Mathurin d Aux de Lescout magħruf bħala Mathurin Romegas 1525 jew 1528 Novembru 1581 f Ruma kien nisel tal familja arist
Mathurin Romegas

Mathurin d'Aux de Lescout, magħruf bħala Mathurin Romegas (1525 jew 1528 – Novembru 1581 f'Ruma), kien nisel tal-familja aristokratika ta' d'Aux u membru tal-Kavallieri ta' San Ġwann. Kien wieħed mill-akbar kmandanti navali tal-Ordni u ta’ Malta.
Mathurin Romegas | |||
---|---|---|---|
| |||
Ħajja | |||
Twelid | (mul) , 1530s | ||
Mewt | Ruma, 1581 (Gregorian) | ||
Post tad-dfin | (en) | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni |
Ħajja bikrija
Huwa twieled minn familja nobbli Franċiża b'konnessjonijiet mad- Dar ta' Armagnac. Fl-1542 ingħaqad mal-Kavallieri Ospitallieri u sar kavallier sħiħ xi erba’ snin wara wara li temm l-istudji militari u reliġjużi tiegħu. Huwa malajr għamel isem għalih innifsu bħala ġellied tajjeb b'stamina inkredibbli.
ll-bidu tal-karriera
Huwa sar kavallier tal-Ordni f'Diċembru 1546 u serva l-biċċa l-kbira ta' ħajtu fil-kmand tax-xwieni tagħha. Malajr ħa fama mal-baħħara Musulmani fuq l-ilmijiet u x-xtut tal-Mediterran, l-aktar għax kien kontinwament jitqabad magħhom tul il-Kosta tal-Barbarija, il-Levant u l-Baħar Eġew fejn qabad bosta bastimenti u skjavi. Fuq talba tal-Papa hu saħansitra wettaq kampanja qasira, iżda ħarxa kontra l-forzi Protestanti f’partijiet tan-Nofsinhar ta’ Franza.
Kiseb l-ewwel fama bis-saħħa ta’ ħarba li dehret mirakoluża minn nawfraġju fl-1555. Ix-xini tiegħu nqaleb waqt maltempata vjolenti f’port ta’ Malta. Meta kienet għaddiet il-maltempa, instemgħet taħbita minn ġewwa l-bastiment maqlub. Saret toqba fil-qiegħ tiegħu u minnha ħareġ Romegas, bix-xadina domestika tiegħu, li b’xi mod irnexxielu joqgħod għal sigħat sa sidru fl-ilma f’bużżieqa tal-arja taħt il-karna tal-bastiment. Il-Gran Mastru de Valette ra dan l-avveniment personalment u żamm lil Romegas bħala ħabib qalb għall-bqija ta’ ħajtu.
Avventuri Navali
Waqt li kien ingaġġat mal-Ġeneral tal-Xwieni tal-Ordni, Gozon de Melac, Romegas ġġieled ripetutament mal-galjuni ta’ Turgut Reis, qabad lil Penon de Velez fl-1564, fuq il-kosta tal-Afrika ta’ Fuq biswit Malaga, fortizza ewlenija tal- , u kien sors ta' rabja għas-sultan Ottoman Suleiman. Ftit wara l-qbid tal-Penon de Velez, diversi xwieni Maltin, taħt Romegas u de Giou, attakkaw u qabdu galjun Ottoman kbir, armat sew, taħt il-kmand ta’ Bairan Ogli Reis u b’200 Ġannizzeri abbord, , wara battalja mdemmija ħafna ħdejn . Sid il-bastiment kien Kustir Agha, l-ewnuku ewlieni tas- tas-Sultan, u l-merkanzija li kien qed iġorr, stmata li tiswa madwar 80,000 dukat, kienet tiegħu personali u ta’ numru ta’ nisa tas-sultan. Fost il-priġunieri li qabdu kien hemm il-gvernatur tal-Kajr u l-gvernatur ta' .Din il-ġrajja wasslet lil Sulejman il-Manjifiku biex jimmobilizza l-forza kbira li attakkat lil Malta fit-18 ta' Mejju 1565, u b'hekk beda l-Assedju l-Kbir ta' Malta.
Matul l-assedju nnifsu, Romegas kellu parti prominenti, fejn mexxa diversi eluf ta’ kavallieri u suldati fid-difiża tal-Port il-Kbir. Meta spiċċa l-assedju, huwa immedjatament kompla jaħbat kontra l-Musulmani fuq il-baħar, u kompla jikabbar il-fama tiegħu bħala gwerrier qalil u difensur tal-Kristjaneżmu.
Waqt il- fl-1571, Romegas serva fuq il-bastiment ewlieni tal-Papa taħt il-kmand tal-Ammiral Marcantonio Colonna. Romegas kien is-superintendent tax-xwieni papali. Reġa’ ġġieled b'mod li jispikka u wara l-battalja ġie mistieden minn Colonna biex imur miegħu Ruma biex jiċċelebraw r-rebħa flimkien.
Fl-1575 Romegas inħatar Ġenerali tax-Xwieni tal-Ordni u ftit wara Gran Pirjol ta' Toulouse. Fl-1577 ġie elett Logutenent tal-Gran Mastru. Bl-profil tiegħu ta’ qlubija u suċċess, deher destinat li eventwalment ikun elett Gran Mastru, iżda minflok ġie mxejjen mill-intriċċi u l-makkinazzjonijiet ta’ diversi membri anzjani tal-Ordni li ppruvaw jużaw il-prestiġju u l-influwenza tiegħu għall-fini tagħhom minflok.
Gran Mastru Rival
Fi ħdan l-Ordni u fil-Kunvent Ġenerali żviluppa ħafna riżentiment kontra l-Gran Mastru Jean de la Cassiere minħabba perċezzjoni li l-Ordni sofriet sensiela ta’ umiljazzjoni militari u politiċi matul il-ħakma tiegħu. Fl-1581, dan wassal għal dak li prattikament kien ammutinament, meta l-Kunvent Ġenerali warrab lil La Cassiere u qaflu fil-Forti Sant'Anġlu. B'hekk Romegas sar il-Gran Mastru de facto. Il-Papa bagħat mibgħut speċjali, Gaspare Visconti, biex jinvestiga u fl-istess waqt jamministra l-Ordni sakemm it-tilwima tiġi riżolta.
La Cassiere u Romegas kienu mħarrka lejn Ruma biex jispjegaw l-imġieba tagħhom u jgħidu tagħhom. La Cassiere wasal Ruma fis-26 ta’ Ottubru 1581 u, fuq ordnijiet tal-Papa , ġie ttrattat b’ħafna rispett u ċerimonja. B’kuntrast, Romegas kien ittrattat b’mod formali u b’ċertu disprezz.
Huwa miet, waħdu u b'qabu maqsuma ġimgħa wara, fl-4 ta’ Novembru 1581.
La Cassiere ġie lliberat minn kull akkuża kontrih b’mod onorevoli u kien irrestawrat fil-pożizzjoni ta’ Gran Mastru. Madankollu, ma għex biżżejjed biex igawdi t-trijonf tiegħu, u miet f’Ruma fil-21 ta’ Diċembru 1581.
Referenzi
- ^ Capponi (2006), p. 208.
- ^ Dandria, David (19 June 2011). "An eventful year for the Order of St John in Malta". Times of Malta. Miġbur 19 November 2014.
- ^ Dandria, David (26 June 2011). "1581 affair ended by death, diplomacy". Times of Malta. Miġbur 19 November 2014.
Ħoloq esterni
- Joseph-Stephen Bonanno, Romegas, The Wolf of the Sea (2015)
Predeċessur Jean de la Cassière | Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann (disputibbli) 1581 | Suċċessur |
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Mathurin Romegas, X'inhi Mathurin Romegas? Xi tfisser Mathurin Romegas?
Mathurin d Aux de Lescout magħruf bħala Mathurin Romegas 1525 jew 1528 Novembru 1581 f Ruma kien nisel tal familja aristokratika ta d Aux u membru tal Kavallieri ta San Ġwann Kien wieħed mill akbar kmandanti navali tal Ordni u ta Malta Mathurin RomegasGran Mastru tal Ordni ta San Ġwann ta ĠerusalemmĦajjaTwelid mul 1530sMewt Ruma 1581 Gregorian Post tad dfin en OkkupazzjoniOkkupazzjoniĦajja bikrijaHuwa twieled minn familja nobbli Franċiza b konnessjonijiet mad Dar ta Armagnac Fl 1542 ingħaqad mal Kavallieri Ospitallieri u sar kavallier sħiħ xi erba snin wara wara li temm l istudji militari u reliġjuzi tiegħu Huwa malajr għamel isem għalih innifsu bħala ġellied tajjeb b stamina inkredibbli ll bidu tal karrieraHuwa sar kavallier tal Ordni f Diċembru 1546 u serva l biċċa l kbira ta ħajtu fil kmand tax xwieni tagħha Malajr ħa fama mal baħħara Musulmani fuq l ilmijiet u x xtut tal Mediterran l aktar għax kien kontinwament jitqabad magħhom tul il Kosta tal Barbarija il Levant u l Baħar Eġew fejn qabad bosta bastimenti u skjavi Fuq talba tal Papa hu saħansitra wettaq kampanja qasira izda ħarxa kontra l forzi Protestanti f partijiet tan Nofsinhar ta Franza Kiseb l ewwel fama bis saħħa ta ħarba li dehret mirakoluza minn nawfraġju fl 1555 Ix xini tiegħu nqaleb waqt maltempata vjolenti f port ta Malta Meta kienet għaddiet il maltempa instemgħet taħbita minn ġewwa l bastiment maqlub Saret toqba fil qiegħ tiegħu u minnha ħareġ Romegas bix xadina domestika tiegħu li b xi mod irnexxielu joqgħod għal sigħat sa sidru fl ilma f buzzieqa tal arja taħt il karna tal bastiment Il Gran Mastru de Valette ra dan l avveniment personalment u zamm lil Romegas bħala ħabib qalb għall bqija ta ħajtu Avventuri NavaliWaqt li kien ingaġġat mal Ġeneral tal Xwieni tal Ordni Gozon de Melac Romegas ġġieled ripetutament mal galjuni ta Turgut Reis qabad lil Penon de Velez fl 1564 fuq il kosta tal Afrika ta Fuq biswit Malaga fortizza ewlenija tal u kien sors ta rabja għas sultan Ottoman Suleiman Ftit wara l qbid tal Penon de Velez diversi xwieni Maltin taħt Romegas u de Giou attakkaw u qabdu galjun Ottoman kbir armat sew taħt il kmand ta Bairan Ogli Reis u b 200 Ġannizzeri abbord wara battalja mdemmija ħafna ħdejn Sid il bastiment kien Kustir Agha l ewnuku ewlieni tas tas Sultan u l merkanzija li kien qed iġorr stmata li tiswa madwar 80 000 dukat kienet tiegħu personali u ta numru ta nisa tas sultan Fost il priġunieri li qabdu kien hemm il gvernatur tal Kajr u l gvernatur ta Din il ġrajja wasslet lil Sulejman il Manjifiku biex jimmobilizza l forza kbira li attakkat lil Malta fit 18 ta Mejju 1565 u b hekk beda l Assedju l Kbir ta Malta Matul l assedju nnifsu Romegas kellu parti prominenti fejn mexxa diversi eluf ta kavallieri u suldati fid difiza tal Port il Kbir Meta spiċċa l assedju huwa immedjatament kompla jaħbat kontra l Musulmani fuq il baħar u kompla jikabbar il fama tiegħu bħala gwerrier qalil u difensur tal Kristjanezmu Waqt il fl 1571 Romegas serva fuq il bastiment ewlieni tal Papa taħt il kmand tal Ammiral Marcantonio Colonna Romegas kien is superintendent tax xwieni papali Reġa ġġieled b mod li jispikka u wara l battalja ġie mistieden minn Colonna biex imur miegħu Ruma biex jiċċelebraw r rebħa flimkien Fl 1575 Romegas inħatar Ġenerali tax Xwieni tal Ordni u ftit wara Gran Pirjol ta Toulouse Fl 1577 ġie elett Logutenent tal Gran Mastru Bl profil tiegħu ta qlubija u suċċess deher destinat li eventwalment ikun elett Gran Mastru izda minflok ġie mxejjen mill intriċċi u l makkinazzjonijiet ta diversi membri anzjani tal Ordni li ppruvaw juzaw il prestiġju u l influwenza tiegħu għall fini tagħhom minflok Gran Mastru RivalFi ħdan l Ordni u fil Kunvent Ġenerali zviluppa ħafna rizentiment kontra l Gran Mastru Jean de la Cassiere minħabba perċezzjoni li l Ordni sofriet sensiela ta umiljazzjoni militari u politiċi matul il ħakma tiegħu Fl 1581 dan wassal għal dak li prattikament kien ammutinament meta l Kunvent Ġenerali warrab lil La Cassiere u qaflu fil Forti Sant Anġlu B hekk Romegas sar il Gran Mastru de facto Il Papa bagħat mibgħut speċjali Gaspare Visconti biex jinvestiga u fl istess waqt jamministra l Ordni sakemm it tilwima tiġi rizolta La Cassiere u Romegas kienu mħarrka lejn Ruma biex jispjegaw l imġieba tagħhom u jgħidu tagħhom La Cassiere wasal Ruma fis 26 ta Ottubru 1581 u fuq ordnijiet tal Papa ġie ttrattat b ħafna rispett u ċerimonja B kuntrast Romegas kien ittrattat b mod formali u b ċertu disprezz Huwa miet waħdu u b qabu maqsuma ġimgħa wara fl 4 ta Novembru 1581 La Cassiere ġie lliberat minn kull akkuza kontrih b mod onorevoli u kien irrestawrat fil pozizzjoni ta Gran Mastru Madankollu ma għex bizzejjed biex igawdi t trijonf tiegħu u miet f Ruma fil 21 ta Diċembru 1581 Referenzi Capponi 2006 p 208 Dandria David 19 June 2011 An eventful year for the Order of St John in Malta Times of Malta Miġbur 19 November 2014 Dandria David 26 June 2011 1581 affair ended by death diplomacy Times of Malta Miġbur 19 November 2014 Ħoloq esterniJoseph Stephen Bonanno Romegas The Wolf of the Sea 2015 Predeċessur Jean de la Cassiere Gran Mastru tal Ordni ta San Ġwann disputibbli 1581 Suċċessur Jean de la Cassiere