Azərbaycan  AzərbaycanMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  Türkiyə
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Santu Wistin huwa wieħed mill erba Santi Padri ewlenin tal Punent flimkien ma Sant Ambroġju San Ġlormu u l Huwa kien isq

Santu Wistin

  • Paġna Ewlenija
  • Santu Wistin
Santu Wistin
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Santu Wistin huwa wieħed mill-erba’ Santi Padri ewlenin tal-Punent, flimkien ma’ Sant'Ambroġju, San Ġlormu u l-. Huwa kien isqof ta’ Ippona, belt ewlenija tal-Afrika Rumana (illum Annaba fl-Alġerija) u wieħed mill-figuri ewlenin tal-Knisja tar-raba’ seklu.

Santu Wistin
bishop of Hippo Regius (en)

396 -
Dioceses: Hippo Regius (mul)
Ħajja
Twelid (en) u (en) , 13 Novembru 354, 354
Nazzjonalità
Mewt (en) u (en) , 28 Awwissu 430
Post tad-dfin (en)
Familja
Missier
Omm
Konjuga/i Not married
Ulied
uri
  • (en)
Aħwa
uri
  • (en)
    (en)
Edukazzjoni
Lingwi Latin
(en)
lingwa Berbera
Studenti
uri
  • (en)
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni





poeta
kittieb


Xogħlijiet importanti (en)
(en)
(en)
Influwenzat minn Sant'Ambroġju
Festa
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija.

Tfulija

Wistin twieled fit-13 ta’ Novembru 354 minn missier pagan, Patrizju, li kien Kunsillier ta’ muniċipju, u minn omm nisranija Kattolika, Monnika, ta’ razza bérbera f’Tagaste, fin-Numidja, Souk-Ahras, illum l-Alġerija. Minħabba l-edukazzjoni li kellu, hu kien marbut b’ruħu u b’ġismu ma’ Ruma, mal-Imperu Ruman, u mal-kultura Rumana. Studja f’Tagaste fejn twieled, wara kompla jistudja fil-belt ta’ Madawra (ġewwa l-Alġerija) u mbagħad temm l-istudji f’Kartaġni. L-ilsien Grieg ma setax jaqbdu fl-iskola, imma iżjed tard wara li kien kbir tgħallmu biżżejjed biex ikun jista’ jittraduċi għal-Latin. Min-naħa l-oħra, il-Puniku baqa’ ma tgħallmu qatt, neħħi xi ftit kliem ’l hawn u ’l hemm li laħaq tgħallem u li nqeda bih biex ifisser kliem Lhudi li kien jixxiebah etimoloġikament. Meta kellu tnax-il sena kien se jmut minħabba x-xedda li qabditu, u kien se jitgħammed. Imma billi għaddielu, hu baqa’ ma tgħammidx żgħir.

Żgħożija

Ta’ dsatax-il sena tbiegħed mill-fidi Kattolika. Wara li qara l-ktieb l-Ortensju ta’ Ċiċerun li kien iħajjar għat-triq tal-filosofija, Wistin sar Manikew. Issa mietlu missieru (373), u reġa’ lura lejn Tagaste, u miegħu ħa l-mara li kien jgħix magħha u lil binhom Adeodat. Ommu ma laqgħethomx għandha. Hu beda jgħallem il-grammatika Latina fl-istess Tagaste (374). Wara dan huwa qabad jgħallem ir-retorika l-ewwel f’Kartaġni (375-383), imbagħad f’Ruma (384), u fl-aħħar Milan (Ħarifa 384 – Sajf 386). F’Milan stess hu ġie f’kuntatt mal-Isqof Sant'Ambroġju u mal-istudji tan-neoplatoniċi li għenuh iħoll il-problema tal-materjaliżmu u tal-ħażen. Bil-qari ta’ San Pawl hu għeleb il-problema tan-naturaliżmu, u fehem li Kristu mhux biss hu l-Imgħallem, imma wkoll il-Feddej. Hekk wasal biex aċċetta l-medjazzjoni divina u l-grazzja. U fl-aħħar wasal ukoll għall-konverżjoni tiegħu.

Konverżjoni

Wistin ikkonverta fl-ewwel jiem tax-xahar ta’ Awwissu tas-sena 386, jiġifieri 44 sena qabel ma miet bħala Isqof ta’ Ippona. Bejn il-konverżjoni u l-episkopat tiegħu għaddew ftit inqas minn għaxar snin, imma dan kien perjodu mimli progress spiritwali u kisba ta’ tagħlim tat-teoloġija Kattolika.

Hekk kif ikkonverta hu ħa żewġ deċiżjonijiet kbar: dik li jirrinunzja għat-tagħlim tar-retorika, u dik li jirrinunzja għaż-żwieġ. Hekk, qrib it-tmiem ta’ Ottubru tas-sena 386 Wistin irtira f’Kassiċijaku, x’aktarx Cossago fil-Brianza, biex hemm iħejji ruħu għall-magħmudija. F’dan il-post hu għamel inqas minn ħames xhur għaliex fl-ewwel ġranet ta’ Marzu tas-sena 387 hu reġa’ lura lejn Milan, inkiteb katekumenu, segwa l-kors tal-katekeżi li għamel Ambroġju u kien mgħammed flimkien ma’ Alipju, sieħbu, u Adeodat, ibnu, fil-lejl ta’ bejn l-24 u l-25 ta’ April, il-viġilja tal-Għid tas-sena 387. Minn hemm Wistin qatagħha li jerġa’ lura lejn l-Afrika, imma ftit wara li waslu f’Ostia Tiberina, ommu mardet u mietet. Wistin reġa’ lura lejn Ruma u baqa’ sas-sena ta’ wara jikteb il-kotba u jitkixxef iżjed dwar il-ħajja monastika. Wara l-mewt tal-Imperatur Massimu li ġrat f’Lulju jew f’Awissu tas-sena 388, Wisin ħalla Ruma u mar Tagaste fejn beda l-ħajja komunitarja flimkien mal-ħbieb tiegħu u ma’ Adeodat li mbagħad miet minn sena sa tliet snin wara (389-391).

Saċerdot u Isqof

Fis-sena 391, Wistin mar Ippona bil-ħsieb li jsib xi post fejn ikun jista’ jwaqqaf knisja. F’dik l-okkażjoni hu aċċetta kontra qalbu li jkun ordnat saċerdot. L-Isqof Valerju tah biċċa mill-kwartier nisrani biex iwaqqaf hemm il-monasteru tal-lajċi li xtaq jibni. Hawn beda jagħti ruħu għal iżjed ħajja axxetika, għal iżjed studji tat-teoloġija, u fl-istess ħin beda l-ħidma tiegħu tal-predikazzjoni. Fis-sena 395 jew 396 hu kien ikkonsagrat Isqof. Għadda xi żmien jgħin lill-Isqof Valerju, imbagħad, għallinqas minn Awissu tas-sena 397, hu beda l-ħidma tiegħu proprja bħala Isqof ta’ Ippona. Meta sar Isqof tal-post, Wistin ħalla l-monasteru tal-lajċi fejn qabel kien superjur, u mar fid-dar ta’ l-Isqof u għamel minn din monasteru tal-Kjeriċi.

Bħala Isqof, Santu Wistin ħadem bis-sħiħ kemm fid-djoċesi tiegħu, kemm fi djoċesijiet oħra fejn mar ħafna drabi l-iktar biex jipprietka, u kemm għall-Knisja universali l-iktar bil-kotba tiegħu. Fid-djoċesi tiegħu, Wistin kien jipprietka regolarment darbtejn fil-ġimgħa, jiġifieri s-Sibt u l-Ħadd. F’xi okkażjonijiet kien jipprietka għal ġranet sħaħ wara xulxin, meta mhux ukoll jagħmel żewġ prietki kuljum. Kellu wkoll laqgħat tal-Isqof mal-membri tad-djoċesi, li kienu jissejħu audientia episcopalia, u dan biex jisma’ u jaqta’ s-sentenzi fil-kawżi li kienu jippreżentawlu l-fidili. Xi kultant dawn il-laqgħat kienu jdumu l-ġurnata kollha. Kellu wkoll jieħu ħsieb il-fqar, ir-romol u l-iltiema permezz ta’ tqassim ta’ affarijiet meħtieġa għall-ikel u għall-ħajja mill-imħażen li kien hemm apposta fil-kwartier nisrani. Kien jieħu ħsieb it-tagħlim reliġjuż tal-kleru li fosthom ġab riforma kbira bil-ħsieb li s-saċerdoti jkunu iktar kapaċi teoloġikament u liturġikament. Organizza l-monasteri kemm tal-irġiel kif ukoll tan-nisa. Kien iżur il-morda fi djarhom stess. U kien jaqbeż għall-fidili quddiem l-awtorita’ ċivili. Kien ukoll jieħu ħsieb l-amministrazzjoni tal-ġid tal-Knisja, xogħol li kien jagħmel kontra qalbu.

Għall-Knisja ta’ l-Afrika u b’xi mod għall-Knisja Universali, hu ħa sehem f’diversi konċilji Afrikani. Kiteb ħafna ittri bħala tweġiba għall-problemi jew mistoqsijiet li kienu jagħmlulu. Ħa sehem f’disputi pubbliċi mal-eretiċi meta tqum l-okkażjoni, fosthom fil-konferenza tas-sena 411 bejn Isqfijiet Kattoliċi u Isqfijiet Donatisti. Hu ħadem ħafna għas-soluzzjoni tax-xiżma Donatista u tal-kontroversja Pelaġjana. Meta miet fit-28 ta’ Awissu tas-sena 430, fit-tielet xahar ta’ l-assedju taIppona mill-Vandali, ħalla warajh ħafna opri mhumiex mitmuma. L-aħħar xogħol tiegħu kienet l-Ittra 228 li x’aktarx li ddettaha fuq is-sodda ta’ mewtu u indirizzaha lis-saċerdoti tad-djoċesi dwar id-dmirijiet tagħhom għal waqt l-invażjoni barbarika. Hu kien midfun fil-Bażilika Pacis ġewwa Ippona. Iktar tard l-għadam tiegħu, f’data inċerta, ittieħed f’Sardinja, u qrib is-sena 725 kien ittrasportat f’Pavia fil-Bażilika ta’ San Pietru f’Ciel d’Oro, fejn għadu sal-lum.

Il-Belt ta’ Alla (De Civitate Dei)

Din hi l-aqwa biċċa xogħol ta’ Santu Wistin. Fiha hu jagħti fil-qosor il-ħsieb tiegħu filosofiku, teoloġiku u politiku. Kitbu bejn is-snin 413-426. Fir-Ritrattazzjonijiet Santu Wistin meta wasal sabiex jerġa’ jagħti daqqa t’għajn lejn ix-xogħol li kien għadu kemm temm, fuq il-Belt ta’ Alla, kiteb: “Waqt dan kollu, Ruma kollha kienet tinsab imfarrka taħt il-qilla ta’ l-invażjoni tal-Goti li kienu taħt it-tmexxija tar-re Alariku (370-410); kien diżastru kbir. Dawk li aħna mdorrijn insejħu l-pagani, dawk li jagħtu qima lil bosta allat foloz, għamlu l-almu tagħhom kollu sabiex iqiegħdu l-ħtija ta’ dan kollu wara bieb it-twemmin nisrani, u dan sabiex iżebilħu lil Alla l-veru bi lsien iniggeż aktar u bi ħdura mhux tas-soltu. Għalhekk jien mifni bil-ħeġġa għad-dar ta’ Alla, qtajtha illi nikteb kontra dawn id-dagħajja u l-iżbalji tagħhom, il-kotba ta’ l-Belt ta’ Alla.”

Mela skond Wistin dawn kienu raġunijiet ewlenija għaliex ried jikteb il-Belt ta’ Alla. L-idea ewlinija hi dik li l-Providenza divina ddawwal u tmexxi l-istorja kollha tal-bniedem. Fiha 22 ktieb. ~ertament hija l-‘Magnum Opus’ ta’ Santu Wistin - opra twila ħafna u trid iż-żmien biex taqraha kollha. Tinqasam f’żewġ partijiet. Il-kotba 1-10 fihom il-ħsieb ta’ apoloġetika u polemika. Fil-kotba 1-5 Santu Wistin jirrifjuta l-opinjoni pagana li l-politeiżmu, jew l-adorazzjoni ta’ ħafna allat, kien bżonnjuż sabiex tinstab hena fuq din id-dinja; fil-kotba 6-10 huma miktuba kontra l-filosfi Neo-Platoniċi li kien jżommu li l-adorazzjoni ta’ l-allat hija neċessarja għall-ħajja futura. Il-kotba 11-22 huma spekulattivi. Hemm żewġ saltniet kbar li fihom isir l-iżvilupp tal-ħajja u ta’ l-umanita’: ‘Regnum Dei, Regnum mundi’,- ‘ir-renju ta’ Alla u r-renju tad-dinja.’ Il-konflitt bejn dawn it-tnejn jifforma suġġett ta’ dan ix-xogħol.

Ir-renju ta’ Alla jikkonsisti: fl-anġli tiegħu u n-nies ġusti, u l-essenza tar-renju tad-dinja hi l-apostasiji minn Alla. Huwa hawn li dawn iż-żewġ renji jidħlu ġo xulxin għaliex iċ-ċittadini ta’ l-ewwel jgħixu bħala ċittadini qalb tat-tieni. Il-kotba 11-14 jiddeskrivu l-oriġini ta’ kull renju, bil-ħolqien tal-anġli u tal-waqgħa ta’ dawk apostati. Il-kotba 15-18 jittrattaw fuq l-iżvilupp u l-progress ta’ dawn iż-żewġ renji u l-kotba 19-22 l-għan ta’ kull renju u kif isib tmiemu.

Ix-xogħol fih ħafna tagħrif storiku u arkeoloġiku għax Wistin ħa ħafna minn Ċiċerun, Verro u mir-reċensjoni tal-‘Chronicon’ ta’ Ewsebju. Ċertament dan ix-xogħol kellu u għad għandu influwenza kbira mill-mewt ta’ Wistin l’ hawn. Għall-grazzja ta’ Alla għandna traduzzjoni tajba ħafna tal-Belt ta’ Alla, tradotta minn Valentin V. Barbara, maħruġa mill-Provinċja Agostinjana, Malta, fil-1996, bin-noti estiżi ta’ P. Salvino Caruana OSA.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 09 Ġun, 2025 / 06:27

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Santu Wistin, X'inhi Santu Wistin? Xi tfisser Santu Wistin?

Santu Wistin huwa wieħed mill erba Santi Padri ewlenin tal Punent flimkien ma Sant Ambroġju San Ġlormu u l Huwa kien isqof ta Ippona belt ewlenija tal Afrika Rumana illum Annaba fl Alġerija u wieħed mill figuri ewlenin tal Knisja tar raba seklu Santu Wistinbishop of Hippo Regius en 396 Dioceses Hippo Regius mul ĦajjaTwelid en u en 13 Novembru 354 354NazzjonalitaMewt en u en 28 Awwissu 430Post tad dfin en FamiljaMissierOmmKonjuga i Not marriedUlied uri en Aħwa uri en en EdukazzjoniLingwi Latin en lingwa BerberaStudenti uri en OkkupazzjoniOkkupazzjoni poeta kittiebXogħlijiet importanti en en en Influwenzat minn Sant AmbroġjuFestaDan l artiklu għandu bzonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il fatti u perspettivi dwar is suġġett Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l artiklu skont il konvenzjonijiet tal Wikipedija TfulijaWistin twieled fit 13 ta Novembru 354 minn missier pagan Patrizju li kien Kunsillier ta muniċipju u minn omm nisranija Kattolika Monnika ta razza berbera f Tagaste fin Numidja Souk Ahras illum l Alġerija Minħabba l edukazzjoni li kellu hu kien marbut b ruħu u b ġismu ma Ruma mal Imperu Ruman u mal kultura Rumana Studja f Tagaste fejn twieled wara kompla jistudja fil belt ta Madawra ġewwa l Alġerija u mbagħad temm l istudji f Kartaġni L ilsien Grieg ma setax jaqbdu fl iskola imma izjed tard wara li kien kbir tgħallmu bizzejjed biex ikun jista jittraduċi għal Latin Min naħa l oħra il Puniku baqa ma tgħallmu qatt neħħi xi ftit kliem l hawn u l hemm li laħaq tgħallem u li nqeda bih biex ifisser kliem Lhudi li kien jixxiebah etimoloġikament Meta kellu tnax il sena kien se jmut minħabba x xedda li qabditu u kien se jitgħammed Imma billi għaddielu hu baqa ma tgħammidx zgħir ZgħozijaTa dsatax il sena tbiegħed mill fidi Kattolika Wara li qara l ktieb l Ortensju ta Ċiċerun li kien iħajjar għat triq tal filosofija Wistin sar Manikew Issa mietlu missieru 373 u reġa lura lejn Tagaste u miegħu ħa l mara li kien jgħix magħha u lil binhom Adeodat Ommu ma laqgħethomx għandha Hu beda jgħallem il grammatika Latina fl istess Tagaste 374 Wara dan huwa qabad jgħallem ir retorika l ewwel f Kartaġni 375 383 imbagħad f Ruma 384 u fl aħħar Milan Ħarifa 384 Sajf 386 F Milan stess hu ġie f kuntatt mal Isqof Sant Ambroġju u mal istudji tan neoplatoniċi li għenuh iħoll il problema tal materjalizmu u tal ħazen Bil qari ta San Pawl hu għeleb il problema tan naturalizmu u fehem li Kristu mhux biss hu l Imgħallem imma wkoll il Feddej Hekk wasal biex aċċetta l medjazzjoni divina u l grazzja U fl aħħar wasal ukoll għall konverzjoni tiegħu KonverzjoniWistin ikkonverta fl ewwel jiem tax xahar ta Awwissu tas sena 386 jiġifieri 44 sena qabel ma miet bħala Isqof ta Ippona Bejn il konverzjoni u l episkopat tiegħu għaddew ftit inqas minn għaxar snin imma dan kien perjodu mimli progress spiritwali u kisba ta tagħlim tat teoloġija Kattolika Hekk kif ikkonverta hu ħa zewġ deċizjonijiet kbar dik li jirrinunzja għat tagħlim tar retorika u dik li jirrinunzja għaz zwieġ Hekk qrib it tmiem ta Ottubru tas sena 386 Wistin irtira f Kassiċijaku x aktarx Cossago fil Brianza biex hemm iħejji ruħu għall magħmudija F dan il post hu għamel inqas minn ħames xhur għaliex fl ewwel ġranet ta Marzu tas sena 387 hu reġa lura lejn Milan inkiteb katekumenu segwa l kors tal katekezi li għamel Ambroġju u kien mgħammed flimkien ma Alipju sieħbu u Adeodat ibnu fil lejl ta bejn l 24 u l 25 ta April il viġilja tal Għid tas sena 387 Minn hemm Wistin qatagħha li jerġa lura lejn l Afrika imma ftit wara li waslu f Ostia Tiberina ommu mardet u mietet Wistin reġa lura lejn Ruma u baqa sas sena ta wara jikteb il kotba u jitkixxef izjed dwar il ħajja monastika Wara l mewt tal Imperatur Massimu li ġrat f Lulju jew f Awissu tas sena 388 Wisin ħalla Ruma u mar Tagaste fejn beda l ħajja komunitarja flimkien mal ħbieb tiegħu u ma Adeodat li mbagħad miet minn sena sa tliet snin wara 389 391 Saċerdot u IsqofFis sena 391 Wistin mar Ippona bil ħsieb li jsib xi post fejn ikun jista jwaqqaf knisja F dik l okkazjoni hu aċċetta kontra qalbu li jkun ordnat saċerdot L Isqof Valerju tah biċċa mill kwartier nisrani biex iwaqqaf hemm il monasteru tal lajċi li xtaq jibni Hawn beda jagħti ruħu għal izjed ħajja axxetika għal izjed studji tat teoloġija u fl istess ħin beda l ħidma tiegħu tal predikazzjoni Fis sena 395 jew 396 hu kien ikkonsagrat Isqof Għadda xi zmien jgħin lill Isqof Valerju imbagħad għallinqas minn Awissu tas sena 397 hu beda l ħidma tiegħu proprja bħala Isqof ta Ippona Meta sar Isqof tal post Wistin ħalla l monasteru tal lajċi fejn qabel kien superjur u mar fid dar ta l Isqof u għamel minn din monasteru tal Kjeriċi Bħala Isqof Santu Wistin ħadem bis sħiħ kemm fid djoċesi tiegħu kemm fi djoċesijiet oħra fejn mar ħafna drabi l iktar biex jipprietka u kemm għall Knisja universali l iktar bil kotba tiegħu Fid djoċesi tiegħu Wistin kien jipprietka regolarment darbtejn fil ġimgħa jiġifieri s Sibt u l Ħadd F xi okkazjonijiet kien jipprietka għal ġranet sħaħ wara xulxin meta mhux ukoll jagħmel zewġ prietki kuljum Kellu wkoll laqgħat tal Isqof mal membri tad djoċesi li kienu jissejħu audientia episcopalia u dan biex jisma u jaqta s sentenzi fil kawzi li kienu jipprezentawlu l fidili Xi kultant dawn il laqgħat kienu jdumu l ġurnata kollha Kellu wkoll jieħu ħsieb il fqar ir romol u l iltiema permezz ta tqassim ta affarijiet meħtieġa għall ikel u għall ħajja mill imħazen li kien hemm apposta fil kwartier nisrani Kien jieħu ħsieb it tagħlim reliġjuz tal kleru li fosthom ġab riforma kbira bil ħsieb li s saċerdoti jkunu iktar kapaċi teoloġikament u liturġikament Organizza l monasteri kemm tal irġiel kif ukoll tan nisa Kien izur il morda fi djarhom stess U kien jaqbez għall fidili quddiem l awtorita ċivili Kien ukoll jieħu ħsieb l amministrazzjoni tal ġid tal Knisja xogħol li kien jagħmel kontra qalbu Għall Knisja ta l Afrika u b xi mod għall Knisja Universali hu ħa sehem f diversi konċilji Afrikani Kiteb ħafna ittri bħala tweġiba għall problemi jew mistoqsijiet li kienu jagħmlulu Ħa sehem f disputi pubbliċi mal eretiċi meta tqum l okkazjoni fosthom fil konferenza tas sena 411 bejn Isqfijiet Kattoliċi u Isqfijiet Donatisti Hu ħadem ħafna għas soluzzjoni tax xizma Donatista u tal kontroversja Pelaġjana Meta miet fit 28 ta Awissu tas sena 430 fit tielet xahar ta l assedju taIppona mill Vandali ħalla warajh ħafna opri mhumiex mitmuma L aħħar xogħol tiegħu kienet l Ittra 228 li x aktarx li ddettaha fuq is sodda ta mewtu u indirizzaha lis saċerdoti tad djoċesi dwar id dmirijiet tagħhom għal waqt l invazjoni barbarika Hu kien midfun fil Bazilika Pacis ġewwa Ippona Iktar tard l għadam tiegħu f data inċerta ittieħed f Sardinja u qrib is sena 725 kien ittrasportat f Pavia fil Bazilika ta San Pietru f Ciel d Oro fejn għadu sal lum Il Belt ta Alla De Civitate Dei Din hi l aqwa biċċa xogħol ta Santu Wistin Fiha hu jagħti fil qosor il ħsieb tiegħu filosofiku teoloġiku u politiku Kitbu bejn is snin 413 426 Fir Ritrattazzjonijiet Santu Wistin meta wasal sabiex jerġa jagħti daqqa t għajn lejn ix xogħol li kien għadu kemm temm fuq il Belt ta Alla kiteb Waqt dan kollu Ruma kollha kienet tinsab imfarrka taħt il qilla ta l invazjoni tal Goti li kienu taħt it tmexxija tar re Alariku 370 410 kien dizastru kbir Dawk li aħna mdorrijn insejħu l pagani dawk li jagħtu qima lil bosta allat foloz għamlu l almu tagħhom kollu sabiex iqiegħdu l ħtija ta dan kollu wara bieb it twemmin nisrani u dan sabiex izebilħu lil Alla l veru bi lsien iniggez aktar u bi ħdura mhux tas soltu Għalhekk jien mifni bil ħeġġa għad dar ta Alla qtajtha illi nikteb kontra dawn id dagħajja u l izbalji tagħhom il kotba ta l Belt ta Alla Mela skond Wistin dawn kienu raġunijiet ewlenija għaliex ried jikteb il Belt ta Alla L idea ewlinija hi dik li l Providenza divina ddawwal u tmexxi l istorja kollha tal bniedem Fiha 22 ktieb ertament hija l Magnum Opus ta Santu Wistin opra twila ħafna u trid iz zmien biex taqraha kollha Tinqasam f zewġ partijiet Il kotba 1 10 fihom il ħsieb ta apoloġetika u polemika Fil kotba 1 5 Santu Wistin jirrifjuta l opinjoni pagana li l politeizmu jew l adorazzjoni ta ħafna allat kien bzonnjuz sabiex tinstab hena fuq din id dinja fil kotba 6 10 huma miktuba kontra l filosfi Neo Platoniċi li kien jzommu li l adorazzjoni ta l allat hija neċessarja għall ħajja futura Il kotba 11 22 huma spekulattivi Hemm zewġ saltniet kbar li fihom isir l izvilupp tal ħajja u ta l umanita Regnum Dei Regnum mundi ir renju ta Alla u r renju tad dinja Il konflitt bejn dawn it tnejn jifforma suġġett ta dan ix xogħol Ir renju ta Alla jikkonsisti fl anġli tiegħu u n nies ġusti u l essenza tar renju tad dinja hi l apostasiji minn Alla Huwa hawn li dawn iz zewġ renji jidħlu ġo xulxin għaliex iċ ċittadini ta l ewwel jgħixu bħala ċittadini qalb tat tieni Il kotba 11 14 jiddeskrivu l oriġini ta kull renju bil ħolqien tal anġli u tal waqgħa ta dawk apostati Il kotba 15 18 jittrattaw fuq l izvilupp u l progress ta dawn iz zewġ renji u l kotba 19 22 l għan ta kull renju u kif isib tmiemu Ix xogħol fih ħafna tagħrif storiku u arkeoloġiku għax Wistin ħa ħafna minn Ċiċerun Verro u mir reċensjoni tal Chronicon ta Ewsebju Ċertament dan ix xogħol kellu u għad għandu influwenza kbira mill mewt ta Wistin l hawn Għall grazzja ta Alla għandna traduzzjoni tajba ħafna tal Belt ta Alla tradotta minn Valentin V Barbara maħruġa mill Provinċja Agostinjana Malta fil 1996 bin noti estizi ta P Salvino Caruana OSA

L-aħħar artikli
  • Ġunju 06, 2025

    Belt kapitali

  • Ġunju 06, 2025

    Belt Valletta

  • Ġunju 08, 2025

    Belt Kapitali

  • Ġunju 09, 2025

    Belt ta’ Vicenza u l-Vilel ta’ Palladio fil-Veneto

  • Ġunju 07, 2025

    Belt tal-Vatikan

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq