Arkitett huwa persuna li tippjana tiddisinja u tissorvelja l kostruzzjoni tal binjiet Il prattika tal arkitettura tfisse
Arkitett

Arkitett huwa persuna li tippjana, tiddisinja u tissorvelja l-kostruzzjoni tal-binjiet. Il-prattika tal-arkitettura tfisser li wieħed jipprovdi servizzi marbuta mad-disinn tal-binjiet u l-ispazju fi ħdan sit madwar il-binjiet li jkunu joqogħdu fihom il-bnedmin jew jintużaw minnhom prinċipalment. Etimoloġikament, it-terminu “arkitett” joriġina mil-Latin architectus, li ġej mill-Grieg (arkhi-, kap/ewlieni + tekton, bennej, jiġifieri, kap bennej jew bennej ewlieni).
Skont l-abbozz ta’ liġi ta’ Malta Nru 163 tad-9 ta’ Ottubru 2020, it-titli “arkitett” u “perit” jistgħu jintużaw b’mod interkambjabbli. Madankollu, teknikament mhux kull perit huwa neċessarjament arkitett, ladarba jista’ jkun hemm perit arkitett (bil-warrant apposta skont il-liġi) u perit inġinier (li ma jkunx arkitett).
Ir-rekwiżiti professjonali għall-arkitetti jvarjaw minn post għall-ieħor. Id-deċiżjonijiet ta’ arkitett jaffettwaw is-sikurezza pubblika, u b’hekk arkitett irid ikun għamel taħriġ speċjalizzat li jikkonsisti minn edukazzjoni avvanzata u esperjenza prattika qabel ma jingħata liċenzja jew warrant biex jipprattika l-arkitettura. Ir-rekwiżiti prattiċi, tekniċi u akkademiċi biex wieħed isir arkitett ivarjaw skont il-ġurisdizzjoni, għalkemm l-istudju formali tal-arkitettura fl-istituzzjonijiet akkademiċi kellu rwol ċentrali fl-iżvilupp tal-professjoni b’mod kumplessiv.
Oriġini
Tul l-istorja tal-qedem u Medjevali kollha, il-biċċa l-kbira tad-disinn arkitettoniku u l-kostruzzjoni kienu jitwettqu minn artiġjani—bħal pereżempju ħaddiema tal-ġebel u li kienu jagħmluha ta’ arkitett. Sa żminijietna, għad ma hemmx distinzjoni ċara bejn arkitett u inġinier. Fl-Ewropa, it-titli ta’ arkitett u ta’ inġinier kienu primarjament varjazzjonijiet ġeografiċi li kienu jirreferu għall-istess persuna, u sikwit kienu jintużaw b’mod interkambjabbli.
Huwa suġġerit li diversi żviluppi fit-teknoloġija u fil-matematika ppermettew l-iżvilupp tal-professjoni ta’ arkitett, separatament mill-artiġjan prattikant. Il-karta ma kinitx tintuża fl-Ewropa għat-tfassil tal-pjanti tal-binjiet sas-seklu 15 iżda kulma jmur bdiet issir dejjem iktar disponibbli wara l-1500. Il-lapsijiet bdew jintużaw iktar spiss għat-tfassil tal-pjanti tal-binjiet sal-1600. Id-disponibbiltà tal-karta u tal-lapsijiet ippermettiet it-tpinġijiet tad-disinni qabel il-kostruzzjoni magħmula minn professjonisti. Fl-istess żmien, l-introduzzjoni tal-perspettiva lineari u ta’ innovazzjonijiet bħall-użu ta’ projezzjonijiet differenti biex tiġi deskritta binja tridimensjonali b’żewġ dimensjonijiet, flimkien ma’ iktar fehim tal-akkuratezza dimensjonali, għenu biex id-disinjaturi tal-binjiet ikunu jistgħu jikkomunikaw l-ideat tagħhom. Madankollu, l-iżvilupp kien gradwali. Sas-seklu 18, il-binjiet komplew jiġu ddisinjati u jiġu stabbiliti mill-artiġjani għajr il-proġetti bi status għoli.
Arkitettura
Fl-iktar pajjiżi żviluppati, dawk li jkunu kkwalifikati b’liċenzja, ċertifikazzjoni, warrant jew reġistrazzjoni ma’ korp rilevanti (spiss governattiv) biss jistgħu legalment jipprattikaw l-arkitettura. Tali liċenzjar ikun jirrikjedi lawrija universitarja, tlestija tal-eżamijiet b’suċċess, kif ukoll perjodu ta’ taħriġ. Ir-rappreżentazzjoni ta’ xi ħadd bħala arkitett permezz tal-użu tat-termini u tat-titli tkun ristretta għall-individwi bil-liċenzja jew bil-warrant skont il-liġi, għalkemm inġenerali, derivati bħal pereżempju disinjatur arkitettoniku spiss ma jkunux protetti bil-liġi.
Il-prattika tal-arkitettura timplika l-kapaċità li wieħed jipprattika b’mod indipendenti mingħajr il-ħtieġa ta’ superviżjoni. It-terminu “professjonist tad-disinn tal-binjiet” (jew “professjonist tad-disinn”), b’kuntrast ma’ dan, huwa ferm usa’ bħala terminu u tinkludi lill-professjonisti li jipprattikaw indipendentement taħt professjoni alternattiva oħra, bħal pereżempju l-professjonisti tal-inġinerija, jew dawk li jassistu fil-prattika tal-arkitettura taħt is-superviżjoni ta’ arkitett bil-liċenzja jew bil-warrant, fosthom l-arkitetti apprendisti. F’ħafna postijiet, l-individwi indipendenti u mhux liċenzjati jistgħu jwettqu disinni mingħajr restrizzjonijiet professjonali u jiddisinjaw id-djar u strutturi żgħar oħra.
Prattika
Fil-professjoni tal-arkitett, l-għarfien tekniku u ambjentali, il-ġestjoni tad-disinn u tal-kostruzzjoni, u l-fehim tan-negozju huma importanti daqs id-disinn stess. Madankollu, id-disinn huwa l-ixprun tul il-proġett kollu u lil hinn minnu. Arkitett jaċċetta l-kummissjoni mingħand klijent. Il-kummissjoni jaf tkun tinvolvi t-tħejjija ta’ rapporti dwar il-fattibbiltà, l-awditjar tal-bini, id-disinn ta’ binja jew ta’ diversi binjiet, strutturi, u tal-ispazji bejniethom. L-arkitett jipparteċipa fl-iżvilupp tar-rekwiżiti li jkun irid il-klijent fil-binja. Tul il-proġett (mill-ippjanar sal-okkupanza), l-arkitett jikkoordina tim tad-disinn. L-inġiniera strutturali, mekkaniċi u elettriċi, kif ukoll speċjalisti oħra, jitqabbdu mill-klijent jew mill-arkitett, li jrid jiżgura li x-xogħol ikun ikkoordinat għall-kostruzzjoni tad-disinn.
Organizzazzjonijiet professjonali
Jeżistu għadd ta’ organizzazzjonijiet professjonali nazzjonali li jippromwovu l-iżvilupp tal-karrieri u tan-negozju fl-arkitettura.
- L-Unjoni Internazzjonali tal-Arkitetti (UIA)
- L-Istitut Amerikan tal-Arkitetti (AIA), l-Istati Uniti
- L-Istitut Irjali tal-Arkitetti Brittaniċi (RIBA), ir-Renju Unit
- Il-Bord tar-Reġistrazzjoni tal-Arkitetti (ARB), ir-Renju Unit
- L-Istitut Awstraljan tal-Arkitetti (AIA), l-Awstralja
- L-Istitut tal-Arkitetti tal-Afrika t’Isfel (SAIA), l-
- L-Assoċjazzjoni tal-Arkitetti Konsulenti (ACA), ir-Renju Unit
- L-Assoċjazzjoni tal-Arkitetti bil-Liċenzja (ALA), l-Istati Uniti
- Il-Consejo Profesional de Arquitectura y Urbanismo (CPAU), l-Arġentina
- L-Istitut Indjan tal-Arkitetti (IIA) u l-Kunsill tal-Arkitettura (COA), l-Indja
Referenzi
- ^ "What's the difference between an architect and a building designer?". BUILD (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-09.
- ^ "Architects Act". web.archive.org. 2011-07-31. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-07-31. Miġbur 2021-07-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Etymology in Architecture: Tracing the Language of Design to its Roots". ArchDaily (bl-Ingliż). 2018-07-30. Miġbur 2021-07-09.
- ^ "The Meaning of the Word Architect | The History of Design-Build". New England Design & Construction (bl-Ingliż). 2019-10-24. Miġbur 2021-07-09.
- ^ "Online Etymology Dictionary". web.archive.org. 2011-04-24. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-04-24. Miġbur 2021-07-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Bill 163 - Gov.mt" (PDF).
- ^ Czcibor-Piotrowski, Andrzej (2000). "The Profession and Discipline of Architecture: Practice and Education". Discipline of Architecture. University of Minnesota Press. p. 293. ISBN 978-0-8166-3665-5.
- ^ "Filippo Brunelleschi Biography (1377-1446) - Life of an Italian Artist". Totally History (bl-Ingliż). 2012-10-11. Miġbur 2021-07-09.
- ^ Murray, Peter (1986). Burckhardt, Jacob (ed.). The Architecture of the Italian Renaissance. Knopf Doubleday Publishing Group. p. 242. ISBN 0-8052-1082-2.
- ^ "Civil Engineering Defined - Civil Engineering Definitions and History - smweng.com". web.archive.org. 2012-04-25. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-04-25. Miġbur 2021-07-09.
- ^ a b Pacey, Arnold (2007). Medieval Architectural Drawing: English Craftsmen's Methods and Their Later Persistence (c.1200-1700). Stroud: Tempus Publishing. pp. 225–227. ISBN 978-0-7524-4404-8.
- ^ "ArchiBuddy :: Online portfolios for Architects". web.archive.org. 2018-03-17. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-03-17. Miġbur 2021-07-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "The Basics". NCARB - National Council of Architectural Registration Boards (bl-Ingliż). 2017-01-23. Miġbur 2021-07-09.
- ^ "Architects - What do Architects do?". StudentScholarships.org (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-09.
- ^ Aca, Drd. "Home". Association of Consultant Architects (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-09.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Arkitett, X'inhi Arkitett? Xi tfisser Arkitett?
Arkitett huwa persuna li tippjana tiddisinja u tissorvelja l kostruzzjoni tal binjiet Il prattika tal arkitettura tfisser li wieħed jipprovdi servizzi marbuta mad disinn tal binjiet u l ispazju fi ħdan sit madwar il binjiet li jkunu joqogħdu fihom il bnedmin jew jintuzaw minnhom prinċipalment Etimoloġikament it terminu arkitett joriġina mil Latin architectus li ġej mill Grieg arkhi kap ewlieni tekton bennej jiġifieri kap bennej jew bennej ewlieni Arkitett fl 1893 Skont l abbozz ta liġi ta Malta Nru 163 tad 9 ta Ottubru 2020 it titli arkitett u perit jistgħu jintuzaw b mod interkambjabbli Madankollu teknikament mhux kull perit huwa neċessarjament arkitett ladarba jista jkun hemm perit arkitett bil warrant apposta skont il liġi u perit inġinier li ma jkunx arkitett Ir rekwiziti professjonali għall arkitetti jvarjaw minn post għall ieħor Id deċizjonijiet ta arkitett jaffettwaw is sikurezza pubblika u b hekk arkitett irid ikun għamel taħriġ speċjalizzat li jikkonsisti minn edukazzjoni avvanzata u esperjenza prattika qabel ma jingħata liċenzja jew warrant biex jipprattika l arkitettura Ir rekwiziti prattiċi tekniċi u akkademiċi biex wieħed isir arkitett ivarjaw skont il ġurisdizzjoni għalkemm l istudju formali tal arkitettura fl istituzzjonijiet akkademiċi kellu rwol ċentrali fl izvilupp tal professjoni b mod kumplessiv Oriġinihuwa meqjus bħala wieħed mill aqwa arkitetti fl istorja Tul l istorja tal qedem u Medjevali kollha il biċċa l kbira tad disinn arkitettoniku u l kostruzzjoni kienu jitwettqu minn artiġjani bħal perezempju ħaddiema tal ġebel u li kienu jagħmluha ta arkitett Sa zminijietna għad ma hemmx distinzjoni ċara bejn arkitett u inġinier Fl Ewropa it titli ta arkitett u ta inġinier kienu primarjament varjazzjonijiet ġeografiċi li kienu jirreferu għall istess persuna u sikwit kienu jintuzaw b mod interkambjabbli Huwa suġġerit li diversi zviluppi fit teknoloġija u fil matematika ppermettew l izvilupp tal professjoni ta arkitett separatament mill artiġjan prattikant Il karta ma kinitx tintuza fl Ewropa għat tfassil tal pjanti tal binjiet sas seklu 15 izda kulma jmur bdiet issir dejjem iktar disponibbli wara l 1500 Il lapsijiet bdew jintuzaw iktar spiss għat tfassil tal pjanti tal binjiet sal 1600 Id disponibbilta tal karta u tal lapsijiet ippermettiet it tpinġijiet tad disinni qabel il kostruzzjoni magħmula minn professjonisti Fl istess zmien l introduzzjoni tal perspettiva lineari u ta innovazzjonijiet bħall uzu ta projezzjonijiet differenti biex tiġi deskritta binja tridimensjonali b zewġ dimensjonijiet flimkien ma iktar fehim tal akkuratezza dimensjonali għenu biex id disinjaturi tal binjiet ikunu jistgħu jikkomunikaw l ideat tagħhom Madankollu l izvilupp kien gradwali Sas seklu 18 il binjiet komplew jiġu ddisinjati u jiġu stabbiliti mill artiġjani għajr il proġetti bi status għoli Arkitettura ir rebbieħa tal Premju Pritzker fl 2004 Fl iktar pajjizi zviluppati dawk li jkunu kkwalifikati b liċenzja ċertifikazzjoni warrant jew reġistrazzjoni ma korp rilevanti spiss governattiv biss jistgħu legalment jipprattikaw l arkitettura Tali liċenzjar ikun jirrikjedi lawrija universitarja tlestija tal ezamijiet b suċċess kif ukoll perjodu ta taħriġ Ir rapprezentazzjoni ta xi ħadd bħala arkitett permezz tal uzu tat termini u tat titli tkun ristretta għall individwi bil liċenzja jew bil warrant skont il liġi għalkemm inġenerali derivati bħal perezempju disinjatur arkitettoniku spiss ma jkunux protetti bil liġi Il prattika tal arkitettura timplika l kapaċita li wieħed jipprattika b mod indipendenti mingħajr il ħtieġa ta supervizjoni It terminu professjonist tad disinn tal binjiet jew professjonist tad disinn b kuntrast ma dan huwa ferm usa bħala terminu u tinkludi lill professjonisti li jipprattikaw indipendentement taħt professjoni alternattiva oħra bħal perezempju l professjonisti tal inġinerija jew dawk li jassistu fil prattika tal arkitettura taħt is supervizjoni ta arkitett bil liċenzja jew bil warrant fosthom l arkitetti apprendisti F ħafna postijiet l individwi indipendenti u mhux liċenzjati jistgħu jwettqu disinni mingħajr restrizzjonijiet professjonali u jiddisinjaw id djar u strutturi zgħar oħra PrattikaFil professjoni tal arkitett l għarfien tekniku u ambjentali il ġestjoni tad disinn u tal kostruzzjoni u l fehim tan negozju huma importanti daqs id disinn stess Madankollu id disinn huwa l ixprun tul il proġett kollu u lil hinn minnu Arkitett jaċċetta l kummissjoni mingħand klijent Il kummissjoni jaf tkun tinvolvi t tħejjija ta rapporti dwar il fattibbilta l awditjar tal bini id disinn ta binja jew ta diversi binjiet strutturi u tal ispazji bejniethom L arkitett jipparteċipa fl izvilupp tar rekwiziti li jkun irid il klijent fil binja Tul il proġett mill ippjanar sal okkupanza l arkitett jikkoordina tim tad disinn L inġiniera strutturali mekkaniċi u elettriċi kif ukoll speċjalisti oħra jitqabbdu mill klijent jew mill arkitett li jrid jizgura li x xogħol ikun ikkoordinat għall kostruzzjoni tad disinn Organizzazzjonijiet professjonaliJezistu għadd ta organizzazzjonijiet professjonali nazzjonali li jippromwovu l izvilupp tal karrieri u tan negozju fl arkitettura L Unjoni Internazzjonali tal Arkitetti UIA L Istitut Amerikan tal Arkitetti AIA l Istati Uniti L Istitut Irjali tal Arkitetti Brittaniċi RIBA ir Renju Unit Il Bord tar Reġistrazzjoni tal Arkitetti ARB ir Renju Unit L Istitut Awstraljan tal Arkitetti AIA l Awstralja L Istitut tal Arkitetti tal Afrika t Isfel SAIA l L Assoċjazzjoni tal Arkitetti Konsulenti ACA ir Renju Unit L Assoċjazzjoni tal Arkitetti bil Liċenzja ALA l Istati Uniti Il Consejo Profesional de Arquitectura y Urbanismo CPAU l Arġentina L Istitut Indjan tal Arkitetti IIA u l Kunsill tal Arkitettura COA l IndjaReferenzi What s the difference between an architect and a building designer BUILD bl Ingliz Miġbur 2021 07 09 Architects Act web archive org 2011 07 31 Arkivjat mill oriġinal fl 2011 07 31 Miġbur 2021 07 09 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Etymology in Architecture Tracing the Language of Design to its Roots ArchDaily bl Ingliz 2018 07 30 Miġbur 2021 07 09 The Meaning of the Word Architect The History of Design Build New England Design amp Construction bl Ingliz 2019 10 24 Miġbur 2021 07 09 Online Etymology Dictionary web archive org 2011 04 24 Arkivjat mill oriġinal fl 2011 04 24 Miġbur 2021 07 09 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Bill 163 Gov mt PDF Czcibor Piotrowski Andrzej 2000 The Profession and Discipline of Architecture Practice and Education Discipline of Architecture University of Minnesota Press p 293 ISBN 978 0 8166 3665 5 Filippo Brunelleschi Biography 1377 1446 Life of an Italian Artist Totally History bl Ingliz 2012 10 11 Miġbur 2021 07 09 Murray Peter 1986 Burckhardt Jacob ed The Architecture of the Italian Renaissance Knopf Doubleday Publishing Group p 242 ISBN 0 8052 1082 2 Civil Engineering Defined Civil Engineering Definitions and History smweng com web archive org 2012 04 25 Arkivjat minn l oriġinal fl 2012 04 25 Miġbur 2021 07 09 a b Pacey Arnold 2007 Medieval Architectural Drawing English Craftsmen s Methods and Their Later Persistence c 1200 1700 Stroud Tempus Publishing pp 225 227 ISBN 978 0 7524 4404 8 ArchiBuddy Online portfolios for Architects web archive org 2018 03 17 Arkivjat mill oriġinal fl 2018 03 17 Miġbur 2021 07 09 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link The Basics NCARB National Council of Architectural Registration Boards bl Ingliz 2017 01 23 Miġbur 2021 07 09 Architects What do Architects do StudentScholarships org bl Ingliz Miġbur 2021 07 09 Aca Drd Home Association of Consultant Architects bl Ingliz Miġbur 2021 07 09