Il Maltin bl Ingliż Maltese bit Taljan Maltesi huma nazzjon u grupp etniku indiġenu ta Malta li jitkellmu bil Malti ling
Maltin

Il-Maltin (bl-Ingliż: Maltese, bit-Taljan: Maltesi) huma nazzjon u grupp etniku indiġenu ta’ Malta li jitkellmu bil-Malti, lingwa Semitika. Malta hija gżira f’nofs il-Baħar Mediterran. Inklużi fil-grupp etniku definit mill-Maltin hemm ukoll l-Għawdxin (bl-Ingliż: Gozitans, bit-Taljan: Gozitani) li jgħixu fil-gżira ta’ Għawdex.
Storja
Il-Maltin attwali, ikkaratterizzati mill-użu tal-lingwa Maltija u mill-Kattoliċiżmu Ruman, huwa d-dixxendenti – għalkemm b’ħafna taħlit u ibridizzazzjoni – tal-kolonjalisti minn Sqallija u li reġgħu popolaw il-gżejjer Maltin fil-bidu tat-tieni millennju wara perjodu ta' żewġ sekli ta’ depopolazzjoni li segwiet il-ħakma Għarbija mill-Aglabidi fit-870 W.K. Studju ġenetiku ta’ Capelli et al. jindika li Malta bilkemm kienet abitata fil-bidu tas-seklu għaxra u x’aktarx li ġiet popolata mill-ġdid minn insedjaturi minn Sqallija u minn Calabria li kienu jitkellmu bis-Sikulo-Għarbi (Għarbi li kien mitkellem Sqallija). L-abitanti preċedenti tal-gżejjer – il-Feniċi, ir-Rumani, u l-Biżantini – ma ħallewx ħafna traċċi, peress li ħafna mill-ismijiet tal-postijiet intesew jew ġew sostitwiti. In-Normanni rnexxielhom jaħkmu l-gżira fl-1091 u kkonvertew lill-abitanti kollha għall-Kristjaneżmu sal-1249. Dan il-proċess ta’ Kristjanizzazzjoni mill-ġdid witta t-triq għall-evoluzzjoni tal-lingwa Maltija mid-djalett Sikulo-Għarbi li issa huwa estint.
L-influwenzi fuq il-popolazzjoni wara dan ġew diskussi bil-qawwa fost l-istoriċi u l-ġenetisti. Il-kwistjoni dwar l-oriġini hija waħda kkumplikata minħabba bosta fatturi, fosthom l-istorja mqallba ta’ Malta magħmula minn sensiela ta’ invażjonijiet u ħakmiet, b’perjodi twal ta’ depopolazzjoni segwiti minn perjodi ta’ immigrazzjoni lejn Malta u żwiġijiet bejn il-Maltin u l-barranin mill-pajjiżi tal-Mediterran, tal- u tan-Nofsinhar tal-Ewropa li ħakmu lil Malta. Fost il-ħafna influwenzi demografiċi fuq il-gżira nsibu:
- L-eżilju lejn Malta tal-popolazzjoni maskili kollha tar-raħal ta’ (l-Italja) fl-1223
- It-tneħħija tal-kumplament tal-Għarab minn Malta fl-1224
- L-istazzjonar ta’ truppi Swabjani u Taljani Sqallin f’Malta fl-1240
- Mewġiet oħra ta’ ripopolazzjoni Ewropea matul is-seklu 13
- Il-wasla ta’ diversi eluf ta’ suldati (jiġifieri Katalani, Valenzjani, Majjorkani u Aragoniżi proprja, minn Spanja) mill-1283 sal-1425.
- L-insedjament f’Malta ta’ familji nobbli minn Sqallija (l-Italja) u mill-Kuruna ta’ Aragon bejn l-1372 u l-1450
- Il-wasla ta’ bosta eluf ta’ baħrin, suldati u skjavi Griegi minn Rodi mal-Kavallieri ta’ San Ġwann fl-1530
- L-introduzzjoni ta’ diversi eluf ta’ ħaddiema Sqallin fl-1551 u mill-ġdid fl-1566
- L-emigrazzjoni ta’ xi 891 eżiljat Taljan lejn Malta matul ir-Risorgimento fl-1849
- L-istazzjonar ta’ xi 22,000 uffiċjal tas-servizz Brittaniku f’Malta mill-1807 sal-1979 (numru żgħir biss minnhom baqgħu fil-gżejjer), kif ukoll Brittaniċi oħra u Irlandiżi li stabbilew ruħhom Malta tul iż-żmien
- L-emigrazzjoni tal-massa li seħħet wara t-Tieni Gwerra Dinjija u fis-snin 60 u 70 tas-seklu 20. Ħafna Maltin telqu mill-gżira lejn ir-Renju Unit, l-Awstralja, il-Kanada u l-Istati Uniti tal-Amerka. Wara l-adeżjoni ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea fl-2004, inħolqu wkoll komunitajiet ta’ espatrijati f’pajjiżi Ewropej bħall-Belġju.
Maż-żmien, id-diversi mexxejja ta’ Malta ppubblikaw il-fehma tagħhom stess dwar l-etniċità tal-popolazzjoni. Il-Kavallieri ta’ Malta ċekknu r-rwol tal-Iżlam f’Malta u ppromovew l-idea ta’ preżenza Kattolika Rumana kontinwa.
Ġenetika
L-aplogruppi tal-Y-DNA jinstabu fil-frekwenzi li ġejjin f’Malta: R1 (35.55 % inkluż 32.2 % R1b), J (28.90 % inkluż 21.10 % J2 u 7.8 % J1), I (12.20 %), E (11.10 % inkluż 8.9 % E1b1b), F (6.70 %), K (4.40 %), P (1.10 %). L-aplogruppi R1 u I huma tipiċi fil-popolazzjonijiet Ewropej u l-aplogruppi E, K, F u J jikkonsistu minn arbli tar-razza b’distribuzzjoni differenzjali l-iktar fil-Lvant Nofsani u fit-Tramuntana tal-Afrika. L-istudju ta’ Capelli et al. ikkonkluda li l-irġiel kontemporanji ta’ Malta x'aktarx oriġinaw min-Nofsinhar tal-Italja. L-istudju jindika wkoll li Malta bilkemm kienet abitata fil-bidu tas-seklu għaxra u x’aktarx kienet reġgħet ġiet popolata minn insedjaturi minn Sqallija u minn Calabria li kienu jitkellmu bis-Sikulo-Għarbi. Dawn is-sejbiet jikkonfermaw l-evidenza onomastika u lingwistika ppreżentata fl-1993 minn , li rintraċċa l-eqdem kunjomijiet Maltin fin-Nofsinhar u fix-Xlokk ta’ Sqallija, speċjalment fid-distrett ta’ .
L-istudju ta’ Capelli et al. tal-2015 għamel raggruppament tal-markaturi ġenetiċi Maltin tal-irġiel ma’ dawk minn Sqallija u minn Calabria, b’input minuskolu mil-Lvant tal-Mediterran b’affinità ġenetika mal-Libanu Kristjan.
Studju ieħor imwettaq mill-ġenetisti (2017) u tal-Università Amerikana ta’ Bejrut sostna li iktar minn 50 % tal-kromożomi Y mill-irġiel Maltin jaf għandhom oriġini Feniċi. Madankollu, ta’ min jinnota li dan l-istudju mhuwiex rieżaminat mill-pari u hemm studji ewlenin li jikkontradiċu s-sejbiet tiegħu, u li juru bil-provi li l-Maltin għandhom antenati komuni mat-Taljani tan-Nofsinhar tal-Italja, b’input ġenetiku negliġibbli mil-Lvant tal-Mediterran jew mill-Afrika ta’ Fuq.
Kultura
Il-kultura ta’ Malta hija riflessjoni ta’ diversi kulturi li ġew f’kuntatt mal-Gżejjer Maltin tul is-sekli, inkluż kulturi Mediterranji ġirien, u l-kulturi tan-nazzjonijiet li ħakmu lil Malta għal perjodi twal ta’ żmien qabel l-indipendenza tagħha fl-1964.
Il-kultura ta’ Malta moderna ġiet deskritta bħala “mudell rikk ta’ tradizzjonijiet, twemmin u prattiki”, li huwa r-riżultat ta’ “proċess twil ta’ adattament, assimilazzjoni u fertilizzazzjoni trasversali ta’ twemmin u ta’ drawwiet minn diversi sorsi konfliġġenti”. Kienet soġġetta għall-istess proċessi kumplessi u storiċi li wittew it-triq għat-taħlita lingwistika u etnika li tiddefinixxi min huma l-Maltin u l-Għawdxin illum.
Lingwa
Il-Maltin jitkellmu l-Malti, lingwa vernakulari ibrida unika li bażikament hija Semitika iżda b’superstratum Rumanz
(Taljan) imponenti, u miktuba bl-alfabett Latin fil-forma standard tiegħu. Il-lingwa ġejja mis-Sikulo-Għarbi, djalett estint tal-Għarbi li kien mitkellem fi Sqallija min-nies indiġeni li dak iż-żmien kienu maqsuma fir-reliġjon fi Kristjani tar-rit Grieg u Musulmani li l-antenati reċenti tagħhom kienu Sqallin ikkonvertiti mill-Kristjaneżmu. Tul l-istorja ta’ Malta, il-lingwa adottat ammonti kbar ta’ kelmiet fil-vokabularju mill-Isqalli u mit-Taljan, isselfet ammont inqas ta’ kliem mill-Ingliż (l-angliċiżmi huma iktar komuni fil-Malti kollokjali milli fil-lingwa letterarja), u sselfet ftit għexieren ta’ kelmiet mill-Franċiż. Numru kbir ta’ kelmiet u idjomi li jidhru Għarab mal-ewwel daqqa t’għajn huma fil-fatt traduzzjonijiet ta’ kelmiet misselfa (kalki) mill-Isqalli u mit-Taljan li ftit li xejn jagħmlu sens għal kelliema ta’ lingwi oħra ġejjin mill-Għarbi.
Il-Malti sar lingwa uffiċjali ta’ Malta fl-1934, minflok it-Taljan u flimkien mal-Ingliż. Huwa stmat li hemm madwar 371,900 kelliem tal-Malti f’Malta, bi statistika li tikkwota li 100 % tal-popolazzjoni kapaċi titkellem bil-Malti, 88 % bl-Ingliż, 66 % bit-Taljan u 17 % bil-Franċiż, li juri grad ikbar ta’ ħiliet lingwistiċi mill-biċċa l-kbira ta’ pajjiżi Ewropej oħra. Fil-fatt, il- multilingwiżmu huwa fenomenu komuni f’Malta, bl-Ingliż, bil-Malti u xi kultant bit-Taljan li jintużaw fil-ħajja ta’ kuljum. Filwaqt li l-Malti huwa l-lingwa nazzjonali, ġie ssuġġerit li bl-axxendenza tal-Ingliż tista’ tibda sseħħ bidla fil-lingwa; għalkemm stħarriġ li jmur lura għall-2005 issuġġerixxa li l-persentaġġ ta’ Maltin li jitkellmu bil-Malti bħala l-lingwa materna tagħhom f’Malta baqa’ għoli (97 %).
Reliġjon
Il-Kostituzzjoni ta’ Malta tipprevedi l-libertà tar-reliġjon imma tistabbilixxi l-Kattoliċiżmu Ruman bħala r-reliġjon tal-istat. Il-popolazzjoni Maltija oriġinali kienet Kristjana tar-rit Biżantin (Grieg), bħall-komunitajiet Kristjani iktar antiki ta’ Sqallija. Konsegwentement, l-iktar saff antik tal-vokabularju liturġiku bil-Malti jikkonsisti minn kliem Grieg u Għarbi (dan tal-aħħar użat fil-qima mis-Sqallin tar-rit Biżantin li kienu jitkellmu bl-Għarbi matul l-okkupazzjoni Musulmana). Ir-rit Ruman (bil-Latin bħala l-lingwa liturġika) ġie impost fil-gżejjer kollha fil-bidu tas-seklu erbatax, għalkemm il-knisja Kattolika Griega ġiet stabbilita mill-ġdid wara l-1530 mill-Kavallieri ta’ San Ġwann għas-segwaċi tagħhom minn Rodi u minn inħawi oħra tal-Greċja.
Malta hija deskritta fil-Ktieb tal-Atti tal-Appostli (Atti 27:39-42 u Atti 28:1-11) bħala l-post fejn Pawlu l-Appostlu safa nawfragu fi triqtu lejn Ruma biex jgħaddi mill-proċess ġudizzjarju. Freedom House u l-World Factbook jirrappurtaw li 98 % tal-Maltin huma Kattoliċi (l-iktar tar-rit Ruman, b’minoranza tar-rit Biżantin), u b’hekk in-nazzjon huwa wieħed mill-iktar pajjiżi Kattoliċi fid-dinja.
Emigrazzjoni
Malta ilha pajjiż ta’ emigrazzjoni, b’komunitajiet Maltin kbar jgħixu f’pajjiżi oħra li jitkellmu bl-Ingliż kif ukoll fi Franza
L-emigrazzjoni tal-massa qabdet ġmielha fis-seklu 19, u laħqet il-quċċata tagħha fid-deċennji ta’ wara t-Tieni Gwerra Dinjija.
L-emigrazzjoni kienet inizjalment lejn il-pajjiżi tat-Tramuntana tal-Afrika (partikolarment l-Alġerija, it-Tuneżija u l- Eġittu); iktar ’il quddiem l-emigranti Maltin bdew imorru lejn ir-Renju Unit, l-Istati Uniti, il-Kanada u l-Awstralja. Fadal ftit traċċi tal-komunitajiet Franċiżi-Maltin fit-Tramuntana tal-Afrika, peress li l-biċċa l-kbira minnhom ġew spostati, wara li bdew ifeġġu l-movimenti tal-indipendenza, lejn postijiet bħal Franza (speċjalment lejn Marsilja u r-Rivjera), ir-Renju Unit jew l-Awstralja. Il-Franċiżi-Maltin huma kulturalment distinti mill-Maltin minn Malta, fis-sens li tal-ewwel baqgħu marbuta mal-użu tal-lingwa Taljana (spiss, iżda mhux dejjem, flimkien mal-Malti) kif ukoll jitkellmu bil-Franċiż.
Għalkemm l-emigrazzjoni ma baqgħetx tkun fenomenu soċjali sinifikanti, għad hemm komunitajiet Maltin importanti fl-Awstralja, fil-Kanada, fl-Istati Uniti u fir-Renju Unit. L-emigrazzjoni naqset b’mod drammatiku wara nofs is-snin sebgħin tas-seklu 20 u minn dak iż-żmien ’l hawn ma baqgħetx fenomenu soċjali sinifikanti. Minn meta Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea fl-2004, iffurmaw komunitajiet ta’ espatrijati f’għadd ta’ pajjiżi Ewropej, partikolarment fil-Belġju u fil-Lussemburgu.
Referenzi
- ^ "So who are the 'real' Maltese?". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-27.
- ^ "History of Gozo | Gozo Tourism Association". islandofgozo.org. Miġbur 2021-04-27.
- ^ "Genetic origin of contemporary Maltese". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-27.
- ^ "MED Magazine". macmillandictionaries.com. Miġbur 2021-04-27.
- ^ Constantiae Imperatricis et Reginae Siciliae Diplomata: 1195-1198, ed. T.K.Slzer (Vienna, 1983), pp. 237-240.
- ^ "Joseph M. Brincat, "Language and Demography in Malta: The Social Foundations of the Symbiosis between Semitic and Romance in Standard Maltese," in Malta: A Case Study in International Cross-Currents". www.webcitation.org. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-05. Miġbur 2021-04-27.
- ^ "Anthony Luttrell, "Medieval Malta: the Non-written and the Written Evidence", in Malta: A Case Study in International Cross-Currents". www.webcitation.org. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-05. Miġbur 2021-04-27.
- ^ "history conservation Malta David Mallia Malta Historical Society Melita Historica". web.archive.org. 2008-03-14. Arkivjat mill-oriġinal fl-2008-03-14. Miġbur 2021-04-27.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Genetic origin of contemporary Maltese". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-27.
- ^ Geoffrey Hull, The Malta Language Question: A Case Study in Cultural Imperialism, Valletta: Said International, 1993, pp. 317-330.
- ^ "Genetic origin of contemporary Maltese". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-27.
- ^ Zalloua, Pierre A.; Platt, Daniel E.; Sibai, Mirvat El; Khalife, Jade; Makhoul, Nadine (2008-11-17). "Identifying Genetic Traces of Historical Expansions: Phoenician Footprints in the Mediterranean". The American Journal of Human Genetics (bl-Ingliż). 83 (5): 633–642. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|iktar=
(għajnuna) - ^ "Genetic origin of contemporary Maltese". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-27.
- ^ "The last għonnella". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-27.
- ^ J. Cassar Pullicino, "Determining the Semitic Element in Maltese Folklore", in Studies in Maltese Folklore, Malta University Press (1992), p. 68.
- ^ "MED Magazine". web.archive.org. 2008-05-09. Arkivjat mill-oriġinal fl-2008-05-09. Miġbur 2021-04-27.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Europeans and their Languages (PDF) Ec.europa.eu" (PDF).
- ^ ""EUROPEANS AND LANGUAGES" (PDF). Ec.europa.eu" (PDF). web.archive.org. 2007-01-28. Arkivjat mill-oriġinal fl-2007-01-28. Miġbur 2021-04-27.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Catholic Church in Malta". www.gcatholic.org. Miġbur 2021-04-27.
- ^ https://www.sbs.com.au/language/english/audio/2021-census-how-many-maltese-are-there-in-australia
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Maltin (People of Malta) |
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Maltin, X'inhi Maltin? Xi tfisser Maltin?
Il Maltin bl Ingliz Maltese bit Taljan Maltesi huma nazzjon u grupp etniku indiġenu ta Malta li jitkellmu bil Malti lingwa Semitika Malta hija gzira f nofs il Baħar Mediterran Inkluzi fil grupp etniku definit mill Maltin hemm ukoll l Għawdxin bl Ingliz Gozitans bit Taljan Gozitani li jgħixu fil gzira ta Għawdex Il bandiera ta MaltaStorjaPitturi tas seklu 18 ta li juru nies Għawdxin libsin ilbies tradizzjonali Il Maltin attwali ikkaratterizzati mill uzu tal lingwa Maltija u mill Kattoliċizmu Ruman huwa d dixxendenti għalkemm b ħafna taħlit u ibridizzazzjoni tal kolonjalisti minn Sqallija u li reġgħu popolaw il gzejjer Maltin fil bidu tat tieni millennju wara perjodu ta zewġ sekli ta depopolazzjoni li segwiet il ħakma Għarbija mill Aglabidi fit 870 W K Studju ġenetiku ta Capelli et al jindika li Malta bilkemm kienet abitata fil bidu tas seklu għaxra u x aktarx li ġiet popolata mill ġdid minn insedjaturi minn Sqallija u minn Calabria li kienu jitkellmu bis Sikulo Għarbi Għarbi li kien mitkellem Sqallija L abitanti preċedenti tal gzejjer il Feniċi ir Rumani u l Bizantini ma ħallewx ħafna traċċi peress li ħafna mill ismijiet tal postijiet intesew jew ġew sostitwiti In Normanni rnexxielhom jaħkmu l gzira fl 1091 u kkonvertew lill abitanti kollha għall Kristjanezmu sal 1249 Dan il proċess ta Kristjanizzazzjoni mill ġdid witta t triq għall evoluzzjoni tal lingwa Maltija mid djalett Sikulo Għarbi li issa huwa estint L influwenzi fuq il popolazzjoni wara dan ġew diskussi bil qawwa fost l istoriċi u l ġenetisti Il kwistjoni dwar l oriġini hija waħda kkumplikata minħabba bosta fatturi fosthom l istorja mqallba ta Malta magħmula minn sensiela ta invazjonijiet u ħakmiet b perjodi twal ta depopolazzjoni segwiti minn perjodi ta immigrazzjoni lejn Malta u zwiġijiet bejn il Maltin u l barranin mill pajjizi tal Mediterran tal u tan Nofsinhar tal Ewropa li ħakmu lil Malta Fost il ħafna influwenzi demografiċi fuq il gzira nsibu L ezilju lejn Malta tal popolazzjoni maskili kollha tar raħal ta l Italja fl 1223 It tneħħija tal kumplament tal Għarab minn Malta fl 1224 L istazzjonar ta truppi Swabjani u Taljani Sqallin f Malta fl 1240 Mewġiet oħra ta ripopolazzjoni Ewropea matul is seklu 13 Il wasla ta diversi eluf ta suldati jiġifieri Katalani Valenzjani Majjorkani u Aragonizi proprja minn Spanja mill 1283 sal 1425 L insedjament f Malta ta familji nobbli minn Sqallija l Italja u mill Kuruna ta Aragon bejn l 1372 u l 1450 Il wasla ta bosta eluf ta baħrin suldati u skjavi Griegi minn Rodi mal Kavallieri ta San Ġwann fl 1530 L introduzzjoni ta diversi eluf ta ħaddiema Sqallin fl 1551 u mill ġdid fl 1566 L emigrazzjoni ta xi 891 eziljat Taljan lejn Malta matul ir Risorgimento fl 1849 L istazzjonar ta xi 22 000 uffiċjal tas servizz Brittaniku f Malta mill 1807 sal 1979 numru zgħir biss minnhom baqgħu fil gzejjer kif ukoll Brittaniċi oħra u Irlandizi li stabbilew ruħhom Malta tul iz zmien L emigrazzjoni tal massa li seħħet wara t Tieni Gwerra Dinjija u fis snin 60 u 70 tas seklu 20 Ħafna Maltin telqu mill gzira lejn ir Renju Unit l Awstralja il Kanada u l Istati Uniti tal Amerka Wara l adezjoni ta Malta fl Unjoni Ewropea fl 2004 inħolqu wkoll komunitajiet ta espatrijati f pajjizi Ewropej bħall Belġju Maz zmien id diversi mexxejja ta Malta ppubblikaw il fehma tagħhom stess dwar l etniċita tal popolazzjoni Il Kavallieri ta Malta ċekknu r rwol tal Izlam f Malta u ppromovew l idea ta prezenza Kattolika Rumana kontinwa ĠenetikaDistribuzzjonijiet tal kromozoma Y fl Ewropa Il Maltin għandhom distribuzzjoni simili ta aplogruppi tal Y DNA bħat Taljani tan Nofsinhar tal Italja L aplogruppi tal Y DNA jinstabu fil frekwenzi li ġejjin f Malta R1 35 55 inkluz 32 2 R1b J 28 90 inkluz 21 10 J2 u 7 8 J1 I 12 20 E 11 10 inkluz 8 9 E1b1b F 6 70 K 4 40 P 1 10 L aplogruppi R1 u I huma tipiċi fil popolazzjonijiet Ewropej u l aplogruppi E K F u J jikkonsistu minn arbli tar razza b distribuzzjoni differenzjali l iktar fil Lvant Nofsani u fit Tramuntana tal Afrika L istudju ta Capelli et al ikkonkluda li l irġiel kontemporanji ta Malta x aktarx oriġinaw min Nofsinhar tal Italja L istudju jindika wkoll li Malta bilkemm kienet abitata fil bidu tas seklu għaxra u x aktarx kienet reġgħet ġiet popolata minn insedjaturi minn Sqallija u minn Calabria li kienu jitkellmu bis Sikulo Għarbi Dawn is sejbiet jikkonfermaw l evidenza onomastika u lingwistika pprezentata fl 1993 minn li rintraċċa l eqdem kunjomijiet Maltin fin Nofsinhar u fix Xlokk ta Sqallija speċjalment fid distrett ta L istudju ta Capelli et al tal 2015 għamel raggruppament tal markaturi ġenetiċi Maltin tal irġiel ma dawk minn Sqallija u minn Calabria b input minuskolu mil Lvant tal Mediterran b affinita ġenetika mal Libanu Kristjan Studju ieħor imwettaq mill ġenetisti 2017 u tal Universita Amerikana ta Bejrut sostna li iktar minn 50 tal kromozomi Y mill irġiel Maltin jaf għandhom oriġini Feniċi Madankollu ta min jinnota li dan l istudju mhuwiex riezaminat mill pari u hemm studji ewlenin li jikkontradiċu s sejbiet tiegħu u li juru bil provi li l Maltin għandhom antenati komuni mat Taljani tan Nofsinhar tal Italja b input ġenetiku negliġibbli mil Lvant tal Mediterran jew mill Afrika ta Fuq KulturaQabel is snin 70 tas seklu 20 in nisa Maltin storikament kienu jilbsu l għonnella libsa tradizzjonali li saret simbolu ta identita Maltija devozzjoni reliġjuza u pudur Il kultura ta Malta hija riflessjoni ta diversi kulturi li ġew f kuntatt mal Gzejjer Maltin tul is sekli inkluz kulturi Mediterranji ġirien u l kulturi tan nazzjonijiet li ħakmu lil Malta għal perjodi twal ta zmien qabel l indipendenza tagħha fl 1964 Il kultura ta Malta moderna ġiet deskritta bħala mudell rikk ta tradizzjonijiet twemmin u prattiki li huwa r rizultat ta proċess twil ta adattament assimilazzjoni u fertilizzazzjoni trasversali ta twemmin u ta drawwiet minn diversi sorsi konfliġġenti Kienet soġġetta għall istess proċessi kumplessi u storiċi li wittew it triq għat taħlita lingwistika u etnika li tiddefinixxi min huma l Maltin u l Għawdxin illum Lingwa Il Maltin jitkellmu l Malti lingwa vernakulari ibrida unika li bazikament hija Semitika izda b superstratum Rumanz Il Kantilena ta Pietru Caxaro l eqdem test bil lingwa Maltija is seklu 15 Taljan imponenti u miktuba bl alfabett Latin fil forma standard tiegħu Il lingwa ġejja mis Sikulo Għarbi djalett estint tal Għarbi li kien mitkellem fi Sqallija min nies indiġeni li dak iz zmien kienu maqsuma fir reliġjon fi Kristjani tar rit Grieg u Musulmani li l antenati reċenti tagħhom kienu Sqallin ikkonvertiti mill Kristjanezmu Tul l istorja ta Malta il lingwa adottat ammonti kbar ta kelmiet fil vokabularju mill Isqalli u mit Taljan isselfet ammont inqas ta kliem mill Ingliz l angliċizmi huma iktar komuni fil Malti kollokjali milli fil lingwa letterarja u sselfet ftit għexieren ta kelmiet mill Franċiz Numru kbir ta kelmiet u idjomi li jidhru Għarab mal ewwel daqqa t għajn huma fil fatt traduzzjonijiet ta kelmiet misselfa kalki mill Isqalli u mit Taljan li ftit li xejn jagħmlu sens għal kelliema ta lingwi oħra ġejjin mill Għarbi Il Malti sar lingwa uffiċjali ta Malta fl 1934 minflok it Taljan u flimkien mal Ingliz Huwa stmat li hemm madwar 371 900 kelliem tal Malti f Malta bi statistika li tikkwota li 100 tal popolazzjoni kapaċi titkellem bil Malti 88 bl Ingliz 66 bit Taljan u 17 bil Franċiz li juri grad ikbar ta ħiliet lingwistiċi mill biċċa l kbira ta pajjizi Ewropej oħra Fil fatt il multilingwizmu huwa fenomenu komuni f Malta bl Ingliz bil Malti u xi kultant bit Taljan li jintuzaw fil ħajja ta kuljum Filwaqt li l Malti huwa l lingwa nazzjonali ġie ssuġġerit li bl axxendenza tal Ingliz tista tibda sseħħ bidla fil lingwa għalkemm stħarriġ li jmur lura għall 2005 issuġġerixxa li l persentaġġ ta Maltin li jitkellmu bil Malti bħala l lingwa materna tagħhom f Malta baqa għoli 97 Reliġjon Il Kostituzzjoni ta Malta tipprevedi l liberta tar reliġjon imma tistabbilixxi l Kattoliċizmu Ruman bħala r reliġjon tal istat Il popolazzjoni Maltija oriġinali kienet Kristjana tar rit Bizantin Grieg bħall komunitajiet Kristjani iktar antiki ta Sqallija Konsegwentement l iktar saff antik tal vokabularju liturġiku bil Malti jikkonsisti minn kliem Grieg u Għarbi dan tal aħħar uzat fil qima mis Sqallin tar rit Bizantin li kienu jitkellmu bl Għarbi matul l okkupazzjoni Musulmana Ir rit Ruman bil Latin bħala l lingwa liturġika ġie impost fil gzejjer kollha fil bidu tas seklu erbatax għalkemm il knisja Kattolika Griega ġiet stabbilita mill ġdid wara l 1530 mill Kavallieri ta San Ġwann għas segwaċi tagħhom minn Rodi u minn inħawi oħra tal Greċja Malta hija deskritta fil Ktieb tal Atti tal Appostli Atti 27 39 42 u Atti 28 1 11 bħala l post fejn Pawlu l Appostlu safa nawfragu fi triqtu lejn Ruma biex jgħaddi mill proċess ġudizzjarju Freedom House u l World Factbook jirrappurtaw li 98 tal Maltin huma Kattoliċi l iktar tar rit Ruman b minoranza tar rit Bizantin u b hekk in nazzjon huwa wieħed mill iktar pajjizi Kattoliċi fid dinja EmigrazzjoniMafkar tal Migranti Tfal fix Xatt tal Belt Valletta li jfakkar it 310 migranti tfal Maltin li vvjaġġaw lejn l Awstralja bejn l 1950 u l 1965 Nicolo Isouard kien kompozitur Malti li għex u ħadem fi Franza Malta ilha pajjiz ta emigrazzjoni b komunitajiet Maltin kbar jgħixu f pajjizi oħra li jitkellmu bl Ingliz kif ukoll fi Franza L emigrazzjoni tal massa qabdet ġmielha fis seklu 19 u laħqet il quċċata tagħha fid deċennji ta wara t Tieni Gwerra Dinjija L emigrazzjoni kienet inizjalment lejn il pajjizi tat Tramuntana tal Afrika partikolarment l Alġerija it Tunezija u l Eġittu iktar il quddiem l emigranti Maltin bdew imorru lejn ir Renju Unit l Istati Uniti il Kanada u l Awstralja Fadal ftit traċċi tal komunitajiet Franċizi Maltin fit Tramuntana tal Afrika peress li l biċċa l kbira minnhom ġew spostati wara li bdew ifeġġu l movimenti tal indipendenza lejn postijiet bħal Franza speċjalment lejn Marsilja u r Rivjera ir Renju Unit jew l Awstralja Il Franċizi Maltin huma kulturalment distinti mill Maltin minn Malta fis sens li tal ewwel baqgħu marbuta mal uzu tal lingwa Taljana spiss izda mhux dejjem flimkien mal Malti kif ukoll jitkellmu bil Franċiz Għalkemm l emigrazzjoni ma baqgħetx tkun fenomenu soċjali sinifikanti għad hemm komunitajiet Maltin importanti fl Awstralja fil Kanada fl Istati Uniti u fir Renju Unit L emigrazzjoni naqset b mod drammatiku wara nofs is snin sebgħin tas seklu 20 u minn dak iz zmien l hawn ma baqgħetx fenomenu soċjali sinifikanti Minn meta Malta ssieħbet fl Unjoni Ewropea fl 2004 iffurmaw komunitajiet ta espatrijati f għadd ta pajjizi Ewropej partikolarment fil Belġju u fil Lussemburgu Referenzi So who are the real Maltese Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 04 27 History of Gozo Gozo Tourism Association islandofgozo org Miġbur 2021 04 27 Genetic origin of contemporary Maltese Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 04 27 MED Magazine macmillandictionaries com Miġbur 2021 04 27 Constantiae Imperatricis et Reginae Siciliae Diplomata 1195 1198 ed T K Slzer Vienna 1983 pp 237 240 Joseph M Brincat Language and Demography in Malta The Social Foundations of the Symbiosis between Semitic and Romance in Standard Maltese in Malta A Case Study in International Cross Currents www webcitation org Arkivjat minn l oriġinal fl 2016 03 05 Miġbur 2021 04 27 Anthony Luttrell Medieval Malta the Non written and the Written Evidence in Malta A Case Study in International Cross Currents www webcitation org Arkivjat minn l oriġinal fl 2016 03 05 Miġbur 2021 04 27 history conservation Malta David Mallia Malta Historical Society Melita Historica web archive org 2008 03 14 Arkivjat mill oriġinal fl 2008 03 14 Miġbur 2021 04 27 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Genetic origin of contemporary Maltese Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 04 27 Geoffrey Hull The Malta Language Question A Case Study in Cultural Imperialism Valletta Said International 1993 pp 317 330 Genetic origin of contemporary Maltese Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 04 27 Zalloua Pierre A Platt Daniel E Sibai Mirvat El Khalife Jade Makhoul Nadine 2008 11 17 Identifying Genetic Traces of Historical Expansions Phoenician Footprints in the Mediterranean The American Journal of Human Genetics bl Ingliz 83 5 633 642 Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt iktar għajnuna Genetic origin of contemporary Maltese Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 04 27 The last għonnella Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 04 27 J Cassar Pullicino Determining the Semitic Element in Maltese Folklore in Studies in Maltese Folklore Malta University Press 1992 p 68 MED Magazine web archive org 2008 05 09 Arkivjat mill oriġinal fl 2008 05 09 Miġbur 2021 04 27 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Europeans and their Languages PDF Ec europa eu PDF EUROPEANS AND LANGUAGES PDF Ec europa eu PDF web archive org 2007 01 28 Arkivjat mill oriġinal fl 2007 01 28 Miġbur 2021 04 27 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Catholic Church in Malta www gcatholic org Miġbur 2021 04 27 https www sbs com au language english audio 2021 census how many maltese are there in australia Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Maltin People of Malta