki feroċiFit 28 ta Mejju bdew l ewwel bumbardamenti massiċċi fuq Sant Iermu li damu sejrin sigħat sħaħ Il ħsejjes tal kanuni damdmu lil kull min semagħhom u l balal bdew bil mod il mod iwaqqgħu il ħitan li jħarsu lejn l għolja u lejn il kanuni tal għadu Il balal kienu jvarjaw minn dawk zgħar ta 45 libbra 20 kilogramma għal oħrajn ta tmenin libbra u anki akbar F mumenti minnhom il bumbardamenti kienu jieqfu biex mijiet ta suldati Torok jassaltaw il Forti b taħlita ta armi tal idejn fosthom arkibusi lanez u vleġeġ Xi wħud ġarrew is slielem biex kif jaslu taħt il fortizza dawn jittantaw jitilgħu mas swar u jassaltaw lid difensuri Fit 2 ta Ġunju il kursar famuz magħruf ukoll bħala zbarka f Malta Anki jekk Turgut ma kellu l ebda rikonoxximent formali mis Sultan Tork bħala mexxej huwa tant kien magħruf għall kapaċitajiet ta gwerrier gwapp li mill ewwel ġie rikonoxxut miz zewġ mexxejja tal assedju Pjali Paxa u Mustafa Paxa bħala l kap de facto Dan anki għaliex iz zewġ kmandanti kienu kelb u qattus fl imġiba ta bejniethom Fl ewwel jiem tal bumbardamenti is swar kienu diġa ġarrbu ħafna ħsara Fil lejl tat 3 ta Ġunju it Torok wara ħafna bumbardamenti telgħu inkiss inkiss mas sur tar ravelllin li l Ordni kien bena maqtugħ għalih b ċerta distanza mill forti u bi ftit ġlied irnexxielhom jaħtfu dan il post ta diviza f idejhom B konsegwenza ta hekk it Torok akkwistaw post vantaġġuz mill aqwa biex ikomplu bl assedju tagħhom fuq il Forti Sant Iermu Sfortunatament meta nbena dan ir ravellin apparti li ma kienx b saħħtu bizzejjed biex jirrezisti l attakki kellu ċertu għoli li għalkemm tajjeb biex tispara minn fuqu lejn l għadu fit trunċieri ġaladarba jaqa f idejn l għadu kien iservi ta vantaġġ għall għadu għax seta jispara fuq id difensuri wara s swar Bi ftit ta zidied fuq ir ravellin it Torok bnew difiza fuq dan ir armaw sistema ta difiza vantaġġjuza biex minn hemm jisparaw fuq l istess livell tas suldati tal Ordni Il bin nies tiegħu ħareġ minn wara s swar biex jerġa jieħu r ravellin f idejh izda ma rnexxielux għax ir ravellin issa kien mizgħud bil Ġanissari Matul il ġranet ta wara il bumbardamenti komplew ħraxu Ma dawn kien hemm bosta attakki mill Ġannizzari Magħhom kienu jimmarċjaw ukoll tat tnabar tat trombi u dawk biċ ċimbli kulħadd jgħajjat u jwerzaq kemm jiflaħ biex iwerwru d difensuri In numri kbar tagħhom madankollu ma kinux bizzejjed biex jirbħu lid difensuri wara l ħitan tal fortizza Konsegwentement esposti kif kienu in numru tal imwiet tagħhom kien enormi Fjum minnhom fl 10 ta Ġunju inqatlu daqs 1 000 Tork filwaqt li fl attakk tal 15 ta Ġunju nqatlu madwar 400 suldat Tork fis 16 ta Ġunju 1 000 suldat ieħor tilfu ħajjithom u fit 22 ta Ġunju mietu daqs 2 000 ruħ u sfaw feruti mal 4 000 ruħ Wieħed dejjem irid jiddubita kemxejn dawn iċ ċifri esorbitanti għaliex min kien jikteb seta kien qed jipprova jenfasizza l eroizmu u r rebħiet tal Ordni billi jesaġera n numru tat telfiet kbar tal għadu Skont l istess storiċi kontemporanji tal Assedju l Kbir id difensuri wkoll sofrew bit telf ta suldati u ta kavallieri tal Ordni biss dawn kien ċiefri ħafna izgħar Id difensuri kienu jkunu rrinforzati minn truppi ġodda li De Valette kien ta spiss jibgħat minn Sant Anġlu biex ipattu għat tellfiet Madankollu jum wara l ieħor il bumbardamenti u l attakki tal għadu bdew dejjem jiħraxu u jħallu l effett tagħhom u l moral u l enerġija fizika tad difensuri kienu qed jonqsu ġmielhom Fit 18 ta Ġunju waqt wieħed mill bumbardamenti Turgut Rais intlaqat f nasu mit tifrik li tar għal fuqu meta bomba laqtet blata fil qrib Hu miet ftit jiem wara fl istess jum li Sant Iermu ntrebaħ mit Torok Fit 23 ta Ġunju lejlet il festa ta San Ġwann sar attakk ieħor mit Torok li dam sejjer erba sigħat Kien f dan l attakk enormi li wassal għat telfa ta Sant Iermu Il Ġanizzari daħlu minn fuq it tifrik tas swar malajr u għelbu l għadd zgħir ta difensuri li kien għad fadal fuq saqajhom Ħafna minn dawn is superstiti kienu ġew maqtula fuq il post waqt li oħrajn ittieħdu priġunieri u nbiegħu bħala skjavi L assedju kollu fuq il Forti Sant Iermu kien dam mas 26 jum u sewa prezz għoli kemm għall għadu kif ukoll għall Ordni Jingħad li t Torok tilfu mill inqas 6 000 suldat inkluz nofs l unita tal Ġannizzari Min naħa tal Ordni madwar 1 500 difensur li kienu jinkludu 89 Kavallier tal Ordni kienu nqatlu L għada ta din ir rebħa kursar famuz mit Tramuntana tal Afrika li kien ukoll involut fl assedju baħħar lejn Tripli biex jakkwista aktar munizzjon u biex jidfen il ġisem ta Turgut Rais Issa li l bandiera Torka kienet qed tittajjar fuq il Forti Sant Iermu u x xwieni Torok kienu f Marsaxmett il kmandanti setgħu jikkonċentraw fuq il pjan li jmiss l attakk fuq il Forti San Mikiel u l Birgu Is sokkors iz zgħirWaqt li t Torok bdew jippreparaw biex jattakkaw l Isla u l Birgu fit 2 ta Lulju waslet armata ta 700 mitt suldat minn Sqallija Din kienet tikkonsisti minn suldati Spanjoli Taljani Sqallin 20 kanunier u 40 kavallier tal Ordni kollha immexxija mill Kurunell Melchior de Robles Mal izbark f San Pawl il Baħar it truppi mmarċjaw minnufih lejn l Imdina Imbagħad minn hemm De Robles mexxa lit truppi tiegħu tul l irdumijiet tan Nofsinhar ta Malta biex jevita t truppi Torok għadda minn ħdejn Ħal Kirkop u aktar l isfel lejn il Lvant biex fl aħħar wasal il Kalkara Minn hemm it truppi qasmu bid dgħajjes għall Birgu biex daħlu ġewwa s swar minn passaġġ sally port illum magħrufa bħala t Toqba tal Birgu Jibda l attakk massiv fuq l IslaIt truppi Torok u l bumbardiera bil kanuni tagħhom ħlief għal xi ftit irtiraw minn fuq l Għolja Sciberras u marru lura fil kamp prinċipali tagħhom il Marsa Issa l inġiniera bdew iħaffru t trinek ta difiza u jiffurmaw pjattaformi għall kanuni fuq l għolja ta Kordin ftit mijiet ta metri biss il bogħod minn naħa tal Punent tal Isla kif ukoll ħejjew irwieħhom fuq l għoljiet periferiċi ta Bormla Ġewwa lejn l Marsa bdew jitnizzlu mal 100 dgħajsa ta ċertu kobor fil baħar bi tħejjija għall attakk kontra l Isla minn dik in naħa Sadanittant kienu bdew xi bumbardamenti fuq l Isla De Valette kien ħalla id difza tal Forti San Mikiel u tal Isla f idejn il kavallieri tal Lingwa Taljana taħt il kmand ta Pietro del Monte l istess kavallier li wara l mewt ta De Vallette laħaq Gran Mastru Bejn il Birgu u l Isla tqiegħed pont magħmul minn twavel tal injam marbutin jgħumu f wiċċ l ilma biex minn fuqhom ikunu jistgħu jaqsmu t truppi tal Ordni f kull ħin kif meħtieġ L ewwel attakk kbir fuq l Isla mit Torok seħħ fil 5 ta Lulju u wara dan kien hemm oħrajn Fil 15 ta Lulju eluf ta Ġanizzari rikbu d dgħajjes mill Marsa u qaddfu lejn l Isla Il bumbardiera Torok fetħu n nar kemm mill għolja ta Kordin kif ukoll mill għoljiet ta Bormla Id difensuri sparaw tiri ta kanuni fuq id dgħajjes li kienu qed joqorbu u rnexxielhom jgħerrqu lil ħafna minnhom Bosta mill Ġannissari li kienu fuqhom inqatlu f dan l attakk qabel ma setgħu jinzlu l art Fl istess ħin truppi Torok oħra avviċinaw il Forti San Mikiel min naħa tal art l aktar bħala manuvra finta biex ifixklu l attenzjoni tad difensuri mill attakk ta fuq il baħar Daqs għaxra mid dgħajjes il kbar tal Ġannizzari qaddfu lejn il ponta tal Isla dik il parti li tħares lejn il Birgu biex jippruvaw iqaċċtu l katina li kienet taqsam il bajja ta Bormla Biss hawn sabu lil stakkament ta suldati taħt il kmand ta Fra de Guiral moħbija taħt is swar li sparaw għal fuqhom u qatlu ħafna mill Ġannizzari Bi tweġiba għal dan l attakk feroċi De Valette bagħat lil Kaptan u uffiċjali oħra bis suldati tagħhom lejn l Isla Dawn qasmu minn fuq il pont li kien inbena ftit qabel fil baħar u ppustjaw ruħhom fuq is swar qrib il fortizza ta San Mikiel Kien dan il kontinġent u dak ta De Guiral li salvaw is sitwazzjoni għax it Torok kienu qegħdin minn fuq Il bumbardamenti wara dakinhar ma waqfu xejn Mit 22 sas 27 ta Lulju kuljum seħħu aktar bumbardamenti feroċi oħra fuq l Isla Ma dan kien hemm ieħor għaddej fuq il Birgu Intuzaw erbatax il batterija minn fuq l għoljiet ta madwar dawn is swar Bejniethom it Torok kellhom mas 60 kanun ta kull tip Dawk ta fejn is San Salvatur fuq l għoljiet tal Kalkara kienu qed jattakkaw lis swar li jħarsu lejn il Kalkara magħrufa bħala Ta Kastilja Issa l inġiniera Torok bdew ukoll jittantaw iħaffru mina taħt is swar tal Isla qrib fejn kien ippozizzjonat De Robles bit truppi tiegħu bl intenzjoni li jisplodu l isplussivi u jtajru s swar It tħaffir baqa għaddej għal ġranet sħaħ izda eventwalment id difensuri ndunaw x kien qed jiġri u dawn ħaffru mina oħra min naħa tagħhom biex ilaqqgħuha ma dik tat Torok u jattakkawhom minn hemm Attakki fuq l Isla u l BirguIl bumbardamenti kostanti mit Torok kienu kbar mhux biss fuq l Isla izda wkoll fuq il Birgu Mid 9 ta Lulju it Torok kienu bdew jisparaw bil kanuni tagħhom minn fuq l Għolja tas Salvatur mhux wisq il bogħod minn fejn illum nafuh bħala Bighi Bejn it 22 ta Lulju u s 27 ta Lulju zdiedu bil kwantita u bl intensita l attakki fuq il Birgu u l Isla Fit 2 ta Awwissu it Torok nedew attakk ta bosta sigħat fuq il Forti San Mikiel Dakinhar mietu madwar 600 suldat Tork filwaqt li d difensuri tilfu 40 ruħ Għal darb oħra fis 7 ta Awwissu 12 000 suldat attakkaw kemm is swar tal Isla kif ukoll dawk tal Birgu simultanjament F din il ġurnata De Valette b kontinġent zgħir mar personalment jgħin lid difensuri fuq il post ta Kastilja biex jgħin għax l għadu li kienu għoddu għeleb lis suldati difensuri Il ġlied baqa sejjer mad disa sigħat F daqqa waħda mingħajr ħadd ma jaf għaliex it truppi Torok bdew jirtiraw mill front u jaħarbu lura lejn il Marsa Kulħadd baqa mbellaħ b dan l aġir għax l għadu kien minn fuq Mingħajr ma ħadd induna armata magħmula minn mitt suldat fuq iz zwiemel immexxija mill kavallier tal Ordni Mesquita u daqs mitt suldat tal infanterija mmexxija mill kavallier de Lugny kienu nizlu fil kamp Tork li dak il ħin kien nieqes mis suldati għassiesa Il qawwa tal Ordni ħasdet lil kulħadd u qatlet bosta suldati li kien hemm fil kamp l aktar dawk li kienu qed jirkupraw mill feriti Fl attakk il qawwa tal Imdina tat in nar lit tined It truppi Torok ta madwar l Isla u l Birgu raw id dħaħen tan nar u malajr daħħluha f rashom li kienet waslet armata mdaqqsa minn Sqallija Fil ġenn tal mument it truppi Torok abbandunaw il pozizzjonijiet vantaġġuzi li kienu kisbu u ġrew lura lejn il Marsa Meta sabu dik il ħerba fil kamp tagħhom bħala tpattija t Torok telgħu bil gwarniġġjoni tagħhom lejn ir Rabat biex jattakkaw l Imdina Biss meta waslu hemm il kanuni tas swar tal Imdina fetħu n nar fuqhom u dawn malajr kellhom jerġgħu lura minn fejn ġew Matul ix xahar kollu ta Awwissu seħħu aktar bumbardamenti u attakki tal infanterija fuq is swar tal Birgu u tal Isla Il parti tas swar tal Isla fejn kienu stazzjonati t truppi ta De Roble u s swar ta Kastilja fil Birgu kienu l aktar li sofrew De Roble nnifsu ntlaqat minn tir ta arkibus u miet Kien hemm diversi tentattivi biex jitħaffru mini taħt is swar taz zewġt ibliet izda d difensuri ta fuq is swar indunaw bihom u attakkaw lill invazuri fil ħin biex jisfrattawlhom il pjanijiet tagħhom li jisplodu l fortizzi Wieħed mill agħar attakki seħħ fl 20 ta Awwissu Fit 30 ta Awwissu Mustafa Paxa ordna attakk massiv ieħor fuq l Isla Dan ukoll spiċċa fix xejn Wara dan l attakk ma sarux attakki oħra kbar u l qawwa tal Ordni baqgħet wara s swar tistenna Kien bħallikieku z zewġ għedewwa għejjew u issa bdiet tmurilhom il ħeġġa li jkomplu jiġġieldu Wasla tas sokkors il kbir Irfigħ tal AssedjuFil fatt hekk ġara Sal aħħar ta Awwissu il moral tat Torok kien qed imajna ġmielu Uħud mill ġenerali Torok kienu qatgħu qalbhom li l assedju kien se jintemm b suċċess Mument minnhom madwar 60 mirkeb Tork dehru jabbandunaw l assedju u parpru l hinn Mustafa baqa jsostni li l assedju għandu jitkompla Izda t truppi Torok kienu qed ibagħtu minn nuqqas ta munizzjon u provvisti tal ikel kif ukoll mis sħana oppressiva ta Awwissu Finalment fis 7 ta Settembru l armata l kbira ta magħmula minn madwar 10 000 suldat waslet Malta Dawn bdew minnufiħ nezlin l art fil Bajja tal Mellieħa Bħalma għamlet il qawwa ta qabilhom f Lulju it truppi mmarċjaw immedjatament lejn l Imdina u stazzjonaw ruħhom barra s swar fir Rabat Ladarba t truppi zbarkaw ix xwieni vojta Nsara salpaw il barra mill Port il Kbir biex juru lil De Valette li l għajnuna militari tant mistennija kienet waslet fl istess ħin De Toledo ried juri lill għadu li issa kien hawn forza militari li wieħed kellu jibza minnha u li l għadu issa kien aħjar għalih li jdabbar rasu l hemm Il bastimenti ta De Toledo mbagħad baħħru lura lejn Sqallija Din il wirja ta saħħa kellha l effett mixtieq L għada it 8 ta Settembru il kmandanti Torok ordnaw lit truppi tagħhom biex izarmaw it tined u jimmarċjaw lejn l Għolja Sciberras apparentement bi tħejjija biex jimbarkaw abbord ix xwieni tagħhom li kienu rmiġġati fil Port ta Marsamxett B hekk l assedju fuq il bliet tal port imbagħad twaqqaf Madankollu wara ftit deher li kienet saret bidla fil pjanijiet Fil 11 ta Settembru il bastimenti Torok telqu minn Marsamxett mingħajr wisq truppi abbord u baħħru tul il kosta tal Majjistral lejn San Pawl il Baħar Dan kien ifisser li l kmandanti bezgħu li l flotta tista tinqabad f Marsamxett taħt il mira tal kanuni tiegħu tal għadu mill art It truppi Torok għalhekk abbandunaw l Għolja Sciberras u mmarċjaw fl istess direzzjoni tal Majjistral Jidher li l ġenerali Torok ma ridux jiġu mrekkna fuq il penizola tal Għolja ta Sciberras mill armata ta Don Garcia It Torok għazlu t terren aktar miftuħ u għalhekk qorbu lejn l għoljiet tan Naxxar fejn setgħu jzommu l aħjar pozizzjoni B dan il mod kienu wkoll qed joqorbu lejn ix xwieni tagħhom li issa setgħu jgħabbu lit truppi minn San Pawl il Baħar Il kmandanti ta Don Garcia raw dak li kien qed jiġri mis swar tal Imdina u ddeċidew li jinzlu minnufiħ biex jattakkaw lit Torok Kontinġent militari mdaqqas mmarċja l isfel lejn il Mosta tul il pjanuri baxxi biex wasal qrib in Naxxar Hawnhekk seħħ konfront militari mdemmi It truppi Spanjoli u Taljani li kienu għadhom mimlijin b enerġija u b entuzjazmu mill ġlied avvanzaw faċilment u attakkaw minnufih It Torok ezawriti u demoralizzati ma damux ma bdew jirtiraw b mod dizordinat bosta minnhom billi jaqbzu l ħitan tas sejjieħ biex jiġru kemm jifilħu lejn ix xwieni tagħhom sabiex jimbarkaw u jdabbru rashom Dakinhar stess billejl l armata Torka jew aħjar dak li kien fadal minnha salpat bil moħbi minn San Pawl il Baħar fid direzzjoni ta Istanbul Bastimenti oħra ħadu r rotta lejn in Nofsinhar biex jirritornaw fil bazijiet tagħhom fit Tramuntana tal Afrika L istoriċi kontemporanji ta dan l assedju sostnew li matul l assedju it Torok tilfu sa tliet darbiet in numru tas suldati Maltin u l kavallieri tal Ordni Xorta waħda l Ordni u l Maltin magħhom kienu ġarrbu telfiet kbir Wara l AssedjuIssa kien wasal iz zmien li l Gran Mastru u s segwaċi tiegħu jiddeċiedu jekk jerġgħux jibnu l fortifikazzjonijiet imfarrka jew jabbandunawx lil Malta darba għal dejjem Wara l pozizzjoni erojka u r rebħa miksuba l Ordni kien imħeġġeġ mill mexxejja tal pajjizi Nsara l aktar mill Papa u mill Imperatur Filippu ta Spanja biex il kavallieri jibqgħu f Malta Dan għaliex l assedju wera kemm kienet importanti il prezenza tal Ordni u d difiza ta Malta minn xi attakk tat Torok fin Nofssinhar tal Ewropa Id deċizjoni finalment ittieħdet minn De Valette u sħabu li l Ordni għandu jibqa Malta Biss biex jagħmlu hekk kien meħtieġ li kemm jista jkun malajr tinbena fortizza enormi biex tipproteġi kemm il Port il Kbir kif ukoll dak ta Marsamxett Hekk sar u bis saħħa ta hekk inbniet belt ġdida li saret tissejjaħ il Belt Valletta il belt kapitali l ġdida ta Malta BiblijografijaBonello Giovanni Unpublished Document from Ragusa about the Great Siege of Malta Histories of Malta Mysteries and Myths Bonello Giovanni An Overlooked eyewitness s account of over the Great Siege Histories of Malta Versions and Diversions Bradford Ernle The Shield and the Sword The Knights of Malta Fontana Books 1972 Bradford Ernle The Great Siege 1565 Penguin 1970 Bonello Givoanni German Soldiers for the Great Siege The Sunday Times of Malta April 6 2008 Bonello Giovanni Great Siege small morsels Histories of Malta Vol 9 Confessions and Transgressions Cassar George The Great Siege 1565 Separating fact from fiction Sacra Militia Foundation 2005 De Giorgio Roger A City by an Order Progress Press Co Ltd 1985 Ellul Joseph 1565 The Great Siege of Malta Studiografik Ltd Gutenberg Press Ellul Michael Fort St Elmo Malta A brief history Progress Press 1988 Lockhead Ian C A pictorial account of the Siege of Malta Flair no 27 May 2010 Pickles Tim Malta 1565 Last Battle of the Crusades Osprey Publishing Ltd 1988 Stephen Spiteri The Great Siege Knights vs Turks mdlxv Gutenberg Press 2005 Thake Robert A large unexplored account of the Great Siege Treasures of Malta No 52 il Milied 2018 Vol 11 No 1 Patrimonju Malti Ara wkoll Il Għanja tar Rebħa poezija ta Dun Karm PsailaĦoloq esterniWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Assedju ta Malta 1565 Storja tal Ordni ta San Ġwann Dokumentarju dwar dan l assedju The Crescent and the Cross fuq BBCReferenzi De Giorgio Roger 1985 A City By An Order bl Ingliz Valletta Progress Press pp 37 59 De Giorgio Roger 1985 A City By An Order p 56 Spiteri Stephen C 2005 The Great Siege Knights vs Turks mdlxv bl Ingliz Tarxien Gutenberg p 37 De Giorgio Roger 1985 A City By An Order pp 54 56 Spiteri Stephen C The Great Siege Knights vs Turks mdlxv pp 95 96 99 Spiteri Stephen C The Great Siege Knights vs Turks mdlxv p 40 Spiteri Stephen C The Great Siege Knights vs Turks mdlxv p 446 Spiteri Stephen C The Great Siege Knights vs Turks mdlxv p 229 Spiteri Stephen C The Great Siege Knights vs Turks mdlxv p 24 Spiteri Stephen C The Great Siege Knights vs Turks mdlxv p 39 Spiteri Stephen C The Great Siege Knights vs Turks mdlxv p 140 Spiteri Stephen C The Great Siege Knights vs Turks mdlxv pp 147 151 Spiteri Stephen C The Great Siege Knights vs Turks mdlxv p 159 Spiteri Stephen C The Great Siege Knights vs Turks mdlxv p 201 Spiteri Stephen C The Great Siege Knights vs Turks mdlxv p 208 Spiteri Stephen C The Great Siege Knights vs Turks mdlxv pp 215 217 Spiteri Stephen C The Great Siege Knights vs Turks mdlxv pp 241 242 Spiteri Stephen C The Great Siege Knights vs Turks mdlxv pp 251 261 Spiteri Stephen C The Great Siege Knights vs Turks mdlxv pp 280 287 Spiteri Stephen C The Great Siege Knights vs Turks mdlxv pp 377 384 Spiteri Stephen C The Great Siege Knights vs Turks mdlxv p 442 Spiteri Stephen C The Great Siege Knights vs Turks mdlxv pp 436 440 Spiteri Stephen C The Great Siege Knights vs Turks mdlxv pp 492 501 Spiteri Stephen C The Great Siege Knights vs Turks mdlxv pp 504 515