Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  Türkiyə
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Melchiorre Gafà Jannar 1636 4 ta Settembru 1667 f Malta magħruf ukoll bħala Gafa Gaffar or Gafar u fl Italja bħala Cafà

Melchiorre Gafà

  • Paġna Ewlenija
  • Melchiorre Gafà
Melchiorre Gafà
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Melchiorre Gafà (Jannar 1636 – 4 ta' Settembru 1667), f'Malta magħruf ukoll bħala Gafa, Gaffar or Gafar u fl-Italja bħala Cafà u Caffà, kien skultur Malti li fil-ħajja qasira tiegħu sar famuż f'Ruma għax-xogħol tiegħu fl-istil Barokk.

Melchiorre Gafà
Ħajja
Twelid Birgu, 21 Jannar 1636
Nazzjonalità Malta
Mewt Ruma, 4 Settembru 1667
Familja
Aħwa
uri
  • Lorenzo Gafà
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni
Moviment Barokk

Bijografija

Twieled il-Birgu, Malta, bin Marco Gafà u Veronica, imwielda Spiteri, u kien id-disa' tifel fost għaxar ulied. Tgħammed fil-21 ta' Jannar 1636 u ngħata l-isem Marcello għal ħuh li twieled fl-1634 u kien miet. Milli jidher ma damx ma beda jissejjaħ Melchiorre. Fl-1658 kien baqa' biss ħamsa ħajjin mill-ulied: Giuseppe, Grazio, Gio-Maria, Lorenzo u Melchiorre.

Ma tantx nafu fuq il-ħajja ta' Gafà. Dan li ġej hu bbażat fuq il-ktieb editjat minn K. Sciberras.

Marco Gafà mar joqgħod il-Birgu fl-1610 u żżewweġ fl-1616. Ma nafux x'sengħa kellu imma kien jissejjaħ Maestro; skont Sciberras aktarx kien skarpan.

Hemm storja mhux konfermata (f'traskrizzjoni tas-seklu 19 ta' manuskritt mitluf miktub mill-kapuċċin Patri Pelaġju) li tgħid li ta' xi għaxar snin, Gafà kien lavrant mal-iskultur Dozzinale, il-Birgu. Meta kavallier Spanjol talab lil Dozzinale biex jagħmillu xi statwi għall-villa tiegħu f'Casal Paola u dan ma aċċettax, il-kavallier offra x-xogħol lit-tifel Gafà. Tant għoġbu x-xogħol li ħa t-tifel taħt il-protezzjoni tiegħu.

Milli jidher meta kellu xi sittax-il sena kien lavrant mal-iskulturi Casanova, fosthom Michele, Antonio u Damiano. Dawn kienu jaħdmu fil-ġebla tal-franka u kellhom ħanut il-Birgu. Gafà (Marcello Gaffar) kien imdaħħal magħhom fix-xogħol fil-Kappella Torres fil-Katidral ta' Siracusa fi Sqallija li għalih skolpixxa figuri ta' putti u rjus ta' serafini fuq kolonni.

Ma nafux żgur kif Gafà ħalla Malta għal Ruma u min għenu biex jitlaq. Nistgħu nissuspettaw xi patrunaġġ mill-Kavallieri, ekkleżjatiċi jew nobbli Taljani li kienu Malta. L-iskultur żagħżugħ kien ingħata parir għaqli għax daħal fil-bottega tal-iskultur stabbilit (, 1610 – Ruma, 1686) mill-ewwel meta wasal Ruma. Però, skont Sciberras, x'aktarx ma kienx hemm appoġġ uffiċjali mill-Kavallieri għax meta ġie kkunsidrat għall-ewwel darba għax-xogħol fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann, l-ambaxxatur tagħhom f'Ruma sejjaħlu "un certo Maltese" u żgur li ma kienx jgħid hekk kieku kienu jafuh sewwa. Hemm suġġeriment li kellu l-għajnuna ta' , li sar , li kien delegat Apostoliku bejn l-1634 u l-1639 u kien joqgħod il-Birgu. Suġġeriment ieħor hu li kien megħjun mill-kavallier Fra Giovanni Bichi, li kien dam joqgħod Malta imma dak iż-żmien kien ilu ftit joqgħod Ruma. M'hemm l-ebda konferma għal dawn is-suġġerimenti.

Meta daħal fil-bottega ta' Ferrata, l-ewwel xogħlijiet tiegħu kienu statwi għal knejjes fil-Belt Valletta: il-Madonna tar-Rużarju għall-Knisja tad-Dumnikani (din waslet Malta f'Mejju tal-1661) u San Pawl għall-Knisja tan-Nawfraġju ta' San Pawl (din kienet ordnata mill-familja Testaferrata u mogħtija lill-knisja qabel l-1694). It-tnejn jidher li kienu influwenzati mill-istil tal-iskultur Bolonjiż .

L-ewwel kummissjoni indipendenti importanti tiegħu kienet fl-1660 għall-Knisja prestiġjuża ta' Sant'Agnese in Angone, fi Pjazza Navona. Din kienet għat-titular skolpit tal-altar ta' Sant'Ewstakju u ordnah . Kif jidher mill-abbozzi, Gafà ħadem ħafna fuq il-preparazzjoni għal dan ix-xogħol. Pamphili tant għoġbuh dawn il-buzzetti li fl-1663 tah kummissjoni oħra biex jagħmel statwa li tirrapreżenta l-Karità ta' San Tumas għall-kappella tal-familja tiegħu fil-Knisja ta' Santu Wistin, ukoll fi Pjazza Navona. Pamphili tant kien impressjonat bil-mudell ta' San Tumas li ordna inċiżjoni li saret minn .

Sadattant l-istil ta' Gafà żviluppa u tbiegħed minn Algardi u resaq iżjed lejn mingħajr ma waqa' taħt il-ħakma tiegħu. Minkejja s-suċċess tiegħu, Gafà baqa' jaħdem fl-istudju ta' Ferrata u bejn l-1663 u l-1667, hu u Ferrata kienu joqogħdu fl-istess dar. Però jidher li Gafà kellu grupp jaħdem miegħu. Pereżempju, fl-1664 l-iskultur Sqalli kien student tiegħu u l-pittur kien jogħqod miegħu.

Il-fama ta' Gafà baqgħet tikber u allavolja kien għadu ma lesta xejn biex jidher fil-pubbliku, fl-1662 daħħluh fl-Akkademja ta' San Luqa u fis-Sodalizio dei Virtuosi al Pantheon. Fl-istess sena kellu ordni għal titular skolpit jirrappreżenta l-Apoteożi ta' Santa Katerina ta' Siena għall-Knisja tad-Dumnikani ta' Santa Caterina a Magnapoli.

Fl-istess żmien, Gafà, li kellu konnessjoni qawwija mal-ordni tad-Dumnikani (forsi minħabba li ħuh Giuseppe kien Dumnikan), kiseb ordni għal statwa ta' Santa Roża ta' Lima biex tintuża fiċ-ċerimonji tal-beatifikazzjoni u wara tittieħed fil-Knisja ta' San Domingo, f'Lima, il-Perù. Ir-rappreżentazzjoni tal-qaddisa qiegħda tmut, li kienet influwenzata minn Bernini u influwenzat lil Bernini, kienet suċċess u saru ħafna kopji tagħha bil-metall. Id-data fuq l-istatwa hi l-1665.

Dik is-sena, waqt li Gafà kien qiegħed jaħdem fuq erba' kummissjonijiet monumentali, ikkuntattjawh il-Kavallieri ta' Malta. Sa dak iż-żmien kellu xogħol biżżejjed u pożizzjoni stabbilita biżżejjed li seta' jgħid lil Gran Mastru biex jistenna sa meta jmissu. Wara xi tħassib, Gafà accetta x-xogħol u mar Malta biex jiftiehem fuq il-grupp tal-Magħmudija ta' San Ġwann għall-knisja konventwali fil-Belt Valletta.

Gafà kien Malta minn Jannar sa Mejju 1666 u kellu miegħu lill-pittur Marullo (li waqt li kien Malta pinġa t-titular f'kappella fil-Knisja ta' San Pawl tar-Rabat) u tifel ta' 13-il sena, Antonio Garsin. Matul dan iż-żmien għamel abbozzi għal San Ġwann u kiseb ordnijiet oħra: reredos għall-kappella ta' Franza fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann u ieħor għall-Knisja tal-Erwieħ fil-Belt Valletta, statwa ta' San Pawl għall-Grotta ta' San Pawl, ir-Rabat, u lampier-relikwarju għall-Knisja ta' San Pawl.

Sa nofs l-1667 Santa Roża kienet lesta. Jidher li Ġafà kellu xi interess fil-proġett għall-kolonnata tal-Vatikan. Ħadem ukoll fuq bust tal-Papa Alessandru VII u kellu kummissjoni għal statwa kbira ta' Alessandru III għall-Katidral ta' Siena. Kien wieħed mill-iżjed skulturi mfittxija f'Ruma, imma miet f'daqqa fl-4 ta' Settembu 1667. Indifen fil-Knisja ta' San Biagio della Pagnotta f'Ruma.

Ħafna mill-ordnijiet tlestew minn Ferrata. Kien hemm litigazzjoni bejn l-eredi u l-klijenti ta' Gafà, l-familja Pamphili, li damet għaddejja sentejn. L-Ordni ta' San Ġwann indaħlet ukoll. Xi affarijiet ta' Ġafà, fosthom xi abbozzi ntbagħtu lill-familja tiegħu f'Malta.

L-uniku ritratt tiegħu hu tpinġija li qiegħda Stokkolma. jiddiskrivih bħala raġel qasir, ismar, irqiq, imħasseb u buruż. Kellu xbin żgħir, għajnejn suwed fil-ħofra u xagħar qasir iswed bin-nokkli żgħar.

Xogħlijiet

Kellu ħafna kummissjonijiet fil-ħajja qasira tiegħu imma laħaq lesta ftit xogħlijiet importanti minn dawn:

  • Statwa ta' San Pawl fil-Knisja tan-Nawfraġju ta' San Pawl fil-Belt Valletta (għall-ħabta tal-1659).
  • Statwa tal-Madonna tar-Rużarju fil-Knisja tad-Dumnikani, ir-Rabat, Malta (1660-61).
  • Statwa tal-irħam ta' Santa Roża ta' Lima fl-agunija tal-mewt (iffirmata bid-data tal-1665; Lima, Santo Domingo) kienet iċ-ċentru fiċ-ċerimonja tal-beatifikazzjoni tal-qaddisa fl-1668 f'Santa Maria sopra Minerva, Ruma u mibgħuta l-Perù immedjatament wara ċ-ċerimonji.
  • Ir-riliev fl-irħam abjad tal-Apoteożi ta' Santa Katarina ta' Siena fil-Knisja ta' Santa Caterina a Magnanapoli, Ruma. M'hemmx data għal din l-opra imma hu ġeneralment aċċettat li lestiha hu stess fl-1667 jew qabel.
  • Bust tal-Papa Alessandru VII: hemm verżjoni tat-terrakotta f'Palazzo Chigi f'Ariccia. Fil- fil-Belt ta' New York, hemm verżjoni tal-bronż iffirmata (bid-data tal-1667) (ritratt hawn) u hemm bronż ieħor fil-Katidral ta' Siena.

Hemm numru ta' statwi tat-terrakotta fil-Mużew tal-Hermitage f'San Pietruburgu (ara hawn), ir-Russja, fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti fil-Belt Valletta, fil-Museo di Palazzo Venezia, f'Ruma u f'Palazzo Braschi, Museo di Roma.

Fost ix-xogħlijiet mhux kompluti li komplihom Ercole Ferrata, hemm pereżempju:

  • Il-Martirju ta' Sant'Ewstakju fil-Knisja ta' Sant'Agnese in Agone, Ruma (1660-69).
  • San Tumas ta' Villanova jqassam il-Karità fil-knisja ta' Sant'Agostino, Ruma (1663-69). L-abbozz tat-terrakotta qiegħed fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti, il-Belt Valletta.
  • Statwa tal-irħam tal-Papa Alessandru III fil-Katidral ta' Siena (1665/66).
  • Statwa tal-irħam ta' San Pawl fil-Grotta ta' San Pawl, ir-Rabat, Malta (1666-69).

Noti

  1. ^ Fuq l-iskulturi tiegħu hu kiem jiffirma Cafà
  2. ^ Melchiorre Cafà. Maltese Genius of the Roman Baroque, Midsea Books, Valletta 2006 ISBN:978-99932-7-092-X, 978-99932-7-097-O
  3. ^ Le Vite de’ Pittori, Scultori ed Architetti moderni, vol. I, Ruma, 1730

Bibljografija

  • Sante Guido, Giuseppe Mantella, Melchiorre Cafà insigne modellatore. La Natività, l'Adorazione dei pastori e altre opere in cera, Soveria Mannelli (CZ) 2010. (bit-Taljan)
  • Keith Sciberras (Ed.), Melchiorre Cafà. Maltese Genius of the Roman Baroque, Midsea Books, Valletta 2006 ISBN:978-99932-7-092-X, 978-99932-7-097-O (bl-Ingliż u t-Taljan). Rivista tal-ktieb fil-ġurnal Vigilo (31), p. 48. (bl-Ingliż)
  • Gerhard Bissell, f'Allgemeines Künstlerlexikon, vol. 15, 1997, pp. 493-495 (bil-Ġermaniż)
  • Rudolf Preimesberger, fid-Dizionario Biografico degli Italiani, vol. 16, 1973, pp. 230-235 (bit-Taljan).

Ħoloq Esterni

  • Web Gallery of Art: Melchiore Caffa
  • Artcyclopedia: Melchiore Caffa

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 10 Ġun, 2025 / 14:03

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Melchiorre Gafà, X'inhi Melchiorre Gafà? Xi tfisser Melchiorre Gafà?

Melchiorre Gafa Jannar 1636 4 ta Settembru 1667 f Malta magħruf ukoll bħala Gafa Gaffar or Gafar u fl Italja bħala Cafa u Caffa kien skultur Malti li fil ħajja qasira tiegħu sar famuz f Ruma għax xogħol tiegħu fl istil Barokk Melchiorre GafaĦajjaTwelid Birgu 21 Jannar 1636Nazzjonalita MaltaMewt Ruma 4 Settembru 1667FamiljaAħwa uri Lorenzo GafaOkkupazzjoniOkkupazzjoniMoviment Barokk Melchiorre Gafa Apoteozi ta Santa Katerina Ruma il Knisja ta Santa Katerina ta Siena Magnanapoli Ritratt L SapianoBijografijaTwieled il Birgu Malta bin Marco Gafa u Veronica imwielda Spiteri u kien id disa tifel fost għaxar ulied Tgħammed fil 21 ta Jannar 1636 u ngħata l isem Marcello għal ħuh li twieled fl 1634 u kien miet Milli jidher ma damx ma beda jissejjaħ Melchiorre Fl 1658 kien baqa biss ħamsa ħajjin mill ulied Giuseppe Grazio Gio Maria Lorenzo u Melchiorre Ma tantx nafu fuq il ħajja ta Gafa Dan li ġej hu bbazat fuq il ktieb editjat minn K Sciberras Marco Gafa mar joqgħod il Birgu fl 1610 u zzewweġ fl 1616 Ma nafux x sengħa kellu imma kien jissejjaħ Maestro skont Sciberras aktarx kien skarpan Hemm storja mhux konfermata f traskrizzjoni tas seklu 19 ta manuskritt mitluf miktub mill kapuċċin Patri Pelaġju li tgħid li ta xi għaxar snin Gafa kien lavrant mal iskultur Dozzinale il Birgu Meta kavallier Spanjol talab lil Dozzinale biex jagħmillu xi statwi għall villa tiegħu f Casal Paola u dan ma aċċettax il kavallier offra x xogħol lit tifel Gafa Tant għoġbu x xogħol li ħa t tifel taħt il protezzjoni tiegħu Milli jidher meta kellu xi sittax il sena kien lavrant mal iskulturi Casanova fosthom Michele Antonio u Damiano Dawn kienu jaħdmu fil ġebla tal franka u kellhom ħanut il Birgu Gafa Marcello Gaffar kien imdaħħal magħhom fix xogħol fil Kappella Torres fil Katidral ta Siracusa fi Sqallija li għalih skolpixxa figuri ta putti u rjus ta serafini fuq kolonni Ma nafux zgur kif Gafa ħalla Malta għal Ruma u min għenu biex jitlaq Nistgħu nissuspettaw xi patrunaġġ mill Kavallieri ekklezjatiċi jew nobbli Taljani li kienu Malta L iskultur zagħzugħ kien ingħata parir għaqli għax daħal fil bottega tal iskultur stabbilit 1610 Ruma 1686 mill ewwel meta wasal Ruma Pero skont Sciberras x aktarx ma kienx hemm appoġġ uffiċjali mill Kavallieri għax meta ġie kkunsidrat għall ewwel darba għax xogħol fil Kon Katidral ta San Ġwann l ambaxxatur tagħhom f Ruma sejjaħlu un certo Maltese u zgur li ma kienx jgħid hekk kieku kienu jafuh sewwa Hemm suġġeriment li kellu l għajnuna ta li sar li kien delegat Apostoliku bejn l 1634 u l 1639 u kien joqgħod il Birgu Suġġeriment ieħor hu li kien megħjun mill kavallier Fra Giovanni Bichi li kien dam joqgħod Malta imma dak iz zmien kien ilu ftit joqgħod Ruma M hemm l ebda konferma għal dawn is suġġerimenti Meta daħal fil bottega ta Ferrata l ewwel xogħlijiet tiegħu kienu statwi għal knejjes fil Belt Valletta il Madonna tar Ruzarju għall Knisja tad Dumnikani din waslet Malta f Mejju tal 1661 u San Pawl għall Knisja tan Nawfraġju ta San Pawl din kienet ordnata mill familja Testaferrata u mogħtija lill knisja qabel l 1694 It tnejn jidher li kienu influwenzati mill istil tal iskultur Bolonjiz L ewwel kummissjoni indipendenti importanti tiegħu kienet fl 1660 għall Knisja prestiġjuza ta Sant Agnese in Angone fi Pjazza Navona Din kienet għat titular skolpit tal altar ta Sant Ewstakju u ordnah Kif jidher mill abbozzi Gafa ħadem ħafna fuq il preparazzjoni għal dan ix xogħol Pamphili tant għoġbuh dawn il buzzetti li fl 1663 tah kummissjoni oħra biex jagħmel statwa li tirraprezenta l Karita ta San Tumas għall kappella tal familja tiegħu fil Knisja ta Santu Wistin ukoll fi Pjazza Navona Pamphili tant kien impressjonat bil mudell ta San Tumas li ordna inċizjoni li saret minn Sadattant l istil ta Gafa zviluppa u tbiegħed minn Algardi u resaq izjed lejn mingħajr ma waqa taħt il ħakma tiegħu Minkejja s suċċess tiegħu Gafa baqa jaħdem fl istudju ta Ferrata u bejn l 1663 u l 1667 hu u Ferrata kienu joqogħdu fl istess dar Pero jidher li Gafa kellu grupp jaħdem miegħu Perezempju fl 1664 l iskultur Sqalli kien student tiegħu u l pittur kien jogħqod miegħu Il fama ta Gafa baqgħet tikber u allavolja kien għadu ma lesta xejn biex jidher fil pubbliku fl 1662 daħħluh fl Akkademja ta San Luqa u fis Sodalizio dei Virtuosi al Pantheon Fl istess sena kellu ordni għal titular skolpit jirrapprezenta l Apoteozi ta Santa Katerina ta Siena għall Knisja tad Dumnikani ta Santa Caterina a Magnapoli Fl istess zmien Gafa li kellu konnessjoni qawwija mal ordni tad Dumnikani forsi minħabba li ħuh Giuseppe kien Dumnikan kiseb ordni għal statwa ta Santa Roza ta Lima biex tintuza fiċ ċerimonji tal beatifikazzjoni u wara tittieħed fil Knisja ta San Domingo f Lima il Peru Ir rapprezentazzjoni tal qaddisa qiegħda tmut li kienet influwenzata minn Bernini u influwenzat lil Bernini kienet suċċess u saru ħafna kopji tagħha bil metall Id data fuq l istatwa hi l 1665 Dik is sena waqt li Gafa kien qiegħed jaħdem fuq erba kummissjonijiet monumentali ikkuntattjawh il Kavallieri ta Malta Sa dak iz zmien kellu xogħol bizzejjed u pozizzjoni stabbilita bizzejjed li seta jgħid lil Gran Mastru biex jistenna sa meta jmissu Wara xi tħassib Gafa accetta x xogħol u mar Malta biex jiftiehem fuq il grupp tal Magħmudija ta San Ġwann għall knisja konventwali fil Belt Valletta Gafa kien Malta minn Jannar sa Mejju 1666 u kellu miegħu lill pittur Marullo li waqt li kien Malta pinġa t titular f kappella fil Knisja ta San Pawl tar Rabat u tifel ta 13 il sena Antonio Garsin Matul dan iz zmien għamel abbozzi għal San Ġwann u kiseb ordnijiet oħra reredos għall kappella ta Franza fil Kon Katidral ta San Ġwann u ieħor għall Knisja tal Erwieħ fil Belt Valletta statwa ta San Pawl għall Grotta ta San Pawl ir Rabat u lampier relikwarju għall Knisja ta San Pawl Sa nofs l 1667 Santa Roza kienet lesta Jidher li Ġafa kellu xi interess fil proġett għall kolonnata tal Vatikan Ħadem ukoll fuq bust tal Papa Alessandru VII u kellu kummissjoni għal statwa kbira ta Alessandru III għall Katidral ta Siena Kien wieħed mill izjed skulturi mfittxija f Ruma imma miet f daqqa fl 4 ta Settembu 1667 Indifen fil Knisja ta San Biagio della Pagnotta f Ruma Ħafna mill ordnijiet tlestew minn Ferrata Kien hemm litigazzjoni bejn l eredi u l klijenti ta Gafa l familja Pamphili li damet għaddejja sentejn L Ordni ta San Ġwann indaħlet ukoll Xi affarijiet ta Ġafa fosthom xi abbozzi ntbagħtu lill familja tiegħu f Malta L uniku ritratt tiegħu hu tpinġija li qiegħda Stokkolma jiddiskrivih bħala raġel qasir ismar irqiq imħasseb u buruz Kellu xbin zgħir għajnejn suwed fil ħofra u xagħar qasir iswed bin nokkli zgħar XogħlijietKellu ħafna kummissjonijiet fil ħajja qasira tiegħu imma laħaq lesta ftit xogħlijiet importanti minn dawn Statwa ta San Pawl fil Knisja tan Nawfraġju ta San Pawl fil Belt Valletta għall ħabta tal 1659 Statwa tal Madonna tar Ruzarju fil Knisja tad Dumnikani ir Rabat Malta 1660 61 Statwa tal irħam ta Santa Roza ta Lima fl agunija tal mewt iffirmata bid data tal 1665 Lima Santo Domingo kienet iċ ċentru fiċ ċerimonja tal beatifikazzjoni tal qaddisa fl 1668 f Santa Maria sopra Minerva Ruma u mibgħuta l Peru immedjatament wara ċ ċerimonji Ir riliev fl irħam abjad tal Apoteozi ta Santa Katarina ta Siena fil Knisja ta Santa Caterina a Magnanapoli Ruma M hemmx data għal din l opra imma hu ġeneralment aċċettat li lestiha hu stess fl 1667 jew qabel Bust tal Papa Alessandru VII hemm verzjoni tat terrakotta f Palazzo Chigi f Ariccia Fil fil Belt ta New York hemm verzjoni tal bronz iffirmata bid data tal 1667 ritratt hawn u hemm bronz ieħor fil Katidral ta Siena Hemm numru ta statwi tat terrakotta fil Muzew tal Hermitage f San Pietruburgu ara hawn ir Russja fil Muzew Nazzjonali tal Arti fil Belt Valletta fil Museo di Palazzo Venezia f Ruma u f Palazzo Braschi Museo di Roma Fost ix xogħlijiet mhux kompluti li komplihom Ercole Ferrata hemm perezempju Il Martirju ta Sant Ewstakju fil Knisja ta Sant Agnese in Agone Ruma 1660 69 San Tumas ta Villanova jqassam il Karita fil knisja ta Sant Agostino Ruma 1663 69 L abbozz tat terrakotta qiegħed fil Muzew Nazzjonali tal Arti il Belt Valletta Statwa tal irħam tal Papa Alessandru III fil Katidral ta Siena 1665 66 Statwa tal irħam ta San Pawl fil Grotta ta San Pawl ir Rabat Malta 1666 69 Noti Fuq l iskulturi tiegħu hu kiem jiffirma Cafa Melchiorre Cafa Maltese Genius of the Roman Baroque Midsea Books Valletta 2006 ISBN 978 99932 7 092 X 978 99932 7 097 O Le Vite de Pittori Scultori ed Architetti moderni vol I Ruma 1730BibljografijaSante Guido Giuseppe Mantella Melchiorre Cafa insigne modellatore La Nativita l Adorazione dei pastori e altre opere in cera Soveria Mannelli CZ 2010 bit Taljan Keith Sciberras Ed Melchiorre Cafa Maltese Genius of the Roman Baroque Midsea Books Valletta 2006 ISBN 978 99932 7 092 X 978 99932 7 097 O bl Ingliz u t Taljan Rivista tal ktieb fil ġurnal Vigilo 31 p 48 bl Ingliz Gerhard Bissell f Allgemeines Kunstlerlexikon vol 15 1997 pp 493 495 bil Ġermaniz Rudolf Preimesberger fid Dizionario Biografico degli Italiani vol 16 1973 pp 230 235 bit Taljan Ħoloq EsterniWeb Gallery of Art Melchiore Caffa Artcyclopedia Melchiore Caffa

L-aħħar artikli
  • Ġunju 10, 2025

    Arkitettura Griega antika

  • Ġunju 08, 2025

    Arkitettura

  • Ġunju 08, 2025

    Arkeoloġija

  • Ġunju 08, 2025

    Arkanġlu Rafel

  • Ġunju 08, 2025

    Arkanġlu Gabrijel

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq