Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Karin Grech Londra Ingilterra 25 ta Lulju 1962 Malta 28 ta Diċembru 1977 bint il Professur Edwin Grech u Pearl kienet tf

Karin Grech

  • Paġna Ewlenija
  • Karin Grech
Karin Grech
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Karin Grech (Londra, Ingilterra, 25 ta' Lulju 1962 - Malta, 28 ta' Diċembru 1977), bint il-Professur Edwin Grech u Pearl, kienet tfajla li nqatlet ta’ 15-il sena, kawża ta’ splużjoni li seħħet minn pakkett bomba mgeżwer f’karti tal-Milied, li ntbagħat fid-dar tal-ġenituri tagħha f'San Ġwann nhar it-28 ta' Diċembru 1977.

Karin Grech
Ħajja
Twelid Londra, 1962
Nazzjonalità Malta
Mewt , 28 Diċembru 1977
Post tad-dfin Ċimiterju tal-Addolorata
Kawża tal-mewt  ()
Familja
Missier Edwin Grech
Edukazzjoni
Lingwi Ingliż
Okkupazzjoni
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija.

Fil-preżenza ta’ ħuha Kevin, li dak iż-żmien kien għad kellu għaxar snin, Karin kienet fetħet il-pakkett li kien indirizzat lil missierha, li ħasbitu xi rigal. Hija mietet nofs siegħa wara fl-Isptar San Luqa, kawża tal-ġrieħi li ġarrbet minħabba ħruq f’diversi partijiet ta’ ġisimha.

Fil-quddiesa tal-Funeral, l-Arċisqof Mikiel Gonzi kien sejjaħ il-qtil ta' Karin Grech "l-ewwel att terroristiku fil-pajjiż."

Bijografija

Karin kienet l-ewwel wild tal-Professur Edwin Grech li fl-1958 kien tela' l-Ingilterra biex jispeċjalizza fil-ġinekoloġija. Fl-1961, iżżewweġ f'Barth lil Pearl Theresa Bryant minn Somerset. Dik is-sena marru jgħixu Londra.

Karin tgħammdet fil-Knisja Kattolika ta' St. Albans, fil-Majjistral ta' Londra, fit-12 ta' Awwissu 1962. In-nanniet tagħha, il-ġenituri ta' missierha, Vincent u Maria kienu l-parrini tagħha.

Fl-1964, il-Professur mar bil-familja f', l-Uganda, fejn damu sal-1973. Ta' sentejn u nofs, Karin bdiet tattendi l-Kindergarten ta' Kampala. Fl-1972, daħlet fi skola tal-borders sal-1974. Kienet tifla kreattiva u taf iddoqq sew il-pjanu.

Fl-1971 kienet ġiet Malta u għamlet xi żmien fl-Iskola tad-Dorotej l-Imdina.

Fl-1974, il-Professur mar bil-familja fiż-Żambja.

F'Awwissu 1977, Karin kienet għall-vaganzi tas-sajf f'Malta mal-familja.

F'Settembru 1977, Karin marret l-Ingilterra għax f'Jannar 1978 riedet tagħmel l-eżamijiet tal-GCE.

Fil-15 ta' Diċembru 1977, Karin ġiet Malta għall-vaganzi tal-Milied.

Fit-28 ta’ Diċembru 1977, inqas minn tliet xhur wara li missierha beda jirrendi s-servizzi tiegħu lill-Gvern ta’ Malta, wasal bil-posta fir-residenza tagħhom envelopp kbir kannella li fih kien imgeżwer pakkett b’wrapping paper tal-Milied, li għall-ħabta tan-12.30p.m., meta ġie miftuħ minn Karin, sploda peress illi kien jikkontjeni materjal splussiv fih.

Karin, li dak iż-żmien kellha 15-il sena, sofriet ġrieħi gravi fl-isplużjoni u mietet nofs siegħa wara fl-Isptar San Luqa. Ħuha Kevin ukoll kien sofra ġrieħi gravi u kellu bżonn kura barra mill-pajjiż.

Ftit qabel, il-Professur Grech kien ġie mwissi, f’daru stess u fil-prezenza tal-familja tieghu, bil-kliem "don't forget that you have children" — kliem li kellu jirrizulta tragikament profetiku.

Il-Kwistjoni tat-Tobba

Għall-ħabta ta’ Awwissu 1977, il-Professur Edwin Grech kien qiegħed għall-vaganzi f'Malta u kien qed jaħseb biex imur lura jagħti s-servizzi tiegħu fir-Renju Unit, meta f’Malta kienet għaddejja kwistjoni industrijali bejn il-Gvern u l-Assoċjazzjoni Maltija tat-Tobba, il-MAM. Kien il-Gvern Malti li kkuntattja lill-Professur Grech u talbu jibqa' Malta biex ikompli jagħti s-servizzi tiegħu bħala Konsulent u Kap tad-Dipartiment tal-Ostetrija u l-Ġinekoloġija fl-Isptar San Luqa.

Il-Professur aċċetta li jinżel Malta u jkompli bis-servizzi tiegħu sakemm tintemm it-tilwima industrijali. Ġara li l-kwistjoni industrijali twalet ferm u ferm aktar milli qatt kien maħsub, tant li l-Professur kien għadu f’pajjiżna meta seħħet it-traġedja fid-dar tiegħu, fit-28 ta’ Diċembru, 1977.

L-Investigazzjoni

Minkejja li għaddew ħafna snin, il-każ għadu u mhux solvut u għadu mhux stabbilit min wettaq id-delitt, l-investigazzjonijiet tal-pulizija fuq il-każ għadhom għaddejjin, u-Inkjesta Maġisterjali għadha miftuħa. Mill-2008 'l hawn, il-Pulizija kienet qiegħda tkellem grupp ta’ persuni li fl-investigazzjonijiet ta' qabel, ma kinux ġew interrogati mill-Pulizija.

Fl-2009, il-ġurnal It-Torċa irraporta li l-Pulizija Maltija tefgħet għajnejha fuq numru żgħir ħafna ta’ tobba Maltin residenti fl-Ingilterra, li kienu magħrufa għar-rabtiet fil-qrib mal-Partit Nazzjonalista fiż-żmien l-istrajk tat-tobba tal-1977. Irraporta ukoll li kienu investigati wkoll kitbiet fil-British Medical Journal li dehru fl-1977.

Kumpens lill-familja

Sadanittant, fl-aħħar ta' Novembru 2010, il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili ordnat lill-Prim Ministru, bħala l-Kap tal-Gvern Malti, biex jagħti s-somma ta’ €419,287 lill-Professur Edwin Grech u lill-familja tiegħu bħala kumpens għall-qtil politiku ta’ Karin. Fil-kummenti tiegħu għal din l-aħbar, il-Professur Grech qal li din tiftaħlu ħafna bibien fl-investigazzjoni tiegħu biex jgħin lill-Pulizija tasal għall-qattiel jew qattiela. Fl-istess waqt, huwa wera diżappunt kbir għall-mod kif il-Pulizija investigat il-qtil ta’ bintu.

L-Imħallef Raymond Pace, li ppresieda l-kawża, fisser in-nuqqas tal-Gvern milli jagħti kumpens għal dawn is-snin kollha bħala trattament diskrimi­natorju fuq bażi politika. Fis-sentenza tiegħu, l-Imħallef għamilha ċara li d-delitt seħħ bħala konsegwenza tas-servizzi li l-Professur Grech ta lill-Gvern Malti u fisser id-deċiżjoni tal-Gvern li jirrifjuta li jagħti kumpens bħala aġir diskrimintorju.

Delitt mediku-politiku

L-Imħallef Pace sostna li mill-provi, jirriżulta li l-Gvern ikkumpensa lil diversi persuni li spiċċaw vittmi minħabba ċirkostanzi pubbliċi għax taw servizz lill-Gvern jew minħabba li sofrew atti vjolenti, madankollu naqas milli jagħmel l-istess mal-familja Grech. Huwa sostna li d-delitt ta’ Karin Grech kien wieħed ta’ natura mediko-politika, frott tal-klima partikolari li nħolqot fil-kwistjoni industrija­li bejn il-Gvern u l-Assoċjazzjoni Maltija tat-Tobba.

Żied jgħid li d-deċiżjoni tal-Professur Grech li jaċċetta li jkompli jaqdi lill-pubbliku bis-servizzi mediċi tiegħu kienet suġġett ta’ tensjoni kbira għalih u għall-familja tiegħu.

Iżda l-Gvern ħabbar, ftit tal-jiem wara, li se jappella minn din is-sentenza. Minkejja li qal li se jaċċetta li jħallas il-kumpens, qal li ma jaqbilx mal-Qorti li dan kien każ politiku għax id-delitt għadu mhux solvut u għadu mhux stabbilit min wettaq id-delitt.

Nhar il-11 ta' April 2011, il-Qorti Kostituzzjonali ċaħdet l-appell imressaq mill-Gvern u kkonfermat is-sentenza li kienet tat il-Qorti Ċivili li l-qtil ta’ Karin Grech, li seħħ fit-28 ta’ Diċembru, 1977 kellu motivazzjonijiet mediċi-politiċi.

Għalkemm il-Gvern kien ikkontesta d-dikjarazzjoni li għamlet il-Qorti huwa ħallas il-kumpens lill-ġenituri ta’ Karin Grech. Għaldaqstant, la darba huwa aċċetta, u fil-fatt ħallas il-kumpens, skont il-Qorti Kostituzzjonali, dan ifisser li l-Gvern aċċetta d-dikjarazzjoni li wasslet għall-ordni tal-kumpens u għalhekk ma jistax jikkontesta iktar id-dikjarazzjoni li ngħatat.

Għibien ta' Evidenza?

Nhar is-17 ta' Novembru 2017, xahar waral-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, il-familja ta’ Karin Grech, ressqet protest ġudizzjarju fejn qed iżomm lill-Avukat Ġenerali, il-Kummissarju tal-Pulizija u d-Direttur Ġenerali tal-Qrati responsabbli għall-għibien ta’ evidenza meqjusa bħala kruċjali.

Il-Protest ikompli l-persuni msemmija huma responsabbli tan-nuqqas ta’ progress fl-investigazzjoni, iktar u iktar meta dan l-aħħar saru jafu li biċċiet mill-envelope li kellu traċċi tal-isplussiv, apparentement għebu mill-kustodja tal-Qrati. Il-familja Grech qalet li din l-evidenza setgħet tixħet dawl fuq ir-reat grazzi għal teknoloġiji u żviluppi ġodda fix-xjenza forensika f’dawn l-aħħar 40 sena.

Iżda ġimgħa wara, il-Kummissarju tal-Pulizija, l-Avukat Ġenerali u d-Direttur Ġenerali tal-Qrati tal-Ġustizzja sostnew li mhux vera ntilfet xi evidenza ewlenija mill-każ tal-assassinju ta’ Karin Grech. Huma argumentaw bi tweġiba lill-Qorti li s-suspetti huma infondati. Żiedu jgħidu li minn investigazzjonijiet li saru, dawn id-dokumenti għadhom fil-pussess tal-Maġistrat Inkwirenti.

Il-Każ tat-Tabib Paul Chetcuti Caruana

Paul Chetcuti Caruana, tabib u Membru Parlamentari Laburista bejn l-1976 u l-1981, kien irċieva bil-posta bomba li ma ħaditx fl-istess jum u ħin li pakkett simili kien impustat lit-Tabib Edwin Grech u li kienet qatlet lil bintu Karin. Bdew jinxterdu xnigħat li għax ma ħaditx il-bomba li kien irċieva Chetcuti Caruana, kien hu li għamel il-bomba li qatlet lil Karin Grech.

F'intervista li ta fl-2007, Chetcuti Caruana meta mistoqsi jafx min qatel lil Karin Grech wieġeb: “Fid-Depot naħseb jafu min hu u naħseb anki f’Tal-Pietà jafu min hu.” Qal li skond ma qalulu l-esperti l-bomba tiegħu ma ħaditx għax kien hemm xi molol imsaddin, u stqarr li hu kien se jkun “vittma ta’ frame-up mill-Pulizija” fuq dan il-każ, u akkuża lill-esperti ta’ Scotland Yard li għenu fl-investigazzjonijiet li kienu “kważi viċin li jkomplu bil-frame-up.”

Qal li fl-1991 kien hemm tentattiv li jerġa’ jsir frame-up fuqu meta programm televiżiv kien reġa’ qabad il-każ u kien wassal biex il-Pulizija televa l-marki tal-pala ta’ idejn it-tabib biex tqabbilhom ma’ dawk elevati minn fuq il-karti li kienu mgeżwra l-pakketti splussivi li ntbagħtu fl-1978, iżda spjega li kollox kien reġa’ waqa’ fil-muta wara li l-marki tal-id la qablu ma’ tiegħu u lanqas ma’ ta’ Reginald Cini li kien jgħix fl-Awstralja.

Il-Politiċi

Fil-Parlament, nhar id-19 ta’ Ġunju 1985, il-Kap tal-Oppożizzjoni Eddie Fenech Adami meta kien qiegħed iwieġeb għall-intervent tal-Ministru Laburista Alex Sciberras Trigona, kien qal: "Ngħidlek xi darba dwar Karin Grech, meta nkunu aħna fil-Gvern ngħidlek min, tikkonfondix. Nagħmlu l-investigazzjonijiet bis-serjetà u ngħidlek, mela le!"

Wara l-bidla fil-Gvern fl-1987, il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami kien ta struzzjonijiet lill-Pulizija biex jagħtu prijorità lil numru ta’ każijiet fosthom il-każ ta’ Karin Grech, iżda tul is-snin qatt ma tressaq ħadd il-qorti fuq il-każ. F'intervista li Fenech Adami ta fl-2010 huwa qal li hu kien għamel dak kollu possibbli biex il-każ ikun solvut.

Fl-2009, il-Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li "l-qtil ta' Karin Grech u l-qtil ta' Raymond Caruana, kienu delitti li saru minħabba intolleranza politika. Din l-intolleranza hija marda kiefra li l-poplu Malti u Għawdxi għandu jibqa’ jikkumbatti. Lil hinn mill-politika partiġġjana, f'dawn id-delitti ma nxteridx demm blu jew aħmar, imma demm innoċenti."

Nhar il-11 ta' April 2011, il-Partit Laburista rreaġixxa għad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell Sede Kostituzzjonali billi qal li din tpoġġi responsabbiltà kbira fuq il-Prim Ministru u l-Ka­binett li jmexxi wara li kienu huma li appellaw mid-deċiżjoni tal-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili għax ma qablux li d-delitt kien riżultat tax-xogħol li kien qed iwettaq il-Professur Grech fi żmien il-kwistjoni medikol-politika.

Waqt li ddeskriva l-appell tal-Gvern bħala wieħed insensittiv u li offenda kemm lil kull min huwa ta’ rieda tajba kif ukoll lill-familja Grech, il-Partit Laburista qal li l-fatt li l-appell kien miċħud mhux biss juri kemm il-Gvern kien żbaljat meta baqa’ jirrifjuta li jaċċetta li d-delitt kien marbut max-xogħol tal-Professur Grech imma wkoll li l-Gvern “sabbat il-bieb” f’wiċċ dawk kollha li matul is-snin għamlu sforzi kbar biex iġibu l-għaqda fil-pajjiż.

Sptar u Monument

Fl-1981, il-Gvern Laburista bena sptar għat-tfal maġenb l-Isptar San Luqa fi Gwardamangia li semmieh Sptar Karin Grech.

F'San Ġwann, hemm Ġnien Karin Grech, b'monument tagħha fih. Ta' kull sena, fl-anniversarju tal-qtil tagħha, il-Partit Laburista itella' programm ta' tifkira f'ġieħha bil-preżenza tal-qraba tagħha.

Poeżija ta' Oliver Friggieri

Fil-poeżija tiegħu "Karin u Raymond", il-poeta Oliver Friggieri ‘jżewweġ’ fil-ġenna lil Karin Grech u lil Raymond Caruana (li nhar is-6 ta’ Diċembru 1986, inqatel meta kien fil-każin Nazzjonalista tal-Gudja u xi ħadd mhux magħruf spara tiri fuq il-każin). Iżewwiġhom fil-ġenna, fejn minn hemm fuq qed jgħassu biex ma jerġax jiġri dak li ġara lilhom.

Għandhom ħolma waħda li mhi ta’ ebda partit politiku, il-ħolma li sseħħ l-għaqda fost ħuthom il-Maltin. Biex din l-għaqda sseħħ, il-Maltin ma jridux jinsew dak li ġara fl-imgħoddi. Il-memorja ta’ dawn iż-żewġ żgħażagħ maqtula għandha tiftħilna għajnejna biex ma ninsewx li aħna lkoll aħwa Maltin.


Karin u Raymond

Hawn fuq iltqajna t-tnejn għall-ewwel darba,

għarajjes li ssaħħarna minn xulxin,

għarajjes li m’hemm xejn li se jifridna,

għarajjes li noħolmu bil-Maltin.


Id’id għarajjes bojod li nittajru

fi żwieġ li ma jixjieħx matul iż-żmien,

żewġ kwiekeb li nittawlu kull flgħaxija

u ngħassu fuqkom dejjem, kullimkien.


Għassiesa t-tnejn mill-għoli fejn ninsabu,

għassiesa li ma norqdu qatt u qatt,

għassiesa biex id-demm li xerridn’aħna

ma jerġa’ jxerrdu ħadd u ħadd u ħadd.


Hemm ħolma bajda fl-għerusija tagħna

li ma jħassarha b’xejn ebda kulur,

hemm ħolma li m’hix blù w anqas m’hi ħamra,

hemm ħolma li fi żwieġ biddlet dulur.


Hemm salm li kiber fina biex nessiena

kull weġgħa, kull tifkira, kull lament,

hemm vleġġa li trid tinfed lill-qlub kollha

f’kull dar, f’kull triq, f’kull sqaq, f’kull parlament.


Hemm blata taħt għajnejna li nonġruha

filgħodu w filgħaxija t-tnejn id f’id,

hemm gżira li nsaqquha biex sa fl-aħħar

minn hawn narawha tikber f’nazzjon ġdid.


Bl-imħabba jħabbtu qlubna taħbit wieħed,

l-imħabba li żewġitna hawn fuq it-tnejn,

l-imħabba nitolbukom biex dal-kalċi

li xrobna ma nkunux xrobnieh għalxejn.


Hemm kmandament li tnissel miż-żwieġ tagħna

biex dawn id-dmija mxerrda ma jinħlewx,

ktibnieh bid-demm, tgħallmuh w għallmuh ‘l uliedkom:

il-kmandament ta’ għada: ‘La tinsewx’.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 25 Ġun, 2025 / 23:48

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Karin Grech, X'inhi Karin Grech? Xi tfisser Karin Grech?

Karin Grech Londra Ingilterra 25 ta Lulju 1962 Malta 28 ta Diċembru 1977 bint il Professur Edwin Grech u Pearl kienet tfajla li nqatlet ta 15 il sena kawza ta spluzjoni li seħħet minn pakkett bomba mgezwer f karti tal Milied li ntbagħat fid dar tal ġenituri tagħha f San Ġwann nhar it 28 ta Diċembru 1977 Karin GrechĦajjaTwelid Londra 1962Nazzjonalita MaltaMewt 28 Diċembru 1977Post tad dfin Ċimiterju tal AddolorataKawza tal mewt FamiljaMissier Edwin GrechEdukazzjoniLingwi InglizOkkupazzjoniDan l artiklu għandu bzonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il fatti u perspettivi dwar is suġġett Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l artiklu skont il konvenzjonijiet tal Wikipedija Fil prezenza ta ħuha Kevin li dak iz zmien kien għad kellu għaxar snin Karin kienet fetħet il pakkett li kien indirizzat lil missierha li ħasbitu xi rigal Hija mietet nofs siegħa wara fl Isptar San Luqa kawza tal ġrieħi li ġarrbet minħabba ħruq f diversi partijiet ta ġisimha Fil quddiesa tal Funeral l Arċisqof Mikiel Gonzi kien sejjaħ il qtil ta Karin Grech l ewwel att terroristiku fil pajjiz BijografijaIl qabar ta Grech fil qabar tal familja b bust tagħha fiċ f Raħal Ġdid Karin kienet l ewwel wild tal Professur Edwin Grech li fl 1958 kien tela l Ingilterra biex jispeċjalizza fil ġinekoloġija Fl 1961 izzewweġ f Barth lil Pearl Theresa Bryant minn Somerset Dik is sena marru jgħixu Londra Karin tgħammdet fil Knisja Kattolika ta St Albans fil Majjistral ta Londra fit 12 ta Awwissu 1962 In nanniet tagħha il ġenituri ta missierha Vincent u Maria kienu l parrini tagħha Fl 1964 il Professur mar bil familja f l Uganda fejn damu sal 1973 Ta sentejn u nofs Karin bdiet tattendi l Kindergarten ta Kampala Fl 1972 daħlet fi skola tal borders sal 1974 Kienet tifla kreattiva u taf iddoqq sew il pjanu Fl 1971 kienet ġiet Malta u għamlet xi zmien fl Iskola tad Dorotej l Imdina Fl 1974 il Professur mar bil familja fiz Zambja F Awwissu 1977 Karin kienet għall vaganzi tas sajf f Malta mal familja F Settembru 1977 Karin marret l Ingilterra għax f Jannar 1978 riedet tagħmel l ezamijiet tal GCE Fil 15 ta Diċembru 1977 Karin ġiet Malta għall vaganzi tal Milied Fit 28 ta Diċembru 1977 inqas minn tliet xhur wara li missierha beda jirrendi s servizzi tiegħu lill Gvern ta Malta wasal bil posta fir residenza tagħhom envelopp kbir kannella li fih kien imgezwer pakkett b wrapping paper tal Milied li għall ħabta tan 12 30p m meta ġie miftuħ minn Karin sploda peress illi kien jikkontjeni materjal splussiv fih Karin li dak iz zmien kellha 15 il sena sofriet ġrieħi gravi fl ispluzjoni u mietet nofs siegħa wara fl Isptar San Luqa Ħuha Kevin ukoll kien sofra ġrieħi gravi u kellu bzonn kura barra mill pajjiz Ftit qabel il Professur Grech kien ġie mwissi f daru stess u fil prezenza tal familja tieghu bil kliem don t forget that you have children kliem li kellu jirrizulta tragikament profetiku Il Kwistjoni tat TobbaGħall ħabta ta Awwissu 1977 il Professur Edwin Grech kien qiegħed għall vaganzi f Malta u kien qed jaħseb biex imur lura jagħti s servizzi tiegħu fir Renju Unit meta f Malta kienet għaddejja kwistjoni industrijali bejn il Gvern u l Assoċjazzjoni Maltija tat Tobba il MAM Kien il Gvern Malti li kkuntattja lill Professur Grech u talbu jibqa Malta biex ikompli jagħti s servizzi tiegħu bħala Konsulent u Kap tad Dipartiment tal Ostetrija u l Ġinekoloġija fl Isptar San Luqa Il Professur aċċetta li jinzel Malta u jkompli bis servizzi tiegħu sakemm tintemm it tilwima industrijali Ġara li l kwistjoni industrijali twalet ferm u ferm aktar milli qatt kien maħsub tant li l Professur kien għadu f pajjizna meta seħħet it traġedja fid dar tiegħu fit 28 ta Diċembru 1977 L InvestigazzjoniMinkejja li għaddew ħafna snin il kaz għadu u mhux solvut u għadu mhux stabbilit min wettaq id delitt l investigazzjonijiet tal pulizija fuq il kaz għadhom għaddejjin u Inkjesta Maġisterjali għadha miftuħa Mill 2008 l hawn il Pulizija kienet qiegħda tkellem grupp ta persuni li fl investigazzjonijiet ta qabel ma kinux ġew interrogati mill Pulizija Fl 2009 il ġurnal It Torċa irraporta li l Pulizija Maltija tefgħet għajnejha fuq numru zgħir ħafna ta tobba Maltin residenti fl Ingilterra li kienu magħrufa għar rabtiet fil qrib mal Partit Nazzjonalista fiz zmien l istrajk tat tobba tal 1977 Irraporta ukoll li kienu investigati wkoll kitbiet fil British Medical Journal li dehru fl 1977 Kumpens lill familjaSadanittant fl aħħar ta Novembru 2010 il Prim Awla tal Qorti Ċivili ordnat lill Prim Ministru bħala l Kap tal Gvern Malti biex jagħti s somma ta 419 287 lill Professur Edwin Grech u lill familja tiegħu bħala kumpens għall qtil politiku ta Karin Fil kummenti tiegħu għal din l aħbar il Professur Grech qal li din tiftaħlu ħafna bibien fl investigazzjoni tiegħu biex jgħin lill Pulizija tasal għall qattiel jew qattiela Fl istess waqt huwa wera dizappunt kbir għall mod kif il Pulizija investigat il qtil ta bintu L Imħallef Raymond Pace li ppresieda l kawza fisser in nuqqas tal Gvern milli jagħti kumpens għal dawn is snin kollha bħala trattament diskrimi natorju fuq bazi politika Fis sentenza tiegħu l Imħallef għamilha ċara li d delitt seħħ bħala konsegwenza tas servizzi li l Professur Grech ta lill Gvern Malti u fisser id deċizjoni tal Gvern li jirrifjuta li jagħti kumpens bħala aġir diskrimintorju Delitt mediku politiku L Imħallef Pace sostna li mill provi jirrizulta li l Gvern ikkumpensa lil diversi persuni li spiċċaw vittmi minħabba ċirkostanzi pubbliċi għax taw servizz lill Gvern jew minħabba li sofrew atti vjolenti madankollu naqas milli jagħmel l istess mal familja Grech Huwa sostna li d delitt ta Karin Grech kien wieħed ta natura mediko politika frott tal klima partikolari li nħolqot fil kwistjoni industrija li bejn il Gvern u l Assoċjazzjoni Maltija tat Tobba Zied jgħid li d deċizjoni tal Professur Grech li jaċċetta li jkompli jaqdi lill pubbliku bis servizzi mediċi tiegħu kienet suġġett ta tensjoni kbira għalih u għall familja tiegħu Izda l Gvern ħabbar ftit tal jiem wara li se jappella minn din is sentenza Minkejja li qal li se jaċċetta li jħallas il kumpens qal li ma jaqbilx mal Qorti li dan kien kaz politiku għax id delitt għadu mhux solvut u għadu mhux stabbilit min wettaq id delitt Nhar il 11 ta April 2011 il Qorti Kostituzzjonali ċaħdet l appell imressaq mill Gvern u kkonfermat is sentenza li kienet tat il Qorti Ċivili li l qtil ta Karin Grech li seħħ fit 28 ta Diċembru 1977 kellu motivazzjonijiet mediċi politiċi Għalkemm il Gvern kien ikkontesta d dikjarazzjoni li għamlet il Qorti huwa ħallas il kumpens lill ġenituri ta Karin Grech Għaldaqstant la darba huwa aċċetta u fil fatt ħallas il kumpens skont il Qorti Kostituzzjonali dan ifisser li l Gvern aċċetta d dikjarazzjoni li wasslet għall ordni tal kumpens u għalhekk ma jistax jikkontesta iktar id dikjarazzjoni li ngħatat Għibien ta Evidenza Nhar is 17 ta Novembru 2017 xahar waral assassinju ta Daphne Caruana Galizia il familja ta Karin Grech ressqet protest ġudizzjarju fejn qed izomm lill Avukat Ġenerali il Kummissarju tal Pulizija u d Direttur Ġenerali tal Qrati responsabbli għall għibien ta evidenza meqjusa bħala kruċjali Il Protest ikompli l persuni msemmija huma responsabbli tan nuqqas ta progress fl investigazzjoni iktar u iktar meta dan l aħħar saru jafu li biċċiet mill envelope li kellu traċċi tal isplussiv apparentement għebu mill kustodja tal Qrati Il familja Grech qalet li din l evidenza setgħet tixħet dawl fuq ir reat grazzi għal teknoloġiji u zviluppi ġodda fix xjenza forensika f dawn l aħħar 40 sena Izda ġimgħa wara il Kummissarju tal Pulizija l Avukat Ġenerali u d Direttur Ġenerali tal Qrati tal Ġustizzja sostnew li mhux vera ntilfet xi evidenza ewlenija mill kaz tal assassinju ta Karin Grech Huma argumentaw bi tweġiba lill Qorti li s suspetti huma infondati Ziedu jgħidu li minn investigazzjonijiet li saru dawn id dokumenti għadhom fil pussess tal Maġistrat Inkwirenti Il Kaz tat Tabib Paul Chetcuti CaruanaPaul Chetcuti Caruana tabib u Membru Parlamentari Laburista bejn l 1976 u l 1981 kien irċieva bil posta bomba li ma ħaditx fl istess jum u ħin li pakkett simili kien impustat lit Tabib Edwin Grech u li kienet qatlet lil bintu Karin Bdew jinxterdu xnigħat li għax ma ħaditx il bomba li kien irċieva Chetcuti Caruana kien hu li għamel il bomba li qatlet lil Karin Grech F intervista li ta fl 2007 Chetcuti Caruana meta mistoqsi jafx min qatel lil Karin Grech wieġeb Fid Depot naħseb jafu min hu u naħseb anki f Tal Pieta jafu min hu Qal li skond ma qalulu l esperti l bomba tiegħu ma ħaditx għax kien hemm xi molol imsaddin u stqarr li hu kien se jkun vittma ta frame up mill Pulizija fuq dan il kaz u akkuza lill esperti ta Scotland Yard li għenu fl investigazzjonijiet li kienu kwazi viċin li jkomplu bil frame up Qal li fl 1991 kien hemm tentattiv li jerġa jsir frame up fuqu meta programm televiziv kien reġa qabad il kaz u kien wassal biex il Pulizija televa l marki tal pala ta idejn it tabib biex tqabbilhom ma dawk elevati minn fuq il karti li kienu mgezwra l pakketti splussivi li ntbagħtu fl 1978 izda spjega li kollox kien reġa waqa fil muta wara li l marki tal id la qablu ma tiegħu u lanqas ma ta Reginald Cini li kien jgħix fl Awstralja Il PolitiċiFil Parlament nhar id 19 ta Ġunju 1985 il Kap tal Oppozizzjoni Eddie Fenech Adami meta kien qiegħed iwieġeb għall intervent tal Ministru Laburista Alex Sciberras Trigona kien qal Ngħidlek xi darba dwar Karin Grech meta nkunu aħna fil Gvern ngħidlek min tikkonfondix Nagħmlu l investigazzjonijiet bis serjeta u ngħidlek mela le Wara l bidla fil Gvern fl 1987 il Prim Ministru Eddie Fenech Adami kien ta struzzjonijiet lill Pulizija biex jagħtu prijorita lil numru ta kazijiet fosthom il kaz ta Karin Grech izda tul is snin qatt ma tressaq ħadd il qorti fuq il kaz F intervista li Fenech Adami ta fl 2010 huwa qal li hu kien għamel dak kollu possibbli biex il kaz ikun solvut Fl 2009 il Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l qtil ta Karin Grech u l qtil ta Raymond Caruana kienu delitti li saru minħabba intolleranza politika Din l intolleranza hija marda kiefra li l poplu Malti u Għawdxi għandu jibqa jikkumbatti Lil hinn mill politika partiġġjana f dawn id delitti ma nxteridx demm blu jew aħmar imma demm innoċenti Nhar il 11 ta April 2011 il Partit Laburista rreaġixxa għad deċizjoni tal Qorti tal Appell Sede Kostituzzjonali billi qal li din tpoġġi responsabbilta kbira fuq il Prim Ministru u l Ka binett li jmexxi wara li kienu huma li appellaw mid deċizjoni tal Prim Awla tal Qorti Ċivili għax ma qablux li d delitt kien rizultat tax xogħol li kien qed iwettaq il Professur Grech fi zmien il kwistjoni medikol politika Waqt li ddeskriva l appell tal Gvern bħala wieħed insensittiv u li offenda kemm lil kull min huwa ta rieda tajba kif ukoll lill familja Grech il Partit Laburista qal li l fatt li l appell kien miċħud mhux biss juri kemm il Gvern kien zbaljat meta baqa jirrifjuta li jaċċetta li d delitt kien marbut max xogħol tal Professur Grech imma wkoll li l Gvern sabbat il bieb f wiċċ dawk kollha li matul is snin għamlu sforzi kbar biex iġibu l għaqda fil pajjiz Sptar u MonumentFjuri fil monument fi Ġnien Karin Grech fl 2015 Fl 1981 il Gvern Laburista bena sptar għat tfal maġenb l Isptar San Luqa fi Gwardamangia li semmieh Sptar Karin Grech F San Ġwann hemm Ġnien Karin Grech b monument tagħha fih Ta kull sena fl anniversarju tal qtil tagħha il Partit Laburista itella programm ta tifkira f ġieħha bil prezenza tal qraba tagħha Poezija ta Oliver FriggieriFil poezija tiegħu Karin u Raymond il poeta Oliver Friggieri jzewweġ fil ġenna lil Karin Grech u lil Raymond Caruana li nhar is 6 ta Diċembru 1986 inqatel meta kien fil kazin Nazzjonalista tal Gudja u xi ħadd mhux magħruf spara tiri fuq il kazin Izewwiġhom fil ġenna fejn minn hemm fuq qed jgħassu biex ma jerġax jiġri dak li ġara lilhom Għandhom ħolma waħda li mhi ta ebda partit politiku il ħolma li sseħħ l għaqda fost ħuthom il Maltin Biex din l għaqda sseħħ il Maltin ma jridux jinsew dak li ġara fl imgħoddi Il memorja ta dawn iz zewġ zgħazagħ maqtula għandha tiftħilna għajnejna biex ma ninsewx li aħna lkoll aħwa Maltin Karin u Raymond Hawn fuq iltqajna t tnejn għall ewwel darba għarajjes li ssaħħarna minn xulxin għarajjes li m hemm xejn li se jifridna għarajjes li noħolmu bil Maltin Id id għarajjes bojod li nittajru fi zwieġ li ma jixjieħx matul iz zmien zewġ kwiekeb li nittawlu kull flgħaxija u ngħassu fuqkom dejjem kullimkien Għassiesa t tnejn mill għoli fejn ninsabu għassiesa li ma norqdu qatt u qatt għassiesa biex id demm li xerridn aħna ma jerġa jxerrdu ħadd u ħadd u ħadd Hemm ħolma bajda fl għerusija tagħna li ma jħassarha b xejn ebda kulur hemm ħolma li m hix blu w anqas m hi ħamra hemm ħolma li fi zwieġ biddlet dulur Hemm salm li kiber fina biex nessiena kull weġgħa kull tifkira kull lament hemm vleġġa li trid tinfed lill qlub kollha f kull dar f kull triq f kull sqaq f kull parlament Hemm blata taħt għajnejna li nonġruha filgħodu w filgħaxija t tnejn id f id hemm gzira li nsaqquha biex sa fl aħħar minn hawn narawha tikber f nazzjon ġdid Bl imħabba jħabbtu qlubna taħbit wieħed l imħabba li zewġitna hawn fuq it tnejn l imħabba nitolbukom biex dal kalċi li xrobna ma nkunux xrobnieh għalxejn Hemm kmandament li tnissel miz zwieġ tagħna biex dawn id dmija mxerrda ma jinħlewx ktibnieh bid demm tgħallmuh w għallmuh l uliedkom il kmandament ta għada La tinsewx

L-aħħar artikli
  • Ġunju 25, 2025

    Park Nazzjonali ta' Vatnajökull

  • Ġunju 25, 2025

    Park Nazzjonali ta' Þingvellir

  • Ġunju 24, 2025

    Park Ji-Sung

  • Ġunju 14, 2025

    Paragwaj

  • Ġunju 16, 2025

    Paramaribo

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq