Ġużè Ellul Mercer twieled fit 22 ta Marzu 1897 miet fit 22 ta Settembru 1961 kien kittieb ġurnalist u politiku Malti Hu
Ġużè Ellul Mercer

Ġużè Ellul Mercer (twieled fit-22 ta' Marzu 1897 – miet fit-22 ta' Settembru 1961) kien kittieb, ġurnalist u politiku Malti. Hu serva bħala Viċi-Prim Ministru u Deputat Mexxej tal-Partit Laburista.
Ġużè Ellul Mercer | |||||
---|---|---|---|---|---|
| |||||
Ħajja | |||||
Twelid | Imsida (en) , 22 Marzu 1897 | ||||
Nazzjonalità | Kolonja ta' Malta | ||||
Mewt | Tas-Sliema, 22 Settembru 1961 | ||||
Post tad-dfin | Ċimiterju tal-Addolorata | ||||
Edukazzjoni | |||||
Lingwi | Malti | ||||
Okkupazzjoni | |||||
Okkupazzjoni | politiku ġurnalist kittieb |
Tfulija
Ġużè Ellul Mercer, bin Salvu Ellul u Jane mwielda Mercer, twieled l-Imsida. Kien il-kbir fost tnax-il aħwa. Zijuh Anthony (ħu ommu) kellu sehem fit-twaqqif tal-Boy Scouts f'Malta fi żmien Baden-Powell.
In-nannu matern ta' Ġużè Ellul Mercer kien Skoċċiż u ġie Malta bħala perit u inġinier ċivili biex jiddisinja baċir ġdid għat-tarzna. F'Malta ltaqa' man-nanna ta' Ellul Mercer, iżżewġu u kellhom tifla li semmewha Jane. In-nannu ta' Ġużè Ellul Mercer kien Protestant iżda qabel miet sar Kattoliku.
Jane Mercer, omm Ġużè, li kienu jsejħulha "Jinny" jew "Ġanna", kienet tifla waħedha. Kienet mara brava ħafna u għallmet lit-tfal b'mod li dawn żviluppaw it-talenti tagħhom, min f'qasam u min f'ieħor.
In-nanniet paterni ta' Ġużè Ellul Mercer kienu negozjanti u kienu jipproduċu l-mastka. Kellhom ħanut fi Strada Merkanti, il-Belt Valletta. Omm u Missier Ġużè saru ukoll negozjanti tax-xorb.
Wieħed minn ħut Ġużè daħal Patri Franġiskan, Patri Beneditt li kien missjunarju u mar il-Gwatemala u l-Honduras. Huwa kien ġie lura Malta wara l-mewt ta' ħuh Ġużè.
Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola elementari tal-Gżira, fil-Kulleġġ Flores u l-Liċeo.
Skrivan mal-Gvern
Waqt l-Ewwel Gwerra Dinjija, beda jaħdem bħala skrivan mal-Gvern, fejn anke laħaq il-grad ta' Chief Clerk, u baqa' f'dak ix-xogħol sal-1950.
Politika
Ġużè Ellul Mercer kien ilu midħla tal-politika sa mill-1919 qabel it-twaqqif tal-Partit Laburista. Fl-1924 daħal fil-Kumitat tal-Każin Laburista tal-Imsida. Fl-1928 inħatar assistent editur tal-ġurnal Laburista Il Cotra, u fl-1930 sar editur.
Fl-1928, kiteb sensiela ta' buzzetti bl-isem Il-Ħrejjef ta' Barraminau f'Il-Ħmar, kitba li ġiet ikkundannata mill-awtoritajiet tal-Knisja. Il-Pulizija tellgħet il-Qorti lid-Direttur, C. Satariano, kif ukoll lill-Editur Proprjetarju, Ġużeppi Arena. Huma kienu ammoniti iżda appellaw u rebħu l-każ.
Ellul Mercer kien ibati b'qalbu u fl-24 ta' April 1929, kiteb lis-segretarju ġenerali tal-Partit Laburista biex jagħti r-riżenja tiegħu mill-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit: "Nitolbok tgħarraf lill-bqija ta' sħabi tal-Eżekuttiv tal-Partit tal-ħaddiema li wisq nixtieq illi minn issa 'l quddiem ma jgħoddunix aktar bħala wieħed minnhom. Naħseb li temminni jekk ngħidlek illi dana miniex qiegħed nagħmlu bil-qalb iżda, mill-banda l-oħra, inħossni fid-dmir illi għandi nagħmlu għall-ġid tal-Partit meta, mhux talli miniex qiegħed inħabrek biex naqdi dmiri bħala Assistent Direttur ta' ‘Il Cotra' iżda talli qiegħed nonqos bis-sħiħ mil-laqgħat wisq meħtieġa tal-Eżekuttiv. Nistħajjlek tgħidli: ‘kien imissek ilek li ħsibtha u rajt x'ser tagħmel. Tassew, iżda dan ma għamiltux qabel għax bqajt nittama minn jum għal ieħor illi 'l quddiem inkun nista' naqdi dmiri aħjar, u minflok dan sibt illi aktar qiegħed niżdinga. Ma rridekx taħseb illi qiegħed nitlobkom sabiex ma tqisunix aktar bħala wieħed minnkom, għal xi raġuni oħra għajr dik illi tmiss lili biss. – J'Alla l-Partit jibqa' dejjem qawwi kif kien s'issa, u j'Alla l-mexxejja tiegħu jibqgħu dejjem jaqdu dmirhom kif qdejtuh intom sal-lum. Iżda jkun wisq aħjar għall-Partit jekk loki jiġi mimli minn ieħor illi jkun jista' jaqdi dmiru kif jixraq u aħjar milli qdejtu jien minn issa lura. Mill-bqija, għad illi barra mill-Eżekuttiv, nitlobkom sabiex tibqgħu tqisuni bħala wieħed minn sħabkom tal-Partit tal-Ħaddiema".
Iżda Ellul Mercer kompla l-ħidma tiegħu fil-Partit Laburista u fl-1931 kien President tal-Każin Laburista tal-Imsida.
Wara l-Gwerra
Fl-1945 huwa ta sehem kbir fl-abbozz tal- l-ġdida tal-1947. Ellul Mercer kien wieħed mill-kelliema prinċipali tal-Labour Front, jiġifieri l-General Workers' Union u l-Partit Laburista. Il-kelliema prinċipali l-oħra kienu Pawlu Boffa, Reġġie Miller, Mosè Gatt, Indri Cilia, Leli Tabone, Nestu Laiviera u Turu Colombo. Ellul Mercer ġie elett fil-Kumitat ta' Ħidma kif ukoll fil-Kumitat Finanzjarju. L-Assemblea Nazzjonali ltaqgħet għall-aħħar darba fis-7 ta' Marzu 1947. Bis-saħħa tiegħu u ta' oħrajn saru kisbiet kbar għall-Maltin, fosthom li Malta ngħatat lura s-Self-Government fil-5 ta' Settembru 1947, l-irġiel u n-nisa li għalqu 21 sena setgħu jivvutaw u kull elettur seta' jkollu vot wieħed biss għall-elezzjoni tal-Assemblea Leġislattiva.
Fl-1947 il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjonijiet imma sentejn wara l-Partit inqasam bejn dawk li baqgħu mal-Mexxej Pawlu Boffa u dawk li marru mal-Perit Dom Mintoff. Ellul Mercer żamm mal-Perit Mintoff, minkejja li kien ħadem mill-qrib mat-Tabib Boffa li kien ilu jmexxi l-Partit Laburista sa mill-1928. Huwa mexa ma' dak li kienet iddeċidiet il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista li neħħiet lil Boffa minn Mexxej tal-Partit Laburista.
Fl-1950 ikkontesta l-elezzjonijiet ġenerali u ma telax. F'dik l-elezzjoni, minkejja li bejniethom il-Partit Laburista (ta' Mintoff) u l-Malta Workers Party (ta' Boffa) ġabu aktar voti u aktar siġġijiet mill-Partit Nazzjonalista, kien dan tal-aħħar li eventwalment ifforma Gvern ta' minoranza għaliex baqa' ma ntlaħaqx ftehim bejn iż-żewġ partiti politiċi tax-xellug.
Il-Kap Nazzjonalista Nerik Mizzi miet fl-20 ta' Diċembru 1950 u floku laħaq Prim Ministru, Dr Giorgio Borg Olivier, iżda dan kien Gvern ta' minoranza li kellu ħajja qasira tant li f'Mejju 1951 saret elezzjoni ġenerali oħra. Ellul Mercer tela' f'dik l-elezzjoni u fit-tnejn ta' wara: 1951, 1953 u 1955. Huwa dejjem ikkontesta fuq il-ħames distrett elettorali li kien magħmul mill-Gżira, l-Imsida, Tas-Sliema u San Ġiljan.
Fl-1952, Ellul Mercer ħa sehem attiv f'inizjattiva tal-Għaqda Żgħażagħ Laburisti, li bdiet torganizza s-Sunday Schools fil-Kumitat Lokali Laburista ta' Wied il-Għajn, b'lekċers u seminars fi tmiem il-ġimgħa. Kienu jiġu mistiedna l-aqwa kelliema bħal Duminku Mintoff, Patri Wistin Born, Leli Tabone u Ġużè Ellul Mercer.
Il-Gvern ta' Koalizzjoni bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Malta Workers' Party ma damx wisq u f'Diċembru 1953 kellha ssir elezzjoni ġenerali oħra. Din id-darba l-Partit Laburista ġab siġġu aktar mill-Partit Nazzjonalista, iżda l-Malta Workers' Party, bit-tliet siġġijiet biss li kien kiseb fl-Assemblea Leġiżlattiva, qaleb il-bilanċ favur in-Nazzjonalisti billi reġa' fforma Gvern ta' Koalizzjoni magħhom. Kellu jkun il-Ministru li jwaqqa' l-Gvern ta' Koalizzjoni u, għalhekk, saret elezzjoni ġenerali oħra fi Frar 1955 li ntrebħet mill-Partit Laburista mmexxi mill-Perit Mintoff.
Ministru u Viċi Prim Ministru
Fl-1955, Dom Mintoff ħatar lil Ellul Mercer Ministru tax-Xogħol u Rikostruzzjoni u nhar id-9 ta' Marzu 1955 inħatar Deputat Mexxej tal-Partit wara r-riżenja ta' Ġużè Flores li laħaq Speaker tal-Assemblea Leġislattiva. Fl-elezzjoni għal Deputat Mexxej, E.C. Tabone kien ġab 93 vot u Ellul Mercer ġab 217-il vot.
Lejlet l-Ewwel tas-Sena 1956, Ellul Mercer, bħala Aġent Prim Ministru, xandar f'isem il-Prim Ministru, Messaġġ ta' Lejlet L-Ewwel tas-Sena lill-Poplu Malti. Ellul Mercer qal li l-poplu Malti seta' jħares lura u 'l quddiem b'sodisfazzjon. Fost affarijiet oħra huwa qal li l-poplu kien temm l-ewwel fażi, dik l-aktar iebsa, tar-riorganizzazzjoni tal-ħajja soċjali u ekonomika ta' Malta. Dan kien ifisser li l-massa tal-poplu jaslulhom l-għerf, is-sigurtà u kundizzjonijiet ta' ħajja aħjar.
Għall-ewwel darba fl-istorja ta' Malta t-tfal kollha kienu qed jirċievu edukazzjoni "full time." Il-piż fuq l-aktar ġenituri li kienu daharhom mal-ħajt ħfief billi l-iskola saret b'xejn kif ukoll il-ħalib u l-kotba. Fl-aħħar ingħata bidu biex tiġi stabbilita l-edukazzjoni teknika u t-taħriġ tal-adulti. Numru ta' dawk l-istudenti li kienu l-aktar bravi flimkien mal-għalliema tagħhom, kif ukoll tekniċi oħra, u ħaddiema professjonali kienu se jintbagħtu l-Ingilterra biex jirċievu l-iktar taħriġ avvanzat li kien jeżisti dak iż-żmien.
Ellul Mercer semma wkoll li kien hemm pjanijiet fi stat avvanzat għat-titjib tal-Port il-Kbir, xi ħaġa li tant kienet importanti għall-progress industrijali. Kien hemm ukoll pjanijiet biex Malta jkollha biżżejjed ilma frisk u b'togħma tajba. It-tħawwil tas-siġar kien se jkollu effett tajjeb fuq it-.
Fl-aħħar parti tad-diskors tiegħu, Ellul Mercer irrefera għall-proposta tal-Integrazzjoni ("Integration") ta' Malta mal-Ingilterra. Il-kliem tiegħu juri ċertu ottimiżmu fejn jidħlu r-relazzjonijiet ta' Malta mal-Ingilterra.
Fiż-żmien li dam Ministru, jiġifieri bejn Marzu 1955 u April 1958, Ellul Mercer wettaq diversi proġetti, fosthom dak ta' Portes Des Bombes, il-Playing Field u r-Roundabout tal-Imsida u, l-proġett ta' bini u estensjoni ta' skejjel. Sa Marzu 1957 diġà kienu nbnew 18-il skola ġdida u saru estensjonijiet f'ħafna skejjel oħra. Fl-1957, kien se jibda x-xogħol fuq 11-il skola oħra, kienet se ssir estensjoni tal-iskola f'Ħaż-Żebbuġ u tinbeda skola sekondarja għall-bniet fil-Blata l-Bajda. Ix-xogħol ta' bini u estensjoni tal-iskejjel kien kollu kemm hu fdat f'idejn il-Ministeru tax-Xogħlijiet u Rikostruzzjoni mmexxi minn Ġużè Ellul Mercer.
Dan kien parti mir-riforma kbira li wettaq il-Gvern Laburista fl-edukazzjoni bejn l-1955 u l-1958. Permezz ta' din ir-riforma, id-Dipartiment tal-Edukazzjoni beda joffri edukazzjoni "full-time" lit-tfal tal-iskola kollha f'qasir żmien. F'Marzu 1955, kien hemm 905 klassijiet fuq is-sistema "full-time", 636 kienu fuq is-sistema tan-nofstanhar, filwaqt li 155 kienu fuq is-sistema ta' 24 siegħa fil-ġimgħa. Sa Settembru 1955, il-klassijiet kollha kienu qed jaħdmu bis-sistema ta' ġurnata sħiħa ta' tagħlim. Il-Gvern Laburista daħħal jaħdmu 560 "Emergency Teacher", bena 138 klassi, kera 239 kamra u saħansitra għamel użu mill-kurituri bħala klassijiet. Il-Gvern ipprovda wkoll l-għamara meħtieġa u materjal ieħor fl-iskejjel għal dan il-għan. Dan kollu minbarra l-fatt li issa t-tfal tal-iskola kienu se jingħataw kotba, pitazzi u ħalib b'xejn, kien se jkun hemm is-superviżjoni fil-brejk ta' nofs il-ġurnata, u kienu se jkunu organizzati kampijiet tas-sajf ("summer camps") u ħarġiet fl-istess staġun.
Fl-1929 Ellul Mercer kiteb għaliex daħal fil-politika u fil-Partit Laburista:
“ Il-politika ftit togħġobni. Insibha logħba daqsxejn maħmuġa u x'aktarx imgerfxa, iżda b'dankollu jkolli naqbel u ngħid li hi meħtieġa... Lanqas ma jien fil-Partit tal-Ħaddiema għax għandi xi tama li dan il-partit se jsewwi d-dinja pitgħada jew sejjer ibiddel il-ġimgħa d-dieħla d-drawwiet il-ħżiena tiegħi u ta' ħuti l-bnedmin u jaqlgħalna snienna biex ma nigdmux lil xulxin, kif għadna sal-lum kull darba li niltaqgħu, jew li nħarsu lejn xulxin... Jien qiegħed fil-Partit tal-Ħaddiema għax dan il-partit mhux mibni fuq is-sisien dgħajfin tal-ħila ta' min qiegħed imexxih, iżda fuq l-itjeb twemmin – għallinqas fil-fehma tiegħi, hux hekk? – jiġifieri fuq it-twemmin li kull min twieled bniedem, għandu jgħix ta' bniedem, kull min twieled jeħtieġ li jitgħallem ta' bniedem, jaħdem ta' bniedem u jiekol ta' bniedem, tant jekk twieled bin il-għana, kemm jekk twieled bin il-faqar... Il-mexxejja ta' ħila politika jiġu u jmorru, jgħaddu u jintnesew, u flokhom jiġu oħrajn, iżda l-prinċipji, il-pedamenti sodi li fuqhom huwa mibni l-Partit tal-Ħaddiema, ma jitbiddlux. ”
Awtur
Ellul Mercer kien jara fil-kitba mezz kif jeduka lill-poplu Malti. Fil-kitba tiegħu bl-isem ta' "Tagħlim" f'Il Cotra tas-17 ta' April 1930, jgħid hekk: "Jekk wieħed jitgħallem u jinzerta minn dawk li ma jkunux iridu jisservew bit-tagħlim biex iqarrqu bil-kotra li ma taf xejn, isib ruħu mfixkel meta jiġi biex jitħaddet mal-kotra għaliex din ma tifhmux. Mhux hekk biss imma, waqtiet il-kotra bla tagħlim temmen lil min iqarraq biha u ma temminx lill-ħaddiem bħalha li jkun tgħallem."
Il-problema tan-nuqqas ta' edukazzjoni fost ħafna Maltin kienet tinħass anke fost l-emigranti Maltin. Fil-kitba tiegħu "Awake Malta" f'Il Cotra tat-2 ta' Ottubru 1930, Ellul Mercer jistqarr li: "Inħarsu ftit lejn l-imsejkna ħaddiema illi nibgħatu f'ċerti pajjiżi evoluti filwaqt li ma jafux jitħaddtu bl-Ilsien Malti, waqt li jridu jilbsu ż-żarbun l-ewwel darba, jekk jilbsuh, meta jirfsu f'dawn l-artijiet tad-dawl. Liema hija l-impressjoni li jagħmlu lill-awtoritajiet ta' dawk il-pajjiżi dawn l-imsejkna Maltin li, imħollijin għal tal-apposta fl-injoranza, marru jaqilgħu ħobżhom, rashom mimlija bil-fanatiżmu u bl-idealiżmu illi jdaħħak lill-ġebel? Liema hija l-impressjoni illi jagħtu lill-mexxejja ta' dawn l-artijiet, dawn in-nies li għadhom jemmnu u jibżgħu mill-fatati fil-ħin illi rashom mimlija mill-parassiti ta' pajjiżhom li huma għandhom ċivilizzazzjoni li tgħaġġeb lid-dinja? Il-għaliex allura, ma nwarrbux għal kollox minn quddiem għajnejna l-kwistjonijiet ta' partiti politiċi u ngħallmu bis-serjeta' kollha lill-ħaddiem Malti? B'hekk biss meta jmur jikkonkorri mal-ħaddiema ħutu ta' pajjiżi oħra ma jgħodduhx ta' bhima u ta' selvaġġ".
Ġużè Ellul Mercer beda l-karriera letterarja tiegħu fl-1927 meta beda jikteb novelli satiriċi f'Il-Ħmar u f'Il-Ħmara. Iktar tard beda jikteb regolarment f'The Knight, rivista mensili Laburista, li fiha kiteb djarju ta' żmien it-Tieni Gwerra Dinjija. Kiteb ukoll mijiet ta' artikli għal Il Cotra u ġurnali u rivisti oħra. Fost ix-xogħlijiet tiegħu nsibu:
- La Toqtolx (1927)
- Siltiet mir-Rivoluzzjoni Franċiża ta' Carlyle (1928)
- Ħrejjef ta' mingħul (1929)
- Għall-Imħabba (1938)
- Leli ta' Ħaż-Żgħir (1938) rumanz psikoloġiku, l-ewwel wieħed tal-ġeneru tiegħu fil-Letteratura Maltija, kapulavur letterarju ta' Ellul Mercer. Fih l-awtur iħares lejn l-injoranza bħala dik li twassal għall-isfruttament. Biex wieħed jevita dan, kellu jiftaħ moħħu. Il-karattru prinċipali tal-ktieb, Leli, jispiċċa dejjem aktar soċjalment maqtugħ iktar ma jiftaħ moħħu għax f'Ħaż-Żgħir il-ħajja kienet tibqa' sejra mingħajr ma wieħed jieqaf biex jaħseb u jirrifletti. Fid-dlam intellettwali ta' Ħaż-Żgħir, in-nies ma tifhimx lil Leli u tgħaddih ta' wieħed miġnun. Dan ix-xogħol ta' Ellul Mercer huwa kritika qawwija tal-istat tal-biki li kienet fih is-soċjetà Maltija fis-snin ta' qabel it-Tieni Gwerra Dinjija. Kienet teżisti kriżi soċjali li żviluppat f'waħda psikoloġika, spiritwali u reliġjuża.
- Taħt in-Nar (1949), djarju tal-Gwerra
- Għadd ta' Stejjer Qosra (1929-1952)
- Naħal u Friefet (1949) (1957), antoloġija f'żewġ partijiet
- Il-Martirju ta' Poplu (1982) ġabra ta' xogħlijiet tiegħu ppubblikati wara mewtu
Ħajja Personali
Fl-1921 iżżewweġ lil Maria Teresa imwielda Brockdorff, bint Federiku, stampatur mill-Imsida. It-tieġ sar it-Tlieta 26 ta' Lulju 1921. Marru joqogħdu f'Numru 40, Ta' Xbiex Wharf, l-Imsida. Ġużè u Maria Teresa ma kellhomx ulied.
Fil-11 ta' Jannar 1953, martu mietet wara marda qalila, fid-dar, Numru 55, Triq il-Katidral, Tas-Sliema fejn kienu marru joqogħdu. Kellha biss 55 sena meta mietet. Fl-1951 kienet mietet ukoll omm Ellul Mercer. It-telfa ta' martu kellha effett negattiv kbir fuq Ġużè Ellul Mercer li kultant kien jgħaddi minn żmien ta' dwejjaq kbar. Fl-aħħar snin ta' ħajtu, Ellul Mercer kien jixrob u dan kien fattur li wassal għall-mewt tiegħu.
Ellul Mercer kien dilettant kbir tal-kaċċa. Minkejja t-Tieni Gwerra Dinjija, xorta waħda sab il-ħin għal dan id-delizzju, kif kiteb fid-djarju għall-Ħadd it-3 ta' Novembru 1940: "Sa minn tfuliti n-namra tiegħi kienet minn dejjem il-kaċċa. U għalhekk bħal daż-żmien, ikun xi jkun, malli jsiru l-erbgħa ta' filgħodu, inħoss xi jqajjimni u, kemm fir-rqad kif ukoll xħin nistenbaħ, erħili noħlom il-ħolm ħelu tal-kaċċaturi bħali. Jumejn ilu, nhar il-Qaddisin Kollha, fil-ħamsa u nofs ta' filgħodu, ħriġt bis-senter u rħejtilha għal Wied Għollieqa li jiġi biswit il-Gżira, taħt l-Isptar tal-‘Blue Sisters'. F'ħin minnhom dħalt f'għorfa, f'qiegħ il-wied, fejn kienu għammru xi nies mill-Gżira fl-ewwel jiem tal-gwerra. Meta telquha, dawn kienu ħallew warajhom ħwejjeġ qodma, xkejjer, tiben, żarbuna tat-tfal u oħra ta' mara u kuċiniera mkissra."
Mewt
Ġużè Ellul Mercer miet Tas-Sliema nhar it-22 ta' Settembru 1961, fl-età ta' 64 sena, fi żmien il- u billi kien interdett mill-Knisja għax kien membru tal-Eżekuttiv tal-Partit Laburista huwa ndifen fil-parti mhux ikkonsagrata taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, imsejħa l-Miżbla. Fl-1986, kien inkixef monument tiegħu f'Ħad-Dingli, xogħol l-iskultur Anton Agius.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Ġużè Ellul Mercer, X'inhi Ġużè Ellul Mercer? Xi tfisser Ġużè Ellul Mercer?
Ġuze Ellul Mercer twieled fit 22 ta Marzu 1897 miet fit 22 ta Settembru 1961 kien kittieb ġurnalist u politiku Malti Hu serva bħala Viċi Prim Ministru u Deputat Mexxej tal Partit Laburista Ġuze Ellul MercerMembru tal Kamra tad Deputati ta Malta Deputat Prim Ministru ta MaltaĦajjaTwelid Imsida en 22 Marzu 1897Nazzjonalita Kolonja ta MaltaMewt Tas Sliema 22 Settembru 1961Post tad dfin Ċimiterju tal AddolorataEdukazzjoniLingwi MaltiOkkupazzjoniOkkupazzjoni politiku ġurnalist kittiebTfulijaĠuze Ellul Mercer bin Salvu Ellul u Jane mwielda Mercer twieled l Imsida Kien il kbir fost tnax il aħwa Zijuh Anthony ħu ommu kellu sehem fit twaqqif tal Boy Scouts f Malta fi zmien Baden Powell In nannu matern ta Ġuze Ellul Mercer kien Skoċċiz u ġie Malta bħala perit u inġinier ċivili biex jiddisinja baċir ġdid għat tarzna F Malta ltaqa man nanna ta Ellul Mercer izzewġu u kellhom tifla li semmewha Jane In nannu ta Ġuze Ellul Mercer kien Protestant izda qabel miet sar Kattoliku Jane Mercer omm Ġuze li kienu jsejħulha Jinny jew Ġanna kienet tifla waħedha Kienet mara brava ħafna u għallmet lit tfal b mod li dawn zviluppaw it talenti tagħhom min f qasam u min f ieħor In nanniet paterni ta Ġuze Ellul Mercer kienu negozjanti u kienu jipproduċu l mastka Kellhom ħanut fi Strada Merkanti il Belt Valletta Omm u Missier Ġuze saru ukoll negozjanti tax xorb Wieħed minn ħut Ġuze daħal Patri Franġiskan Patri Beneditt li kien missjunarju u mar il Gwatemala u l Honduras Huwa kien ġie lura Malta wara l mewt ta ħuh Ġuze Ħa l edukazzjoni tiegħu fl Iskola elementari tal Gzira fil Kulleġġ Flores u l Liċeo Skrivan mal GvernWaqt l Ewwel Gwerra Dinjija beda jaħdem bħala skrivan mal Gvern fejn anke laħaq il grad ta Chief Clerk u baqa f dak ix xogħol sal 1950 PolitikaĠuze Ellul Mercer kien ilu midħla tal politika sa mill 1919 qabel it twaqqif tal Partit Laburista Fl 1924 daħal fil Kumitat tal Kazin Laburista tal Imsida Fl 1928 inħatar assistent editur tal ġurnal Laburista Il Cotra u fl 1930 sar editur Fl 1928 kiteb sensiela ta buzzetti bl isem Il Ħrejjef ta Barraminau f Il Ħmar kitba li ġiet ikkundannata mill awtoritajiet tal Knisja Il Pulizija tellgħet il Qorti lid Direttur C Satariano kif ukoll lill Editur Proprjetarju Ġuzeppi Arena Huma kienu ammoniti izda appellaw u rebħu l kaz Ellul Mercer kien ibati b qalbu u fl 24 ta April 1929 kiteb lis segretarju ġenerali tal Partit Laburista biex jagħti r rizenja tiegħu mill Kumitat Ezekuttiv tal Partit Nitolbok tgħarraf lill bqija ta sħabi tal Ezekuttiv tal Partit tal ħaddiema li wisq nixtieq illi minn issa l quddiem ma jgħoddunix aktar bħala wieħed minnhom Naħseb li temminni jekk ngħidlek illi dana miniex qiegħed nagħmlu bil qalb izda mill banda l oħra inħossni fid dmir illi għandi nagħmlu għall ġid tal Partit meta mhux talli miniex qiegħed inħabrek biex naqdi dmiri bħala Assistent Direttur ta Il Cotra izda talli qiegħed nonqos bis sħiħ mil laqgħat wisq meħtieġa tal Ezekuttiv Nistħajjlek tgħidli kien imissek ilek li ħsibtha u rajt x ser tagħmel Tassew izda dan ma għamiltux qabel għax bqajt nittama minn jum għal ieħor illi l quddiem inkun nista naqdi dmiri aħjar u minflok dan sibt illi aktar qiegħed nizdinga Ma rridekx taħseb illi qiegħed nitlobkom sabiex ma tqisunix aktar bħala wieħed minnkom għal xi raġuni oħra għajr dik illi tmiss lili biss J Alla l Partit jibqa dejjem qawwi kif kien s issa u j Alla l mexxejja tiegħu jibqgħu dejjem jaqdu dmirhom kif qdejtuh intom sal lum Izda jkun wisq aħjar għall Partit jekk loki jiġi mimli minn ieħor illi jkun jista jaqdi dmiru kif jixraq u aħjar milli qdejtu jien minn issa lura Mill bqija għad illi barra mill Ezekuttiv nitlobkom sabiex tibqgħu tqisuni bħala wieħed minn sħabkom tal Partit tal Ħaddiema Izda Ellul Mercer kompla l ħidma tiegħu fil Partit Laburista u fl 1931 kien President tal Kazin Laburista tal Imsida Wara l Gwerra Fl 1945 huwa ta sehem kbir fl abbozz tal l ġdida tal 1947 Ellul Mercer kien wieħed mill kelliema prinċipali tal Labour Front jiġifieri l General Workers Union u l Partit Laburista Il kelliema prinċipali l oħra kienu Pawlu Boffa Reġġie Miller Mose Gatt Indri Cilia Leli Tabone Nestu Laiviera u Turu Colombo Ellul Mercer ġie elett fil Kumitat ta Ħidma kif ukoll fil Kumitat Finanzjarju L Assemblea Nazzjonali ltaqgħet għall aħħar darba fis 7 ta Marzu 1947 Bis saħħa tiegħu u ta oħrajn saru kisbiet kbar għall Maltin fosthom li Malta ngħatat lura s Self Government fil 5 ta Settembru 1947 l irġiel u n nisa li għalqu 21 sena setgħu jivvutaw u kull elettur seta jkollu vot wieħed biss għall elezzjoni tal Assemblea Leġislattiva Fl 1947 il Partit Laburista rebaħ l elezzjonijiet imma sentejn wara l Partit inqasam bejn dawk li baqgħu mal Mexxej Pawlu Boffa u dawk li marru mal Perit Dom Mintoff Ellul Mercer zamm mal Perit Mintoff minkejja li kien ħadem mill qrib mat Tabib Boffa li kien ilu jmexxi l Partit Laburista sa mill 1928 Huwa mexa ma dak li kienet iddeċidiet il Konferenza Ġenerali tal Partit Laburista li neħħiet lil Boffa minn Mexxej tal Partit Laburista Fl 1950 ikkontesta l elezzjonijiet ġenerali u ma telax F dik l elezzjoni minkejja li bejniethom il Partit Laburista ta Mintoff u l Malta Workers Party ta Boffa ġabu aktar voti u aktar siġġijiet mill Partit Nazzjonalista kien dan tal aħħar li eventwalment ifforma Gvern ta minoranza għaliex baqa ma ntlaħaqx ftehim bejn iz zewġ partiti politiċi tax xellug Il Kap Nazzjonalista Nerik Mizzi miet fl 20 ta Diċembru 1950 u floku laħaq Prim Ministru Dr Giorgio Borg Olivier izda dan kien Gvern ta minoranza li kellu ħajja qasira tant li f Mejju 1951 saret elezzjoni ġenerali oħra Ellul Mercer tela f dik l elezzjoni u fit tnejn ta wara 1951 1953 u 1955 Huwa dejjem ikkontesta fuq il ħames distrett elettorali li kien magħmul mill Gzira l Imsida Tas Sliema u San Ġiljan Fl 1952 Ellul Mercer ħa sehem attiv f inizjattiva tal Għaqda Zgħazagħ Laburisti li bdiet torganizza s Sunday Schools fil Kumitat Lokali Laburista ta Wied il Għajn b lekċers u seminars fi tmiem il ġimgħa Kienu jiġu mistiedna l aqwa kelliema bħal Duminku Mintoff Patri Wistin Born Leli Tabone u Ġuze Ellul Mercer Il Gvern ta Koalizzjoni bejn il Partit Nazzjonalista u l Malta Workers Party ma damx wisq u f Diċembru 1953 kellha ssir elezzjoni ġenerali oħra Din id darba l Partit Laburista ġab siġġu aktar mill Partit Nazzjonalista izda l Malta Workers Party bit tliet siġġijiet biss li kien kiseb fl Assemblea Leġizlattiva qaleb il bilanċ favur in Nazzjonalisti billi reġa fforma Gvern ta Koalizzjoni magħhom Kellu jkun il Ministru li jwaqqa l Gvern ta Koalizzjoni u għalhekk saret elezzjoni ġenerali oħra fi Frar 1955 li ntrebħet mill Partit Laburista mmexxi mill Perit Mintoff Ministru u Viċi Prim Ministru Fl 1955 Dom Mintoff ħatar lil Ellul Mercer Ministru tax Xogħol u Rikostruzzjoni u nhar id 9 ta Marzu 1955 inħatar Deputat Mexxej tal Partit wara r rizenja ta Ġuze Flores li laħaq Speaker tal Assemblea Leġislattiva Fl elezzjoni għal Deputat Mexxej E C Tabone kien ġab 93 vot u Ellul Mercer ġab 217 il vot Lejlet l Ewwel tas Sena 1956 Ellul Mercer bħala Aġent Prim Ministru xandar f isem il Prim Ministru Messaġġ ta Lejlet L Ewwel tas Sena lill Poplu Malti Ellul Mercer qal li l poplu Malti seta jħares lura u l quddiem b sodisfazzjon Fost affarijiet oħra huwa qal li l poplu kien temm l ewwel fazi dik l aktar iebsa tar riorganizzazzjoni tal ħajja soċjali u ekonomika ta Malta Dan kien ifisser li l massa tal poplu jaslulhom l għerf is sigurta u kundizzjonijiet ta ħajja aħjar Għall ewwel darba fl istorja ta Malta t tfal kollha kienu qed jirċievu edukazzjoni full time Il piz fuq l aktar ġenituri li kienu daharhom mal ħajt ħfief billi l iskola saret b xejn kif ukoll il ħalib u l kotba Fl aħħar ingħata bidu biex tiġi stabbilita l edukazzjoni teknika u t taħriġ tal adulti Numru ta dawk l istudenti li kienu l aktar bravi flimkien mal għalliema tagħhom kif ukoll tekniċi oħra u ħaddiema professjonali kienu se jintbagħtu l Ingilterra biex jirċievu l iktar taħriġ avvanzat li kien jezisti dak iz zmien Ellul Mercer semma wkoll li kien hemm pjanijiet fi stat avvanzat għat titjib tal Port il Kbir xi ħaġa li tant kienet importanti għall progress industrijali Kien hemm ukoll pjanijiet biex Malta jkollha bizzejjed ilma frisk u b togħma tajba It tħawwil tas siġar kien se jkollu effett tajjeb fuq it Fl aħħar parti tad diskors tiegħu Ellul Mercer irrefera għall proposta tal Integrazzjoni Integration ta Malta mal Ingilterra Il kliem tiegħu juri ċertu ottimizmu fejn jidħlu r relazzjonijiet ta Malta mal Ingilterra Fiz zmien li dam Ministru jiġifieri bejn Marzu 1955 u April 1958 Ellul Mercer wettaq diversi proġetti fosthom dak ta Portes Des Bombes il Playing Field u r Roundabout tal Imsida u l proġett ta bini u estensjoni ta skejjel Sa Marzu 1957 diġa kienu nbnew 18 il skola ġdida u saru estensjonijiet f ħafna skejjel oħra Fl 1957 kien se jibda x xogħol fuq 11 il skola oħra kienet se ssir estensjoni tal iskola f Ħaz Zebbuġ u tinbeda skola sekondarja għall bniet fil Blata l Bajda Ix xogħol ta bini u estensjoni tal iskejjel kien kollu kemm hu fdat f idejn il Ministeru tax Xogħlijiet u Rikostruzzjoni mmexxi minn Ġuze Ellul Mercer Dan kien parti mir riforma kbira li wettaq il Gvern Laburista fl edukazzjoni bejn l 1955 u l 1958 Permezz ta din ir riforma id Dipartiment tal Edukazzjoni beda joffri edukazzjoni full time lit tfal tal iskola kollha f qasir zmien F Marzu 1955 kien hemm 905 klassijiet fuq is sistema full time 636 kienu fuq is sistema tan nofstanhar filwaqt li 155 kienu fuq is sistema ta 24 siegħa fil ġimgħa Sa Settembru 1955 il klassijiet kollha kienu qed jaħdmu bis sistema ta ġurnata sħiħa ta tagħlim Il Gvern Laburista daħħal jaħdmu 560 Emergency Teacher bena 138 klassi kera 239 kamra u saħansitra għamel uzu mill kurituri bħala klassijiet Il Gvern ipprovda wkoll l għamara meħtieġa u materjal ieħor fl iskejjel għal dan il għan Dan kollu minbarra l fatt li issa t tfal tal iskola kienu se jingħataw kotba pitazzi u ħalib b xejn kien se jkun hemm is supervizjoni fil brejk ta nofs il ġurnata u kienu se jkunu organizzati kampijiet tas sajf summer camps u ħarġiet fl istess staġun Fl 1929 Ellul Mercer kiteb għaliex daħal fil politika u fil Partit Laburista Il politika ftit togħġobni Insibha logħba daqsxejn maħmuġa u x aktarx imgerfxa izda b dankollu jkolli naqbel u ngħid li hi meħtieġa Lanqas ma jien fil Partit tal Ħaddiema għax għandi xi tama li dan il partit se jsewwi d dinja pitgħada jew sejjer ibiddel il ġimgħa d dieħla d drawwiet il ħziena tiegħi u ta ħuti l bnedmin u jaqlgħalna snienna biex ma nigdmux lil xulxin kif għadna sal lum kull darba li niltaqgħu jew li nħarsu lejn xulxin Jien qiegħed fil Partit tal Ħaddiema għax dan il partit mhux mibni fuq is sisien dgħajfin tal ħila ta min qiegħed imexxih izda fuq l itjeb twemmin għallinqas fil fehma tiegħi hux hekk jiġifieri fuq it twemmin li kull min twieled bniedem għandu jgħix ta bniedem kull min twieled jeħtieġ li jitgħallem ta bniedem jaħdem ta bniedem u jiekol ta bniedem tant jekk twieled bin il għana kemm jekk twieled bin il faqar Il mexxejja ta ħila politika jiġu u jmorru jgħaddu u jintnesew u flokhom jiġu oħrajn izda l prinċipji il pedamenti sodi li fuqhom huwa mibni l Partit tal Ħaddiema ma jitbiddlux AwturMunita maħruġa mill Lombard bank biex tikkommemora lil Ġuze Ellul Mercer Ellul Mercer kien jara fil kitba mezz kif jeduka lill poplu Malti Fil kitba tiegħu bl isem ta Tagħlim f Il Cotra tas 17 ta April 1930 jgħid hekk Jekk wieħed jitgħallem u jinzerta minn dawk li ma jkunux iridu jisservew bit tagħlim biex iqarrqu bil kotra li ma taf xejn isib ruħu mfixkel meta jiġi biex jitħaddet mal kotra għaliex din ma tifhmux Mhux hekk biss imma waqtiet il kotra bla tagħlim temmen lil min iqarraq biha u ma temminx lill ħaddiem bħalha li jkun tgħallem Il problema tan nuqqas ta edukazzjoni fost ħafna Maltin kienet tinħass anke fost l emigranti Maltin Fil kitba tiegħu Awake Malta f Il Cotra tat 2 ta Ottubru 1930 Ellul Mercer jistqarr li Inħarsu ftit lejn l imsejkna ħaddiema illi nibgħatu f ċerti pajjizi evoluti filwaqt li ma jafux jitħaddtu bl Ilsien Malti waqt li jridu jilbsu z zarbun l ewwel darba jekk jilbsuh meta jirfsu f dawn l artijiet tad dawl Liema hija l impressjoni li jagħmlu lill awtoritajiet ta dawk il pajjizi dawn l imsejkna Maltin li imħollijin għal tal apposta fl injoranza marru jaqilgħu ħobzhom rashom mimlija bil fanatizmu u bl idealizmu illi jdaħħak lill ġebel Liema hija l impressjoni illi jagħtu lill mexxejja ta dawn l artijiet dawn in nies li għadhom jemmnu u jibzgħu mill fatati fil ħin illi rashom mimlija mill parassiti ta pajjizhom li huma għandhom ċivilizzazzjoni li tgħaġġeb lid dinja Il għaliex allura ma nwarrbux għal kollox minn quddiem għajnejna l kwistjonijiet ta partiti politiċi u ngħallmu bis serjeta kollha lill ħaddiem Malti B hekk biss meta jmur jikkonkorri mal ħaddiema ħutu ta pajjizi oħra ma jgħodduhx ta bhima u ta selvaġġ Ġuze Ellul Mercer beda l karriera letterarja tiegħu fl 1927 meta beda jikteb novelli satiriċi f Il Ħmar u f Il Ħmara Iktar tard beda jikteb regolarment f The Knight rivista mensili Laburista li fiha kiteb djarju ta zmien it Tieni Gwerra Dinjija Kiteb ukoll mijiet ta artikli għal Il Cotra u ġurnali u rivisti oħra Fost ix xogħlijiet tiegħu nsibu La Toqtolx 1927 Siltiet mir Rivoluzzjoni Franċiza ta Carlyle 1928 Ħrejjef ta mingħul 1929 Għall Imħabba 1938 Leli ta Ħaz Zgħir 1938 rumanz psikoloġiku l ewwel wieħed tal ġeneru tiegħu fil Letteratura Maltija kapulavur letterarju ta Ellul Mercer Fih l awtur iħares lejn l injoranza bħala dik li twassal għall isfruttament Biex wieħed jevita dan kellu jiftaħ moħħu Il karattru prinċipali tal ktieb Leli jispiċċa dejjem aktar soċjalment maqtugħ iktar ma jiftaħ moħħu għax f Ħaz Zgħir il ħajja kienet tibqa sejra mingħajr ma wieħed jieqaf biex jaħseb u jirrifletti Fid dlam intellettwali ta Ħaz Zgħir in nies ma tifhimx lil Leli u tgħaddih ta wieħed miġnun Dan ix xogħol ta Ellul Mercer huwa kritika qawwija tal istat tal biki li kienet fih is soċjeta Maltija fis snin ta qabel it Tieni Gwerra Dinjija Kienet tezisti krizi soċjali li zviluppat f waħda psikoloġika spiritwali u reliġjuza Taħt in Nar 1949 djarju tal Gwerra Għadd ta Stejjer Qosra 1929 1952 Naħal u Friefet 1949 1957 antoloġija f zewġ partijiet Il Martirju ta Poplu 1982 ġabra ta xogħlijiet tiegħu ppubblikati wara mewtuĦajja PersonaliMonument lil Ġuze Ellul Mercer f Ħad Dingli Fl 1921 izzewweġ lil Maria Teresa imwielda Brockdorff bint Federiku stampatur mill Imsida It tieġ sar it Tlieta 26 ta Lulju 1921 Marru joqogħdu f Numru 40 Ta Xbiex Wharf l Imsida Ġuze u Maria Teresa ma kellhomx ulied Fil 11 ta Jannar 1953 martu mietet wara marda qalila fid dar Numru 55 Triq il Katidral Tas Sliema fejn kienu marru joqogħdu Kellha biss 55 sena meta mietet Fl 1951 kienet mietet ukoll omm Ellul Mercer It telfa ta martu kellha effett negattiv kbir fuq Ġuze Ellul Mercer li kultant kien jgħaddi minn zmien ta dwejjaq kbar Fl aħħar snin ta ħajtu Ellul Mercer kien jixrob u dan kien fattur li wassal għall mewt tiegħu Ellul Mercer kien dilettant kbir tal kaċċa Minkejja t Tieni Gwerra Dinjija xorta waħda sab il ħin għal dan id delizzju kif kiteb fid djarju għall Ħadd it 3 ta Novembru 1940 Sa minn tfuliti n namra tiegħi kienet minn dejjem il kaċċa U għalhekk bħal daz zmien ikun xi jkun malli jsiru l erbgħa ta filgħodu inħoss xi jqajjimni u kemm fir rqad kif ukoll xħin nistenbaħ erħili noħlom il ħolm ħelu tal kaċċaturi bħali Jumejn ilu nhar il Qaddisin Kollha fil ħamsa u nofs ta filgħodu ħriġt bis senter u rħejtilha għal Wied Għollieqa li jiġi biswit il Gzira taħt l Isptar tal Blue Sisters F ħin minnhom dħalt f għorfa f qiegħ il wied fejn kienu għammru xi nies mill Gzira fl ewwel jiem tal gwerra Meta telquha dawn kienu ħallew warajhom ħwejjeġ qodma xkejjer tiben zarbuna tat tfal u oħra ta mara u kuċiniera mkissra MewtĠuze Ellul Mercer miet Tas Sliema nhar it 22 ta Settembru 1961 fl eta ta 64 sena fi zmien il u billi kien interdett mill Knisja għax kien membru tal Ezekuttiv tal Partit Laburista huwa ndifen fil parti mhux ikkonsagrata taċ Ċimiterju tal Addolorata imsejħa l Mizbla Fl 1986 kien inkixef monument tiegħu f Ħad Dingli xogħol l iskultur Anton Agius