Anuradhapura bis Singaliż අන ර ධප රය b ittri Rumani Anurādhapuraya bit Tamil அன ர தப ரம b ittri Rumani Aṉurātapuram hija
Anuradhapura

Anuradhapura (bis-Singaliż: අනුරාධපුරය, b'ittri Rumani: Anurādhapuraya; bit-Tamil: அனுராதபுரம், b'ittri Rumani: Aṉurātapuram) hija belt ewlenija li tinsab fil-pjanura ċentrali u tat-Tramuntana tas-Sri Lanka. Hija l-belt kapitali tal-Provinċja Ċentrali u tat-Tramuntana u l-belt kapitali tad-Distrett ta' Anuradhapura. Il-belt tinsab 205 kilometri (127 mil) fit-Tramuntana tal-belt kapitali attwali ta' fil-Provinċja Ċentrali u tat-Tramuntana, max-xtut tax-xmara storika ta' Malwathu Oya. Il-belt issa hija Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO u hija famuża għall-fdalijiet ippreservati sew taċ-ċivilizzazzjoni Singaliża tal-qedem.
Anuradhapura | |
---|---|
Sri Lanka | |
Amministrazzjoni | |
Repubblika | Sri Lanka |
Province of Sri Lanka | Provinċja Ċentrali u tat-Tramuntana |
District of Sri Lanka | Distrett ta' Anuradhapura |
Kodiċi postali | 50000 |
Ġeografija | |
Koordinati | 8°20′06″N 80°24′39″E / 8.335°N 80.4108°EKoordinati: 8°20′06″N 80°24′39″E / 8.335°N 80.4108°E |
Anuradhapura Anuradhapura (Sri Lanka) | |
Superfiċjenti | 7,179 kilometru kwadru |
Għoli | 81 m |
Demografija | |
Popolazzjoni | 63,208 abitanti (2011) |
Informazzjoni oħra | |
Żona tal-Ħin |
Filwaqt li l-Mahāvaṃsa tirreferi għall-istabbiliment tal-belt fl-437 Q.K., is-sit ilu abitat għal ferm iktar minn hekk, u ilu insedjament uman ewlieni fil-gżira għal kważi tliet millenji kif ukoll waħda mill-eqdem bliet kontinwament okkupati fl-Asja. Il-belt hija n-nieqa taċ-ċivilizzazzjoni idrawlika tas-Sri Lanka, tal-Buddiżmu Theravada, u l-iżjed belt kapitali antika tas-Sri Lanka li ilha teżisti għal 1,500 sena. Barra minn hekk, Anuradhapura kienet l-ewwel belt kapitali tar-Renju Singaliż ta' Rajarata, wara r-renji ta' Tambapanni u ta' Upatissa Nuwara. Anuradhapura kienet ukoll iċ-ċentru tal-Buddiżmu Theravada għal bosta sekli u kienet sit ewlieni tal-pellegrinaġġ Buddisti bi fdalijiet ta' bosta tempji Buddisti tal-qedem, inkluż il-Maha Viharaya u l-Jaya Sri Maha Bodhi, l-eqdem siġra mħawla li ġiet iddokumentata u li għadha teżisti fid-dinja u li huwa maħsub li oriġinarjament kienet fergħa tas-siġra sagra tat-tin f'Bodh Gaya (Bihar, l-Indja), li taħtha l-Buddha ġie illuminat. Dawn in-networks vasti tat-tempji u tal-monasteri tal-qedem issa jkopru iktar minn 100 kilometru kwadru (40 mil kwadru) bħala erja tal-belt illum il-ġurnata.
Il-belt kważi nqerdet għalkollox u fil-biċċa l-kbira ġiet abbandunata wara d-993 W.K., bl-invażjoni taċ-Ċola min-Nofsinhar tal-Indja. Għalkemm saru diversi tentattivi mir-rejiet Singaliżi li ġew wara biex il-belt kapitali terġa' ssir Anuradhapura, ma ġietx stabbilita bħala ċentru ewlieni b'popolazzjoni fil-gżira qabel l-era kolonjali Brittanika fis-seklu 19. Minkejja d-deklin politiku tagħha, Anuradhapura baqgħet sit tal-pellegrinaġġi vitali għall-Buddisti matul il-perjodu Medjevali kollu u għadha destinazzjoni spiritwali importanti sal-lum. Il-belt reġgħet bdiet tirpilja l-iktar fis-snin 70 tas-seklu 19. Il-belt kontemporanja, li l-biċċa l-kbira ġiet ittrasferita matul nofs is-seklu 20 biex jiġi ppreservat is-sit tal-belt kapitali antika, tinsab f'salib it-toroq importanti fit-Tramuntana tas-Sri Lanka u tinsab tul linja ferrovjarja. Il-belt hija s-sede tal-istħarriġ arkeoloġiku tas-Sri Lanka, u t-turiżmu għandu rwol importanti għall-ekonomija tagħha.
Skont id-dokumentazzjonijiet storiċi bħall-Mahavamsa, l-oriġini tal-isem "Anuradhapura" jmur lura għall-uffiċjal jismu "Anuradha" fil-qorti tal-Prinċep Vijaya (543–505 Q.K.), l-ewwel re Singaliż tal-gżira. Skont il-leġġendi marbuta ma' Vijaya, l-uffiċjal tiegħu Anuradha stabbilixxa l-insedjament li iktar 'il quddiem sar magħruf bħala Anuradhapura. Madankollu, is-sejba ta' insedjamenti iktar bikrin fl-inħawi taċ-ċittadella tal-belt l-antika li jmorru lura saħansitra sas-seklu 10 Q.K. imorru kontra dawn il-leġġendi.
L-isem "Anuradhapura" jfisser il-"belt ta' Anuradha" (Anuradha+pura), fejn "pura" tfisser "belt" bis-Singaliż, bis-Sanskritu, bil-Pali u bit-Tamil. Madankollu, qabel ma Anuradhapura bdiet titqies bħala belt, kienet tissejjaħ "Anuradhagrama", jiġifieri l-"villaġġ ta' Anuradha", minn "Anuradha" u "grama". Dan l-isem iktar antik issemma wkoll fix-xogħol tal-istudjużi Griegi u Rumani tal-qedem bħal u . Fil-mappa tad-dinja ta' Tolomew tas-seklu 2 W.K., il-post kien jismu "Anourogrammoi". B'hekk, huwa maħsub li t-tkabbir ta' dan l-insedjament iżgħar u iktar bikri msejjaħ Anuradhagrama f'belt matul ir-renju tar-re Singaliż Pandukabhaya (474–367 Q.K.) fl-437 Q.K. wassal għall-bidla tal-isem f'Anuradhapura.
Din li ġejja hija ġabra qasira tal-istadji importanti fl-iżvilupp tal-isem:
- l-insedjament iżgħar iktar bikri ngħata isem l-uffiċjal Anuradha fil-qorti tal-Prinċep Vijaya u b'hekk kien jissejjaħ Anuradhagrama (is-seklu 6 Q.K.);
- "Anuradhagrama" tfisser il-"villaġġ ta' Anuradha" (Anuradha+grama);
- l-isem inbidel f'Anuradhapura minħabba t-tkabbir tal-insedjament f'belt matul ir-renju tar-re Singaliż Pandukabhaya (437 Q.K.);
- "Anuradhapura" tfisser "belt ta' Anuradha" (Anuradha+pura).
Storja bikrija
Anuradhapura hija l-aqwa rappreżentazzjoni tal-bidu tal-urbanizzazzjoni premoderna fis-Sri Lanka. L-iżvilupp tal-insedjament inizjali fis-sit tal-belt jista' jiġi attribwit għat-tieni ċiklu globali tal-evoluzzjoni storika bit-tifrix ġeneralizzat tat-teknoloġija tal-ħadid fid-Dinja tal-Qedem matul l-ewwel millenju Q.K., li laħqet il-quċċata bl-istabbiliment ta' bosta ċivilizzazzjonijiet storiċi. L-istorja ta' Anuradhapura mbagħad hija estiża lil hinn mill-istabbiliment tradizzjonali tagħha fl-istorja ddokumentata fis-seklu 4 Q.K. u l-istabbiliment sussegwenti tagħha minn Devanampiya Tissa (250–210 Q.K.) sal-abbandun tagħha mill-aħħar tar-rejiet ta' Anuradhapura fi tmiem is-seklu 10 W.K., l-okkupazzjoni mill-ġdid tagħha għal perjodu qasir fis-seklu 11 u r-restawr ta' wħud mill-monumenti ewlenin tagħha fl-aħħar tas-seklu 13 W.K. minn Vijayabahu IV (1267–1270 W.K.).
Żmien il-Ħadid
Minkejja li skont il-ġrajja storika tal-Mahāvaṃsa (is-seklu 5 W.K.) il-belt ġiet stabbilita fis-seklu 5 Q.K., id-data arkeoloġika mill-iskavi taż-żona taċ-ċittadella tal-belt l-antika tindika li l-insedjament uman imur lura saħansitra għas-seklu 10 Q.K. Skont dawn l-iskavi, iż-Żmien protostoriku tal-Ħadid tal-belt kien bejn id-900 u s-600 Q.K., meta feġġew it-teknoloġija tal-ħadid, il-fuħħar, iż-żwiemel, il-bhejjem tal-ifrat u l-kultivazzjoni tal-għelieqi tar-ross. Fis-700-600 Q.K., l-insedjament f'Anuradhapura kien kiber fuq erja ta' mill-inqas 50 ettaru. L-art irrigabbli u għammiela madwar il-belt ġiet stabbilita b'mod strateġiku qrib il-portijiet ewlenin fil-Majjistral u fil-Grigal tal-gżira. Il-belt gawdiet ukoll mill-ġungli densi tal-madwar, li pprovdew difiża naturali mill-invażuri.
L-iskavi f'Anuradhapura ħarġu fid-dieher il-bċejjeċ tal-fuħħar griżi mpittrin mill-perjodu storiku bikri ta' Basal f'Anuradhapura (600 Q.K.-500 Q.K.) li għandhom konnessjonijiet mat-Tramuntana mal-Indja (matul il-perjodu vediku).
Perjodu Storiku Bikri
Dettalji dwar l-iżvilupp tal-belt f'dan il-perjodu storiku bikri mill-500 Q.K. sal-250 Q.K. jistgħu jinstabu fil-ġrajjiet storiċi Singaliżi. Skont dawn id-dokumentazzjonijiet, ir-Re Pandukabhaya formalment ippjana l-belt b'daħliet u bi kwartieri għall-kummerċjanti. Dak iż-żmien il-belt kienet tkopri erja ta' kilometru kwadru, u b'hekk kienet waħda mill-ikbar bliet tal-kontinent dak iż-żmien. Il-belt kienet kważi abbandunata għalkollox wara l-invażjoni tar-re Induist Tamil taċ-Ċola Rajaraja I fid-993 W.K. u ibnu Rajendra I fl-1014 W.K. Skont Culavamsa (is-seklu 6 sas-seklu 18 W.K.), Anuradhapura "nqerdet għalkollox b'kull mod possibbli mill-armata taċ-Ċola". Minkejja dan, il-post kien abitat kontinwament wara dan l-avveniment kif indikat mir-reġistri tal-viżitaturi fil-gżira bħal u oħrajn. Għaldaqstant, il-belt kienet l-iżjed belt kapitali Singaliża tas-Sri Lanka fit-tul mis-seklu 5 Q.K. (437 Q.K.) sas-seklu 11 W.K. (1017 W.K.) u ffjorixxiet għal kważi 1,500 sena.
Buddiżmu
Anuradhapura kienet ċentru intellettwali ewlieni għall-Buddiżmu Theravada bikri, u kienet tospita filosfi Buddisti importanti, fosthom .
Matul ir-renju ta' Dhatusena (455-473) seħħ it-tfassil ta' kanonu Buddist Theravada u fl-istess żmien inbnew 18-il vihara (kumplessi ta' tempji) u ttellgħet statwa għal Mahinda, il-prinċep-patri Indjan li introduċa l-Buddiżmu fil-gżira.
Matul il-perjodu aħħari ta' Anuradhapura, il-familja rjali u n-nobbiltà tas-Sri Lanka appoġġaw ferm il-Buddiżmu. B'hekk spiss ikkummissjonaw opri tal-arti u taw oġġetti b'donazzjoni lit-tempji Buddisti. Min-naħa l-oħra, it-tempji u l-komunità Buddista lokali appoġġaw it-tmexxija tar-re. Kulma jmur saru popolari l-opri tal-arti bi xbihat ta' Avalokitesvara, il-Bodhisattva tal-Ħniena u tal-Kompassjoni.
Era moderna
Skoperta Ewropea
L-inħawi ġew abitati b'mod sparpaljat għal bosta sekli, iżda l-popolazzjoni lokali baqgħet konxja tal-fdalijiet tal-qedem. Fl-1681 f'An Historical Relation of the Island Ceylon (Relazzjoni Storika tal-Gżira Ceylon), Robert Knox kiteb: "F'din il-belt ta' Anurodgburro hemm ċittadella b'poplu li ma għadux jobdi lir-Re ta' Kandy". Fl-1821, kiteb li: "Anooradapoora, għal żmien daqstant twil il-belt kapitali ta' Ceylon, issa saret biss villaġġ komuni żgħir f'nofs deżert. Il-fdalijiet prinċipali tagħha huma ġibjun kbir, bosta pilastri tal-ġebel u żewġ jew tliet tumbati funebri kbar tal-ħamrija, x'aktarx dagobahs tal-qedem. Is-sit għadu jitqies bħala post sagru u huwa sit tal-pellegrinaġġi".
Skavi
Fis-sit saru diversi skavi, l-ewwel fosthom dawk ta' fl-1884–1886.
Belt sagra u raħal ġdid
Anuradhapura saret iċ-ċentru tal-amministrazzjoni tal-Provinċja Ċentrali u tat-Tramuntana u permezz tal-kostruzzjoni tal-linja ferrovjarja tat-Tramuntana, Anuradhapura saret belt ferrovjarja importanti, anke fil-ftuħ tal-istazzjon ferrovjarju ta' Anuradhapura fl-1904. Il-Gvern ta' Ceylon (kif kienet tissejjaħ is-Sri Lanka dak iż-żmien) inkariga lil biex jiżviluppa l-Pjan ta' Preservazzjoni ta' Anuradhapura fl-1949, bl-għan li jistabbilixxi raħal ippjanat ġdid fil-Lvant tar-raħal eżistenti ta' Anuradhapura, u b'hekk tiġi stabbilita l-Belt Sagra ta' Anuradhapura, bl-għan li l-belt antika tiġi ppreservata. Ir-"Raħal Ġdid" kellu bosta uffiċċji tal-gvern u qrati li ġew ittrasferiti fih. Il-Bord tal-Preservazzjoni ta' Anuradhapura ġie stabbilit proprju għal dan l-għan.
kien l-Aġent tal-Gvern tad-Distrett ta' Anuradhapura mill-1958 sal-1962. Huwa x'aktarx li kien l-iżjed aġent tal-gvern magħruf ta' dak iż-żmien. L-istatura tiegħu żgurat li l-leħen ta' Anuradhapura jinstema' fl-ogħla livelli f'Kolombo. Apparti li kien Aġent tal-Gvern, huwa kien il-President tal-Bord tal-Preservazzjoni ta' Anuradhapura. F'dak iż-żmien il-belt ta' Anuradhapura kienet tinsab f'perjodu ta' tranżizzjoni storika. Ir-raħal ġdid ta' Anuradhapura kien qed jinbena, u r-residenti tal-belt l-antika kienu qed jiġu ttrasferiti lejn ir-raħal ġdid. Kien żmien ta' xi tensjoni u ta' eċitament. Huwa ġestixxa dan il-proċess ta' bidla b'kuraġġ u b'ħiliet politiċi notevoli. Meta kien f'Anuradhapura, huwa żvela mafkar għal , Aġent tal-Gvern Brittaniku popolari li iktar 'il quddiem ġie elett mill-poplu tad-distrett biex jirrappreżentahom fl-ewwel Kunsill Statali ta' Ceylon. Karatteristika li tispikka ta' żmien Wijeyeratne f'Anuradhapura hi l-kapaċità kbira li kellu li jara l-istampa kollha u li jiffoka fuq il-kwistjonijiet ewlenin, u li jiddelega r-responsabbiltajiet lill-uffiċjali tal-persunal tiegħu. Huwa qatt ma kien jeħel fid-dettall. Barra minn hekk, huwa stabbilixxa l-Belt Sagra ta' Anuradhapura, ittrasferixxa l-belt urbana lejn ir-raħal ġdid ta' Anuradhapura, u kien responsabbli għall-istabbiliment tal-Ajruport ta' Anuradhapura.
Postijiet ta' qima
- Jaya Sri Maha Bodhi;
- Ruwanwelisaya;
- Thuparamaya;
- Lovamahapaya;
- Abhayagiri Dagaba;
- Jetavanarama;
- Stupa ta' Mirisaveti;
- Lankarama.
Strutturi oħra
- Stupa ta' Dakkhina;
- Isurumuniya;
- Kiribath Vehera;
- Kuttam Pokuna;
- Ġonna ta' Mahamevnāwa;
- Naka Vihara;
- Ranmasu Uyana;
- Rathna Prasadaya;
- Statwa ta' Samadhi;
- Sela Cetiya;
- Statwa ta' Toluvila;
- Vessagiriya.
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Belt Sagra ta' Anuradhapura ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1982.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".
Demografija
Etniċità | Popolazzjoni | % totali |
---|---|---|
Singaliżi | 51,775 | 91.42 |
Għarab Iberiċi tas-Sri Lanka | 3,825 | 6.75 |
Tamil tas-Sri Lanka | 850 | 1.50 |
Tamil Indjani | 45 | 0.08 |
Oħrajn (inkluż Burghers u Malażjani) | 137 | 0.24 |
Total | 56,632 | 100 |
Sors: www.statistics.gov.lk.
Klima
Anuradhapura għandha klima ta' savanna tropikali (As skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen).
Data klimatika Anuradhapura (1991–2020) | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja rekord °C (°F) | 35.0 (95.0) | 37.4 (99.3) | 39.2 (102.6) | 38.9 (102.0) | 39.8 (103.6) | 36.8 (98.2) | 38.1 (100.6) | 38.3 (100.9) | 38.5 (101.3) | 37.3 (99.1) | 35.4 (95.7) | 33.7 (92.7) | 39.8 (103.6) |
Medja massima kuljum °C (°F) | 30.4 (86.7) | 32.2 (90.0) | 34.8 (94.6) | 34.7 (94.5) | 33.7 (92.7) | 33.2 (91.8) | 33.5 (92.3) | 33.8 (92.8) | 33.9 (93.0) | 32.5 (90.5) | 30.8 (87.4) | 29.8 (85.6) | 32.8 (91.0) |
Medja kuljum °C (°F) | 26.2 (79.2) | 27.2 (81.0) | 29.1 (84.4) | 29.6 (85.3) | 29.5 (85.1) | 29.3 (84.7) | 29.4 (84.9) | 29.4 (84.9) | 29.3 (84.7) | 28.5 (83.3) | 27.1 (80.8) | 26.2 (79.2) | 28.4 (83.1) |
Medja minima kuljum °C (°F) | 21.8 (71.2) | 22.2 (72.0) | 23.5 (74.3) | 24.6 (76.3) | 25.4 (77.7) | 25.4 (77.7) | 25.2 (77.4) | 25.0 (77.0) | 24.7 (76.5) | 24.0 (75.2) | 23.3 (73.9) | 22.6 (72.7) | 24.0 (75.2) |
Temp. baxxa rekord °C (°F) | 17.5 (63.5) | 16.6 (61.9) | 17.6 (63.7) | 21.2 (70.2) | 20.5 (68.9) | 21.8 (71.2) | 22.8 (73.0) | 22.3 (72.1) | 21.7 (71.1) | 20.3 (68.5) | 18.4 (65.1) | 16.9 (62.4) | 16.6 (61.9) |
medja cm (pulzieri) | 86.0 (3.39) | 60.1 (2.37) | 62.1 (2.44) | 180.1 (7.09) | 93.8 (3.69) | 15.4 (0.61) | 23.6 (0.93) | 42.6 (1.68) | 66.5 (2.62) | 259.0 (10.20) | 281.4 (11.08) | 224.6 (8.84) | 1,395.2 (54.93) |
Medja għall-jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) | 6.4 | 4.3 | 5.0 | 11.0 | 5.9 | 2.5 | 2.5 | 4.4 | 5.1 | 13.8 | 17.2 | 12.2 | 90.4 |
Sors: NOAA |
Trasport
Anuradhapura hija moqdija bil-linji ferrovjarji u bl-awtostradi. Il-linja ferrovjarja tat-Tramuntana tikkollega lil Anuradhapura ma' Kolombo, Jaffna u Kankesanthurai. L-istazzjon ferrovjarju ta' Anuradhapura huwa ċ-ċentru ferrovjarju tal-belt, b'bosta servizzi, fosthom Yal Devi, Uttara Devi.
Hemm għadd ta' rotot tal-karozzi tal-linja li jgħaddu minn Anuradhapura u li jitilqu minn Kolombo lejn il-provinċja tat-Tramuntana. Uħud minnhom huma l-04, il-15, is-57, is-87, eċċ.
Anuradhapura hija belt ċentrali fis-Sri Lanka. Hija kkollegata direttament bit-triq ma' għadd kbir ta' bliet u rħula ewlenin fil-gżira. Bit-triq, Anuradhapura hija kkollegata ma' Vavuniya, Dambulla, Matale, Puttalam, Trincomalee, Jaffna, Kurunegala u Kandy.
Iktar qari
- Harischandra, B. W.: The Sacred City of Anuradhapura, Reprint. New Delhi, Asian Educational Services, 1998.
- Nissanka, H.S.S.: Maha Bodhi Tree in Anuradhapura, Sri Lanka: The Oldest Historical Tree in the World, New Delhi 1996, (Reprint. Vikas).
- R. A. E. Coningham.: The Origins of the Brahmi Script Reconsidered: The New Evidence from Anuradhapura, Minerva 8(2): 27–31, 1995.
- R. A. E. Coningham.: Anuradhapura Citadel Archaeological Project: Preliminary Results of a Season of Geophysical Survey. South Asian Studies 10: 179–188, 1994.
- A. Seneviratne.: Ancient Anuradhapura The Monastic City, Archaeological Department of Sri Lanka. p. 310, 1994.
- S. M. Burrows, The Buried Cities of Ceylon - A Guide Book to Anuradhapura and Polonaruwa Reprint, p. 120, 1999.
- Philippe Fabry, the Essential guide for Anuradhapura and its region, Negombo, Viator Publications, 2005, 199 p., ISBN 955-8736-05-8.
- Senake Dias Bandaranayake, Sinhalese Monastic Architecture - The Vihâras of Anurâdhapura, E. J. Brill, , in-Netherlands, 1974.
- James G. Smither, Architectural Remains, Anuradhapura, Ceylon; Comprising the Dâgabas and Certain Other Ancient Ruined Structures, Ceylon Government Press, Londra, 1894.
- H. E. Weerasooria, Historical Guide to Anuradhapura’s Ruins, Asian Educational Services (AES), New Delhi, 1995.
- Ulrich von Schroeder, Buddhist Sculptures of Sri Lanka. X. Monuments of Anuradhapura: 553–619. (Hong Kong: Visual Dharma Publications, Ltd., 1990). ISBN 962-7049-05-0 / ISBN 978-962-7049-05-0.
- Ulrich von Schroeder, The Golden Age of Sculpture in Sri Lanka – Masterpieces of Buddhist and Hindu Bronzes from Museums in Sri Lanka, [catalogue of the exhibition held at the Arthur M. Sackler Gallery, Washington, D. C., 1 November 1992 – 26 September 1993]. (Hong Kong: Visual Dharma Publications, Ltd., 1992). ISBN 962-7049-06-9 / ISBN 978-962-7049-06-7.
Referenzi
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Anuradhapura, X'inhi Anuradhapura? Xi tfisser Anuradhapura?
Anuradhapura bis Singaliz අන ර ධප රය b ittri Rumani Anuradhapuraya bit Tamil அன ர தப ரம b ittri Rumani Aṉuratapuram hija belt ewlenija li tinsab fil pjanura ċentrali u tat Tramuntana tas Sri Lanka Hija l belt kapitali tal Provinċja Ċentrali u tat Tramuntana u l belt kapitali tad Distrett ta Anuradhapura Il belt tinsab 205 kilometri 127 mil fit Tramuntana tal belt kapitali attwali ta fil Provinċja Ċentrali u tat Tramuntana max xtut tax xmara storika ta Malwathu Oya Il belt issa hija Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO u hija famuza għall fdalijiet ippreservati sew taċ ċivilizzazzjoni Singaliza tal qedem Anuradhapura Sri LankaAmministrazzjoniRepubblikaSri LankaProvince of Sri LankaProvinċja Ċentrali u tat TramuntanaDistrict of Sri LankaDistrett ta AnuradhapuraKodiċi postali 50000ĠeografijaKoordinati 8 20 06 N 80 24 39 E 8 335 N 80 4108 E 8 335 80 4108 Koordinati 8 20 06 N 80 24 39 E 8 335 N 80 4108 E 8 335 80 4108AnuradhapuraAnuradhapura Sri Lanka Superfiċjenti 7 179 kilometru kwadruGħoli 81 mDemografijaPopolazzjoni 63 208 abitanti 2011 Informazzjoni oħraZona tal Ħin Filwaqt li l Mahavaṃsa tirreferi għall istabbiliment tal belt fl 437 Q K is sit ilu abitat għal ferm iktar minn hekk u ilu insedjament uman ewlieni fil gzira għal kwazi tliet millenji kif ukoll waħda mill eqdem bliet kontinwament okkupati fl Asja Il belt hija n nieqa taċ ċivilizzazzjoni idrawlika tas Sri Lanka tal Buddizmu Theravada u l izjed belt kapitali antika tas Sri Lanka li ilha tezisti għal 1 500 sena Barra minn hekk Anuradhapura kienet l ewwel belt kapitali tar Renju Singaliz ta Rajarata wara r renji ta Tambapanni u ta Upatissa Nuwara Anuradhapura kienet ukoll iċ ċentru tal Buddizmu Theravada għal bosta sekli u kienet sit ewlieni tal pellegrinaġġ Buddisti bi fdalijiet ta bosta tempji Buddisti tal qedem inkluz il Maha Viharaya u l Jaya Sri Maha Bodhi l eqdem siġra mħawla li ġiet iddokumentata u li għadha tezisti fid dinja u li huwa maħsub li oriġinarjament kienet fergħa tas siġra sagra tat tin f Bodh Gaya Bihar l Indja li taħtha l Buddha ġie illuminat Dawn in networks vasti tat tempji u tal monasteri tal qedem issa jkopru iktar minn 100 kilometru kwadru 40 mil kwadru bħala erja tal belt illum il ġurnata Il belt kwazi nqerdet għalkollox u fil biċċa l kbira ġiet abbandunata wara d 993 W K bl invazjoni taċ Ċola min Nofsinhar tal Indja Għalkemm saru diversi tentattivi mir rejiet Singalizi li ġew wara biex il belt kapitali terġa ssir Anuradhapura ma ġietx stabbilita bħala ċentru ewlieni b popolazzjoni fil gzira qabel l era kolonjali Brittanika fis seklu 19 Minkejja d deklin politiku tagħha Anuradhapura baqgħet sit tal pellegrinaġġi vitali għall Buddisti matul il perjodu Medjevali kollu u għadha destinazzjoni spiritwali importanti sal lum Il belt reġgħet bdiet tirpilja l iktar fis snin 70 tas seklu 19 Il belt kontemporanja li l biċċa l kbira ġiet ittrasferita matul nofs is seklu 20 biex jiġi ppreservat is sit tal belt kapitali antika tinsab f salib it toroq importanti fit Tramuntana tas Sri Lanka u tinsab tul linja ferrovjarja Il belt hija s sede tal istħarriġ arkeoloġiku tas Sri Lanka u t turizmu għandu rwol importanti għall ekonomija tagħha EtimoloġijaSkont id dokumentazzjonijiet storiċi bħall Mahavamsa l oriġini tal isem Anuradhapura jmur lura għall uffiċjal jismu Anuradha fil qorti tal Prinċep Vijaya 543 505 Q K l ewwel re Singaliz tal gzira Skont il leġġendi marbuta ma Vijaya l uffiċjal tiegħu Anuradha stabbilixxa l insedjament li iktar il quddiem sar magħruf bħala Anuradhapura Madankollu is sejba ta insedjamenti iktar bikrin fl inħawi taċ ċittadella tal belt l antika li jmorru lura saħansitra sas seklu 10 Q K imorru kontra dawn il leġġendi L isem Anuradhapura jfisser il belt ta Anuradha Anuradha pura fejn pura tfisser belt bis Singaliz bis Sanskritu bil Pali u bit Tamil Madankollu qabel ma Anuradhapura bdiet titqies bħala belt kienet tissejjaħ Anuradhagrama jiġifieri l villaġġ ta Anuradha minn Anuradha u grama Dan l isem iktar antik issemma wkoll fix xogħol tal istudjuzi Griegi u Rumani tal qedem bħal u Fil mappa tad dinja ta Tolomew tas seklu 2 W K il post kien jismu Anourogrammoi B hekk huwa maħsub li t tkabbir ta dan l insedjament izgħar u iktar bikri msejjaħ Anuradhagrama f belt matul ir renju tar re Singaliz Pandukabhaya 474 367 Q K fl 437 Q K wassal għall bidla tal isem f Anuradhapura Din li ġejja hija ġabra qasira tal istadji importanti fl izvilupp tal isem l insedjament izgħar iktar bikri ngħata isem l uffiċjal Anuradha fil qorti tal Prinċep Vijaya u b hekk kien jissejjaħ Anuradhagrama is seklu 6 Q K Anuradhagrama tfisser il villaġġ ta Anuradha Anuradha grama l isem inbidel f Anuradhapura minħabba t tkabbir tal insedjament f belt matul ir renju tar re Singaliz Pandukabhaya 437 Q K Anuradhapura tfisser belt ta Anuradha Anuradha pura Storja bikrijaIl Monasteru ta Abhayagiriya bl Istatwa ta Samadhi il Kuttam Pokuna għadira doppja u s Sandakada Pakana Anuradhapura hija l aqwa rapprezentazzjoni tal bidu tal urbanizzazzjoni premoderna fis Sri Lanka L izvilupp tal insedjament inizjali fis sit tal belt jista jiġi attribwit għat tieni ċiklu globali tal evoluzzjoni storika bit tifrix ġeneralizzat tat teknoloġija tal ħadid fid Dinja tal Qedem matul l ewwel millenju Q K li laħqet il quċċata bl istabbiliment ta bosta ċivilizzazzjonijiet storiċi L istorja ta Anuradhapura mbagħad hija estiza lil hinn mill istabbiliment tradizzjonali tagħha fl istorja ddokumentata fis seklu 4 Q K u l istabbiliment sussegwenti tagħha minn Devanampiya Tissa 250 210 Q K sal abbandun tagħha mill aħħar tar rejiet ta Anuradhapura fi tmiem is seklu 10 W K l okkupazzjoni mill ġdid tagħha għal perjodu qasir fis seklu 11 u r restawr ta wħud mill monumenti ewlenin tagħha fl aħħar tas seklu 13 W K minn Vijayabahu IV 1267 1270 W K Zmien il Ħadid Minkejja li skont il ġrajja storika tal Mahavaṃsa is seklu 5 W K il belt ġiet stabbilita fis seklu 5 Q K id data arkeoloġika mill iskavi taz zona taċ ċittadella tal belt l antika tindika li l insedjament uman imur lura saħansitra għas seklu 10 Q K Skont dawn l iskavi iz Zmien protostoriku tal Ħadid tal belt kien bejn id 900 u s 600 Q K meta feġġew it teknoloġija tal ħadid il fuħħar iz zwiemel il bhejjem tal ifrat u l kultivazzjoni tal għelieqi tar ross Fis 700 600 Q K l insedjament f Anuradhapura kien kiber fuq erja ta mill inqas 50 ettaru L art irrigabbli u għammiela madwar il belt ġiet stabbilita b mod strateġiku qrib il portijiet ewlenin fil Majjistral u fil Grigal tal gzira Il belt gawdiet ukoll mill ġungli densi tal madwar li pprovdew difiza naturali mill invazuri L iskavi f Anuradhapura ħarġu fid dieher il bċejjeċ tal fuħħar grizi mpittrin mill perjodu storiku bikri ta Basal f Anuradhapura 600 Q K 500 Q K li għandhom konnessjonijiet mat Tramuntana mal Indja matul il perjodu vediku Perjodu Storiku Bikri Dettalji dwar l izvilupp tal belt f dan il perjodu storiku bikri mill 500 Q K sal 250 Q K jistgħu jinstabu fil ġrajjiet storiċi Singalizi Skont dawn id dokumentazzjonijiet ir Re Pandukabhaya formalment ippjana l belt b daħliet u bi kwartieri għall kummerċjanti Dak iz zmien il belt kienet tkopri erja ta kilometru kwadru u b hekk kienet waħda mill ikbar bliet tal kontinent dak iz zmien Il belt kienet kwazi abbandunata għalkollox wara l invazjoni tar re Induist Tamil taċ Ċola Rajaraja I fid 993 W K u ibnu Rajendra I fl 1014 W K Skont Culavamsa is seklu 6 sas seklu 18 W K Anuradhapura nqerdet għalkollox b kull mod possibbli mill armata taċ Ċola Minkejja dan il post kien abitat kontinwament wara dan l avveniment kif indikat mir reġistri tal vizitaturi fil gzira bħal u oħrajn Għaldaqstant il belt kienet l izjed belt kapitali Singaliza tas Sri Lanka fit tul mis seklu 5 Q K 437 Q K sas seklu 11 W K 1017 W K u ffjorixxiet għal kwazi 1 500 sena Buddizmu Anuradhapura kienet ċentru intellettwali ewlieni għall Buddizmu Theravada bikri u kienet tospita filosfi Buddisti importanti fosthom Matul ir renju ta Dhatusena 455 473 seħħ it tfassil ta kanonu Buddist Theravada u fl istess zmien inbnew 18 il vihara kumplessi ta tempji u ttellgħet statwa għal Mahinda il prinċep patri Indjan li introduċa l Buddizmu fil gzira Matul il perjodu aħħari ta Anuradhapura il familja rjali u n nobbilta tas Sri Lanka appoġġaw ferm il Buddizmu B hekk spiss ikkummissjonaw opri tal arti u taw oġġetti b donazzjoni lit tempji Buddisti Min naħa l oħra it tempji u l komunita Buddista lokali appoġġaw it tmexxija tar re Kulma jmur saru popolari l opri tal arti bi xbihat ta Avalokitesvara il Bodhisattva tal Ħniena u tal Kompassjoni Era modernaSkoperta Ewropea Ruwanwaliseya L inħawi ġew abitati b mod sparpaljat għal bosta sekli izda l popolazzjoni lokali baqgħet konxja tal fdalijiet tal qedem Fl 1681 f An Historical Relation of the Island Ceylon Relazzjoni Storika tal Gzira Ceylon Robert Knox kiteb F din il belt ta Anurodgburro hemm ċittadella b poplu li ma għadux jobdi lir Re ta Kandy Fl 1821 kiteb li Anooradapoora għal zmien daqstant twil il belt kapitali ta Ceylon issa saret biss villaġġ komuni zgħir f nofs dezert Il fdalijiet prinċipali tagħha huma ġibjun kbir bosta pilastri tal ġebel u zewġ jew tliet tumbati funebri kbar tal ħamrija x aktarx dagobahs tal qedem Is sit għadu jitqies bħala post sagru u huwa sit tal pellegrinaġġi Skavi Fis sit saru diversi skavi l ewwel fosthom dawk ta fl 1884 1886 Belt sagra u raħal ġdid Abhayagiri Dagoba f Anuradhapura Anuradhapura saret iċ ċentru tal amministrazzjoni tal Provinċja Ċentrali u tat Tramuntana u permezz tal kostruzzjoni tal linja ferrovjarja tat Tramuntana Anuradhapura saret belt ferrovjarja importanti anke fil ftuħ tal istazzjon ferrovjarju ta Anuradhapura fl 1904 Il Gvern ta Ceylon kif kienet tissejjaħ is Sri Lanka dak iz zmien inkariga lil biex jizviluppa l Pjan ta Preservazzjoni ta Anuradhapura fl 1949 bl għan li jistabbilixxi raħal ippjanat ġdid fil Lvant tar raħal ezistenti ta Anuradhapura u b hekk tiġi stabbilita l Belt Sagra ta Anuradhapura bl għan li l belt antika tiġi ppreservata Ir Raħal Ġdid kellu bosta uffiċċji tal gvern u qrati li ġew ittrasferiti fih Il Bord tal Preservazzjoni ta Anuradhapura ġie stabbilit proprju għal dan l għan kien l Aġent tal Gvern tad Distrett ta Anuradhapura mill 1958 sal 1962 Huwa x aktarx li kien l izjed aġent tal gvern magħruf ta dak iz zmien L istatura tiegħu zgurat li l leħen ta Anuradhapura jinstema fl ogħla livelli f Kolombo Apparti li kien Aġent tal Gvern huwa kien il President tal Bord tal Preservazzjoni ta Anuradhapura F dak iz zmien il belt ta Anuradhapura kienet tinsab f perjodu ta tranzizzjoni storika Ir raħal ġdid ta Anuradhapura kien qed jinbena u r residenti tal belt l antika kienu qed jiġu ttrasferiti lejn ir raħal ġdid Kien zmien ta xi tensjoni u ta eċitament Huwa ġestixxa dan il proċess ta bidla b kuraġġ u b ħiliet politiċi notevoli Meta kien f Anuradhapura huwa zvela mafkar għal Aġent tal Gvern Brittaniku popolari li iktar il quddiem ġie elett mill poplu tad distrett biex jirrapprezentahom fl ewwel Kunsill Statali ta Ceylon Karatteristika li tispikka ta zmien Wijeyeratne f Anuradhapura hi l kapaċita kbira li kellu li jara l istampa kollha u li jiffoka fuq il kwistjonijiet ewlenin u li jiddelega r responsabbiltajiet lill uffiċjali tal persunal tiegħu Huwa qatt ma kien jeħel fid dettall Barra minn hekk huwa stabbilixxa l Belt Sagra ta Anuradhapura ittrasferixxa l belt urbana lejn ir raħal ġdid ta Anuradhapura u kien responsabbli għall istabbiliment tal Ajruport ta Anuradhapura Postijiet ta qima Jaya Sri Maha Bodhi Ruwanwelisaya Thuparamaya Lovamahapaya Abhayagiri Dagaba Jetavanarama Stupa ta Mirisaveti Lankarama Strutturi oħra Stupa ta Dakkhina Isurumuniya Kiribath Vehera Kuttam Pokuna Ġonna ta Mahamevnawa Naka Vihara Ranmasu Uyana Rathna Prasadaya Statwa ta Samadhi Sela Cetiya Statwa ta Toluvila Vessagiriya Sit ta Wirt DinjiIl Belt Sagra ta Anuradhapura ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1982 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta tliet kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet u l kriterju vi Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma avvenimenti jew ma tradizzjonijiet ħajjin ma ideat jew ma twemmin jew ma xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta valur universali straordinarju DemografijaEtniċita Popolazzjoni totali Singalizi 51 775 91 42 Għarab Iberiċi tas Sri Lanka 3 825 6 75 Tamil tas Sri Lanka 850 1 50 Tamil Indjani 45 0 08 Oħrajn inkluz Burghers u Malazjani 137 0 24 Total 56 632 100 Sors www statistics gov lk KlimaAnuradhapura għandha klima ta savanna tropikali As skont il klassifikazzjoni klimatika ta Koppen Data klimatika Anuradhapura 1991 2020 Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena Temp għolja rekord C F 35 0 95 0 37 4 99 3 39 2 102 6 38 9 102 0 39 8 103 6 36 8 98 2 38 1 100 6 38 3 100 9 38 5 101 3 37 3 99 1 35 4 95 7 33 7 92 7 39 8 103 6 Medja massima kuljum C F 30 4 86 7 32 2 90 0 34 8 94 6 34 7 94 5 33 7 92 7 33 2 91 8 33 5 92 3 33 8 92 8 33 9 93 0 32 5 90 5 30 8 87 4 29 8 85 6 32 8 91 0 Medja kuljum C F 26 2 79 2 27 2 81 0 29 1 84 4 29 6 85 3 29 5 85 1 29 3 84 7 29 4 84 9 29 4 84 9 29 3 84 7 28 5 83 3 27 1 80 8 26 2 79 2 28 4 83 1 Medja minima kuljum C F 21 8 71 2 22 2 72 0 23 5 74 3 24 6 76 3 25 4 77 7 25 4 77 7 25 2 77 4 25 0 77 0 24 7 76 5 24 0 75 2 23 3 73 9 22 6 72 7 24 0 75 2 Temp baxxa rekord C F 17 5 63 5 16 6 61 9 17 6 63 7 21 2 70 2 20 5 68 9 21 8 71 2 22 8 73 0 22 3 72 1 21 7 71 1 20 3 68 5 18 4 65 1 16 9 62 4 16 6 61 9 medja cm pulzieri 86 0 3 39 60 1 2 37 62 1 2 44 180 1 7 09 93 8 3 69 15 4 0 61 23 6 0 93 42 6 1 68 66 5 2 62 259 0 10 20 281 4 11 08 224 6 8 84 1 395 2 54 93 Medja għall jiem bil preċipitazzjoni 1 0 mm 6 4 4 3 5 0 11 0 5 9 2 5 2 5 4 4 5 1 13 8 17 2 12 2 90 4 Sors NOAATrasportAnuradhapura hija moqdija bil linji ferrovjarji u bl awtostradi Il linja ferrovjarja tat Tramuntana tikkollega lil Anuradhapura ma Kolombo Jaffna u Kankesanthurai L istazzjon ferrovjarju ta Anuradhapura huwa ċ ċentru ferrovjarju tal belt b bosta servizzi fosthom Yal Devi Uttara Devi Hemm għadd ta rotot tal karozzi tal linja li jgħaddu minn Anuradhapura u li jitilqu minn Kolombo lejn il provinċja tat Tramuntana Uħud minnhom huma l 04 il 15 is 57 is 87 eċċ Anuradhapura hija belt ċentrali fis Sri Lanka Hija kkollegata direttament bit triq ma għadd kbir ta bliet u rħula ewlenin fil gzira Bit triq Anuradhapura hija kkollegata ma Vavuniya Dambulla Matale Puttalam Trincomalee Jaffna Kurunegala u Kandy Iktar qariHarischandra B W The Sacred City of Anuradhapura Reprint New Delhi Asian Educational Services 1998 Nissanka H S S Maha Bodhi Tree in Anuradhapura Sri Lanka The Oldest Historical Tree in the World New Delhi 1996 Reprint Vikas R A E Coningham The Origins of the Brahmi Script Reconsidered The New Evidence from Anuradhapura Minerva 8 2 27 31 1995 R A E Coningham Anuradhapura Citadel Archaeological Project Preliminary Results of a Season of Geophysical Survey South Asian Studies 10 179 188 1994 A Seneviratne Ancient Anuradhapura The Monastic City Archaeological Department of Sri Lanka p 310 1994 S M Burrows The Buried Cities of Ceylon A Guide Book to Anuradhapura and Polonaruwa Reprint p 120 1999 Philippe Fabry the Essential guide for Anuradhapura and its region Negombo Viator Publications 2005 199 p ISBN 955 8736 05 8 Senake Dias Bandaranayake Sinhalese Monastic Architecture The Viharas of Anuradhapura E J Brill in Netherlands 1974 James G Smither Architectural Remains Anuradhapura Ceylon Comprising the Dagabas and Certain Other Ancient Ruined Structures Ceylon Government Press Londra 1894 H E Weerasooria Historical Guide to Anuradhapura s Ruins Asian Educational Services AES New Delhi 1995 Ulrich von Schroeder Buddhist Sculptures of Sri Lanka X Monuments of Anuradhapura 553 619 Hong Kong Visual Dharma Publications Ltd 1990 ISBN 962 7049 05 0 ISBN 978 962 7049 05 0 Ulrich von Schroeder The Golden Age of Sculpture in Sri Lanka Masterpieces of Buddhist and Hindu Bronzes from Museums in Sri Lanka catalogue of the exhibition held at the Arthur M Sackler Gallery Washington D C 1 November 1992 26 September 1993 Hong Kong Visual Dharma Publications Ltd 1992 ISBN 962 7049 06 9 ISBN 978 962 7049 06 7 Referenzi a b ċ Sacred City of Anuradhapura UNESCO whc unesco org Miġbur 2024 12 04 www statistics gov lk PDF Arkivjat minn l oriġinal PDF fl 2017 07 13 Miġbur 2024 12 04