Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Tsodilo jew l Għoljiet ta Tsodilo bit Tswana Lefelo la Tsodilo huwa sit bl għoljiet li jikkonsisti minn arti fuq il blat

Tsodilo

  • Paġna Ewlenija
  • Tsodilo
Tsodilo
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Tsodilo jew l-Għoljiet ta' Tsodilo (bit-Tswana: Lefelo la Tsodilo) huwa sit bl-għoljiet li jikkonsisti minn arti fuq il-blat, postijiet imkennija bil-blat, depressjonijiet u għerien fil-Botswana, fin-Nofsinhar tal-Afrika. Is-sit tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2001 bis-saħħa tal-importanza reliġjuża u spiritwali unika tas-sit għan-nies lokali, kif ukoll bis-saħħa li huwa xhieda unika tal-insedjament uman tul bosta millenji. L-UNESCO tistima li hemm iktar minn 4,500 tpittir fuq il-blat fis-sit. Is-sit huwa magħmul minn ftit għoljiet prinċipali magħrufa bħala l-Għolja tal-Wild, l-Għolja Femminili u l-Għolja Maskili.

Ġeografija

Hemm erba' għoljiet prinċipali fi ħdan is-sit. L-ogħla waħda hija 1,400 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar, u hija wieħed mill-ogħla punti fil-Botswana. L-erba' għoljiet spiss jiġu deskritti bħala l-Għoljiet "Maskili" (l-ogħla), "Femminili", "tal-Wild", u oħra żgħira mingħajr isem. Dawn jinsabu madwar 40 kilometru minn Shakawe u wieħed jista' jasal għalihom permezz ta' triq imħarbta f'kundizzjoni pjuttost tajba.

Bejn l-ikbar żewġ għoljiet hemm sit ġestit tal-kampeġġ, bix-xawers u bit-tojlits. Dan jinsab qrib l-iżjed tpittir famuż tal-poplu San fis-sit, magħruf bħala l-panew ta' , f'ġieħ il-kittieb tal-Afrika t'Isfel li ddeskriva t-tpittir għall-ewwel darba fil-ktieb tiegħu tal-1958 The Lost World of the Kalahari (Id-Dinja Mitlufa tal-Kalahari). Barra minn hekk, hemm mużew żgħir u mitjar qrib is-sit tal-kampeġġ.

Arkeoloġija

Il-bniedem uża l-Għoljiet ta' Tsodilo għat-tpittir u għar-ritwali għal eluf ta' snin. L-UNESCO tistima li l-għoljiet fihom 500 sit individwali li jirrappreżentaw eluf ta' snin ta' abitazzjoni umana. L-arti fuq il-blat tal-għoljiet ġiet ikkollegata mal-kaċċaturi-ġemmiegħa lokali. Huwa maħsub li l-antenati tal-poplu San ħolqu wħud mit-tpittir f'Tsodilo, u kienu wkoll dawk li insedjaw l-għerien u l-postijiet imkennija fil-blat. Hemm evidenza li l-popli Bantu kienu responsabbli għal uħud mill-opri tal-arti fl-għoljiet. Uħud mit-tpittir imorru lura saħansitra għal 24,000 sena qabel il-preżent.

Għar tar-Rinoċeront

L-Għar tar-Rinoċeront jinsab fin-naħa tat-Tramuntana tal-Għolja Femminili u għandha żewġ ħitan prinċipali fejn jinsab it-tpittir. It-tpittir abjad tar- (li għalih ingħata isem l-għar) jinsab fuq il-ħajt tat-Tramuntana, u huwa maqsum bi tpittir ieħor ta' . L-iskavi tal-art tal-għar wasslu għal bosta materjali litiċi. F'dan l-għar ma nstabux il-qxur tal-bajd tan-nagħma, l-artefatti tal-għadam, il-bċejjeċ tal-fuħħar jew l-oġġetti tal-ħadid, iżda nstabu ftit frammenti ta' qxur tal-mongongo li nstabu f'saffi ta' Żmien il-Ħaġar Aħħari.

Il-karbonju maħruq li nstab matul l-iskavi jmur lura għal Żmien il-Ħadid Afrikan, għal Żmien il-Ħaġar Aħħari, u għal Żmien il-Ħaġar Nofsani. Il-biċċa l-kbira tal-artefatti tal-ġebel minn Żmien il-Ħaġar Aħħari kienu magħmula minn materjali lokali bħall-kwarz u d-djaspru. L-artefatti ta' Żmien il-Ħaġar Nofsani mill-għar huma l-iktar ponot imħejjija x'aktarx ta' vleġeġ. Il-ponot instabu tipikament f'diversi stadji tal-produzzjoni, uħud abbandunati u wħud kompluti.

It-tpittir tal-Għar tar-Rinoċeront jinsab l-iktar mal-ħajt tat-Tramuntana, u sar b'lewn aħmar u oranġjo fl-aħmar, għajr ir-rinoċeront li sar b'lewn abjad. Madwar ir-rinoċeront u l-ġiraffa hemm diversi tpittir, l-iktar bl-aħmar, ta' disinni ġeometriċi. Fuq il-ħajt oppost tal-għar hemm vireg u xquq 'l isfel li tħaffru fil-blat. Dawn jaf tħaffru bl-użu ta' ġebel bħala mrietel jew bil-moli minn Żmien il-Ħaġar Aħħari li nstabu f'Tsodilo.

Tpittir Abjad

L-arti fuq il-blat impittra bl-abjad f'Tsodilo hija assoċjata mal-popli Bantu. Ħafna mit-tpittir bl-abjad jinsab fil-Blat Imkenni bit-Tpittir Abjad, fuq l-Għolja Maskili. Apparti t-tpittir abjad hemm ukoll tpittir aħmar fil-blat imkenni. It-tpittir abjad juri annimali, kemm domestiċi kif ukoll selvaġġi, u figuri qishom ta' bnedmin. Il-figuri umani normalment ġew impittra b'idejhom fuq ġenbhom. Għadd minnhom jidhru rekbin iż-żwiemel, u jagħtu x'tifhem li tpittru mhux qabel nofs is-seklu 19, meta ż-żwiemel ġew introdotti għall-ewwel darba fl-inħawi.

Id-dati li rriżultaw mill-karbonju maħruq, mill-qxur tal-bajd tan-nagħma, mill-kampjuni tal-għadam u mid-depożiti jvarjaw minn Żmien il-Ħaġar Nofsani għal Żmien il-Ħaġar Aħħari. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda evidenza li s-sit intuża matul il-perjodu storiku: buttuna tan-nylon u żibeġ Ewropej tal-ħġieġ instabu fis-saffi ta' fuq tal-iskavi fis-sit. Is-saff ta' Żmien il-Ħaġar Aħħari kienu jinkludu ġebel li kienu jintużaw bħala mrietel u moli, flimkien ma' artefatti tal-għadam u materjal mikrolitiku. Instabu wkoll bċejjeċ tal-fuħħar, żibeġ tal-qxur tal-bajd tan-nagħma u qxur tal-mongongo. Id-depożiti ta' Żmien il-Ħaġar Nofsani kienu jinkludu xfafar tal-ġebel kif ukoll għodod litiċi oħra.

Tpittir Aħmar

L-Għoljiet ta' Tsodilo fihom firxa ta' arti fuq il-blat bl-aħmar; dan it-tpittir jista' jinstab madwar is-sit kollu. Fl-Għar tar-Rinoċeront, uħud mit-tpittir aħmar jidher eqdem mir-rinoċeront abjad. It-tpittir aħmar ta' hemmhekk, u ta' madwar Tsodilo, ġie attribwit lill-poplu San.

Sit tad-Depressjoni Mkennija tal-Blat

Dan is-sit jinsab fuq in-naħa tal-Majjistral tal-Għolja Femminili, u ngħata dan l-isem mid-depressjonijiet li tħaffru fil-ħitan tal-blat. Flimkien ma' dawn il-marki hemm tpittir aħmar qisu ta' bhejjem, kif ukoll disinni ġeometriċi. Is-sit tad-depressjoni mkennija tal-blat, li ġie datat mill-kampjuni tal-karbonju maħruq, ġie okkupat għall-ewwel darba mill-inqas 30,000 sena ilu.

Mill-iskavi nstabu għodod tal-ġebel ta' Żmien il-Ħaġar Aħħari u artefatti ta' Żmien il-Ħadid. Il-bċejjeċ tal-fuħħar li nstabu fl-iżjed saffi fondi ġew datati li jmorru lura għas-seklu 1 W.K., u ġew affiljati mal-eqdem artefatti tal-ġebel li nstabu f'dawn l-inħawi. Instabu wkoll qxur tal-lewż mongongo f'diversi depożiti, inkluż fl-eqdem saffi, u b'hekk huma l-eqdem lewż mongongo li qatt instabu f'kuntest arkeoloġiku.

Metallurġija

L-Għoljiet ta' Tsodilo huma magħmula minn għadd ta' siti arkeoloġiċi. Tnejn minn dawn is-siti, magħrufa bħala Divuyu u Nqoma, fihom evidenza ta' artefatti tal-metall ta' Żmien il-Ħadid Bikri. Fiż-żewġ siti ġew skavati frammenti ta' ġojjellerija u għodo tal-metall magħmula mill-ħadid u/jew mir-ram. L-oġġetti tal-ġojjellerija kienu jinkludu ċappetti, żibeġ, imsielet, ċrieket u pendenti, filwaqt li l-għodod kienu jinkludu skalpelli, ponot tal-vleġeġ u saħansitra xfafar. Dawn iż-żewġ siti fihom teknoloġija simili ta' fabbrikazzjoni, iżda fihom stili differenti tal-produzzjoni tal-metall. Il-gagazza u t-tuyères milli jidher jindikaw li Divuyu u Nqoma jaf kienu żoni tat-tidwib tal-ħadid, u b'hekk jaf kienu wħud mill-ftit siti ta' Żmien il-Ħadid Bikri fin-Nofsinhar tal-Afrika b'evidenza tal-produzzjoni tal-metall.

Sit ta' Wirt Dinji

Tsodilo ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2001.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".

Importanza kulturali

Dawn l-għoljiet huma ta' importanza kulturali u spiritwali kbira għall-popli San tal-Kalahari. Huma jemmnu li l-għoljiet huma post tal-mistrieħ għall-ispirti tal-mejtin u li dawn l-ispirti jikkawżaw xorti ħażina u seħta jekk xi ħadd jikkaċċja jew jikkawża l-mewt qrib l-għoljiet. Is-sit ta' Tsodilo huwa fil-mira ta' dibattitu sħiħ rigward kif kien jgħix il-poplu San fl-imgħoddi.

Tradizzjonijiet bil-Fomm

Bosta popli lokali madwar l-Għoljiet ta' Tsodilo għandhom ġrajjiet tal-imgħoddi li jirrigwardaw il-bosta għerien u l-blat imkenni bit-tpittir. It-tradizzjonijiet bil-fomm spiss isemmu l-poplu Zhu, grupp lokali tal-poplu San, li kienu jużaw il-blat imkenni għall-protezzjoni mill-elementi jew bħala postijiet għar-ritwali tagħhom.

Ġrajja partikolari ssostni li l-kaċċaturi kienu jidħlu fil-blat imkenni biex jagħmlu kuntatt mal-antenati jekk il-kaċċa ma tirnexxix. Imbagħad kienu jistaqsu għall-għajnuna tagħhom biex ikollhom kaċċa tajba meta jerġgħu joħorġu jikkaċċjaw. Bħala ringrazzjament, meta l-kaċċa kienet tirnexxi, il-kaċċaturi kienu jerġgħu jmorru fil-blat imkenni u jsajru għall-antenati tagħhom. F'uħud minn dawn is-siti allegati però ma hemm l-ebda evidenza ta' fdalijiet ta' nar jew ftit li xejn evidenza ta' dan.

Għad hemm żoni fejn isiru ritwali bħal talb biex tagħmel ix-xita. L-anzjani fl-inħawi għadhom jiftakru l-użu ta' xi blat imkenni bħala siti ta' kampeġġ meta kienu għadhom tfal. Il-blat imkenni bit-tpittir abjad jaf intuża bħala kamp matul l-istaġun tax-xita saħansitra sa 70-80 sena ilu.

Il-poplu San lokali jemmen li Tsodilo huwa l-oriġini ta' kull forma ta' ħajja u għalhekk id-dixxendenti tagħhom kienu jagħmlu dik l-arti kollha. Il-ġeografija, il-mogħdijiet u l-gandotti fl-art ta' Tsodilo huma magħrufa bħala l-fdalijiet tal-passaġġi u tal-impronti tal-ewwel annimali, li kienu jiġu jfittxu l-ilma. Fil-fatt, qrib l-Għolja Femminili ta' Tsodilo hemm għajn naturali li tintuża kemm bħala sit għall-ġbir tal-ilma kif ukoll bħala sit għar-ritwali. Dan is-sit jitqies bħala sagru, u jintuża minn bosta nies għat-tindif, għall-fejqan u għall-protezzjoni.

Ipoteżi tal-iżjed ritwal bikri magħruf

Fl-2006, is-sit magħruf bħala l-Għar tar-Rinoċeront sar prominenti fil-mezzi tax-xandir meta tal-Università ta' Oslo stqarret li kienu ġew skoperti artefatti ta' 70,000 sena ilu u blata li tixbaħ ras ta' serp u li dawn x'aktarx li kienu l-ewwel fdalijiet ta' ritwali umani. Hija appoġġat ukoll l-interpretazzjoni tagħha tas-sit bħala post tar-ritwali abbażi ta' annimali oħra mpittrin: "Fl-għar insibu biss l-iżjed tliet annimali importanti għall-poplu San: is-serp, l-iljunfant, u l-ġiraffa. Minn dak iż-żmien, uħud mill-arkeologi involuti fl-investigazzjonijiet oriġinali tas-sit fl-1995 u fl-1996 ikkontestaw dawn l-interpretazzjonijiet. Huma jindikaw li l-ħofor (magħrufa fost l-arkeologi bħala kupuli) deskritti minn Coulson mhux neċessarjament kollha jmorru lura għall-istess perjodu u li "ħafna mid-depressjonijiet huma friski ħafna filwaqt li oħrajn huma miksijin b'patina tqila". Siti oħra fil-qrib (iktar minn 20) fihom depressjonijiet ukoll u ma fihomx annimali. Id-datazzjoni bir-radjokarbonju u bit-termoluminixxenza ta' dan is-sit ta' Żmien il-Ħaġar Nofsani ma taqbilx mal-ipoteżi li figura minnhom għandha 70,000 sena ilu, u minflok tissuġġerixxi dati iktar reċenti.

Huma hu jiddiskutu t-tpittir, l-arkeologi jsostnu li t-tpittir deskritt bħala iljunfant fil-fatt huwa rinoċeront, li t-tpittir aħmar ta' ġiraffa ma jmurx iktar lura mill-400 W.K. u li t-tpittir abjad tar-rinoċeront huwa iktar reċenti, u l-esperti tal-arti fuq il-blat jemmnu li t-tpittir abjad u aħmar sar minn gruppi ta' nies differenti. Huma jirreferu għall-interpretazzjoni ta' Coulson bħala projezzjoni ta' twemmin modern fuq l-imgħoddi u jsejħu l-interpretazzjoni tagħha bħala ġrajja kompożita li hija "sfaċċatament qarrieqa". Huma jwieġbu għall-istqarrija ta' Coulson li dan huwa l-uniku tpittir fl-għar billi jgħidu li hija injorat it-tpittir aħmar ta' disinni ġeometriċi li nstab mal-ħajt tal-għar.

Barra minn hekk, huma jiddiskutu wkoll il-ponot maħruqa ta' Żmien il-Ħaġar Nofsani, u jsostnu li ma hemm xejn mhux tas-soltu fl-użu ta' materjali mhux lokali. Huma ma jaqblux mal-istqarrija li ma stabux għodod ordinarji fis-sit, u jinnutaw li l-bosta skalpelli li nstabu huma għodod ordinarji u li hemm evidenza ta' produzzjoni tal-għodod fis-sit. Huma u jiddiskutu l-"kompartiment sigriet", huma jindikaw in-nuqqas ta' evidenza li xi xamani tal-poplu San użaw xi kompartimenti fl-għerien jew li dan il-kompartiment partikolari ntuża għal xi ritwali.

Referenzi

  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Tsodilo". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-29.
  2. ^ Staurset, Sigrid. "Ritualized Behavior in the Middle Stone Age: Evidence from Rhino Cave, Tsodilo Hills, Botswana". Ċitazzjoni journal għandha bżonn |journal= (għajnuna)
  3. ^ Robbins, Lawrence; Murphy, Michael; Campbell, Alec; Brook, George (1996). "Excavations at the Tsodilo Hills Rhino Cave". Botswana Notes and Records. 28: 23–45.
  4. ^ C. Michael Hogan. 2008.
  5. ^ Robbins, L.H.; Murphy, M.L.; Brook, G.A.; Ivester, A.H.; Campbell, A.C; Klein, R.G.; Milo, R.G.; Stewart, K.M.; Downey, W.S.; Stevens, N.J. (2000). "Archaeology, Palaeoenvironment, and Chronology of the Tsodilo Hills White Paintings Rock Shelter, Northwest Kalahari Deser, Botswana". Journal of Archaeological Science. 27 (11): 1085–1113.
  6. ^ Robbins, L.H.; Campbell, A.C. (1989). "The Depression Rock Shelter Site, Tsodilo Hills". Botswana Notes and Records: 1–3.
  7. ^ Miller, Duncan; van der Merwe, Nikolaas (1994). "Early Iron Age Metal Working at the Tsodilo Hills, Northwestern Botswana". Journal of Archaeological Science. 21: 101–115.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 17 Lul, 2025 / 14:39

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Tsodilo, X'inhi Tsodilo? Xi tfisser Tsodilo?

Tsodilo jew l Għoljiet ta Tsodilo bit Tswana Lefelo la Tsodilo huwa sit bl għoljiet li jikkonsisti minn arti fuq il blat postijiet imkennija bil blat depressjonijiet u għerien fil Botswana fin Nofsinhar tal Afrika Is sit tnizzel fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2001 bis saħħa tal importanza reliġjuza u spiritwali unika tas sit għan nies lokali kif ukoll bis saħħa li huwa xhieda unika tal insedjament uman tul bosta millenji L UNESCO tistima li hemm iktar minn 4 500 tpittir fuq il blat fis sit Is sit huwa magħmul minn ftit għoljiet prinċipali magħrufa bħala l Għolja tal Wild l Għolja Femminili u l Għolja Maskili It tpittir aħmar fuq il blat ta Tsodilo ĠeografijaMappa tal Botswana Hemm erba għoljiet prinċipali fi ħdan is sit L ogħla waħda hija 1 400 metru l fuq mil livell tal baħar u hija wieħed mill ogħla punti fil Botswana L erba għoljiet spiss jiġu deskritti bħala l Għoljiet Maskili l ogħla Femminili tal Wild u oħra zgħira mingħajr isem Dawn jinsabu madwar 40 kilometru minn Shakawe u wieħed jista jasal għalihom permezz ta triq imħarbta f kundizzjoni pjuttost tajba Bejn l ikbar zewġ għoljiet hemm sit ġestit tal kampeġġ bix xawers u bit tojlits Dan jinsab qrib l izjed tpittir famuz tal poplu San fis sit magħruf bħala l panew ta f ġieħ il kittieb tal Afrika t Isfel li ddeskriva t tpittir għall ewwel darba fil ktieb tiegħu tal 1958 The Lost World of the Kalahari Id Dinja Mitlufa tal Kalahari Barra minn hekk hemm muzew zgħir u mitjar qrib is sit tal kampeġġ ArkeoloġijaIl panew ta Laurens van der Post fl 2006 Il bniedem uza l Għoljiet ta Tsodilo għat tpittir u għar ritwali għal eluf ta snin L UNESCO tistima li l għoljiet fihom 500 sit individwali li jirrapprezentaw eluf ta snin ta abitazzjoni umana L arti fuq il blat tal għoljiet ġiet ikkollegata mal kaċċaturi ġemmiegħa lokali Huwa maħsub li l antenati tal poplu San ħolqu wħud mit tpittir f Tsodilo u kienu wkoll dawk li insedjaw l għerien u l postijiet imkennija fil blat Hemm evidenza li l popli Bantu kienu responsabbli għal uħud mill opri tal arti fl għoljiet Uħud mit tpittir imorru lura saħansitra għal 24 000 sena qabel il prezent Għar tar Rinoċeront Ġiraffa mpittra fuq il blat fl Għoljiet ta Tsodilo L Għar tar Rinoċeront jinsab fin naħa tat Tramuntana tal Għolja Femminili u għandha zewġ ħitan prinċipali fejn jinsab it tpittir It tpittir abjad tar li għalih ingħata isem l għar jinsab fuq il ħajt tat Tramuntana u huwa maqsum bi tpittir ieħor ta L iskavi tal art tal għar wasslu għal bosta materjali litiċi F dan l għar ma nstabux il qxur tal bajd tan nagħma l artefatti tal għadam il bċejjeċ tal fuħħar jew l oġġetti tal ħadid izda nstabu ftit frammenti ta qxur tal mongongo li nstabu f saffi ta Zmien il Ħaġar Aħħari Il karbonju maħruq li nstab matul l iskavi jmur lura għal Zmien il Ħadid Afrikan għal Zmien il Ħaġar Aħħari u għal Zmien il Ħaġar Nofsani Il biċċa l kbira tal artefatti tal ġebel minn Zmien il Ħaġar Aħħari kienu magħmula minn materjali lokali bħall kwarz u d djaspru L artefatti ta Zmien il Ħaġar Nofsani mill għar huma l iktar ponot imħejjija x aktarx ta vleġeġ Il ponot instabu tipikament f diversi stadji tal produzzjoni uħud abbandunati u wħud kompluti It tpittir tal Għar tar Rinoċeront jinsab l iktar mal ħajt tat Tramuntana u sar b lewn aħmar u oranġjo fl aħmar għajr ir rinoċeront li sar b lewn abjad Madwar ir rinoċeront u l ġiraffa hemm diversi tpittir l iktar bl aħmar ta disinni ġeometriċi Fuq il ħajt oppost tal għar hemm vireg u xquq l isfel li tħaffru fil blat Dawn jaf tħaffru bl uzu ta ġebel bħala mrietel jew bil moli minn Zmien il Ħaġar Aħħari li nstabu f Tsodilo Tpittir Abjad Tqabbil tat Tpittir Aħmar u Abjad fl Għoljiet ta Tsodilo L arti fuq il blat impittra bl abjad f Tsodilo hija assoċjata mal popli Bantu Ħafna mit tpittir bl abjad jinsab fil Blat Imkenni bit Tpittir Abjad fuq l Għolja Maskili Apparti t tpittir abjad hemm ukoll tpittir aħmar fil blat imkenni It tpittir abjad juri annimali kemm domestiċi kif ukoll selvaġġi u figuri qishom ta bnedmin Il figuri umani normalment ġew impittra b idejhom fuq ġenbhom Għadd minnhom jidhru rekbin iz zwiemel u jagħtu x tifhem li tpittru mhux qabel nofs is seklu 19 meta z zwiemel ġew introdotti għall ewwel darba fl inħawi Id dati li rrizultaw mill karbonju maħruq mill qxur tal bajd tan nagħma mill kampjuni tal għadam u mid depoziti jvarjaw minn Zmien il Ħaġar Nofsani għal Zmien il Ħaġar Aħħari Barra minn hekk ma hemm l ebda evidenza li s sit intuza matul il perjodu storiku buttuna tan nylon u zibeġ Ewropej tal ħġieġ instabu fis saffi ta fuq tal iskavi fis sit Is saff ta Zmien il Ħaġar Aħħari kienu jinkludu ġebel li kienu jintuzaw bħala mrietel u moli flimkien ma artefatti tal għadam u materjal mikrolitiku Instabu wkoll bċejjeċ tal fuħħar zibeġ tal qxur tal bajd tan nagħma u qxur tal mongongo Id depoziti ta Zmien il Ħaġar Nofsani kienu jinkludu xfafar tal ġebel kif ukoll għodod litiċi oħra Tpittir Aħmar L annimali mpittrin fuq il blat L Għoljiet ta Tsodilo fihom firxa ta arti fuq il blat bl aħmar dan it tpittir jista jinstab madwar is sit kollu Fl Għar tar Rinoċeront uħud mit tpittir aħmar jidher eqdem mir rinoċeront abjad It tpittir aħmar ta hemmhekk u ta madwar Tsodilo ġie attribwit lill poplu San Sit tad Depressjoni Mkennija tal Blat Tpittir aħmar ta rinoċeront Dan is sit jinsab fuq in naħa tal Majjistral tal Għolja Femminili u ngħata dan l isem mid depressjonijiet li tħaffru fil ħitan tal blat Flimkien ma dawn il marki hemm tpittir aħmar qisu ta bhejjem kif ukoll disinni ġeometriċi Is sit tad depressjoni mkennija tal blat li ġie datat mill kampjuni tal karbonju maħruq ġie okkupat għall ewwel darba mill inqas 30 000 sena ilu Figuri ta rinoċeronti u annimal qisu baqra Mill iskavi nstabu għodod tal ġebel ta Zmien il Ħaġar Aħħari u artefatti ta Zmien il Ħadid Il bċejjeċ tal fuħħar li nstabu fl izjed saffi fondi ġew datati li jmorru lura għas seklu 1 W K u ġew affiljati mal eqdem artefatti tal ġebel li nstabu f dawn l inħawi Instabu wkoll qxur tal lewz mongongo f diversi depoziti inkluz fl eqdem saffi u b hekk huma l eqdem lewz mongongo li qatt instabu f kuntest arkeoloġiku Metallurġija L Għoljiet ta Tsodilo huma magħmula minn għadd ta siti arkeoloġiċi Tnejn minn dawn is siti magħrufa bħala Divuyu u Nqoma fihom evidenza ta artefatti tal metall ta Zmien il Ħadid Bikri Fiz zewġ siti ġew skavati frammenti ta ġojjellerija u għodo tal metall magħmula mill ħadid u jew mir ram L oġġetti tal ġojjellerija kienu jinkludu ċappetti zibeġ imsielet ċrieket u pendenti filwaqt li l għodod kienu jinkludu skalpelli ponot tal vleġeġ u saħansitra xfafar Dawn iz zewġ siti fihom teknoloġija simili ta fabbrikazzjoni izda fihom stili differenti tal produzzjoni tal metall Il gagazza u t tuyeres milli jidher jindikaw li Divuyu u Nqoma jaf kienu zoni tat tidwib tal ħadid u b hekk jaf kienu wħud mill ftit siti ta Zmien il Ħadid Bikri fin Nofsinhar tal Afrika b evidenza tal produzzjoni tal metall Sit ta Wirt DinjiTsodilo ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2001 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta tliet kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju i Rapprezentazzjoni ta kapulavur frott il kreattivita tal bniedem il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet u l kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem Importanza kulturaliTpittir mhux ċar bl aħmar f Tsodilo Dawn l għoljiet huma ta importanza kulturali u spiritwali kbira għall popli San tal Kalahari Huma jemmnu li l għoljiet huma post tal mistrieħ għall ispirti tal mejtin u li dawn l ispirti jikkawzaw xorti ħazina u seħta jekk xi ħadd jikkaċċja jew jikkawza l mewt qrib l għoljiet Is sit ta Tsodilo huwa fil mira ta dibattitu sħiħ rigward kif kien jgħix il poplu San fl imgħoddi Tradizzjonijiet bil Fomm Bosta popli lokali madwar l Għoljiet ta Tsodilo għandhom ġrajjiet tal imgħoddi li jirrigwardaw il bosta għerien u l blat imkenni bit tpittir It tradizzjonijiet bil fomm spiss isemmu l poplu Zhu grupp lokali tal poplu San li kienu juzaw il blat imkenni għall protezzjoni mill elementi jew bħala postijiet għar ritwali tagħhom L Għoljiet ta Tsodilo fil Majjistral tal Botswana Ġrajja partikolari ssostni li l kaċċaturi kienu jidħlu fil blat imkenni biex jagħmlu kuntatt mal antenati jekk il kaċċa ma tirnexxix Imbagħad kienu jistaqsu għall għajnuna tagħhom biex ikollhom kaċċa tajba meta jerġgħu joħorġu jikkaċċjaw Bħala ringrazzjament meta l kaċċa kienet tirnexxi il kaċċaturi kienu jerġgħu jmorru fil blat imkenni u jsajru għall antenati tagħhom F uħud minn dawn is siti allegati pero ma hemm l ebda evidenza ta fdalijiet ta nar jew ftit li xejn evidenza ta dan Għad hemm zoni fejn isiru ritwali bħal talb biex tagħmel ix xita L anzjani fl inħawi għadhom jiftakru l uzu ta xi blat imkenni bħala siti ta kampeġġ meta kienu għadhom tfal Il blat imkenni bit tpittir abjad jaf intuza bħala kamp matul l istaġun tax xita saħansitra sa 70 80 sena ilu Il poplu San lokali jemmen li Tsodilo huwa l oriġini ta kull forma ta ħajja u għalhekk id dixxendenti tagħhom kienu jagħmlu dik l arti kollha Il ġeografija il mogħdijiet u l gandotti fl art ta Tsodilo huma magħrufa bħala l fdalijiet tal passaġġi u tal impronti tal ewwel annimali li kienu jiġu jfittxu l ilma Fil fatt qrib l Għolja Femminili ta Tsodilo hemm għajn naturali li tintuza kemm bħala sit għall ġbir tal ilma kif ukoll bħala sit għar ritwali Dan is sit jitqies bħala sagru u jintuza minn bosta nies għat tindif għall fejqan u għall protezzjoni Ipotezi tal izjed ritwal bikri magħrufTpittir fil beraħ fuq il blat ta Tsodilo Fl 2006 is sit magħruf bħala l Għar tar Rinoċeront sar prominenti fil mezzi tax xandir meta tal Universita ta Oslo stqarret li kienu ġew skoperti artefatti ta 70 000 sena ilu u blata li tixbaħ ras ta serp u li dawn x aktarx li kienu l ewwel fdalijiet ta ritwali umani Hija appoġġat ukoll l interpretazzjoni tagħha tas sit bħala post tar ritwali abbazi ta annimali oħra mpittrin Fl għar insibu biss l izjed tliet annimali importanti għall poplu San is serp l iljunfant u l ġiraffa Minn dak iz zmien uħud mill arkeologi involuti fl investigazzjonijiet oriġinali tas sit fl 1995 u fl 1996 ikkontestaw dawn l interpretazzjonijiet Huma jindikaw li l ħofor magħrufa fost l arkeologi bħala kupuli deskritti minn Coulson mhux neċessarjament kollha jmorru lura għall istess perjodu u li ħafna mid depressjonijiet huma friski ħafna filwaqt li oħrajn huma miksijin b patina tqila Siti oħra fil qrib iktar minn 20 fihom depressjonijiet ukoll u ma fihomx annimali Id datazzjoni bir radjokarbonju u bit termoluminixxenza ta dan is sit ta Zmien il Ħaġar Nofsani ma taqbilx mal ipotezi li figura minnhom għandha 70 000 sena ilu u minflok tissuġġerixxi dati iktar reċenti Tpittir tal Pingwin ta Tsodilo b għamla qisha ta għasfur Huma hu jiddiskutu t tpittir l arkeologi jsostnu li t tpittir deskritt bħala iljunfant fil fatt huwa rinoċeront li t tpittir aħmar ta ġiraffa ma jmurx iktar lura mill 400 W K u li t tpittir abjad tar rinoċeront huwa iktar reċenti u l esperti tal arti fuq il blat jemmnu li t tpittir abjad u aħmar sar minn gruppi ta nies differenti Huma jirreferu għall interpretazzjoni ta Coulson bħala projezzjoni ta twemmin modern fuq l imgħoddi u jsejħu l interpretazzjoni tagħha bħala ġrajja kompozita li hija sfaċċatament qarrieqa Huma jwieġbu għall istqarrija ta Coulson li dan huwa l uniku tpittir fl għar billi jgħidu li hija injorat it tpittir aħmar ta disinni ġeometriċi li nstab mal ħajt tal għar Barra minn hekk huma jiddiskutu wkoll il ponot maħruqa ta Zmien il Ħaġar Nofsani u jsostnu li ma hemm xejn mhux tas soltu fl uzu ta materjali mhux lokali Huma ma jaqblux mal istqarrija li ma stabux għodod ordinarji fis sit u jinnutaw li l bosta skalpelli li nstabu huma għodod ordinarji u li hemm evidenza ta produzzjoni tal għodod fis sit Huma u jiddiskutu l kompartiment sigriet huma jindikaw in nuqqas ta evidenza li xi xamani tal poplu San uzaw xi kompartimenti fl għerien jew li dan il kompartiment partikolari ntuza għal xi ritwali Referenzi a b ċ Centre UNESCO World Heritage Tsodilo UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2024 01 29 Staurset Sigrid Ritualized Behavior in the Middle Stone Age Evidence from Rhino Cave Tsodilo Hills Botswana Ċitazzjoni journal għandha bzonn journal għajnuna Robbins Lawrence Murphy Michael Campbell Alec Brook George 1996 Excavations at the Tsodilo Hills Rhino Cave Botswana Notes and Records 28 23 45 C Michael Hogan 2008 Robbins L H Murphy M L Brook G A Ivester A H Campbell A C Klein R G Milo R G Stewart K M Downey W S Stevens N J 2000 Archaeology Palaeoenvironment and Chronology of the Tsodilo Hills White Paintings Rock Shelter Northwest Kalahari Deser Botswana Journal of Archaeological Science 27 11 1085 1113 Robbins L H Campbell A C 1989 The Depression Rock Shelter Site Tsodilo Hills Botswana Notes and Records 1 3 Miller Duncan van der Merwe Nikolaas 1994 Early Iron Age Metal Working at the Tsodilo Hills Northwestern Botswana Journal of Archaeological Science 21 101 115

L-aħħar artikli
  • Lulju 15, 2025

    Nies prominenti Maltin

  • Lulju 17, 2025

    Niue

  • Lulju 10, 2025

    Nektarivoru

  • Lulju 08, 2025

    Nannakoli

  • Lulju 16, 2025

    Nani

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq