Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  Türkiyə
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Professjoni hija okkupazzjoni stabbilita permezz ta taħriġ edukattiv speċjalizzat bl għan li jingħataw pariri u jiġi ppr

Professjoni

  • Paġna Ewlenija
  • Professjoni
Professjoni
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Professjoni hija okkupazzjoni stabbilita permezz ta’ taħriġ edukattiv speċjalizzat, bl-għan li jingħataw pariri u jiġi pprovdut servizz b’mod oġġettiv u mingħajr kunflitt ta’ interessi lill-oħrajn, għal kumpens dirett u definit, lil hinn għalkollox mill-aspettattiva ta’ gwadann kummerċjali ieħor. It-tradizzjoni Medjevali u moderna bikrija kienet tirrikonoxxi tliet professjonijiet biss: id-divinità, il-mediċina u d-dritt, li kollettivament kienu jissejħu l-“professjonijiet tal-imgħallma”. Professjoni mhix sengħa u mhix .

It-terminu professjoni hija forma mqassra tal-kunċett ta’ professjoni liberali, li oriġina mill-kunċett Franċiż profession libérale. Fis-sekli 19 u 20, it-terminu ssellef kemm-il darba. Fil-qasam tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, eżattament fid-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-Rikonoxximent tal-Kwalifiki Professjonali, il-“professjonijiet liberali” huma “dawk il-professjonijiet li jiġu pprattikati abbażi ta’ kwalifiki professjonali rilevanti b’mod personali, responsabbli u indipendenti professjonalment minn dawk li jipprovdu servizzi intellettwali u kunċettwali fl-interess tal-klijent u tal-pubbliku”.

Xi professjonijiet ivarjaw kemxejn bħala status u poter, iżda l-prestiġju tagħhom ġeneralment jibqa’ stabbli tul iż-żmien, anke jekk il-professjoni jibda jkollha iktar rekwiżiti ta’ studju u ta’ edukazzjoni formali. Iktar reċentement id-dixxiplini bħal pereżempju l-arkitettura ġew formalizzati u issa jirrikjedu perjodi twal ta’ studju bl-istess mod.

Għalkemm il-professjonijiet jistgħu jgawdu minn status u prestiġju pubbliku relattivament għoljin, mhux il-professjonisti kollha jaqilgħu salarji għoljin, u anke fi ħdan professjonijiet speċifiċi jeżistu differenzi sinifikanti fis-salarji. Fid-dritt, pereżempju, avukat tad-difiża korporattiv li jaħdem bis-siegħa jaf jaqla’ diversi drabi iktar dak li jaqla’ prosekutur jew difensur pubbliku.

Studju u taħriġ

Professjoni tiġi stabbilita permezz ta’ proċess ta’ professjonalizzazzjoni meta kwalunkwe sengħa jew okkupazzjoni tittrasforma ruħha permezz tal-“iżvilupp tal-kwalifiki formali abbażi tal-edukazzjoni, l-apprendistati u l-eżamijiet, it-twaqqif ta’ korpi regolatorji b’setgħat biex jiġu ammessi u ddixxiplinati l-membri, u xi grad ta’ drittijiet ta’ monopolju”.

Hemm diversi punti importanti li permezz tagħhom okkupazzjoni tiġi identifikata bħala professjoni, fosthom:

  1. okkupazzjoni issir okkupazzjoni full-time
  2. l-istabbiliment ta’ skola tat-taħriġ
  3. l-istabbiliment ta’ università
  4. l-istabbiliment ta’ assoċjazzjoni lokali
  5. l-istabbiliment ta’ assoċjazzjoni nazzjoni tal-etika professjonali
  6. l-istabbiliment ta’ liġijiet statali tal-għoti tal-liċenzji

L-applikazzjoni ta’ dawn il-punti importanti mas-sekwenza storika ta’ żvilupp ngħidu aħna fl-Istati Uniti fil-professjoni ta’ servejer, wasslet biex il-professjoni kienet l-ewwel li kisbet status professjonali (George Washington, , u kollha ħadmu bħala servejers qabel ma daħlu fil-politika), segwita mill-mediċina, ix-xjenza attwarja, id-dritt, id-dentistrija, l-inġinerija ċivili, il-loġistika, l-arkitettura u l-kontabilità.

Fis-seklu 19, biż-żieda tat-teknoloġija u tal-ispeċjalizzazzjoni okkupazzjonali, korpi oħra bdew jiddikjaraw status professjonali, fosthom l-inġinerija mekkanika, il-farmaċewtika, il-mediċina veterinarja, il-psikoloġija, l-indukrar, it-tagħlim, ix-xogħol fil-libreriji, l-optometrija u x-xogħol soċjali, li kollha saru professjonijiet sal-1900 permezz tal-ksib tal-punti importanti msemmija hawn fuq.

Regolamentazzjoni

Oriġinarjament, kwalunkwe regolamentazzjoni tal-professjonijiet kienet tkun awtoregolamentazzjoni permezz ta’ korpi bħall-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet tat-tobba jew tal-prattikanti fil-qrati. Bir-rwol dejjem jikber tal-gvernijiet, il-korpi statutorji kulma jmur bdew jaqdu dan ir-rwol, u l-membri tagħhom kienu jinħatru mill-professjoni stess jew (kulma jmur) mill-gvernijiet. Il-proposti għall-introduzzjoni jew għat-titjib tar-regolamentazzjoni statutorja jaf jiġu aċċettati minn professjoni ladarba jipproteġu lill-klijenti u ttejjeb il-kwalità u r-reputazzjoni tagħhom, jew tirrestrinġi l-aċċess għall-professjoni u b’hekk twassal biex ikunu jistgħu jiġu imposti miżati iktar għoljin. Inkella jistgħu ma jiġux aċċettati peress li jillimitaw il-libertà tal-membri li jinnovaw jew li jipprattikaw kif iridu skont il-ġudizzju professjonali tagħhom.

Eżempju ta’ dan seħħ fl-2008, meta l-gvern Brittaniku ppropona regolamentazzjoni statutorja wiesgħa għall-psikologi. L-ispirazzjoni wara l-bidla kienu għadd ta’ problemi fil-qasam tal-, iżda hemm diversi tipi ta’ psikologi, inkluż fosthom ħafna li ma għandhomx rwol kliniku u fejn ir-raġuni wara r-regolamentazzjoni mhijiex daqshekk ċara. Il-psikoloġija tax-xogħol wasslet għal nuqqas ta’ qbil, u s-Soċjetà Psikoloġika Brittanika kienet favur ir-regolamentazzjoni statutorja tal-“psikologi okkupazzjonali” filwaqt li l-Assoċjazzjoni tal-Psikologi Korporattivi kienet kontra r-regolamentazzjoni statutorja tal-“psikologi korporattivi”.

Minbarra li jirregolaw l-aċċess għal professjoni, il-korpi professjonali jistgħu jistabbilixxu eżamijiet tal-kompetenzi u jinfurzaw kodiċi etiku. Jista’ jkun hemm diversi korpi bħal dawn għal professjoni waħda f’pajjiż wieħed, bħal pereżempju l-korpi tal-kontabilità tar-Renju Unit (ACCA, CAI, CIMA, CIPFA, ICAEW u ICAS), li kollha ngħataw ir-Royal Charter (l-ekwivalenti ta’ warrant), għalkemm il-membri tagħhom mhux neċessarjament kollha għandhom il-kwalifiki, u joperaw flimkien ma’ korpi ulterjuri (AAPA, IFA, CPAA). Eżempju ieħor ta’ korp regolatorju li jirregola professjoni huwa l-Unjoni tal-Għalliema Professjonali ta’ , li tirregola l-imġiba, id-drittijiet, l-obbligi u d-dmirijiet tal-għalliema bis-salarju li jaħdmu fl-istituzzjonijiet edukattivi f’Hong Kong.

Il-professjoni ta’ hija rregolata ħafna f’xi pajjiżi (eż. il-Kanada u l-Istati Uniti) b’sistema rigoruża tal-għoti tal-liċenzji għall-inġiniera professjonali li tikkontrolla l-prattika, iżda mhux f’pajjiżi oħra (eż. ir-Renju Unit) fejn it-titli u l-kwalifiki huma rregolati iżda l-prattika mhijiex.

Tipikament, l-individwi huma meħtieġa skont il-liġi jkunu kkwalifikati minn korp professjonali lokali qabel ma jitħallew jipprattikaw dik il-professjoni. Madankollu, f’xi pajjiżi, l-individwi ma jistgħux ikunu meħtieġa skont il-liġi jkunu kkwalifikati minn tali korp professjonali biex jipprattikaw, bħall-każ tal-kontabilità fir-Renju Unit (għajr xogħol tal-awditjar u tal-insolvenza li legalment jirrikjedu kwalifika minn korp professjonali). F’każijiet bħal dawn, il-kwalifika mill-korpi professjonali effettivament għadha kkunsidrata bħala prerekwiżit għall-prattika mill-biċċa l-kbira ta’ min iħaddem u l-klijenti jistipulaw li l-individwi għandu jkollhom il-kwalifiki qabel ma jqabbduhom għas-servizzi tagħhom. Pereżempju, sabiex wieħed isir professjonist tat-tagħlim bil-kwalifiki meħtieġa f’Hong Kong u jaħdem fi skola ffinanzjata mill-istat/gvern, wieħed jeħtieġ li jkollu Diploma ta’ wara l-Baċellerat fl-Edukazzjoni ("PGDE") jew Baċellerat fl-Edukazzjoni ("B. Ed") f’istituzzjoni edukattiva terzjarja jew f’università. Dan ir-rekwiżit ġie stabbilit mill-Uffiċċju tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni ta’ Hong Kong, li huwa d-dipartiment governattiv li jirregola s-settur tal-edukazzjoni ta’ Hong Kong.

Iktar qari

  • Abbott, A. (1998). The theory of professions. Chicago, IL: University of Chicago Press.
  • Brint, Steven. 1994. In an Age of Experts: The Changing Roles of Professionals in Politics and Public Life. Princeton University Press.
  • Penelope J. Corfield, Power and the Professions in Britain, 1700–1850, Routledge, Londra, 1995.
  • Yves Dezalay and David Sugarman, Professional Competition and Professional Power, Routledge, 1995, ISBN 0-203-97721-1.
  • Eliot Freidson, Professional Powers: A Study of the Institutionalization of Formal Knowledge, Chicago: University of Chicago Press, 1986, ISBN 0-226-26225-1.
  • Joseph M. Jacob, Doctors and Rules: A Sociology of Professional Values, Transaction Publishers, New Brunswick u Londra, 1999.
  • Montgomery, Jonathan (1989). "Medicine, Accountability, and Professionalism". Journal of Law and Society. 16 (3): 319–39.

Referenzi

  1. ^ "What is a Profession? | Professions Professionals Professionalism - Australian Council of Professions (ACoP)". www.professions.org.au. Miġbur 2021-07-05.
  2. ^ Popat, Nitin. Introduction to Accounting. ISBN 9781329911642.
  3. ^ Perks, R.W.(1993): Accounting and Society. Chapman & Hall (London); ISBN 0-412-47330-5. p. 2.
  4. ^ Fisher, Redwood, ed. (August 1846). "Statistics of the State of New-York". Fisher's National Magazine and Industrial Record. 3 (3): 234.
  5. ^ Colman, Richard (2021-07-05). "Medicine is a profession not a trade" (bl-Ingliż). Ċitazzjoni journal għandha bżonn |journal= (għajnuna)
  6. ^ The Industrial and Labour Law Digest, 1926-1959, Annotated 668; Sharma and Goyal, Hospital Administration And Human Resource Management, 5th Ed, PHI Learning, p. 445.
  7. ^ Fossum, John; Moore, Michael (December 1975). "The stability of longitudinal and cross-sectional occupational prestige rankings". Journal of Vocational Behavior. 7 (3): 305–311.
  8. ^ Ideas and Beliefs in Architecture and Industrial design: How attitudes, orientations and underlying assumptions shape the built environment. Oslo School of Architecture and Design. ISBN 82-547-0174-1.
  9. ^ Alan Bullock & Stephen Trombley, The New Fontana Dictionary of Modern Thought, London: Harper-Collins, 1999, p. 689.
  10. ^ "Washington as Public Land Surveyor | George Washington: Surveyor and Mapmaker | Articles and Essays | George Washington Papers | Digital Collections | Library of Congress". Library of Congress, Washington, D.C. 20540 USA. Miġbur 2021-07-05.
  11. ^ Springfield, Mailing Address: 413 S. 8th Street; Us, IL 62701 Phone:492-4241 Contact. "Lincoln's New Salem 1830-1837 - Lincoln Home National Historic Site (U.S. National Park Service)". www.nps.gov (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-05.
  12. ^ "Surveying | Thomas Jefferson's Monticello". www.monticello.org. Miġbur 2021-07-05.
  13. ^ "Washington as Public Land Surveyor | George Washington: Surveyor and Mapmaker | Articles and Essays | George Washington Papers | Digital Collections | Library of Congress". Library of Congress, Washington, D.C. 20540 USA. Miġbur 2021-07-05.
  14. ^ Buckley, J.W. & Buckley, M.H. (1974): The Accounting Profession. Melville, Los Angeles. Quoted by Perks, p. 4.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 09 Ġun, 2025 / 17:33

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Professjoni, X'inhi Professjoni? Xi tfisser Professjoni?

Professjoni hija okkupazzjoni stabbilita permezz ta taħriġ edukattiv speċjalizzat bl għan li jingħataw pariri u jiġi pprovdut servizz b mod oġġettiv u mingħajr kunflitt ta interessi lill oħrajn għal kumpens dirett u definit lil hinn għalkollox mill aspettattiva ta gwadann kummerċjali ieħor It tradizzjoni Medjevali u moderna bikrija kienet tirrikonoxxi tliet professjonijiet biss id divinita il mediċina u d dritt li kollettivament kienu jissejħu l professjonijiet tal imgħallma Professjoni mhix sengħa u mhix Tpinġija tas seklu 19 ta bidwi jitħaddet ma tabib ma vikarju u ma avukat It terminu professjoni hija forma mqassra tal kunċett ta professjoni liberali li oriġina mill kunċett Franċiz profession liberale Fis sekli 19 u 20 it terminu ssellef kemm il darba Fil qasam tal leġizlazzjoni tal Unjoni Ewropea ezattament fid Direttiva 2005 36 KE dwar ir Rikonoxximent tal Kwalifiki Professjonali il professjonijiet liberali huma dawk il professjonijiet li jiġu pprattikati abbazi ta kwalifiki professjonali rilevanti b mod personali responsabbli u indipendenti professjonalment minn dawk li jipprovdu servizzi intellettwali u kunċettwali fl interess tal klijent u tal pubbliku Xi professjonijiet ivarjaw kemxejn bħala status u poter izda l prestiġju tagħhom ġeneralment jibqa stabbli tul iz zmien anke jekk il professjoni jibda jkollha iktar rekwiziti ta studju u ta edukazzjoni formali Iktar reċentement id dixxiplini bħal perezempju l arkitettura ġew formalizzati u issa jirrikjedu perjodi twal ta studju bl istess mod Għalkemm il professjonijiet jistgħu jgawdu minn status u prestiġju pubbliku relattivament għoljin mhux il professjonisti kollha jaqilgħu salarji għoljin u anke fi ħdan professjonijiet speċifiċi jezistu differenzi sinifikanti fis salarji Fid dritt perezempju avukat tad difiza korporattiv li jaħdem bis siegħa jaf jaqla diversi drabi iktar dak li jaqla prosekutur jew difensur pubbliku Studju u taħriġProfessjoni tiġi stabbilita permezz ta proċess ta professjonalizzazzjoni meta kwalunkwe sengħa jew okkupazzjoni tittrasforma ruħha permezz tal izvilupp tal kwalifiki formali abbazi tal edukazzjoni l apprendistati u l ezamijiet it twaqqif ta korpi regolatorji b setgħat biex jiġu ammessi u ddixxiplinati l membri u xi grad ta drittijiet ta monopolju Hemm diversi punti importanti li permezz tagħhom okkupazzjoni tiġi identifikata bħala professjoni fosthom okkupazzjoni issir okkupazzjoni full time l istabbiliment ta skola tat taħriġ l istabbiliment ta universita l istabbiliment ta assoċjazzjoni lokali l istabbiliment ta assoċjazzjoni nazzjoni tal etika professjonali l istabbiliment ta liġijiet statali tal għoti tal liċenzji L applikazzjoni ta dawn il punti importanti mas sekwenza storika ta zvilupp ngħidu aħna fl Istati Uniti fil professjoni ta servejer wasslet biex il professjoni kienet l ewwel li kisbet status professjonali George Washington u kollha ħadmu bħala servejers qabel ma daħlu fil politika segwita mill mediċina ix xjenza attwarja id dritt id dentistrija l inġinerija ċivili il loġistika l arkitettura u l kontabilita Fis seklu 19 biz zieda tat teknoloġija u tal ispeċjalizzazzjoni okkupazzjonali korpi oħra bdew jiddikjaraw status professjonali fosthom l inġinerija mekkanika il farmaċewtika il mediċina veterinarja il psikoloġija l indukrar it tagħlim ix xogħol fil libreriji l optometrija u x xogħol soċjali li kollha saru professjonijiet sal 1900 permezz tal ksib tal punti importanti msemmija hawn fuq RegolamentazzjoniOriġinarjament kwalunkwe regolamentazzjoni tal professjonijiet kienet tkun awtoregolamentazzjoni permezz ta korpi bħall organizzazzjonijiet jew l assoċjazzjonijiet tat tobba jew tal prattikanti fil qrati Bir rwol dejjem jikber tal gvernijiet il korpi statutorji kulma jmur bdew jaqdu dan ir rwol u l membri tagħhom kienu jinħatru mill professjoni stess jew kulma jmur mill gvernijiet Il proposti għall introduzzjoni jew għat titjib tar regolamentazzjoni statutorja jaf jiġu aċċettati minn professjoni ladarba jipproteġu lill klijenti u ttejjeb il kwalita u r reputazzjoni tagħhom jew tirrestrinġi l aċċess għall professjoni u b hekk twassal biex ikunu jistgħu jiġu imposti mizati iktar għoljin Inkella jistgħu ma jiġux aċċettati peress li jillimitaw il liberta tal membri li jinnovaw jew li jipprattikaw kif iridu skont il ġudizzju professjonali tagħhom Ezempju ta dan seħħ fl 2008 meta l gvern Brittaniku ppropona regolamentazzjoni statutorja wiesgħa għall psikologi L ispirazzjoni wara l bidla kienu għadd ta problemi fil qasam tal izda hemm diversi tipi ta psikologi inkluz fosthom ħafna li ma għandhomx rwol kliniku u fejn ir raġuni wara r regolamentazzjoni mhijiex daqshekk ċara Il psikoloġija tax xogħol wasslet għal nuqqas ta qbil u s Soċjeta Psikoloġika Brittanika kienet favur ir regolamentazzjoni statutorja tal psikologi okkupazzjonali filwaqt li l Assoċjazzjoni tal Psikologi Korporattivi kienet kontra r regolamentazzjoni statutorja tal psikologi korporattivi Minbarra li jirregolaw l aċċess għal professjoni il korpi professjonali jistgħu jistabbilixxu ezamijiet tal kompetenzi u jinfurzaw kodiċi etiku Jista jkun hemm diversi korpi bħal dawn għal professjoni waħda f pajjiz wieħed bħal perezempju l korpi tal kontabilita tar Renju Unit ACCA CAI CIMA CIPFA ICAEW u ICAS li kollha ngħataw ir Royal Charter l ekwivalenti ta warrant għalkemm il membri tagħhom mhux neċessarjament kollha għandhom il kwalifiki u joperaw flimkien ma korpi ulterjuri AAPA IFA CPAA Ezempju ieħor ta korp regolatorju li jirregola professjoni huwa l Unjoni tal Għalliema Professjonali ta li tirregola l imġiba id drittijiet l obbligi u d dmirijiet tal għalliema bis salarju li jaħdmu fl istituzzjonijiet edukattivi f Hong Kong Il professjoni ta hija rregolata ħafna f xi pajjizi ez il Kanada u l Istati Uniti b sistema rigoruza tal għoti tal liċenzji għall inġiniera professjonali li tikkontrolla l prattika izda mhux f pajjizi oħra ez ir Renju Unit fejn it titli u l kwalifiki huma rregolati izda l prattika mhijiex Tipikament l individwi huma meħtieġa skont il liġi jkunu kkwalifikati minn korp professjonali lokali qabel ma jitħallew jipprattikaw dik il professjoni Madankollu f xi pajjizi l individwi ma jistgħux ikunu meħtieġa skont il liġi jkunu kkwalifikati minn tali korp professjonali biex jipprattikaw bħall kaz tal kontabilita fir Renju Unit għajr xogħol tal awditjar u tal insolvenza li legalment jirrikjedu kwalifika minn korp professjonali F kazijiet bħal dawn il kwalifika mill korpi professjonali effettivament għadha kkunsidrata bħala prerekwizit għall prattika mill biċċa l kbira ta min iħaddem u l klijenti jistipulaw li l individwi għandu jkollhom il kwalifiki qabel ma jqabbduhom għas servizzi tagħhom Perezempju sabiex wieħed isir professjonist tat tagħlim bil kwalifiki meħtieġa f Hong Kong u jaħdem fi skola ffinanzjata mill istat gvern wieħed jeħtieġ li jkollu Diploma ta wara l Baċellerat fl Edukazzjoni PGDE jew Baċellerat fl Edukazzjoni B Ed f istituzzjoni edukattiva terzjarja jew f universita Dan ir rekwizit ġie stabbilit mill Uffiċċju tad Dipartiment tal Edukazzjoni ta Hong Kong li huwa d dipartiment governattiv li jirregola s settur tal edukazzjoni ta Hong Kong Iktar qariAbbott A 1998 The theory of professions Chicago IL University of Chicago Press Brint Steven 1994 In an Age of Experts The Changing Roles of Professionals in Politics and Public Life Princeton University Press Penelope J Corfield Power and the Professions in Britain 1700 1850 Routledge Londra 1995 Yves Dezalay and David Sugarman Professional Competition and Professional Power Routledge 1995 ISBN 0 203 97721 1 Eliot Freidson Professional Powers A Study of the Institutionalization of Formal Knowledge Chicago University of Chicago Press 1986 ISBN 0 226 26225 1 Joseph M Jacob Doctors and Rules A Sociology of Professional Values Transaction Publishers New Brunswick u Londra 1999 Montgomery Jonathan 1989 Medicine Accountability and Professionalism Journal of Law and Society 16 3 319 39 Referenzi What is a Profession Professions Professionals Professionalism Australian Council of Professions ACoP www professions org au Miġbur 2021 07 05 Popat Nitin Introduction to Accounting ISBN 9781329911642 Perks R W 1993 Accounting and Society Chapman amp Hall London ISBN 0 412 47330 5 p 2 Fisher Redwood ed August 1846 Statistics of the State of New York Fisher s National Magazine and Industrial Record 3 3 234 Colman Richard 2021 07 05 Medicine is a profession not a trade bl Ingliz Ċitazzjoni journal għandha bzonn journal għajnuna The Industrial and Labour Law Digest 1926 1959 Annotated 668 Sharma and Goyal Hospital Administration And Human Resource Management 5th Ed PHI Learning p 445 Fossum John Moore Michael December 1975 The stability of longitudinal and cross sectional occupational prestige rankings Journal of Vocational Behavior 7 3 305 311 Ideas and Beliefs in Architecture and Industrial design How attitudes orientations and underlying assumptions shape the built environment Oslo School of Architecture and Design ISBN 82 547 0174 1 Alan Bullock amp Stephen Trombley The New Fontana Dictionary of Modern Thought London Harper Collins 1999 p 689 Washington as Public Land Surveyor George Washington Surveyor and Mapmaker Articles and Essays George Washington Papers Digital Collections Library of Congress Library of Congress Washington D C 20540 USA Miġbur 2021 07 05 Springfield Mailing Address 413 S 8th Street Us IL 62701 Phone 492 4241 Contact Lincoln s New Salem 1830 1837 Lincoln Home National Historic Site U S National Park Service www nps gov bl Ingliz Miġbur 2021 07 05 Surveying Thomas Jefferson s Monticello www monticello org Miġbur 2021 07 05 Washington as Public Land Surveyor George Washington Surveyor and Mapmaker Articles and Essays George Washington Papers Digital Collections Library of Congress Library of Congress Washington D C 20540 USA Miġbur 2021 07 05 Buckley J W amp Buckley M H 1974 The Accounting Profession Melville Los Angeles Quoted by Perks p 4

L-aħħar artikli
  • Ġunju 08, 2025

    Nikita Krushchev

  • Ġunju 09, 2025

    Nicolás Cotoner

  • Ġunju 09, 2025

    Nicolas Cotoner

  • Ġunju 07, 2025

    New Zealand

  • Ġunju 08, 2025

    New Aquitaine

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq