Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Il Kalkara hija raħal fir Reġjun tax Xlokk ta Malta b popolazzjoni ta 3 224 individwi fl 2023 L isem Kalkara ġejja mill

Kalkara

  • Paġna Ewlenija
  • Kalkara
Kalkara
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Il-Kalkara hija raħal fir-Reġjun tax-Xlokk ta' Malta b'popolazzjoni ta 3,224 individwi fl-2023. L-isem 'Kalkara' ġejja mill-kelma Latina calce (Ġir), għax jingħad li kien hemm forn tal-ġir hemmhekk minn mindu ġew ir-Rumani. Il-Kalkara tifforma parti minn-naħa ta' ġewwa tal-port u tokkupa ż-żona madwar id-Daħla tal-Kalkara (Kalkara Creek). Ir-raħal għandha l-Kunsill Lokali tiegħu u tmiss mal-bliet tal-Birgu u Ħaż-Żabbar u mar-raħal tax-Xgħajra.

Kalkara
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaReġjun tal-Port, Malta
Ġeografija
Koordinati 35°53′21″N 14°31′46″E / 35.8892°N 14.5294°E / 35.8892; 14.5294Koordinati: 35°53′21″N 14°31′46″E / 35.8892°N 14.5294°E / 35.8892; 14.5294
Kalkara
Kalkara (Malta)
Superfiċjenti 1.8 kilometru kwadru
Għoli 26 m
Demografija
Popolazzjoni 3,014 abitanti (31 Marzu 2014)
kalkaralc.gov.mt

Storja

Il-Kalkara bdiet bħala raħal tas-sajd żgħira madwar id-daħla kenniena tal-Kalkara. L-istoriċi jgħidu li l-art li llum ngħidulha l-Kalkara, kienet waħda mill-ewwel postijiet f'Malta li ġiet abitata mill-ewwel umani, li ġew minn Sqallija. L-idea ta' dit-teorija hija li d-daħliet tal-Port il-Kbir setgħu jipprovdulhom kenn mill-vjaġġ twil tagħhom fil-Mediterran. Sfortunatament, dawn it-teoriji m'għandhomx provi u l-ewwel grajjiet tal-istorja tal-Kalkara ser jibqgħu ambigjużi

Il-Kristjaneżmu fil-Kalkara beda meta nbniet l-ipoġea Paleokristjana fiż-żona magħrufa bħala ix-Xagħra ta' Santa Duminka li tinstab fil-konfini tal-paroċċa tagħha. Ġo fihom, bdew isiru l-ewwel kulti Nisranija, u llum il-ġurnata, huma attributi għar-rappreżentazzjoni tal-Orant ġol-ipoġea.


Meta il-Kavallieri ta' San Ġwann ġew Malta f'1530 u stabbilixxew il-kwartieri ġenerali tagħhom fil-Birgu, bdew proċess ta' żvillup u fortifikazzjoni taż-żona, speċjalment bil-kostruzzjoni fil-fortifikazzjonijiet tal-Kottonera (Cottonera Lines); linji twal ta' fortifikazzjonijiet li għalqu l-bliet tal-Birgu, il-Bormla u l-Isla, u l-bini ta' Forti Ricasoli fil-bokka tal-port. Minn dak iż-żmien il-quddiem, l-attaki mit-Torok u l-kursari bażikalment waqfu għall-kollox, u dan is-sens ġdid tas-sigurtà assigurat li l-Kalkara tibqa' tiżżviluppa bħala subborg tal-Kottonera, u speċjalment tal-Birgu.

IIl-popolazzjoni bdiet tiżdied bil-mod il-mod u fis-sekli 19 u 20, Il-Kalkara saret tipo ta' risort żgħira imma ħelwa u x-xatt u ċ-ċentru storiku ġabet it-tqassima li għandha illum. Matul dan il-perjodu l-Kottonera kienet ċentru residenzjali, kummerċjali u industrijali ewlieni speċjalment minħabba l-preżenza tad-Drydocks tagħha, li kienu użati mill-Ingliżi mill-bidu nett taż-żjara tagħhom fil-gżejjer tagħna. Fil-bidu ħafna mid-djar il-ġodda fil-Kalkara nbnew bħala residenzi tas-sajf minn nies min-naħa tal-Kottonera fejn gawdew serħan mill-istili ta’ ħajja aktar impenjattivi tagħhom imma aktar m'għadda ż-żmien u l-art għall-iżvilupp fil-Kottonera stess saret limitata ħafna, aktar nies bdew jgħixu fil-Kalkara stess. Ħafna minn dawn id-djar, mibnija bejn l-1850 u l-1950, baqgħu sal-lum u lokalment jissejħu 'Town Houses', li essenzjalment huma djar b'terrazzini ta' żewġ sulari li għandhom gallarija tradizzjonali tal-injam Malti, soqfa ċċangajati tal-ġebel appoġġjati mill-injam jew ħadid. travi u madum tal-paviment bil-mudell Malti. Xi wħud minn dawn id-djar, speċjalment mad-dawra tax-xatt, huma aktar elaborati minn oħrajn u jinkludu tliet jew erba' sulari kif ukoll tinqix tal-ġebel ikkomplikat. Din iż-żieda fil-popolazzjoni wasslet għall-bidla mill-Kalkara għal parroċċa indipendenti mill-Birgu fl-1897.

Għalkemm ma tantx kienet importanti strateġikament, il-Kalkara xorta ġarrbet il-piż fit-Tieni Gwerra Dinjija minħabba li kienet viċin tal-Kottonera u d-Drydocks. L-ewwel knisja tal-paroċċa li kien hemm spiċċat kompletament meqruda minħabba attakk tal-arja fl-10 t'April 1942.

Wara li Malta kisbet l-Independenza tagħha fl-1964 il-pajjiż sħiħ ra perjodu ta' żvilupp u kostruzzjoni, li ħalla l-impatt tiegħu fuq il-Kalkara, għalkemm żgħira. Inbniet housing estate ġdida viċin l-isptar ta' Bighi, kif ukoll il-bini ta' djar b'terrazzi kbar u vilel żgħar tul iż-żona ħdejn Triq il-Missjoni Taljana. Minkejja dan, il-Kalkara għadha żżomm atmosfera sabiħa u kwieta u għadha tidher f’ħafna pitturi u kartolini li jenfasizzaw il-dehra pittoresk tagħha.

Il-Kalkara tinsab fuq il-kosta tal-Lvant ta’ Malta u tifforma parti miż-żona ta’ ġewwa tal-Port il-Kbir. Tokkupa ż-żona madwar ix-xatt tal-Kalkara u testendi għaż-żewġ naħat tal-widien madwar ix-xatt. Il-Bajja tar-Rinella, l-unika bajja ramlija fil-Port il-Kbir, tinsab fil-bokka tal-wied tar-Rinella. Il-Kalkara hija waħda mill-ftit lokalitajiet fi ħdan iż-żona tal-Port il-Kbir li għad għandha spazji miftuħa li naturalment jaqsmuha minn bliet u rħula oħra.

Amministrazzjoni

Sa mill-bidu tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali fis-sena 1993, il-Kalkara saret Kunsill Lokali, jiġifieri li hija responsabbli għall-affari lokali fosthom il-manutenzjoni (upkeep) ġenerali tal-lokalità, ir-ristawrar u l-bini ta’ toroq residenzjali, u l-ambjent lokali.

Il-Kunsill Lokali tal-lum huwa magħmul minn 5 kunsillieri li huma:

  • Wayne Aquilina (Sindku) – PL
  • Vince Bongailas (Viċi Sindku) – PL
  • Speranza Chircop – PL
  • Christopher Bruno – PL
  • Maria Sultana – PN

Demografija

Skont l-iktar rikordju reċenti mill-aħħar ta' Diċembru 2023 jgħidu li l-Kalkara għandha 3,224 ruħ, li tela' minn 3,105 f'Novembru tal-2021. L-inħawi pjaċevoli u l-kwiet tiegħha flimkien mal-prezzijiet tal-proprjetà relattivament irħas jagħmlu l-Kalkara post ideali biex tgħix fiha, u minħabba f'hekk il-Kalkara qiegħeda waħda mil-lokalitajiet li qed tara żieda fil-popolazzjoni tagħha.

Kultura

Każini tal-Banda

  • Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja A.D. 1897
  • L-Għaqda Mużikali San Ġużepp A.D. 1987

NGOs lokali

  • Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara

Sights Ewlenin

Ix-Xatt tal-Kalkata minn-naħa tal-Birgu

Il-Kappella tas-Salvatur

L-istoriċi jgħidu li l-kappella (iddedikata lil Ġesù Kristu) taħt it-titlu tas-Salvatur wisq probabbli twaqqfet fl-1487 fiż-żona magħrufa bħala “la punta sottile della Rinella”. Imma minn żjarat pastorali li saru fi żmien il-Kavallieri, din il-kappella twaqqgħet bl-ordni tal-Gran Mastru Jean Parisot de la Valette waqt l-Assedju l-Kbir tal-1565. Ir-raġuni li taw kienet li minħabba li waqqawha, ma kienitx ser tipprovdi ebda kenn għat-Torok li kienu qed jinvaduhom.

Fl-1580, Claudio Abela u Davidde Burlò rċevew il-permess mingħand il-Gran Mastru La Cassiere biex jibnu kappella fl-istess sit fejn kienet il-kappella ta' qabel. F'dil-kappella, il-Balliju Fra Giovanni Bichi, neputi tal-Papa Alessandru VII, ġie midfun fl-1676 wara li miet f' epidemija tal-pesta .

Sadanitant, fl-1680 din il-knisja reġgħet inbniet, din id-darba fuq disinn tal-perit Malti Lorenzo Gafà. Dil-kummissjoni ġiet mingħand Fra Mario Bichi, li kien in-neputi ta’ Fra Mario. Il-pittura titulari ta’ din il-kappella kienet turi t-Trasfigurazzjoni tal-Mulej u penġietha Mattia Preti. Sfortunatament, din il-pittura nsterqet fl-1798 mill-invażuri Franċiżi, u għalhekk pittura oħra, xogħol ta' Francesco Madiona, tpoġġiet flokha.

Il-festa tas-Salvatur kienet tiġi ċċelebrata kull sena fis-6 ta’ Awwissu. F’dan il-jum u sal-1811, il-ħobż kien jinqasam fost ir-raħħala. Din il-kappella kellha fil-pussess tagħha ammonti kbar ta’ art, fosthom l-art li fuqha nbena l-Isptar Navali ta' Bighi.

Il-Kappella tas-Salvatur serviet bħala l-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara fl-1940, wara li l-ewwel Knisja Parrokkjali nqerdet għal kollox fit-Tieni Gwerra Dinjija.

L-Ewwel Knisja Parrokkjali

Fit-23 ta’ Awwissu 1884, in-negozjant Fortunato Gulia ta biċċa art li kellu fil-Kalkara għall-bini ta’ knisja ġdida. L-isqof ta dil-biċċa xogħol f’idejn Fr. Ġużepp Azzopardi, li dak iż-żmien kien Rettur tal-Kappella tas-Salvatur. Biċċa art oħra ġiet mixtrija mill-Kapitlu tal-Bormla biex tiżdied ma’ dik mogħtija minn Gulia, u fit-13 ta’ Settembru 1884, Fr. Azzopardi waqqaf kumitat għall-bini ta’ din il-Knisja. Il-membri tal-kumitat kienu: is-Sur Carmelo Bugeja, is-Sur Fortunato Gulia, is-Sur Gio Batta Farrugia, is-Sur Orazio Agius, u s-Sur Paolo Debono bħala s-Segretarju.

Fr. Joseph Azzopardi kkummissjona lil Guglielmo Attard bħala perit ta’ dan il-proġett, u mill-ewwel bdew jinġabru donazzjonijiet. Kienet fit-22 ta’ Ġunju 1890 li l-isqof bierek l-ewwel ġebla tal-Knisja, waqt atmosfera ta’ festa li ġiet organizzata. Fl-1895, il-bini tal-Knisja, li kienet deċiża li tkun iddedikata lil San Ġużepp Patrun tal-Knisja Universali, kienet lesta, u għalhekk fl-1896 bdew isiru dekorazzjonijiet fil-ġebel.

Ġew ikkummissjonati wkoll xi pitturi, fosthom wieħed jista’ jsemmi: il-pittura ta’ San Filep kummissjonat minn F. Cilia & Co. lill-pittur Lazzaro Pisani, u l-pittura tal-Madonna tar-Rużarju. Statwa ta’ San Ġużepp magħmula minn Etienne Puccini inġiebet minn Fr. Azzopardi minn Toulouse, fi Franza.

Fl-10 ta’ Diċembru 1897, il-Kalkara saret Parroċċa indipendenti, u minn l'hemm ’l quddiem, il-Knisja Parrokkjali bdiet ġġib arti sagri sbieħ ħafna. L-ewwel Kappillan kien Fr. Joseph Ciangura tal-Isla. Il-kwadru titulari, ikkummissjonat lil Giuseppe Calì u li juri lil San Ġużepp bħala l-Patrun tal-Knisja Universali, kien lest fl-1898, u saret l-ewwel festa purċissjonali f'dik is-sena. Fl-1899, ir-relikwa sagra ġie mill-Italja. Fil-bidu tas-seklu 20, il-pulptu, statwa tal-Madonna tar-Rużarju, u girandola, fost oħrajn, ħarġu mill-Knisja Parrokkjali permezz tal-ħeġġa kbira tal-parruċċani.

Il-knisja ġiet ikkonsagrata fit-30 ta’ Jannar 1921, u fl-1921 Circolo San Giuseppe kkummissjona statwa ġdida ta’ San Ġużepp mingħand Agostino Camilleri. Fl-1923, ġiet kollokata l-ewwel ġebla tal-kampnar, u wara li din tlestiet, il-qanpiena magħmula minn Julius Cauchi fl-1896 daqqet l-ewwel motivi tagħha. Fl-1925, Fr. Elazzaro Balzan sar il-Kappillan il-ġdid. Fl-1933 ikkummissjona gallarija tal-orgni ddiżinjata mill-aqwa.

Sfortunatament, fl-10 ta’ April 1942, il-Knisja Parrokkjali ġiet bbumbardjata mill-Assi bl-ajru fit-Tieni Gwerra Dinjija. Sfortunatament, il-Knisja twaqqgħet għal kollox minħabba fihom, u traġikament, it-teżori kollha tagħha ntilfu inkluż l-istatwa titulari, li nstabet f’biċċiet. Imma l-pitturi kienu differenti, peress li dawn ġew salvati minn Mons. Michael Gonzi, l-isqof t’Għawdex, li kienu ħaduhom f'Għawdex għall-kenn ftit tal-ħin qabel.

Biex tfakkar fejn darba kienet il-knisja l-antika (fi Triq San Mikiel), twaqqfet plakka tal-irħam miċ-Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja.

Il-Knisja Parrokkjali Preżenti

Fil-21 ta’ Novembru 1943, Dun Carmelo Xuereb ġie installat uffiċjalment bħala t-tielet Kappillan tal-Kalkara. Id-dmir ewlieni tiegħu kien li jerġa’ jibni l-Knisja Parrokkjali u l-komunità tal-Kalkara wara li dawn inqerdu matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Fl-1944 ġiet inaugurata knisja temporanja fil-ħwienet tal-ex-Malta Gas Works. Matul dan il-perjodu, ġie approvat disinn ġdid għall-Knisja Parrokkjali l-ġdida. Dan sar minn Chev. Vincenzo Bonello bl-għajnuna ta’ Ġużè Damato . B’disinn neo-klassiku, il-Knisja Parrokkjali l-ġdida inbniet f’post ieħor minn fejn kienet qabel. Għalhekk, l-Arċisqof Mons. Michael Gonzi xtara biċċa art magħrufa bħala tal-Għeżieli ħdejn il-fergħa tal-Kalkara.

L-ewwel ġebla tal-knisja l-ġdida ġiet imbierka fit-13 ta’ Ottubru 1946 u damet kważi sitt snin biex inbniet. Ir-residenti kollha tal-Kalkara taw daqqa t’id f’dan il-proġett, anke n-nisa u t-tfal. Il-bini huwa kapolavur fl-iskultura magħmbula mill-ġebla tal-franka Maltija. Sadanitant, fit-13 ta’ Marzu 1949, l-istatwa titulari l-ġdida li tirrappreżenta lil San Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja Universali waslet il-Kalkara permezz ta’ pellegrinaġġ mill-Bormla. Din l-istatwa hija wkoll kapolavur fl-injam u ġiet skulturata mill-artist popolari Ferdinando Stuflesser f’Bolzano, l-Italja permezz ta’ disinn ta’ Chev. Vincenzo Bonello. Ma’ din l-istatwa ġiet ikkummissjonata wkoll oħra li tirrappreżenta lill-Madonna ta’ Lourdes.

Il-knisja l-ġdida kienet lesta sas-7 ta’ Settembru 1952 meta ġiet imbierka minn Mons. Gonzi. L-Arċisqof iċċelebra fiha l-ewwel quddiesa ftit mumenti wara t-tberik. Imma wara l-1952, il-Knisja Parrokkjali l-ġdida bdiet tiġi mżejna b’opri oħra tal-arti. Fl-1953 is-Sur Loreto Mintoff ta artal maġġur tal-irħam fin għall-knisja minn Pietrasanta fl-Italja. Opri oħra tal-arti bħall-pulptu tal-irħam, il-bankina tal-irħam tal-knisja, il-Via Sacra, fost oħrajn ġew imbierka fis-snin ta' wara. Il-Knisja Parrokkjali l-ġdida ġiet ikkonsagrata fit-12 ta’ Diċembru 1954. Fis-snin ta' wara saru iżjed xogħlijiet tal-arti biex iżejnu “waħda mill-isbaħ knejjes mibnija wara t-Tieni Gwerra Dinjija”.

Is-Salib tal-Kalkara

Salib magħmul mill-ġebel jispikka fi Triq ir-Rinella, Kalkara. Is-salib ifakkar il-ġrajja li timmarka t-tmiem tal-Assedju l-Kbir tal-1565 – meta l-Imperu Ottoman, li kienu fi gwerra mal-Kavallieri, tilfu l-karigi tagħhom minn fejn attakkaw il-Birgu.

Il-leġġenda tgħid li l-Kavallieri flimkien mal-Maltin u wieħed mill-kmandanti tagħhom mar sal-Kalkara biex jaraw lill-Musulmani jitilqu minn Malta u l-kmandant qabad is-sejf tiegħu, poġġieh fl-art fejn ħadet għamla ta’ Salib u waqa’ għarkopptejh u b’hekk irringrazzja lil Alla li din l-art reġgħet saret art Nisranija taħt il-ħakma tal-kavallieri.

Aktar tard biex tfakkar din il-ġrajja, inbena salib iżda nqered fit-Tieni Gwerra Dinjija, u fadal biss xi ritratti antiki. Interessanti li l-Kappella tar-Redentur twaqqet mill-Kavallieri biex ma jħallux li l-Ottomani jinħbew warajha u wara nbniet mill-ġdid wara l-Assedju, u dan is-salib ttella’ biex ifakkar din il-ġrajja.

Ir-rikostruzzjoni tas-salib tal-Kalkara ġiet inawgurata mill-Onor. Glenn Bedingfield u l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Settembru 2019 bil-kollaborazzjoni tad-Direttorat tar-Restawr u l-Kunsill Lokali tal-Kalkara.

Ċimiterju Navali tal-Kalkara

Iċ-Ċimiterju Navali tal-Kalkara fi Triq San leonardu fih 1,085 oqbra ta’ ħaddiema militari maqtula fil-pajjiż fl-Ewwel Gwerra Dinjija u t-Tieni Gwerra Dinjija u 1,445 difna mhux ħabba l-gwerra. Ħafna oqbra ġew mmarkati minn lapidi tal-Commonwealth War Graves Commission (CWGC). It-Tifkira Navali Ġappuniża tfakkar il-mewt tas-sottomarini Ġappuniżi li nqatlu jiddefendu lil Malta fl-Ewwel Gwerra Dinjija.

Fortifikazzjonijiet

Minħabba l-post tagħha, wieħed jista’ jsib diversi eżempji importanti ta’ fortifikazzjonijiet fil-Kalkara u madwarhom.

Forti Rikażli

Id-disinn ta’ dan il-forti sar mill-Konti Valperga fl-1670. Qablu fl-istess post tal-bini tiegħu, kien hemm torri magħruf bħala “Torri Orsi”, iżda l-Gran Mastru Nicholas Cottoner iddeċieda li għandu bżonn jinbena forti ġdid fil-Peniżola tar-Rinella sabiex jissalvagwardja d-daħla tal-Port il-Kbir mit-Torok. Komm. Giovanni Francesco Ricasoli ta somma kbira ta’ flus sabiex jitlesta, u minħabba f’hekk wara li tlesta, il-forti ngħata l-isem “Ricasoli”. Il-forti kien użat ħafna kemm mill-Kavallieri kif ukoll mill-Ingliżi, li użawh ukoll bħala ħabs. F'dan il-forti hemm il-Kappella ta' San Nikola .

Il-Batterija tar-Rinella

Il-Batterija tar-Rinella inbniet mill-Igliżi fis-seklu dsatax u qed tiġi restawrata professjonalment u amministrata minngħand Fondazzjoni Wirt Artna, NGO lokali. Il-batterija hija miftuħa għall-pubbliku u l-akbar attrazzjoni tagħha hija l-akbar kanun fid-dinja – Il-pistola Armstrong ta’ 100 tunnellata – li tiġi sparata wkoll waqt re-enactments storiċi.

Bini notevoli ieħor

Villa Bighi

Fl-1650, flimkien mal-Kappella tas-Salvatur, Fra Giovanni Bighi waqqaf villa kbira li tagħti ħarsa lejn id-daħla tal-Port il-Kbir. Matul il-pesta tal-1813 din il-villa kienet tintuża bħala sptar temporanju, iżda permezz ta’ digriet mir-Re Ġorġ IV, fit-23 ta’ Marzu 1830, il-Viċi-Ammirall Sir P. Malcolm poġġa l-ewwel ġebla ta’ Sptar Navali fuq il-post fejn kienet tinsab Villa Bighi wara li ġiet imwaqqa. L-Isptar Navali ta’ Bighi dam sentejn biex tlesta u ħadet £20,000 ta’ nefqa kapitali. Waqt li kien hawn l-Ingliżi intużat b’mod estensiv, u llum il-ġurnata qed isservi bħala Skola Internazzjonali tar-Restawr. Wara r-restawr u l-modernizzazzjoni ta' Villa Bighi, issa għandha Ċentru Interattiv għax-Xjenza u l-Innovazzjoni magħruf bħala l-Esplora.

Villa Portelli

Tagħti għax-xatt tal-Kalkara hemm il-, villa kbira mibnija minn Sir Agostino Portelli bħala residenza tas-sajf. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija dil-villa serviet bħala r-residenza tal-uffiċjal tal-bandiera, filwaqt li fl-1961 l-ammiralli bdew jużawha bħala r-residenza tagħhom.

L-informazzjoni kollha t’hawn fuq ġiet editjata minn Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja, Kalkara (AD 1897) u meħuda minn www.sagrafamilja.org.

Ekonomija

Bħala parti mill-viżjoni tal-gvern biex jagħti ħajja ġdida fiż-żona tal-Port il-Kbir, is-sit li qabel kien okkupat mill-ex-Industrial Estate f'Ricasoli fil-periferija tal-Kalkara kien maħsub biex jospita l-bini ta’ Smart City Malta, li se tinbena fuq l-istess linji ta’ Dubai Internet City. Il-kostruzzjoni bdiet fl-2008 u SCM1, l-ewwel blokk tal-uffiċini, tlesta u bħalissa għaddej ix-xogħol fuq il-kumplament tal-proġett, li se jinkludi spazju għall-uffiċini, lukanda, unitajiet residenzjali, stabbilimenti tal-catering, u żoni ta’ pajsaġġ miftuħa għall-pubbliku. Skont il-gvern dan il-proġett mhux biss se joħloq madwar 7,000 impjieg ġdid meta jitlesta iżda wkoll se jagħti ħajja ġdida fiż-żona.

B'konformità mat-tradizzjoni marittima tal-Kalkara, fl-2010 il-gvern ħabbar it-twaqqif ta' marina temporanja fix-xatt tal-Kalkara sabiex tipprovdi aktar postijiet ta' rmiġġ għad-domanda li dejjem qed tiżdied minn dan is-settur.

Ir-raħal jospita wkoll il- Malta Film Commission u l-faċilitajiet ewlenin tal-Malta Film Studios .

Trasport

Il-Kalkara hija moqdija regolarment minn karozzi tal-linja operati minn Arriva Malta fuq ir-Rotta numru 3, li tgħaqqad lill-Kalkara direttament mal-Belt. L-istrateġija tat-trasport għaż-żona tal-Port il-Kbir tippjana wkoll għal punt ta’ servizz bid-dgħajsa mil-Kalkara b’kollegamenti mal-Belt, il-Kottonera u żoni oħra fil-port. Minn xi partijiet tal-Kalkara tgħaddi wkoll ir-rotta numru 213, li tagħti aċċess għat-trasport lejn l-isptar Mater dei.

Minħabba l-kostruzzjoni u l-iżvilupp ta’ Smart City Malta fiż-żona Ricasoli, ġie propost il-bini ta’ South Harbour Link Road sabiex jiġi mtejjeb in-netwerk tat-toroq taż-żona u wkoll jilqa’ għall-influss tat-traffiku ladarba Smart City Malta ssir operattiva. Il-Link Road il-ġdida proposta tgħaqqad direttament Smart City Malta man-netwerk tat-toroq prinċipali ta’ Malta, imma din il-proposta, li għadha fl-istadji inizjali tagħha, tissagrifika art agrikola fiż-żona bejn il-Kalkara u Ħaż-Żabbar jekk tiġi approvata.

Sport

Il-Kalkara hija magħrufa għall-bini tad-dgħajjes tradizzjonali lokali u għall-qaddiefa tagħhom (barklori). Il-Kalkariżi għadhom jieħdu sehem fir-regatti nazzjonali tradizzjonali li jsiru fit-8 ta’ Settembru u fil-31 ta’ Marzu bid-dgħajjes mibnija tagħhom stess.

Żoni fil-Kalkara

  • Bighi
  • Fort Ricasoli
  • Il-Wileġ
  • It-Turretta
  • Kalkara Creek
  • Punt Ricasoli
  • Bajja tar-Rinella
  • Wied tar-Rinella
  • San Pietru
  • Santa Liberata
  • Santu Rokku
  • Smart City Malta (Ricasoli Industrial Estate)
  • Ta' Tewma
  • Ta' Wied Għammieq
  • Tar-Ramel
  • Villa Portelli
  • Wied Rinella
  • Il-Kapuccini

Toroq Ewlenin

  • Misraħ l-Arċisqof Gonzi
  • Triq il-Marina
  • Triq il-Missjoni Taljana
  • Triq ir-Rinella
  • Triq San Leonardu
  • Triq Santa Liberta
  • Triq Santu Rokku
  • Xatt tal-Kalkara

Bliet tewmin - Bliet Aħwa

Il-Kalkara hija ġemellata ma':

  • , fl-Italja
  • Halifax, fil-Kanada

Ara wkoll

  • RNH Bighi
  • SmartCity Malta
  • Kalkara FC

Referenzi

  1. ^ "Merħba - Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara". wirtilkalkara.com.
  2. ^ "Imtarfa Military Cemetery". .
  3. ^ "Twinning". localgovernment.gov.mt. Government of Malta. Arkivjat minn l-oriġinal fl-24 October 2020. Miġbur 18 September 2019.
  • Kunsill Lokali tal-Kalkara (Paġna ta' Introduzzjoni Prinċipali)
  • Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja
  • Każin Banda San Ġużepp (Ghaqda Mużikali San Guzepp)
  • Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 14 Ġun, 2025 / 03:52

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Kalkara, X'inhi Kalkara? Xi tfisser Kalkara?

Il Kalkara hija raħal fir Reġjun tax Xlokk ta Malta b popolazzjoni ta 3 224 individwi fl 2023 L isem Kalkara ġejja mill kelma Latina calce Ġir għax jingħad li kien hemm forn tal ġir hemmhekk minn mindu ġew ir Rumani Il Kalkara tifforma parti minn naħa ta ġewwa tal port u tokkupa z zona madwar id Daħla tal Kalkara Kalkara Creek Ir raħal għandha l Kunsill Lokali tiegħu u tmiss mal bliet tal Birgu u Ħaz Zabbar u mar raħal tax Xgħajra Kalkara MaltaAmministrazzjoniStat sovranMaltaReġjuni ta MaltaReġjun tal Port MaltaĠeografijaKoordinati 35 53 21 N 14 31 46 E 35 8892 N 14 5294 E 35 8892 14 5294 Koordinati 35 53 21 N 14 31 46 E 35 8892 N 14 5294 E 35 8892 14 5294KalkaraKalkara Malta Superfiċjenti 1 8 kilometru kwadruGħoli 26 mDemografijaPopolazzjoni 3 014 abitanti 31 Marzu 2014 kalkaralc gov mtStorjaIl Kalkara bdiet bħala raħal tas sajd zgħira madwar id daħla kenniena tal Kalkara L istoriċi jgħidu li l art li llum ngħidulha l Kalkara kienet waħda mill ewwel postijiet f Malta li ġiet abitata mill ewwel umani li ġew minn Sqallija L idea ta dit teorija hija li d daħliet tal Port il Kbir setgħu jipprovdulhom kenn mill vjaġġ twil tagħhom fil Mediterran Sfortunatament dawn it teoriji m għandhomx provi u l ewwel grajjiet tal istorja tal Kalkara ser jibqgħu ambigjuzi Il Kristjanezmu fil Kalkara beda meta nbniet l ipoġea Paleokristjana fiz zona magħrufa bħala ix Xagħra ta Santa Duminka li tinstab fil konfini tal paroċċa tagħha Ġo fihom bdew isiru l ewwel kulti Nisranija u llum il ġurnata huma attributi għar rapprezentazzjoni tal Orant ġol ipoġea Meta il Kavallieri ta San Ġwann ġew Malta f 1530 u stabbilixxew il kwartieri ġenerali tagħhom fil Birgu bdew proċess ta zvillup u fortifikazzjoni taz zona speċjalment bil kostruzzjoni fil fortifikazzjonijiet tal Kottonera Cottonera Lines linji twal ta fortifikazzjonijiet li għalqu l bliet tal Birgu il Bormla u l Isla u l bini ta Forti Ricasoli fil bokka tal port Minn dak iz zmien il quddiem l attaki mit Torok u l kursari bazikalment waqfu għall kollox u dan is sens ġdid tas sigurta assigurat li l Kalkara tibqa tizzviluppa bħala subborg tal Kottonera u speċjalment tal Birgu IIl popolazzjoni bdiet tizdied bil mod il mod u fis sekli 19 u 20 Il Kalkara saret tipo ta risort zgħira imma ħelwa u x xatt u ċ ċentru storiku ġabet it tqassima li għandha illum Matul dan il perjodu l Kottonera kienet ċentru residenzjali kummerċjali u industrijali ewlieni speċjalment minħabba l prezenza tad Drydocks tagħha li kienu uzati mill Inglizi mill bidu nett taz zjara tagħhom fil gzejjer tagħna Fil bidu ħafna mid djar il ġodda fil Kalkara nbnew bħala residenzi tas sajf minn nies min naħa tal Kottonera fejn gawdew serħan mill istili ta ħajja aktar impenjattivi tagħhom imma aktar m għadda z zmien u l art għall izvilupp fil Kottonera stess saret limitata ħafna aktar nies bdew jgħixu fil Kalkara stess Ħafna minn dawn id djar mibnija bejn l 1850 u l 1950 baqgħu sal lum u lokalment jissejħu Town Houses li essenzjalment huma djar b terrazzini ta zewġ sulari li għandhom gallarija tradizzjonali tal injam Malti soqfa ċċangajati tal ġebel appoġġjati mill injam jew ħadid travi u madum tal paviment bil mudell Malti Xi wħud minn dawn id djar speċjalment mad dawra tax xatt huma aktar elaborati minn oħrajn u jinkludu tliet jew erba sulari kif ukoll tinqix tal ġebel ikkomplikat Din iz zieda fil popolazzjoni wasslet għall bidla mill Kalkara għal parroċċa indipendenti mill Birgu fl 1897 Ezempji ta Townhouses kbar li jħarsu lejn ix xatt tal Kalkara b dekorazzjonijiet elaborati tal ġebel Għalkemm ma tantx kienet importanti strateġikament il Kalkara xorta ġarrbet il piz fit Tieni Gwerra Dinjija minħabba li kienet viċin tal Kottonera u d Drydocks L ewwel knisja tal paroċċa li kien hemm spiċċat kompletament meqruda minħabba attakk tal arja fl 10 t April 1942 Wara li Malta kisbet l Independenza tagħha fl 1964 il pajjiz sħiħ ra perjodu ta zvilupp u kostruzzjoni li ħalla l impatt tiegħu fuq il Kalkara għalkemm zgħira Inbniet housing estate ġdida viċin l isptar ta Bighi kif ukoll il bini ta djar b terrazzi kbar u vilel zgħar tul iz zona ħdejn Triq il Missjoni Taljana Minkejja dan il Kalkara għadha zzomm atmosfera sabiħa u kwieta u għadha tidher f ħafna pitturi u kartolini li jenfasizzaw il dehra pittoresk tagħha Il Kalkara tinsab fuq il kosta tal Lvant ta Malta u tifforma parti miz zona ta ġewwa tal Port il Kbir Tokkupa z zona madwar ix xatt tal Kalkara u testendi għaz zewġ naħat tal widien madwar ix xatt Il Bajja tar Rinella l unika bajja ramlija fil Port il Kbir tinsab fil bokka tal wied tar Rinella Il Kalkara hija waħda mill ftit lokalitajiet fi ħdan iz zona tal Port il Kbir li għad għandha spazji miftuħa li naturalment jaqsmuha minn bliet u rħula oħra AmministrazzjoniIl bandiera tal Kalkara ta bejn l 1993 u l 2009 Sa mill bidu tal Att dwar il Kunsilli Lokali fis sena 1993 il Kalkara saret Kunsill Lokali jiġifieri li hija responsabbli għall affari lokali fosthom il manutenzjoni upkeep ġenerali tal lokalita ir ristawrar u l bini ta toroq residenzjali u l ambjent lokali Il Kunsill Lokali tal lum huwa magħmul minn 5 kunsillieri li huma Wayne Aquilina Sindku PL Vince Bongailas Viċi Sindku PL Speranza Chircop PL Christopher Bruno PL Maria Sultana PNDemografijaSkont l iktar rikordju reċenti mill aħħar ta Diċembru 2023 jgħidu li l Kalkara għandha 3 224 ruħ li tela minn 3 105 f Novembru tal 2021 L inħawi pjaċevoli u l kwiet tiegħha flimkien mal prezzijiet tal proprjeta relattivament irħas jagħmlu l Kalkara post ideali biex tgħix fiha u minħabba f hekk il Kalkara qiegħeda waħda mil lokalitajiet li qed tara zieda fil popolazzjoni tagħha KulturaKazini tal Banda Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja A D 1897 L Għaqda Muzikali San Ġuzepp A D 1987 NGOs lokali Assoċjazzjoni Wirt il KalkaraSights EwleninIx Xatt tal Kalkata minn naħa tal Birgu Il Kappella tas Salvatur L istoriċi jgħidu li l kappella iddedikata lil Ġesu Kristu taħt it titlu tas Salvatur wisq probabbli twaqqfet fl 1487 fiz zona magħrufa bħala la punta sottile della Rinella Imma minn zjarat pastorali li saru fi zmien il Kavallieri din il kappella twaqqgħet bl ordni tal Gran Mastru Jean Parisot de la Valette waqt l Assedju l Kbir tal 1565 Ir raġuni li taw kienet li minħabba li waqqawha ma kienitx ser tipprovdi ebda kenn għat Torok li kienu qed jinvaduhom Fl 1580 Claudio Abela u Davidde Burlo rċevew il permess mingħand il Gran Mastru La Cassiere biex jibnu kappella fl istess sit fejn kienet il kappella ta qabel F dil kappella il Balliju Fra Giovanni Bichi neputi tal Papa Alessandru VII ġie midfun fl 1676 wara li miet f epidemija tal pesta Sadanitant fl 1680 din il knisja reġgħet inbniet din id darba fuq disinn tal perit Malti Lorenzo Gafa Dil kummissjoni ġiet mingħand Fra Mario Bichi li kien in neputi ta Fra Mario Il pittura titulari ta din il kappella kienet turi t Trasfigurazzjoni tal Mulej u penġietha Mattia Preti Sfortunatament din il pittura nsterqet fl 1798 mill invazuri Franċizi u għalhekk pittura oħra xogħol ta Francesco Madiona tpoġġiet flokha Il festa tas Salvatur kienet tiġi ċċelebrata kull sena fis 6 ta Awwissu F dan il jum u sal 1811 il ħobz kien jinqasam fost ir raħħala Din il kappella kellha fil pussess tagħha ammonti kbar ta art fosthom l art li fuqha nbena l Isptar Navali ta Bighi Il Kappella tas Salvatur serviet bħala l Knisja Parrokkjali tal Kalkara fl 1940 wara li l ewwel Knisja Parrokkjali nqerdet għal kollox fit Tieni Gwerra Dinjija L Ewwel Knisja Parrokkjali Fit 23 ta Awwissu 1884 in negozjant Fortunato Gulia ta biċċa art li kellu fil Kalkara għall bini ta knisja ġdida L isqof ta dil biċċa xogħol f idejn Fr Ġuzepp Azzopardi li dak iz zmien kien Rettur tal Kappella tas Salvatur Biċċa art oħra ġiet mixtrija mill Kapitlu tal Bormla biex tizdied ma dik mogħtija minn Gulia u fit 13 ta Settembru 1884 Fr Azzopardi waqqaf kumitat għall bini ta din il Knisja Il membri tal kumitat kienu is Sur Carmelo Bugeja is Sur Fortunato Gulia is Sur Gio Batta Farrugia is Sur Orazio Agius u s Sur Paolo Debono bħala s Segretarju Fr Joseph Azzopardi kkummissjona lil Guglielmo Attard bħala perit ta dan il proġett u mill ewwel bdew jinġabru donazzjonijiet Kienet fit 22 ta Ġunju 1890 li l isqof bierek l ewwel ġebla tal Knisja waqt atmosfera ta festa li ġiet organizzata Fl 1895 il bini tal Knisja li kienet deċiza li tkun iddedikata lil San Ġuzepp Patrun tal Knisja Universali kienet lesta u għalhekk fl 1896 bdew isiru dekorazzjonijiet fil ġebel Ġew ikkummissjonati wkoll xi pitturi fosthom wieħed jista jsemmi il pittura ta San Filep kummissjonat minn F Cilia amp Co lill pittur Lazzaro Pisani u l pittura tal Madonna tar Ruzarju Statwa ta San Ġuzepp magħmula minn Etienne Puccini inġiebet minn Fr Azzopardi minn Toulouse fi Franza Fl 10 ta Diċembru 1897 il Kalkara saret Parroċċa indipendenti u minn l hemm l quddiem il Knisja Parrokkjali bdiet ġġib arti sagri sbieħ ħafna L ewwel Kappillan kien Fr Joseph Ciangura tal Isla Il kwadru titulari ikkummissjonat lil Giuseppe Cali u li juri lil San Ġuzepp bħala l Patrun tal Knisja Universali kien lest fl 1898 u saret l ewwel festa purċissjonali f dik is sena Fl 1899 ir relikwa sagra ġie mill Italja Fil bidu tas seklu 20 il pulptu statwa tal Madonna tar Ruzarju u girandola fost oħrajn ħarġu mill Knisja Parrokkjali permezz tal ħeġġa kbira tal parruċċani Il knisja ġiet ikkonsagrata fit 30 ta Jannar 1921 u fl 1921 Circolo San Giuseppe kkummissjona statwa ġdida ta San Ġuzepp mingħand Agostino Camilleri Fl 1923 ġiet kollokata l ewwel ġebla tal kampnar u wara li din tlestiet il qanpiena magħmula minn Julius Cauchi fl 1896 daqqet l ewwel motivi tagħha Fl 1925 Fr Elazzaro Balzan sar il Kappillan il ġdid Fl 1933 ikkummissjona gallarija tal orgni ddizinjata mill aqwa Sfortunatament fl 10 ta April 1942 il Knisja Parrokkjali ġiet bbumbardjata mill Assi bl ajru fit Tieni Gwerra Dinjija Sfortunatament il Knisja twaqqgħet għal kollox minħabba fihom u traġikament it tezori kollha tagħha ntilfu inkluz l istatwa titulari li nstabet f biċċiet Imma l pitturi kienu differenti peress li dawn ġew salvati minn Mons Michael Gonzi l isqof t Għawdex li kienu ħaduhom f Għawdex għall kenn ftit tal ħin qabel Biex tfakkar fejn darba kienet il knisja l antika fi Triq San Mikiel twaqqfet plakka tal irħam miċ Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja Il Knisja Parrokkjali Prezenti Fil 21 ta Novembru 1943 Dun Carmelo Xuereb ġie installat uffiċjalment bħala t tielet Kappillan tal Kalkara Id dmir ewlieni tiegħu kien li jerġa jibni l Knisja Parrokkjali u l komunita tal Kalkara wara li dawn inqerdu matul it Tieni Gwerra Dinjija Fl 1944 ġiet inaugurata knisja temporanja fil ħwienet tal ex Malta Gas Works Matul dan il perjodu ġie approvat disinn ġdid għall Knisja Parrokkjali l ġdida Dan sar minn Chev Vincenzo Bonello bl għajnuna ta Ġuze Damato B disinn neo klassiku il Knisja Parrokkjali l ġdida inbniet f post ieħor minn fejn kienet qabel Għalhekk l Arċisqof Mons Michael Gonzi xtara biċċa art magħrufa bħala tal Għezieli ħdejn il fergħa tal Kalkara L ewwel ġebla tal knisja l ġdida ġiet imbierka fit 13 ta Ottubru 1946 u damet kwazi sitt snin biex inbniet Ir residenti kollha tal Kalkara taw daqqa t id f dan il proġett anke n nisa u t tfal Il bini huwa kapolavur fl iskultura magħmbula mill ġebla tal franka Maltija Sadanitant fit 13 ta Marzu 1949 l istatwa titulari l ġdida li tirrapprezenta lil San Ġuzepp bħala Patrun tal Knisja Universali waslet il Kalkara permezz ta pellegrinaġġ mill Bormla Din l istatwa hija wkoll kapolavur fl injam u ġiet skulturata mill artist popolari Ferdinando Stuflesser f Bolzano l Italja permezz ta disinn ta Chev Vincenzo Bonello Ma din l istatwa ġiet ikkummissjonata wkoll oħra li tirrapprezenta lill Madonna ta Lourdes Il knisja l ġdida kienet lesta sas 7 ta Settembru 1952 meta ġiet imbierka minn Mons Gonzi L Arċisqof iċċelebra fiha l ewwel quddiesa ftit mumenti wara t tberik Imma wara l 1952 il Knisja Parrokkjali l ġdida bdiet tiġi mzejna b opri oħra tal arti Fl 1953 is Sur Loreto Mintoff ta artal maġġur tal irħam fin għall knisja minn Pietrasanta fl Italja Opri oħra tal arti bħall pulptu tal irħam il bankina tal irħam tal knisja il Via Sacra fost oħrajn ġew imbierka fis snin ta wara Il Knisja Parrokkjali l ġdida ġiet ikkonsagrata fit 12 ta Diċembru 1954 Fis snin ta wara saru izjed xogħlijiet tal arti biex izejnu waħda mill isbaħ knejjes mibnija wara t Tieni Gwerra Dinjija Is Salib tal Kalkara Salib magħmul mill ġebel jispikka fi Triq ir Rinella Kalkara Is salib ifakkar il ġrajja li timmarka t tmiem tal Assedju l Kbir tal 1565 meta l Imperu Ottoman li kienu fi gwerra mal Kavallieri tilfu l karigi tagħhom minn fejn attakkaw il Birgu Il leġġenda tgħid li l Kavallieri flimkien mal Maltin u wieħed mill kmandanti tagħhom mar sal Kalkara biex jaraw lill Musulmani jitilqu minn Malta u l kmandant qabad is sejf tiegħu poġġieh fl art fejn ħadet għamla ta Salib u waqa għarkopptejh u b hekk irringrazzja lil Alla li din l art reġgħet saret art Nisranija taħt il ħakma tal kavallieri Aktar tard biex tfakkar din il ġrajja inbena salib izda nqered fit Tieni Gwerra Dinjija u fadal biss xi ritratti antiki Interessanti li l Kappella tar Redentur twaqqet mill Kavallieri biex ma jħallux li l Ottomani jinħbew warajha u wara nbniet mill ġdid wara l Assedju u dan is salib ttella biex ifakkar din il ġrajja Ir rikostruzzjoni tas salib tal Kalkara ġiet inawgurata mill Onor Glenn Bedingfield u l Assoċjazzjoni Wirt il Kalkara nhar il Ġimgħa 6 ta Settembru 2019 bil kollaborazzjoni tad Direttorat tar Restawr u l Kunsill Lokali tal Kalkara Ċimiterju Navali tal Kalkara Iċ Ċimiterju Navali tal Kalkara fi Triq San leonardu fih 1 085 oqbra ta ħaddiema militari maqtula fil pajjiz fl Ewwel Gwerra Dinjija u t Tieni Gwerra Dinjija u 1 445 difna mhux ħabba l gwerra Ħafna oqbra ġew mmarkati minn lapidi tal Commonwealth War Graves Commission CWGC It Tifkira Navali Ġappuniza tfakkar il mewt tas sottomarini Ġappunizi li nqatlu jiddefendu lil Malta fl Ewwel Gwerra Dinjija FortifikazzjonijietMinħabba l post tagħha wieħed jista jsib diversi ezempji importanti ta fortifikazzjonijiet fil Kalkara u madwarhom Forti Rikazli Id disinn ta dan il forti sar mill Konti Valperga fl 1670 Qablu fl istess post tal bini tiegħu kien hemm torri magħruf bħala Torri Orsi izda l Gran Mastru Nicholas Cottoner iddeċieda li għandu bzonn jinbena forti ġdid fil Penizola tar Rinella sabiex jissalvagwardja d daħla tal Port il Kbir mit Torok Komm Giovanni Francesco Ricasoli ta somma kbira ta flus sabiex jitlesta u minħabba f hekk wara li tlesta il forti ngħata l isem Ricasoli Il forti kien uzat ħafna kemm mill Kavallieri kif ukoll mill Inglizi li uzawh ukoll bħala ħabs F dan il forti hemm il Kappella ta San Nikola Il Batterija tar Rinella Il Batterija tar Rinella inbniet mill Iglizi fis seklu dsatax u qed tiġi restawrata professjonalment u amministrata minngħand Fondazzjoni Wirt Artna NGO lokali Il batterija hija miftuħa għall pubbliku u l akbar attrazzjoni tagħha hija l akbar kanun fid dinja Il pistola Armstrong ta 100 tunnellata li tiġi sparata wkoll waqt re enactments storiċi Bini notevoli ieħorVilla Bighi Fl 1650 flimkien mal Kappella tas Salvatur Fra Giovanni Bighi waqqaf villa kbira li tagħti ħarsa lejn id daħla tal Port il Kbir Matul il pesta tal 1813 din il villa kienet tintuza bħala sptar temporanju izda permezz ta digriet mir Re Ġorġ IV fit 23 ta Marzu 1830 il Viċi Ammirall Sir P Malcolm poġġa l ewwel ġebla ta Sptar Navali fuq il post fejn kienet tinsab Villa Bighi wara li ġiet imwaqqa L Isptar Navali ta Bighi dam sentejn biex tlesta u ħadet 20 000 ta nefqa kapitali Waqt li kien hawn l Inglizi intuzat b mod estensiv u llum il ġurnata qed isservi bħala Skola Internazzjonali tar Restawr Wara r restawr u l modernizzazzjoni ta Villa Bighi issa għandha Ċentru Interattiv għax Xjenza u l Innovazzjoni magħruf bħala l Esplora Villa Portelli Tagħti għax xatt tal Kalkara hemm il villa kbira mibnija minn Sir Agostino Portelli bħala residenza tas sajf Matul it Tieni Gwerra Dinjija dil villa serviet bħala r residenza tal uffiċjal tal bandiera filwaqt li fl 1961 l ammiralli bdew juzawha bħala r residenza tagħhom L informazzjoni kollha t hawn fuq ġiet editjata minn Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja Kalkara AD 1897 u meħuda minn www sagrafamilja org EkonomijaBħala parti mill vizjoni tal gvern biex jagħti ħajja ġdida fiz zona tal Port il Kbir is sit li qabel kien okkupat mill ex Industrial Estate f Ricasoli fil periferija tal Kalkara kien maħsub biex jospita l bini ta Smart City Malta li se tinbena fuq l istess linji ta Dubai Internet City Il kostruzzjoni bdiet fl 2008 u SCM1 l ewwel blokk tal uffiċini tlesta u bħalissa għaddej ix xogħol fuq il kumplament tal proġett li se jinkludi spazju għall uffiċini lukanda unitajiet residenzjali stabbilimenti tal catering u zoni ta pajsaġġ miftuħa għall pubbliku Skont il gvern dan il proġett mhux biss se joħloq madwar 7 000 impjieg ġdid meta jitlesta izda wkoll se jagħti ħajja ġdida fiz zona B konformita mat tradizzjoni marittima tal Kalkara fl 2010 il gvern ħabbar it twaqqif ta marina temporanja fix xatt tal Kalkara sabiex tipprovdi aktar postijiet ta rmiġġ għad domanda li dejjem qed tizdied minn dan is settur Ir raħal jospita wkoll il Malta Film Commission u l faċilitajiet ewlenin tal Malta Film Studios TrasportIl Kalkara hija moqdija regolarment minn karozzi tal linja operati minn Arriva Malta fuq ir Rotta numru 3 li tgħaqqad lill Kalkara direttament mal Belt L istrateġija tat trasport għaz zona tal Port il Kbir tippjana wkoll għal punt ta servizz bid dgħajsa mil Kalkara b kollegamenti mal Belt il Kottonera u zoni oħra fil port Minn xi partijiet tal Kalkara tgħaddi wkoll ir rotta numru 213 li tagħti aċċess għat trasport lejn l isptar Mater dei Minħabba l kostruzzjoni u l izvilupp ta Smart City Malta fiz zona Ricasoli ġie propost il bini ta South Harbour Link Road sabiex jiġi mtejjeb in netwerk tat toroq taz zona u wkoll jilqa għall influss tat traffiku ladarba Smart City Malta ssir operattiva Il Link Road il ġdida proposta tgħaqqad direttament Smart City Malta man netwerk tat toroq prinċipali ta Malta imma din il proposta li għadha fl istadji inizjali tagħha tissagrifika art agrikola fiz zona bejn il Kalkara u Ħaz Zabbar jekk tiġi approvata SportIl Kalkara hija magħrufa għall bini tad dgħajjes tradizzjonali lokali u għall qaddiefa tagħhom barklori Il Kalkarizi għadhom jieħdu sehem fir regatti nazzjonali tradizzjonali li jsiru fit 8 ta Settembru u fil 31 ta Marzu bid dgħajjes mibnija tagħhom stess Zoni fil KalkaraBighi Fort Ricasoli Il Wileġ It Turretta Kalkara Creek Punt Ricasoli Bajja tar Rinella Wied tar Rinella San Pietru Santa Liberata Santu Rokku Smart City Malta Ricasoli Industrial Estate Ta Tewma Ta Wied Għammieq Tar Ramel Villa Portelli Wied Rinella Il KapucciniToroq EwleninStampa KalkaraEnt jpg Id Dħul għall Kalkara Misraħ l Arċisqof Gonzi Triq il Marina Triq il Missjoni Taljana Triq ir Rinella Triq San Leonardu Triq Santa Liberta Triq Santu Rokku Xatt tal KalkaraBliet tewmin Bliet AħwaIl Kalkara hija ġemellata ma fl Italja Halifax fil KanadaAra wkollRNH Bighi SmartCity Malta Kalkara FCReferenzi Merħba Assoċjazzjoni Wirt il Kalkara wirtilkalkara com Imtarfa Military Cemetery Twinning localgovernment gov mt Government of Malta Arkivjat minn l oriġinal fl 24 October 2020 Miġbur 18 September 2019 Kunsill Lokali tal Kalkara Paġna ta Introduzzjoni Prinċipali Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja Kazin Banda San Ġuzepp Ghaqda Muzikali San Guzepp Assoċjazzjoni Wirt il Kalkara

L-aħħar artikli
  • Ġunju 10, 2025

    Katidral tal-Imdina

  • Ġunju 09, 2025

    Katidral Metropolitan ta’ San Pawl

  • Ġunju 14, 2025

    Katidral

  • Ġunju 14, 2025

    Katerina Parr

  • Ġunju 08, 2025

    Kostituzzjoni ta’ Malta

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq