Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Fil linwistika kelma ta lingwa mitkellma tista tiġi definita bħala l iżgħar sekwenza ta fonemi li wieħed jista jlissen b

Kelma

  • Paġna Ewlenija
  • Kelma
Kelma
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Fil-linwistika, kelma ta’ lingwa mitkellma tista’ tiġi definita bħala l-iżgħar sekwenza ta’ fonemi li wieħed jista’ jlissen b’mod iżolat b’tifsira oġġettiva jew prattika. F’ħafna lingwi, il-kelmiet jikkorrispondu wkoll għal sekwenzi ta’ grafemi ("ittri") fis-sistemi standard tal-kitba tagħhom li jkunu delimitati minn spazji usa’ mill-ispazju normali ta’ bejn l-ittri fi ħdan l-istess kelma, jew b’konvenzjonijiet grafiċi oħra. Il-kunċett ta’ "kelma" s-soltu jiġi distint minn dak ta’ morfema, li hija l-iżgħar unità ta’ kelma b’tifsira, anke jekk waħedha ma tgħoddx bħala kelma.

F’bosta lingwi, in-nozzjoni ta’ x’inhi "kelma" tista’ tiġi mgħallma fi ħdan it-tagħlim tas-sistema tal-kitba. Dan japplika għall-Malti, u għall-biċċa l-kbira tal-lingwi li jinkitbu b’alfabeti li oriġinaw mill-alfabeti Latini jew Griegi tal-qedem.

Għad ma hemmx konsensus fost il-lingwisti dwar x’inhi d-definizzjoni proprja ta’ "kelma" f’lingwa mitkellma li tkun indipendenti mis-sistema tal-kitba tagħha, u lanqas dwar id-distinzjoni preċiża bejnha u “morfema”. Din il-kwistjoni għadha tiġi dibattuta b’mod partikolari għaċ- u għal lingwi oħra tal-Lvant tal-Asja u Afro-Asjatiċi.

Fl-ortografija Maltija, is-sekwenzi ta’ ittri "blat", "alla", "beka", "ma’", u "tista’" jitqiesu bħala kelmiet b’morfema waħda, filwaqt li "blatiet", "allat", "bekkej", u "tistax" huma kelmiet magħmula minn żewġ morfemi jew iktar ("blat"+"iet", "alla"+"t", "bek"+"kej", u "tista"+"x"). Fil-Malti u f’ħafna lingwi oħra, il-morfemi li jsawru kelma ġeneralment jinkludu mill-inqas għerq wieħed u possibbilment xi affissi ("-iet", "-x", eċċ.). Il-kelmiet li jkollhom iktar minn għerq wieħed jissejħu kelmiet komposti.

Il-kelmiet jiġu kkombinati biex jiffurmaw elementi oħra tal-lingwa, fosthom frażijiet ("blata ħamra", "raġel jimbuttak"), propożizzjonijiet ("Jien kilt frotta"), u sentenzi ("Jien kilt frotta, imma ma xbajtx").

Definizzjonijiet/tifsiriet

Ġew proposti bosta kriterji għall-identifikazzjoni tal-kelmiet. Madankollu, instab li l-ebda definizzjoni ma tapplika għal-lingwi kollha. Id-dizzjunarji jikkategorizzaw il-lessiku ta’ lingwa (jiġifieri, il-vokabularju tagħha) f’lemmi. Dawn jistgħu jitqiesu bħala indikazzjoni ta’ x’inhi kelma fl-opinjoni tal-kittieba ta’ dik il-lingwa partikolari. L-iktar mezzi xierqa biex jitkejjel it-tul ta’ kelma huwa billi jiġu magħduda s-sillabi jew il-morfemi tagħha. Meta kelma jkollha diversi definizzjonijiet jew iktar minn sens wieħed, tista’ twassal għal konfużjoni f’dibattitu jew f’diskussjoni.

Definizzjoni semantika

introduċa l-kunċett ta’ “Forom Ħielsa Minimi (bl-Ingliż: "Minimal Free Forms") fl-1928. Il-kelmiet jitqiesu bħala l-iżgħar unità tat-taħdit li tagħmel sens u li jistgħu jitqiesu bħala kelmiet waħedhom. Dan jikkorrelata l-fonemi (l-unitajiet tal-ħsejjes) mal-lessemi (l-unitajiet tat-tifsira). Madankollu, xi kelmiet bil-miktub mhumiex forom ħielsa minimi peress li ma jagħmlux sens waħedhom (pereżemju, ma’ u ta’).

Xi studjużi tas-semantika ressqu teorija tal-hekk imsejħa kelmiet primittivi semantiċi, jiġifieri kelmiet mingħajr definizzjoni li jirrappreżentaw kunċetti fundamentali li jagħmlu sens bl-intuwizzjoni. Skont din it-teorija, il-kelmiet primittivi semantiċi jservu bħala l-bażi biex tiġi deskritta t-tifsira, mingħajr ċirkolarità, ta’ kelmiet oħra u ta’ tifsiriet kunċettwali assoċjati oħra.

Karatteristiċi

Fl-iskola Minimalista tas-sintassi teorika, il-kelmiet (imsejħa wkoll oġġetti lessikali fil-letteratura) jitqiesu bħala "ġabriet" ta’ karatteristiċi lingwistiċi li jiġu magħqudin flimkien fi struttura b’forma u b’tifsira. Pereżempju, il-kelma "merilli" għandha karatteristiċi semantiċi (tfisser oġġetti li jeżistu fid-dinja reali, il-merilli), karatteristiċi kategoriċi (hija nom), karatteristiċi numeriċi (hija plural u trid taqbel mal-verbi, mal-pronomi u mal-kliem dimostrattiv fid-dominju tagħha), karatteristiċi fonoloġiċi (tiġi ppronunzjata b’mod partikolari), eċċ.

Konfini tal-kliem

Il-kompitu li jiġi definit x’inhi "kelma" jinvolvi fejn tibda tispiċċa kelma u fejn tibda oħra—fi kliem ieħor, l-identifikazzjoni tal-konfini tal-kliem. Hemm diversi modi biex jiġi ddeterminat fejn għandhom jitpoġġew il-konfini tal-kliem ta’ lingwa mitkellma:

  • Pawża potenzjali: Kelliem jintalab jirrepeti sentenza partikolari bil-mod, u jippermetti l-pawżi. Il-kelliem x’aktarx idaħħal pawżi fil-konfini tal-kliem. Madankollu, dan il-metodu mhuwiex daqshekk infallibbli: il-kelliem jista’ faċilment jiddividi l-kelmiet polisillabiċi, jew ma jisseparax żewġ kelmiet jew iktar b’rabta sfiqa (eż. fl-Ingliż "to a" f’"He went to a house").
  • Indiviżibbiltà: Kelliem jintalab jgħid sentenza bil-mitkellem b’vuċi tgħajjat, u mbagħad jintalab jgħid is-sentenza mill-ġdid b’kelmiet addizzjonali. Għaldaqstant, Għext f’dan ir-raħal għal għaxar snin tista’ ssir Jien u l-familja tiegħi għexna f’dan ir-raħal żgħir għal xi għaxar snin. Dawn il-kelmiet addizzjonali x’aktarx li jiżdiedu fil-konfini tal-kliem tas-sentenza oriġinali. Madankollu, xi lingwi għandhom l-infissi, li jitpoġġew fi ħdan kelma. B’mod simili, xi lingwi għandhom affissi separabbli: fis-sentenza bil-Ġermaniż "Ich komme gut zu Hause an", il-verb ankommen jiġi sseparat.
  • Konfini fonetiċi: Xi lingwi għandhom regoli partikolari tal-pronunzja li jagħmluha faċli li wieħed jinduna fejn għandu jkun hemm konfini tal-kliem. Pereżempju, f’lingwa li regolarment tenfasizza l-aħħar sillaba ta’ kelma, konfini tal-kliem x’aktarx li tinzerta wara kull sillaba enfasizzata. Eżempju ieħor jista’ jiġi osservat f’lingwa li għandha armonija bil-vokali (bħat-Tork): il-vokali fi ħdan kelma partikolari jikkondividu l-istess kwalità, u għalhekk konfini x’aktarx li sseħħ kull meta l-vokali tinbidel. Minkejja dan, mhux il-lingwi kollha għandhom regoli fonetiċi daqstant konvenjenti, u anke dawk li għandhom xorta waħda jkollhom eċċezzjonijiet okkażjonali.
  • Konfini ortografiċi: fil-lingwi bi tradizzjoni letterarja, hemm interrelazzjoni bejn l-ortografija u l-kwistjoni dwar x’jitqies bħala kelma unika.

Referenzi

  1. ^ a b Haspelmath, Martin (2011). "The indeterminacy of word segmentation and the nature of morphology and syntax". Folia Linguistica. 45 (1). ISSN 0165-4004.
  2. ^ Charles F. Hockett (1951): Review of John De Francis (1950) Nationalism and language reform in China. Published in Language, volume 27, issue 3, pp. 439-445.
  3. ^ Dixon; Aikhenvald (2002). Word : a cross-linguistic typology. Cambridge: Cambridge University Press. p. 6. ISBN 0511061498.
  4. ^ Taylor, John (2015). The Oxford Handbook of the Word. p. 93.
  5. ^ "Chodorow, Martin S., Roy J. Byrd, and George E. Heidorn. "Extracting semantic hierarchies from a large on-line dictionary"" (PDF). web.archive.org. 2018-02-15. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2018-02-15. Miġbur 2021-07-18.
  6. ^ Adger (2003), pp. 36–37.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 14 Ġun, 2025 / 06:41

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Kelma, X'inhi Kelma? Xi tfisser Kelma?

Fil linwistika kelma ta lingwa mitkellma tista tiġi definita bħala l izgħar sekwenza ta fonemi li wieħed jista jlissen b mod izolat b tifsira oġġettiva jew prattika F ħafna lingwi il kelmiet jikkorrispondu wkoll għal sekwenzi ta grafemi ittri fis sistemi standard tal kitba tagħhom li jkunu delimitati minn spazji usa mill ispazju normali ta bejn l ittri fi ħdan l istess kelma jew b konvenzjonijiet grafiċi oħra Il kunċett ta kelma s soltu jiġi distint minn dak ta morfema li hija l izgħar unita ta kelma b tifsira anke jekk waħedha ma tgħoddx bħala kelma Ittri u kliem F bosta lingwi in nozzjoni ta x inhi kelma tista tiġi mgħallma fi ħdan it tagħlim tas sistema tal kitba Dan japplika għall Malti u għall biċċa l kbira tal lingwi li jinkitbu b alfabeti li oriġinaw mill alfabeti Latini jew Griegi tal qedem Għad ma hemmx konsensus fost il lingwisti dwar x inhi d definizzjoni proprja ta kelma f lingwa mitkellma li tkun indipendenti mis sistema tal kitba tagħha u lanqas dwar id distinzjoni preċiza bejnha u morfema Din il kwistjoni għadha tiġi dibattuta b mod partikolari għaċ u għal lingwi oħra tal Lvant tal Asja u Afro Asjatiċi Fl ortografija Maltija is sekwenzi ta ittri blat alla beka ma u tista jitqiesu bħala kelmiet b morfema waħda filwaqt li blatiet allat bekkej u tistax huma kelmiet magħmula minn zewġ morfemi jew iktar blat iet alla t bek kej u tista x Fil Malti u f ħafna lingwi oħra il morfemi li jsawru kelma ġeneralment jinkludu mill inqas għerq wieħed u possibbilment xi affissi iet x eċċ Il kelmiet li jkollhom iktar minn għerq wieħed jissejħu kelmiet komposti Il kelmiet jiġu kkombinati biex jiffurmaw elementi oħra tal lingwa fosthom frazijiet blata ħamra raġel jimbuttak propozizzjonijiet Jien kilt frotta u sentenzi Jien kilt frotta imma ma xbajtx Definizzjonijiet tifsirietĠew proposti bosta kriterji għall identifikazzjoni tal kelmiet Madankollu instab li l ebda definizzjoni ma tapplika għal lingwi kollha Id dizzjunarji jikkategorizzaw il lessiku ta lingwa jiġifieri il vokabularju tagħha f lemmi Dawn jistgħu jitqiesu bħala indikazzjoni ta x inhi kelma fl opinjoni tal kittieba ta dik il lingwa partikolari L iktar mezzi xierqa biex jitkejjel it tul ta kelma huwa billi jiġu magħduda s sillabi jew il morfemi tagħha Meta kelma jkollha diversi definizzjonijiet jew iktar minn sens wieħed tista twassal għal konfuzjoni f dibattitu jew f diskussjoni Definizzjoni semantika Codex claromontanus bil Latin introduċa l kunċett ta Forom Ħielsa Minimi bl Ingliz Minimal Free Forms fl 1928 Il kelmiet jitqiesu bħala l izgħar unita tat taħdit li tagħmel sens u li jistgħu jitqiesu bħala kelmiet waħedhom Dan jikkorrelata l fonemi l unitajiet tal ħsejjes mal lessemi l unitajiet tat tifsira Madankollu xi kelmiet bil miktub mhumiex forom ħielsa minimi peress li ma jagħmlux sens waħedhom perezemju ma u ta Xi studjuzi tas semantika ressqu teorija tal hekk imsejħa kelmiet primittivi semantiċi jiġifieri kelmiet mingħajr definizzjoni li jirrapprezentaw kunċetti fundamentali li jagħmlu sens bl intuwizzjoni Skont din it teorija il kelmiet primittivi semantiċi jservu bħala l bazi biex tiġi deskritta t tifsira mingħajr ċirkolarita ta kelmiet oħra u ta tifsiriet kunċettwali assoċjati oħra Karatteristiċi Fl iskola Minimalista tas sintassi teorika il kelmiet imsejħa wkoll oġġetti lessikali fil letteratura jitqiesu bħala ġabriet ta karatteristiċi lingwistiċi li jiġu magħqudin flimkien fi struttura b forma u b tifsira Perezempju il kelma merilli għandha karatteristiċi semantiċi tfisser oġġetti li jezistu fid dinja reali il merilli karatteristiċi kategoriċi hija nom karatteristiċi numeriċi hija plural u trid taqbel mal verbi mal pronomi u mal kliem dimostrattiv fid dominju tagħha karatteristiċi fonoloġiċi tiġi ppronunzjata b mod partikolari eċċ Konfini tal kliem Il kompitu li jiġi definit x inhi kelma jinvolvi fejn tibda tispiċċa kelma u fejn tibda oħra fi kliem ieħor l identifikazzjoni tal konfini tal kliem Hemm diversi modi biex jiġi ddeterminat fejn għandhom jitpoġġew il konfini tal kliem ta lingwa mitkellma Pawza potenzjali Kelliem jintalab jirrepeti sentenza partikolari bil mod u jippermetti l pawzi Il kelliem x aktarx idaħħal pawzi fil konfini tal kliem Madankollu dan il metodu mhuwiex daqshekk infallibbli il kelliem jista faċilment jiddividi l kelmiet polisillabiċi jew ma jisseparax zewġ kelmiet jew iktar b rabta sfiqa ez fl Ingliz to a f He went to a house Indivizibbilta Kelliem jintalab jgħid sentenza bil mitkellem b vuċi tgħajjat u mbagħad jintalab jgħid is sentenza mill ġdid b kelmiet addizzjonali Għaldaqstant Għext f dan ir raħal għal għaxar snin tista ssir Jien u l familja tiegħi għexna f dan ir raħal zgħir għal xi għaxar snin Dawn il kelmiet addizzjonali x aktarx li jizdiedu fil konfini tal kliem tas sentenza oriġinali Madankollu xi lingwi għandhom l infissi li jitpoġġew fi ħdan kelma B mod simili xi lingwi għandhom affissi separabbli fis sentenza bil Ġermaniz Ich komme gut zu Hause an il verb ankommen jiġi sseparat Konfini fonetiċi Xi lingwi għandhom regoli partikolari tal pronunzja li jagħmluha faċli li wieħed jinduna fejn għandu jkun hemm konfini tal kliem Perezempju f lingwa li regolarment tenfasizza l aħħar sillaba ta kelma konfini tal kliem x aktarx li tinzerta wara kull sillaba enfasizzata Ezempju ieħor jista jiġi osservat f lingwa li għandha armonija bil vokali bħat Tork il vokali fi ħdan kelma partikolari jikkondividu l istess kwalita u għalhekk konfini x aktarx li sseħħ kull meta l vokali tinbidel Minkejja dan mhux il lingwi kollha għandhom regoli fonetiċi daqstant konvenjenti u anke dawk li għandhom xorta waħda jkollhom eċċezzjonijiet okkazjonali Konfini ortografiċi fil lingwi bi tradizzjoni letterarja hemm interrelazzjoni bejn l ortografija u l kwistjoni dwar x jitqies bħala kelma unika Referenzi a b Haspelmath Martin 2011 The indeterminacy of word segmentation and the nature of morphology and syntax Folia Linguistica 45 1 ISSN 0165 4004 Charles F Hockett 1951 Review of John De Francis 1950 Nationalism and language reform in China Published in Language volume 27 issue 3 pp 439 445 Dixon Aikhenvald 2002 Word a cross linguistic typology Cambridge Cambridge University Press p 6 ISBN 0511061498 Taylor John 2015 The Oxford Handbook of the Word p 93 Chodorow Martin S Roy J Byrd and George E Heidorn Extracting semantic hierarchies from a large on line dictionary PDF web archive org 2018 02 15 Arkivjat minn l oriġinal PDF fl 2018 02 15 Miġbur 2021 07 18 Adger 2003 pp 36 37

L-aħħar artikli
  • Ġunju 12, 2025

    Ipoġew ta' Ħal Saflieni

  • Ġunju 13, 2025

    Ilijade

  • Ġunju 09, 2025

    Ilarju ta' Poitiers

  • Ġunju 12, 2025

    Il Cartaginese

  • Ġunju 11, 2025

    Il-Qtugħ ir-Ras ta’ San Ġwann

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq