Skarpan huwa ħaddiem tas sengħa li jipproduċi jew issewwi ż żraben u oġġetti oħra ġeneralment tal ġilda bħal ċintorini b
Skarpan

Skarpan huwa ħaddiem tas-sengħa li jipproduċi jew issewwi ż-żraben u oġġetti oħra ġeneralment tal-ġilda bħal ċintorini, basktijiet, eċċ.
Storja
L-ewwel xirkiet ta’ skarpana ġew stabbiliti fil-Medju Evu, meta San Krispinu u San Krispinjanu saru l-qaddisin patruni tagħhom. Ovvjament, il-produzzjoni taż-żraben teħtieġ bosta ħiliet u kompetenzi tekniċi ta’ ħaddiem tas-sengħa jew artiġjan, u l-kwalità tal-prodott finali tiddependi fuq il-kapaċità tal-iskarpan innifsu. Madankollu, fis-snin 50 tas-seklu 20, beda l-iżvilupp tal-produzzjoni mekkanizzata taż-żraben, u dan wassal għal tnaqqis kbir fil-ħin meħtieġ għall-produzzjoni u fl-ispejjeż tal-produzzjoni taż-żraben. Għaldaqstant il-produtturi artiġjanali naqsu sew tul iż-żmien.
Produzzjoni u tiswija
Skarpan iwettaq ħafna iktar xogħlijiet żgħar ta’ tiswija taż-żraben u ta’ oġġetti oħra milli xogħlijiet ta’ produzzjoni taż-żraben. Fost dawn ix-xogħlijiet hemm is-sostituzzjoni tas-sopratakka, it-tbiddil totali tal-pett taż-żarbun, it-twaħħil tas-suletti, it-tbiddil tal-qiegħ kollu taż-żraben tat-trekking li jkollhom qiegħ tal-lastiku, l-immodifikar taż-żraben, it-twaħħil taċ-ċineg tal-basktijiet, it-tqegħid tat-toqob fiċ-ċintorini, eċċ.
Il-materjali li l-iskarpan juża l-iktar huma l-ġilda artifiċjali jew naturali u l-lastiku. Il-biċċa l-kbira tal-iskarpana li jipproduċu ż-żraben apposta magħmulin skont il-qies speċifiku tal-klijenti jużaw forom taż-żraben tal-injam jew inkella tal-plastik. Permezz tal-forma, l-iskarpan ikun jista’ jimmudella ż-żarbun skont il-qisien tal-klijent tiegħu. Ladarba ż-żarbun jiġi mmudellat fuq il-forma, il-mudell jiġi estrapolat u jinħoloq il-mudell tal-fibreboard li mbagħad iservi biex titwettaq il-parti ta’ fuq jew il-wiċċ taż-żarbun. Barra minn hekk, xi skarpana għandhom software CAD/CAM apposta tal-manifattura.
Fil-bidu tal-fażijiet kollha tal-produzzjoni taż-żraben, l-iskarpan jieħu l-qisien bl-idejn u jużahom biex iwettaq il-forom, li fl-aħħar tax-xogħol iridu jitneħħew. Il-mudellatur jieħu ħsieb jagħżel il-ġlud li jkunu kompatibbli l-iktar u jelimina d-difetti. Bl-użu tal-kontorn tal-għamliet, l-iskarpan jaqta’ l-partijiet li jkunu adattati l-iktar biex jipproduċi l-parti t’isfel u ta’ fuq taż-żraben, li jridu jkunu partikolarment elastiċi. Kull oġġett li jiġi prodott, jinkitbulu l-qisien permezz ta’ timbru.
Il-ġlud ġeneralment joriġinaw minn annimali bovini, kaprini u ovini, iżda jekk l-ewwel tnejn huma l-iktar komuni peress li huma rotob u uniformi, għaż-żraben lussużi jintużaw ġlud ta’ mammiferi jew annimali oħra bħar-. Fil-fażi tat-tlestija tal-wiċċ taż-żraben, titħejja l-bordura tal-partijiet differenti li flimkien jiffurmaw il-wiċċ taż-żraben, li jiġu magħqudin flimkien billi dawn jinħietu flimkien. Il-biċċiet interni fit-truf ta’ fuq u t’isfel taż-żraben isaħħu l-istruttura u l-għamla tal-wiċċ taż-żraben, li mbagħad jitlesta biż-żieda tal-inforra, it-toqob għal-lazz u l-ganċijiet.
Dejjem permezz tal-kontorn tal-għamliet, l-iskarpan jaqta’ l-pett u s-suletti tal-ġilda taż-żraben, li qabel jintużaw iridu jixxarrbu u jitnixxfu bil-mod il-mod. Kemm l-inforra kif ukoll il-wiċċ taż-żraben iridu jiġu adattati għall-forma li tkun twettqet qabel, permezz tal-issikkar, id-daqqiet bil-martell u t-tneħħija tal-materjal żejjed. Imbagħad dawn jinħietu bil-ħajt tad-drapp. Wara dan il-proċess kollu, il-pett u s-suletti taż-żraben jiġu magħqudin flimkien mal-qiegħ taż-żarbun permezz tal-kolla, jerġgħu jinħietu għat-tieni darba flimkien, u l-iskarpan iżid it-takkuna u s-sopratakka skont il-bżonn. Fl-aħħar nett, iż-żraben jitlestew billi jiġu llostrati.
Qaddisin patruni
Il-qaddisin patruni tal-iskarpana huma San Krispinu u San Krispinjanu.
Referenzi
- ^ "Snajja': Skarpan".
- ^ a b "Calzolai in festa per i Santi Patroni". Confartigianato Imprese Piemonte Orientale (bit-Taljan). Miġbur 2021-07-11.
- ^ Museo Etnologico Monza e Brianza. "Vecchi mestieri:calzolai" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2021-04-21. Miġbur 2021-07-11.
- ^ a b ċ d e Madelaine, Eve (2019-05-12). "How Shoes Are Made: Step by Step" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-11.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Skarpan, X'inhi Skarpan? Xi tfisser Skarpan?
Skarpan huwa ħaddiem tas sengħa li jipproduċi jew issewwi z zraben u oġġetti oħra ġeneralment tal ġilda bħal ċintorini basktijiet eċċ SkarpanStorjaL ewwel xirkiet ta skarpana ġew stabbiliti fil Medju Evu meta San Krispinu u San Krispinjanu saru l qaddisin patruni tagħhom Ovvjament il produzzjoni taz zraben teħtieġ bosta ħiliet u kompetenzi tekniċi ta ħaddiem tas sengħa jew artiġjan u l kwalita tal prodott finali tiddependi fuq il kapaċita tal iskarpan innifsu Madankollu fis snin 50 tas seklu 20 beda l izvilupp tal produzzjoni mekkanizzata taz zraben u dan wassal għal tnaqqis kbir fil ħin meħtieġ għall produzzjoni u fl ispejjez tal produzzjoni taz zraben Għaldaqstant il produtturi artiġjanali naqsu sew tul iz zmien Produzzjoni u tiswijaIl qabar ta Xanthippos 430 420 Q K Ateni Skarpan iwettaq ħafna iktar xogħlijiet zgħar ta tiswija taz zraben u ta oġġetti oħra milli xogħlijiet ta produzzjoni taz zraben Fost dawn ix xogħlijiet hemm is sostituzzjoni tas sopratakka it tbiddil totali tal pett taz zarbun it twaħħil tas suletti it tbiddil tal qiegħ kollu taz zraben tat trekking li jkollhom qiegħ tal lastiku l immodifikar taz zraben it twaħħil taċ ċineg tal basktijiet it tqegħid tat toqob fiċ ċintorini eċċ Il materjali li l iskarpan juza l iktar huma l ġilda artifiċjali jew naturali u l lastiku Il biċċa l kbira tal iskarpana li jipproduċu z zraben apposta magħmulin skont il qies speċifiku tal klijenti juzaw forom taz zraben tal injam jew inkella tal plastik Permezz tal forma l iskarpan ikun jista jimmudella z zarbun skont il qisien tal klijent tiegħu Ladarba z zarbun jiġi mmudellat fuq il forma il mudell jiġi estrapolat u jinħoloq il mudell tal fibreboard li mbagħad iservi biex titwettaq il parti ta fuq jew il wiċċ taz zarbun Barra minn hekk xi skarpana għandhom software CAD CAM apposta tal manifattura Fil bidu tal fazijiet kollha tal produzzjoni taz zraben l iskarpan jieħu l qisien bl idejn u juzahom biex iwettaq il forom li fl aħħar tax xogħol iridu jitneħħew Il mudellatur jieħu ħsieb jagħzel il ġlud li jkunu kompatibbli l iktar u jelimina d difetti Bl uzu tal kontorn tal għamliet l iskarpan jaqta l partijiet li jkunu adattati l iktar biex jipproduċi l parti t isfel u ta fuq taz zraben li jridu jkunu partikolarment elastiċi Kull oġġett li jiġi prodott jinkitbulu l qisien permezz ta timbru Il qaddisin patruni tal iskarpana Il ġlud ġeneralment joriġinaw minn annimali bovini kaprini u ovini izda jekk l ewwel tnejn huma l iktar komuni peress li huma rotob u uniformi għaz zraben lussuzi jintuzaw ġlud ta mammiferi jew annimali oħra bħar Fil fazi tat tlestija tal wiċċ taz zraben titħejja l bordura tal partijiet differenti li flimkien jiffurmaw il wiċċ taz zraben li jiġu magħqudin flimkien billi dawn jinħietu flimkien Il biċċiet interni fit truf ta fuq u t isfel taz zraben isaħħu l istruttura u l għamla tal wiċċ taz zraben li mbagħad jitlesta biz zieda tal inforra it toqob għal lazz u l ganċijiet Dejjem permezz tal kontorn tal għamliet l iskarpan jaqta l pett u s suletti tal ġilda taz zraben li qabel jintuzaw iridu jixxarrbu u jitnixxfu bil mod il mod Kemm l inforra kif ukoll il wiċċ taz zraben iridu jiġu adattati għall forma li tkun twettqet qabel permezz tal issikkar id daqqiet bil martell u t tneħħija tal materjal zejjed Imbagħad dawn jinħietu bil ħajt tad drapp Wara dan il proċess kollu il pett u s suletti taz zraben jiġu magħqudin flimkien mal qiegħ taz zarbun permezz tal kolla jerġgħu jinħietu għat tieni darba flimkien u l iskarpan izid it takkuna u s sopratakka skont il bzonn Fl aħħar nett iz zraben jitlestew billi jiġu llostrati Qaddisin patruniIl qaddisin patruni tal iskarpana huma San Krispinu u San Krispinjanu Referenzi Snajja Skarpan a b Calzolai in festa per i Santi Patroni Confartigianato Imprese Piemonte Orientale bit Taljan Miġbur 2021 07 11 Museo Etnologico Monza e Brianza Vecchi mestieri calzolai PDF Arkivjat minn l oriġinal PDF fl 2021 04 21 Miġbur 2021 07 11 a b ċ d e Madelaine Eve 2019 05 12 How Shoes Are Made Step by Step bl Ingliz Miġbur 2021 07 11