Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  Türkiyə
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Dan l artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa

M.U.S.E.U.M.

  • Paġna Ewlenija
  • M.U.S.E.U.M.
M.U.S.E.U.M.
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija.

Il-M.U.S.E.U.M. hija soċjetà fi ħdan il-Knisja Kattolika, imwaqqfa minn Dun Ġorġ Preca, iffurmata kollha kemm hi minn lajċi, irġiel u nisa li ma jiżżewġux iżda li lanqas mhuma qassisin jew sorijiet. Is-Soċjetà hija magħmula minn żewġ sezzjonijiet distinti, waħda tal-irġiel u l-oħra tan-nisa. L-għan ewlieni li fuqu tinbena s-Soċjetà huwa l-qdusija tal-membri (jew kif jissejħu "soċji") tagħha u t-tieni għan huwa t-tixrid tal-kelma ta' Alla kif imfissra u mgħallma mill-Knisja Kattolika. Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija tagħraf bħala Patrun tagħha lil San Ġwann Battista.

Biex wieħed isir soċju tal-M.U.S.E.U.M. irid ikun għalaq 18-il sena, jgħix ħajja ċelibi, jaf jaqra u jikteb bil-lingwa tal-pajjiż, ta' kondotta tajba u għamel kors ta' tħejjija msejjaħ "responsorju".

Is-Soċjetà rat il-bidu tagħha fl-ewwel xhur tal-, fil-Ħamrun, f'post fqir minn kollox iżda għani fl-imħabba lejn il-proxxmu u t-tagħlim. Illum f'Malta u f'Għawdex, kważi kull raħal għandu Dar tal-MUSEUM (Qasam, kif isibuha s-soċji). Is-Soċjetà għandha wkoll oqsma u skejjel oħra fl-Awstralja, fil-Kenja, fil-Perù, f'Londra u fl-Albanija, u mill-2011 fil-Polonja u f'Kuba.

Bidu tas-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M

Għall-ħabta tal-1906, Dun Ġorġ, li kien għadu ma sarx saċerdot kien beda jiltaqa’ ma’ xi żgħażagħ f’għalqa quddiem il-knisja ta' San Gejtanu l-Ħamrun. Hemm saru ħbieb u kien joqgħod ikellimhom u jgħallimhom. Minn fost dawn iż-żgħażagħ li kienu jiltaqgħu fil-għalqa, Dun Ġorġ darba ġibed fil-ġenb lil Ewġenju Borg, żagħzugħ fuq ruħu, u qallu: “Nhar il-Ħadd waranofsinhar immorru passiġġata flimkien. Ġib miegħek biċċa ħobż, basla, biċċa ġobon u flixkun inbid.” Qallu wkoll iġib miegħu l-Bibbja u ftiehmu dwar il-ħin. Il-Ħadd wasal u xħin iltaqgħu, qabdu t-triq tar-raba’, in-naħa ta’ Santa Venera, daħlu f’għalqa, sabu siġra tal-ħarrub u poġġew taħtha jistrieħu fuq blata. Hemmhekk, Dun Ġorġ qagħad jispjega l-Bibbja lil Ewġenju Borġ. U dawn il-laqgħat komplew isiru. Kienu fost l-ewwel laqgħat li minnhom żviluppat is-Soċjetà tal-Museum.

Ftit wara li Dun Ġorġ Preca sar saċerdot fit-22 ta’ Diċembru tal-1906, mar iqerr għand il-konfessur tiegħu, Dun Alwiġ Attard. Kif kien lesta mill-qrar u rċieva l-assoluzzjoni, Dun Ġorġ talab parir lil Dun Alwiġ u qallu bil-pjanijiet li kellu biex jibda soċjetà tat-tagħlim Nisrani. Dun Alwiġ ħares lejh u wieġbu: “Mur u iftaħ, u agħmel il-mezzi.” U Dun Ġorġ hekk għamel. Kien jgħid li li kieku Dun Alwiġ qallu: “Tagħmel xejn” hu kien jobdih. Kien it-Tnejn 4 ta’ Marzu 1907 meta ż-żgħażagħ li s-soltu kienu jiltaqgħu ma’ Dun Ġorġ saru jafu li Dun Ġorġ kien kera post għalihom. Il-Ħamis ta’ wara, 7 ta’ Marzu 1907 kera l-mezzanin numru 6 fi Triq Fra Diegu, il-Ħamrun u bdew jiltaqgħu hemm, jitgħallmu minn Dun Ġorġ. Dan il-post kienu jgħidulu n-‘Numru Sei’.

Il-viżjoni tas-Salib tal-Marsa

Dun Ġorġ kien iħobb jirrakkonta din id-dehra li kellu: Jgħid li darba kien għaddej minn ħdejn is-Salib tal-Marsa u hemm jara tifel ta’ tnax-il sena qed jiġbed, b’ħabel isfar, karru b’roti baxxi iżda sodi, u li fuqu kellu qoffa mimlija żibel. It-tifel resaq lejn Dun Ġorġ u b’ton ta’ kmand qallu: “Agħtini l-għajnuna.” U Dun Ġorġ, kollu umiltà, la qagħad iqis li kien bis-suttana u bil-kappell ta’ qassis u lanqas x’jistgħu jgħidu n-nies fuqu, medd idu u beda jimbotta. U dak il-ħin ħakmitu ħlewwa tas-sema li ma setax ifisser u filgħaxija sab ruħu d-dar bla ma jaf fejn wassal lit-tifel li kien imbottalu l-karru, jekk hux Ħal Qormi, il-Ħamrun jew band’oħra. Biss, meta qagħad jaħseb fuq dil-biċċa, Dun Ġorġ beda jgħid: “Dak it-tifel ta’ tnax-il sena kien bħal Ġesù ta’ tnax-il sena jiddisputa fit-tempju; iż-żibel hu mxebbah minn Kristu mat-tagħlin: bħalma d-demel ikabbar il-pjanti, it-tagħlim ikabbar lir-ruħ. Il-ħabel isfar hu l-għaqda mal-Papa u l-karru b’roti baxxi iżda sodi ma tistax tkun ħaġ'oħra ħlief is-Soċjetà tal-Museum. Jien nimbotta l-karru u Ġesù jimxi quddiem. Hu jgħaddina minn fuqiex irid - fjuri jew tajn! Għalhekk fid-diffikultajiet, hu Kristu li qed imexxi u jien u s-soċi nimbuttaw il-karru tiegħu!”

L-Isem tas-Soċjetà

In-Numru Sei

Fl-ewwel sitt xhur tas-Soċjetà, minn Frar sa Lulju 1907, is-Soċjetà kienet għadha bla isem, u bejniethom iż-żgħażagħ kienu jirreferu għaliha bħala n-Numru Sei, għan-numru tal-bieb tad-dar fejn kienu jiltaqgħu.

Mużew u M.U.S.E.U.M.

Meta Dun Ġorġ Preca ried jagħti isem lis-Soċjetà tiegħu, wieħed mill-ewlenin soċji, Salvu Muscat, issuġġerixxa l-isem Mużew għax fih wieħed isib tagħlim siewi li jagħti l-paċi lill-qalb il-bniedem. Sħabu, kollhom entużjażmu, għollewh fuq l-ispallejn, ħarġuh barra u b’qoxra ta’ rummiena kiteb fuq il-koxxa tal-bieb ta' barra il-kelma “MUŻEW”. Ftit wara, Dun Ġorġ ta tifsira aktra xierqa lill-kelma Mużew, u ħareġ bl- bil-Latin M.U.S.E.U.M. għal Magister, Utinam Sequatur Evangelium Universus Mundus, li bil-Malti tfisser: Mgħallem, mhux li kien li d-dinja kollha timxi wara l-Evanġelju. La Mużew u lanqas MUSEUM mhu l-isem uffiċjali tas-Soċjetà "imma għall-poplu kollu ta' Malta u Għawdex, dan kellu jkun il-veru isem tas-Soċjetà" u l-membri tagħha għadhom magħrufa sal-lum bħala "tal-Mużew". Ċentru jew dar, li iktar tard beda jissejjaħ "Qasam", beda jissejjaħ ukoll "mużew". Biż-żmien anke l-katekiżmu mgħallem minn nies oħra li mhumiex membri tas-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. beda jissejjaħ minn ħafna "mużew", tant kemm l-isem qabad.

L-Isqof , li kien Isqof bejn l-1889 u l-1914, ried ineħħi l-isem MUSEUM għax ma kienx jogħġbu. Dun Ġorġ jgħid li ma rnexxilux għax l-isem kien laħaq qabad wisq:

“ Monsignor Pace... non piacendogli questo nome, ma aveva ordinato di cambiarlo in altro nome, ma non mi è riuscito di farlo. ”

L-Għaqda tal-Papidi u l-Papidissi

Fl-ewwel Regola jew Kostituzzjonijiet tas-Soċjetà li nkitbu qabel l-1917, Dun Ġorġ ma jsemmi mkien l-isem Mużew jew M.U.S.E.U.M. imma sejħilha "L-Għaqda tal-Papidi u l-Papidissi" jiġifieri "L-Għaqda ta' Wlied Papa" biex, fi kliemu, "inżommha mbiegħda minn kull suspett ta' ereżija."

Istitut ta' San Ġwann Prekursur

Meta fl-1916, Kummissjoni maħtura mill-Isqof li nvestigat lis-Soċjetà, din issejħet Institum S. Joannis Praecursoris, billi dan huwa l-Qaddis Patrun tagħha, għalkemm il-Kummissjoni ssejħet "Commissione riguardante i così detti 'Musei'".

Soċjetà tad-Duttrina Nisranija

Wara l-approvazzjoni tas-Soċjetà mill-awtoritajiet ekkleżjastiċi fl-1932, Dun Ġorġ beda jsejħilha Soċjetà tad-Duttrina Nisranija kif jidher fl-Assenjatur ta' April 1933 bit-titlu "SOCIETÀ DELLA DOTTRINA CRISTIANA, volgarmente detta M.U.S.E.U.M."

Termini użati mis-Soċjetà tal-MUSEUM

  • Is-Soċjetà hija l-kelma użata mis-soċji ħafna drabi biex jirreferu għall-ġerarkija tas-Soċjetà tal-MUSEUM.
  • Il-Fundatur: hija l-kelma użata mis-soċji biex jirreferu għal San Ġorġ Preca.
  • Il-Qasam huwa ċ-ċentru jew dar tat-tagħlim fejn jiltaqgħu t-tfal, iż-żgħażagħ u l-membri għal-laqgħat tagħhom; Dun Ġorġ ħa dan it-terminu mill-ħajja tar-raba', fl-inkwadratura tas-sejħa ta' Kristu għall-“ħaddiema fil-ħsad tiegħu”. Qasam jiftaħ kuljum barra nhar t’Erbgħa, għax dakinhar il-membri jkollhom laqgħa flimkien fid-Dar Ġenerali tagħhom, il-Blata l-Bajda.
  • Is-Superjur huwa l-persuna responsabbli mit-tmexxija tal-Qasam. Fil-ħsieb ta' Dun Ġorġ, li tkun superjur tfisser taqdi u mhux li tkun "superjuri" għall-oħrajn. F'Qasam ikun hemm superjur wieħed. Il-membri l-oħra li jgħallmu jissejħu prefetti jew katekisti.
  • L-Annimatur huwa l-persuna responsabbli minn numru ta' oqsma, propjament illum jissejjaħ is-Superjur tal-K.E.R. - Kunsill Eżekuttiv Reġjonali. Qabel kien jissejjaħ is-Superjur tal-Korp Bon Ordni, minn fejn ġej l-isem.
  • Il-Prefett huwa katekist ta' klassi tat-tfal il-kbar.
  • Soċju hija kelma oħra flok membru tal-MUSEUM. Biex tkun soċju trid tkun għalaqt it-18-il sena u ġejt inkorporat fis-Soċjetà b'ċeremonja apposta.
  • L-Assenjatur: Kuljum wara l-laqgħat tat-tfal, is-soċji jiltaqgħu flimkien għal siegħa ta' studju u talb, skond kif assenjati.
  • Arloġġ Mużewmin: It-talb preskritt li kull soċju obbligat jagħmel, minn fuq ktieb ta' talb miktub minn Dun Ġorġ.
  • Qagħda: riflessjoni mill-Iskrittura li ssir bejn is-soċji l-Ħadd filgħodu

Id-Dar Ġenerali u l-Kappella tal-Madonna tal-Midalja Mirakoluża

Dawn jinsabu l-Blata l-Bajda, f'post fejn qabel kien ċimiterju tal-kolera. It-tħaffir tal-art, li fiha madwar 500 qasba kwadru, beda fil-15 ta’ Awissu 1954. Mid-Dar Ġenerali joħorġu d-direttivi u l-amministrazzjoni tal-fergħat kollha tas-Soċjetà tal-MUSEUM ta’ Malta u Għawdex. Fl-auditorium kbir tad-Dar Ġenerali issir il-Laqgħa ta' kull nhar t'Erbgħa għas-soċji u l-kandidati kollha ta' Malta. L-ewwel ġebla tal-Kappella tqiegħdet fit-23 ta’ Frar 1958, mill-Arċisqof Gonzi u tbierket u nfetħet ufficjalment mil-istess Isqof fit-13 ta’ Mejju 1964. Din il-kappella, li hi ddedikata lil-Madonna tal-Midalja Mirakoluża fuq stil klassiku modern u tesa’ 320 ruħ, għandha l-għamla tal-kappella ta’ Sarria tal-Furjana. Saret fuq id-disinn ta' Ġużè Damato. Fl-1962, fuq il-bieb tal-kappella minn barra tqiegħdet statwa tal-Madonna bilqiegħda filwaqt li sena wara ttellgħet fuq l-antenna ta’ din il-kappella statwa tal-bronż ta’ Ġesù Feddej. F’din il-kappella nsibu wkoll, għall-qima tal-pubbliku, statwa tax-xama’ ta’ San Ġorġ Preca, kif ukoll id-demm ta’ dan il-qaddis li kien ħadlu t-Tabib Lawrance Spiteri. Taħt l-istatwa tax-xama' jinstab il-fdal ta’ San Ġorġ Preca.

Il-Kooperaturi

Nhar is-17 ta’ Ottubru 1960, il-Knisja f’Malta approvat il-Fergħa tal-Kooperaturi fi ħdan is-Soċjetà tal-MUSEUM, fuq xewqa tal-Fundatur San Ġorġ Preca. Hija fergħa li għandha wkoll l-istorja tagħha, xi drabi mqallba, l-aktar fil-bidu sakemm saret parti mis-Soċjetà tal-Museum. Imma Dun Ġorġ berikha, u anke meta kienet għadha mhijiex parti mis-Soċjetà, Dun Ġorġ qatt ma fixkilha. Fl-1952, lil Patri Mikiel Fsadni kien kitiblu, “Jiena lill-Arċisqof infurmajtu fuq il-fedeltà tagħhom biex ma jimpedixxihomx. Għedtlu li jinġabru biex ma jitilfux it-tagħlim li ħadu mill-Mużew, u ma ddiżapprovahomx.” Fl-1956, lil Lewis Endrich, ex-soċju li ħames snin qabel beda dan il-proġett, Dun Ġorġ kitiblu hekk: “Jiena ġejt fit-tagħrif ta’ din il-kongregazzjoni u approvajtha. Mhux biss, iżda rrikmandajtha lis-Soċjetà biex hija tista’ tingħata l-għajnuna. Alla bierek lil din l-Għaqda...” Mill-istess ittra lil Endrich, jidher ċar li Dun Ġorġ ma riedx li din l-Għaqda tkun biss għall-ex-soċji, iżda riedha “kongregazzjoni li tħaddan kull membru mifrud mis-Soċjetà, u ta’ rġiel oħra, biex it-tagħlim li inti xrobt mis-Soċjetà... ma jmurx mar-riħ, iżda jibqa’ kkultivat.” Il-Kooperaturi rġiel ilaħħqu mal-mija u tletin membru u jiltaqgħu l-Furjana kull nhar ta’ Erbgħa u kull nhar ta’ Sibt. Huma attivi wkoll il-Ħamrun, Raħal Ġdid, Ħal-Qormi, iż-Żejtun, Għawdex u anke l-Awstralja. Il-Kooperaturi nisa jiltaqgħu darba f’xahar il-Gudja, Ħal-Għaxaq, il-Ħamrun, Raħal Ġdid, u Ħal-Qormi, u jkollhom laqgħa ġenerali tliet darbiet f’sena ġewwa l-Blata l-Bajda. Nirringrazzjaw lil Alla għal din il-Fergħa tal-Kooperaturi u nkomplu nitolbu għalihom, filwaqt li nibqgħu nfittxu modi ġodda kif nilħqu iktar u iktar nies.

Skola St. Michael

Is-Soċjetà tal-MUSEUM, għal ħafna snin, għenet lil ħafna tfal f'dik li hi skola. Dun Ġorġ Preca "dejjem xtaq li s-soċji jkunu jgħallmu fl-iskejjel." Iżda sal-1946 qatt ma kellha skola tagħha. Illum l-Iskola St. Michael, skola sekondarja tal-Knisja immexxija mill-MUSEUM, li twaqqfet fl-1946 minn Toni Agius (magħruf bħala s-Sur Agius), li dak iż-żmien kien jaħdem bħala fitter fit-Tarzna, tilqa' fiha 340 student subien ġejjin minn diversi lokalitajiet f'Malta, li għandhom bejn 11 u 16-il sena. Sal-2005, l-impjegati tal-Iskola riedu jkunu kollha soċji rġiel tal-MUSEUM. Illum dan jgħodd biss għat-Tim Amministrattiv, għalkemm fl-2010, minn 30 għalliem, nofshom huma wkoll soċji tal-MUSEUM. Ħames soċji li kienu għalliema f'St. Michael illum huma missjunarji tas-Soċjetà tal-MUSEUM f'pajjiżi oħra: fl-Albanija, fil-Peru, fil-Kenja, u fil-Polonja.

Il-Librerija Preca

Il-Librerija Preca fil-Blata l-Bajda twaqqfet fl-1973 mis-Soċjetà tal-MUSEUM biex tagħti servizz lill-membri tagħha stess fit-taħriġ, preparazzjoni u mezzi ta’ għajnuna għall-kateketika bħalma huma visual aids, katekiżmi, kotba ta' qari spiritwali, u rigali reliġjużi. Aktar ’il quddiem, din kibret u estendiet is-servizz tagħha lill-pubbliku inġenerali. Fiha wieħed isib għażla vasta ta’ materjal kemm bħala qari kif ukoll għal rigali u tifkiriet oħra. Dawn jinkludu CDs, DVDs, enċikliki, kotba għat-tfal ta’ età primarja, għall-pre-adolexxenti, żgħażagħ, għarajjes, koppji, trobbija ta’ tfal, anzjani, posters, bookmarks, u ħafna oħrajn. Qabel il-qligħ, l-għan prinċipali tal-Librerija Preca hu li l-messaġġ reliġjuż jinxtered u jidħol fid-djar Maltin.

L-Istamperija Veritas

Is-Soċjetà ilha snin tippubblika xogħlijiet ta' natura reliġjuża, speċjalment, għalkemm mhux biss, bil-Malti. Is-Soċjetà għandha stamperija għall-użu tagħha stess, il-Veritas Press, li wkoll tispeċjalizza fl-istampar ta' xogħlijiet reliġjużi, fost oħrajn.

Superjuri Ġenerali tas-Soċjetà tal-MUSEUM

  • Ewġenju Borg (1911 - 1967)
  • Francesco (Ċikku) Saliba (1967 - 1983)
  • Victor Delicata (1983 - 2009)
  • Natalino Camilleri (2009 - 2021)
  • Roberto Zammit (2021 - )

Sal-2009, is-Superjur Ġenerali kien ukoll is-Superjur Reġjonali ta' Malta. Dan ma baqax hekk wara r-riżenja tas-Sur Delicata fl-2009.

Pubblikazzjonijiet

  • Kalendarju Museumin, Kalendarju Museumin, rivista ta’ kull xahrejn għall-membri.
  • Gwida għal Min Jgħallem, rivista kateketika ta’ kull xahrejn.
  • Xehda Għasel, rivista għat-tfal u żgħażagħ ta’ kull xahrejn.
  • Rivista ta’ Spiritwalità, toħroġ kull tliet xhur.
  • Dun Ġorġ, Rivista dwar San Ġorġ Preca, toħroġ darbtejn fis-sena.
  • Preca Calling, rivista bl-Ingliż għall-Membri barra minn Malta, kull tliet xhur.
  • Il-Paċi Magħkom – ġurnalin ta’ kull xahrejn għal kulħadd.

Ħoloq esterni

  • http://www.sdcmuseum.org - Sit uffiċjali tal-MUSEUM
  • http://www.sdcprecaoz.org - Sit tal-MUSEUM tal-Awstralja
  • - Sit tal-MUSEUM San Ġiljan

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 11 Ġun, 2025 / 00:05

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar M.U.S.E.U.M., X'inhi M.U.S.E.U.M.? Xi tfisser M.U.S.E.U.M.?

Dan l artiklu għandu bzonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il fatti u perspettivi dwar is suġġett Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l artiklu skont il konvenzjonijiet tal Wikipedija Il M U S E U M hija soċjeta fi ħdan il Knisja Kattolika imwaqqfa minn Dun Ġorġ Preca iffurmata kollha kemm hi minn lajċi irġiel u nisa li ma jizzewġux izda li lanqas mhuma qassisin jew sorijiet Is Soċjeta hija magħmula minn zewġ sezzjonijiet distinti waħda tal irġiel u l oħra tan nisa L għan ewlieni li fuqu tinbena s Soċjeta huwa l qdusija tal membri jew kif jissejħu soċji tagħha u t tieni għan huwa t tixrid tal kelma ta Alla kif imfissra u mgħallma mill Knisja Kattolika Is Soċjeta tad Duttrina Nisranija tagħraf bħala Patrun tagħha lil San Ġwann Battista Biex wieħed isir soċju tal M U S E U M irid ikun għalaq 18 il sena jgħix ħajja ċelibi jaf jaqra u jikteb bil lingwa tal pajjiz ta kondotta tajba u għamel kors ta tħejjija msejjaħ responsorju Is Soċjeta rat il bidu tagħha fl ewwel xhur tal fil Ħamrun f post fqir minn kollox izda għani fl imħabba lejn il proxxmu u t tagħlim Illum f Malta u f Għawdex kwazi kull raħal għandu Dar tal MUSEUM Qasam kif isibuha s soċji Is Soċjeta għandha wkoll oqsma u skejjel oħra fl Awstralja fil Kenja fil Peru f Londra u fl Albanija u mill 2011 fil Polonja u f Kuba Bidu tas Soċjeta tal M U S E U MGħall ħabta tal 1906 Dun Ġorġ li kien għadu ma sarx saċerdot kien beda jiltaqa ma xi zgħazagħ f għalqa quddiem il knisja ta San Gejtanu l Ħamrun Hemm saru ħbieb u kien joqgħod ikellimhom u jgħallimhom Minn fost dawn iz zgħazagħ li kienu jiltaqgħu fil għalqa Dun Ġorġ darba ġibed fil ġenb lil Ewġenju Borg zagħzugħ fuq ruħu u qallu Nhar il Ħadd waranofsinhar immorru passiġġata flimkien Ġib miegħek biċċa ħobz basla biċċa ġobon u flixkun inbid Qallu wkoll iġib miegħu l Bibbja u ftiehmu dwar il ħin Il Ħadd wasal u xħin iltaqgħu qabdu t triq tar raba in naħa ta Santa Venera daħlu f għalqa sabu siġra tal ħarrub u poġġew taħtha jistrieħu fuq blata Hemmhekk Dun Ġorġ qagħad jispjega l Bibbja lil Ewġenju Borġ U dawn il laqgħat komplew isiru Kienu fost l ewwel laqgħat li minnhom zviluppat is Soċjeta tal Museum Ftit wara li Dun Ġorġ Preca sar saċerdot fit 22 ta Diċembru tal 1906 mar iqerr għand il konfessur tiegħu Dun Alwiġ Attard Kif kien lesta mill qrar u rċieva l assoluzzjoni Dun Ġorġ talab parir lil Dun Alwiġ u qallu bil pjanijiet li kellu biex jibda soċjeta tat tagħlim Nisrani Dun Alwiġ ħares lejh u wieġbu Mur u iftaħ u agħmel il mezzi U Dun Ġorġ hekk għamel Kien jgħid li li kieku Dun Alwiġ qallu Tagħmel xejn hu kien jobdih Kien it Tnejn 4 ta Marzu 1907 meta z zgħazagħ li s soltu kienu jiltaqgħu ma Dun Ġorġ saru jafu li Dun Ġorġ kien kera post għalihom Il Ħamis ta wara 7 ta Marzu 1907 kera l mezzanin numru 6 fi Triq Fra Diegu il Ħamrun u bdew jiltaqgħu hemm jitgħallmu minn Dun Ġorġ Dan il post kienu jgħidulu n Numru Sei Il vizjoni tas Salib tal Marsa Dun Ġorġ kien iħobb jirrakkonta din id dehra li kellu Jgħid li darba kien għaddej minn ħdejn is Salib tal Marsa u hemm jara tifel ta tnax il sena qed jiġbed b ħabel isfar karru b roti baxxi izda sodi u li fuqu kellu qoffa mimlija zibel It tifel resaq lejn Dun Ġorġ u b ton ta kmand qallu Agħtini l għajnuna U Dun Ġorġ kollu umilta la qagħad iqis li kien bis suttana u bil kappell ta qassis u lanqas x jistgħu jgħidu n nies fuqu medd idu u beda jimbotta U dak il ħin ħakmitu ħlewwa tas sema li ma setax ifisser u filgħaxija sab ruħu d dar bla ma jaf fejn wassal lit tifel li kien imbottalu l karru jekk hux Ħal Qormi il Ħamrun jew band oħra Biss meta qagħad jaħseb fuq dil biċċa Dun Ġorġ beda jgħid Dak it tifel ta tnax il sena kien bħal Ġesu ta tnax il sena jiddisputa fit tempju iz zibel hu mxebbah minn Kristu mat tagħlin bħalma d demel ikabbar il pjanti it tagħlim ikabbar lir ruħ Il ħabel isfar hu l għaqda mal Papa u l karru b roti baxxi izda sodi ma tistax tkun ħaġ oħra ħlief is Soċjeta tal Museum Jien nimbotta l karru u Ġesu jimxi quddiem Hu jgħaddina minn fuqiex irid fjuri jew tajn Għalhekk fid diffikultajiet hu Kristu li qed imexxi u jien u s soċi nimbuttaw il karru tiegħu L Isem tas SoċjetaIn Numru Sei Fl ewwel sitt xhur tas Soċjeta minn Frar sa Lulju 1907 is Soċjeta kienet għadha bla isem u bejniethom iz zgħazagħ kienu jirreferu għaliha bħala n Numru Sei għan numru tal bieb tad dar fejn kienu jiltaqgħu Muzew u M U S E U M Meta Dun Ġorġ Preca ried jagħti isem lis Soċjeta tiegħu wieħed mill ewlenin soċji Salvu Muscat issuġġerixxa l isem Muzew għax fih wieħed isib tagħlim siewi li jagħti l paċi lill qalb il bniedem Sħabu kollhom entuzjazmu għollewh fuq l ispallejn ħarġuh barra u b qoxra ta rummiena kiteb fuq il koxxa tal bieb ta barra il kelma MUZEW Ftit wara Dun Ġorġ ta tifsira aktra xierqa lill kelma Muzew u ħareġ bl bil Latin M U S E U M għal Magister Utinam Sequatur Evangelium Universus Mundus li bil Malti tfisser Mgħallem mhux li kien li d dinja kollha timxi wara l Evanġelju La Muzew u lanqas MUSEUM mhu l isem uffiċjali tas Soċjeta imma għall poplu kollu ta Malta u Għawdex dan kellu jkun il veru isem tas Soċjeta u l membri tagħha għadhom magħrufa sal lum bħala tal Muzew Ċentru jew dar li iktar tard beda jissejjaħ Qasam beda jissejjaħ ukoll muzew Biz zmien anke l katekizmu mgħallem minn nies oħra li mhumiex membri tas Soċjeta tal M U S E U M beda jissejjaħ minn ħafna muzew tant kemm l isem qabad L Isqof li kien Isqof bejn l 1889 u l 1914 ried ineħħi l isem MUSEUM għax ma kienx jogħġbu Dun Ġorġ jgħid li ma rnexxilux għax l isem kien laħaq qabad wisq Monsignor Pace non piacendogli questo nome ma aveva ordinato di cambiarlo in altro nome ma non mi e riuscito di farlo L Għaqda tal Papidi u l Papidissi Fl ewwel Regola jew Kostituzzjonijiet tas Soċjeta li nkitbu qabel l 1917 Dun Ġorġ ma jsemmi mkien l isem Muzew jew M U S E U M imma sejħilha L Għaqda tal Papidi u l Papidissi jiġifieri L Għaqda ta Wlied Papa biex fi kliemu inzommha mbiegħda minn kull suspett ta erezija Istitut ta San Ġwann Prekursur Meta fl 1916 Kummissjoni maħtura mill Isqof li nvestigat lis Soċjeta din issejħet Institum S Joannis Praecursoris billi dan huwa l Qaddis Patrun tagħha għalkemm il Kummissjoni ssejħet Commissione riguardante i cosi detti Musei Soċjeta tad Duttrina Nisranija Wara l approvazzjoni tas Soċjeta mill awtoritajiet ekklezjastiċi fl 1932 Dun Ġorġ beda jsejħilha Soċjeta tad Duttrina Nisranija kif jidher fl Assenjatur ta April 1933 bit titlu SOCIETA DELLA DOTTRINA CRISTIANA volgarmente detta M U S E U M Termini uzati mis Soċjeta tal MUSEUMIs Soċjeta hija l kelma uzata mis soċji ħafna drabi biex jirreferu għall ġerarkija tas Soċjeta tal MUSEUM Il Fundatur hija l kelma uzata mis soċji biex jirreferu għal San Ġorġ Preca Il Qasam huwa ċ ċentru jew dar tat tagħlim fejn jiltaqgħu t tfal iz zgħazagħ u l membri għal laqgħat tagħhom Dun Ġorġ ħa dan it terminu mill ħajja tar raba fl inkwadratura tas sejħa ta Kristu għall ħaddiema fil ħsad tiegħu Qasam jiftaħ kuljum barra nhar t Erbgħa għax dakinhar il membri jkollhom laqgħa flimkien fid Dar Ġenerali tagħhom il Blata l Bajda Is Superjur huwa l persuna responsabbli mit tmexxija tal Qasam Fil ħsieb ta Dun Ġorġ li tkun superjur tfisser taqdi u mhux li tkun superjuri għall oħrajn F Qasam ikun hemm superjur wieħed Il membri l oħra li jgħallmu jissejħu prefetti jew katekisti L Annimatur huwa l persuna responsabbli minn numru ta oqsma propjament illum jissejjaħ is Superjur tal K E R Kunsill Ezekuttiv Reġjonali Qabel kien jissejjaħ is Superjur tal Korp Bon Ordni minn fejn ġej l isem Il Prefett huwa katekist ta klassi tat tfal il kbar Soċju hija kelma oħra flok membru tal MUSEUM Biex tkun soċju trid tkun għalaqt it 18 il sena u ġejt inkorporat fis Soċjeta b ċeremonja apposta L Assenjatur Kuljum wara l laqgħat tat tfal is soċji jiltaqgħu flimkien għal siegħa ta studju u talb skond kif assenjati Arloġġ Muzewmin It talb preskritt li kull soċju obbligat jagħmel minn fuq ktieb ta talb miktub minn Dun Ġorġ Qagħda riflessjoni mill Iskrittura li ssir bejn is soċji l Ħadd filgħoduId Dar Ġenerali u l Kappella tal Madonna tal Midalja MirakoluzaDawn jinsabu l Blata l Bajda f post fejn qabel kien ċimiterju tal kolera It tħaffir tal art li fiha madwar 500 qasba kwadru beda fil 15 ta Awissu 1954 Mid Dar Ġenerali joħorġu d direttivi u l amministrazzjoni tal fergħat kollha tas Soċjeta tal MUSEUM ta Malta u Għawdex Fl auditorium kbir tad Dar Ġenerali issir il Laqgħa ta kull nhar t Erbgħa għas soċji u l kandidati kollha ta Malta L ewwel ġebla tal Kappella tqiegħdet fit 23 ta Frar 1958 mill Arċisqof Gonzi u tbierket u nfetħet ufficjalment mil istess Isqof fit 13 ta Mejju 1964 Din il kappella li hi ddedikata lil Madonna tal Midalja Mirakoluza fuq stil klassiku modern u tesa 320 ruħ għandha l għamla tal kappella ta Sarria tal Furjana Saret fuq id disinn ta Ġuze Damato Fl 1962 fuq il bieb tal kappella minn barra tqiegħdet statwa tal Madonna bilqiegħda filwaqt li sena wara ttellgħet fuq l antenna ta din il kappella statwa tal bronz ta Ġesu Feddej F din il kappella nsibu wkoll għall qima tal pubbliku statwa tax xama ta San Ġorġ Preca kif ukoll id demm ta dan il qaddis li kien ħadlu t Tabib Lawrance Spiteri Taħt l istatwa tax xama jinstab il fdal ta San Ġorġ Preca Il KooperaturiNhar is 17 ta Ottubru 1960 il Knisja f Malta approvat il Fergħa tal Kooperaturi fi ħdan is Soċjeta tal MUSEUM fuq xewqa tal Fundatur San Ġorġ Preca Hija fergħa li għandha wkoll l istorja tagħha xi drabi mqallba l aktar fil bidu sakemm saret parti mis Soċjeta tal Museum Imma Dun Ġorġ berikha u anke meta kienet għadha mhijiex parti mis Soċjeta Dun Ġorġ qatt ma fixkilha Fl 1952 lil Patri Mikiel Fsadni kien kitiblu Jiena lill Arċisqof infurmajtu fuq il fedelta tagħhom biex ma jimpedixxihomx Għedtlu li jinġabru biex ma jitilfux it tagħlim li ħadu mill Muzew u ma ddizapprovahomx Fl 1956 lil Lewis Endrich ex soċju li ħames snin qabel beda dan il proġett Dun Ġorġ kitiblu hekk Jiena ġejt fit tagħrif ta din il kongregazzjoni u approvajtha Mhux biss izda rrikmandajtha lis Soċjeta biex hija tista tingħata l għajnuna Alla bierek lil din l Għaqda Mill istess ittra lil Endrich jidher ċar li Dun Ġorġ ma riedx li din l Għaqda tkun biss għall ex soċji izda riedha kongregazzjoni li tħaddan kull membru mifrud mis Soċjeta u ta rġiel oħra biex it tagħlim li inti xrobt mis Soċjeta ma jmurx mar riħ izda jibqa kkultivat Il Kooperaturi rġiel ilaħħqu mal mija u tletin membru u jiltaqgħu l Furjana kull nhar ta Erbgħa u kull nhar ta Sibt Huma attivi wkoll il Ħamrun Raħal Ġdid Ħal Qormi iz Zejtun Għawdex u anke l Awstralja Il Kooperaturi nisa jiltaqgħu darba f xahar il Gudja Ħal Għaxaq il Ħamrun Raħal Ġdid u Ħal Qormi u jkollhom laqgħa ġenerali tliet darbiet f sena ġewwa l Blata l Bajda Nirringrazzjaw lil Alla għal din il Fergħa tal Kooperaturi u nkomplu nitolbu għalihom filwaqt li nibqgħu nfittxu modi ġodda kif nilħqu iktar u iktar nies Skola St MichaelIs Soċjeta tal MUSEUM għal ħafna snin għenet lil ħafna tfal f dik li hi skola Dun Ġorġ Preca dejjem xtaq li s soċji jkunu jgħallmu fl iskejjel Izda sal 1946 qatt ma kellha skola tagħha Illum l Iskola St Michael skola sekondarja tal Knisja immexxija mill MUSEUM li twaqqfet fl 1946 minn Toni Agius magħruf bħala s Sur Agius li dak iz zmien kien jaħdem bħala fitter fit Tarzna tilqa fiha 340 student subien ġejjin minn diversi lokalitajiet f Malta li għandhom bejn 11 u 16 il sena Sal 2005 l impjegati tal Iskola riedu jkunu kollha soċji rġiel tal MUSEUM Illum dan jgħodd biss għat Tim Amministrattiv għalkemm fl 2010 minn 30 għalliem nofshom huma wkoll soċji tal MUSEUM Ħames soċji li kienu għalliema f St Michael illum huma missjunarji tas Soċjeta tal MUSEUM f pajjizi oħra fl Albanija fil Peru fil Kenja u fil Polonja Il Librerija PrecaIl Librerija Preca fil Blata l Bajda twaqqfet fl 1973 mis Soċjeta tal MUSEUM biex tagħti servizz lill membri tagħha stess fit taħriġ preparazzjoni u mezzi ta għajnuna għall kateketika bħalma huma visual aids katekizmi kotba ta qari spiritwali u rigali reliġjuzi Aktar il quddiem din kibret u estendiet is servizz tagħha lill pubbliku inġenerali Fiha wieħed isib għazla vasta ta materjal kemm bħala qari kif ukoll għal rigali u tifkiriet oħra Dawn jinkludu CDs DVDs enċikliki kotba għat tfal ta eta primarja għall pre adolexxenti zgħazagħ għarajjes koppji trobbija ta tfal anzjani posters bookmarks u ħafna oħrajn Qabel il qligħ l għan prinċipali tal Librerija Preca hu li l messaġġ reliġjuz jinxtered u jidħol fid djar Maltin L Istamperija VeritasIs Soċjeta ilha snin tippubblika xogħlijiet ta natura reliġjuza speċjalment għalkemm mhux biss bil Malti Is Soċjeta għandha stamperija għall uzu tagħha stess il Veritas Press li wkoll tispeċjalizza fl istampar ta xogħlijiet reliġjuzi fost oħrajn Superjuri Ġenerali tas Soċjeta tal MUSEUMEwġenju Borg 1911 1967 Francesco Ċikku Saliba 1967 1983 Victor Delicata 1983 2009 Natalino Camilleri 2009 2021 Roberto Zammit 2021 Sal 2009 is Superjur Ġenerali kien ukoll is Superjur Reġjonali ta Malta Dan ma baqax hekk wara r rizenja tas Sur Delicata fl 2009 PubblikazzjonijietKalendarju Museumin Kalendarju Museumin rivista ta kull xahrejn għall membri Gwida għal Min Jgħallem rivista kateketika ta kull xahrejn Xehda Għasel rivista għat tfal u zgħazagħ ta kull xahrejn Rivista ta Spiritwalita toħroġ kull tliet xhur Dun Ġorġ Rivista dwar San Ġorġ Preca toħroġ darbtejn fis sena Preca Calling rivista bl Ingliz għall Membri barra minn Malta kull tliet xhur Il Paċi Magħkom ġurnalin ta kull xahrejn għal kulħadd Ħoloq esternihttp www sdcmuseum org Sit uffiċjali tal MUSEUM http www sdcprecaoz org Sit tal MUSEUM tal Awstralja Sit tal MUSEUM San Ġiljan

L-aħħar artikli
  • Ġunju 10, 2025

    Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' l-Andorra

  • Ġunju 12, 2025

    Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' San Marino

  • Ġunju 07, 2025

    Tieni Gwerra Dinjija

  • Ġunju 07, 2025

    Tieni Gwerra Dinija

  • Ġunju 12, 2025

    Tielet Repubblika Franċiża

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq