Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Kandy bis Singaliż මහන වර Mahanuwara pronunzja mahanuʋərə bit Tamil கண ட Kandy pronunzja ˈkaɳɖi hija belt ewlenija li ti

Kandy

  • Paġna Ewlenija
  • Kandy
Kandy
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Kandy (bis-Singaliż: මහනුවර Mahanuwara, pronunzja: [mahanuʋərə]; bit-Tamil: கண்டி Kandy, pronunzja: [ˈkaɳɖi]) hija belt ewlenija li tinsab fil-Provinċja Ċentrali tas-Sri Lanka. Kienet l-aħħar belt kapitali tal-monarkija Singaliża mill-1469 sal-1818, taħt ir-Renju ta' Kandy. Il-belt tinsab qalb l-għoljiet fil-promontorju ta' Kandy, fejn hemm żona ta' pjantaġġuni tropikali, l-iktar tat-te. Kandy hija belt amministrattiva u reliġjuża u l-belt kapitali tal-Provinċja Ċentrali. F'Kandy hemm it-Tempju tar-Relikwa tas-Sinna tal-Buddha (Sri Dalada Maligawa), wieħed mill-iżjed postijiet sagri ta' qima fid-dinja Buddista. Il-belt tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1988. Storikament il-mexxejja Buddisti lokali rreżistew it-tkabbir u l-okkupazzjoni kolonjali tal-Portugiżi, tal-Olandiżi u tal-Brittaniċi.

Kandy
 Sri Lanka
Amministrazzjoni
RepubblikaSri Lanka
Province of Sri LankaProvinċja Ċentrali
Kap tal-Gvern (en)
Isem uffiċjali මහනුවර
Ismijiet oriġinali මහනුවර
Kodiċi postali 20000
Ġeografija
Koordinati 7°17′35″N 80°38′06″E / 7.2931°N 80.635°E / 7.2931; 80.635Koordinati: 7°17′35″N 80°38′06″E / 7.2931°N 80.635°E / 7.2931; 80.635
Kandy
Kandy (Sri Lanka)
Superfiċjenti 27 kilometru kwadru
Għoli 500 m
Demografija
Popolazzjoni 120,087 abitanti (2021)
Informazzjoni oħra
Żona tal-Ħin
bliet ġemellati
kandy.mc.gov.lk

Etimoloġija

Il-belt u r-reġjun kienu magħrufa b'bosta ismijiet u verżjonijiet differenti ta' dawk l-ismijiet. Xi studjużi jissuġġerixxu li l-isem oriġinali ta' Kandy kien Katubulu Nuwara li issa tinsab qrib Watapuluwa. Madankollu, l-isem storiku iktar popolari kien Senkadagala jew Senkadagalapura, uffiċjalment Senkadagala Siriwardhana Maha Nuwara (jiġifieri "belt kbira ta' Senkadagala li kulma jmur tiddi iktar"), ġeneralment imqassar għal "Maha Nuwara". Skont il-folklor, dan l-isem oriġina minn wieħed mid-diversi sorsi possibbli, li kien isostni li l-belt ingħatat isem Brahmin li kien jismu Senkanda u li kien jgħix f'għar fil-qrib. Sors ieħor isostni li kien hemm reġina ta' li kien jisimha Senkanda, li ngħatat dak l-isem għal ħaġra kkulurita jisimha Senkadagala. Ir-Renju ta' Kandy kien magħruf b'bosta ismijiet ukoll. L-isem mifrux "Kandy", li oriġina matul l-era kolonjali, ġej minn verżjoni Angliċizzata ta' Sinhala Kanda Uda Rata (jiġifieri "l-art ta' fuq il-muntanja") jew Kanda Uda Pas Rata (jiġifieri "l-ħames kontej/pajjiżi ta' fuq il-muntanja"). Il-Portugiżi qassru dan l-isem għal "Candea", u użaw l-isem kemm għar-renju kif ukoll għall-belt kapitali. Bis-Singaliż, Kandy tissejjaħ Maha Nuwara, li tfisser "Belt Kbira" jew "Belt Kapitali", għalkemm spiss dan l-isem jitqassar għal Nuwara fil-lingwaġġ ta' kuljum.

Storja

Stabbiliment

Ir-rekords storiċi jissuġġerixxu li Kandy ġiet stabbilita għall-ewwel darba minn Vikramabahu III (1357–1374 W.K.), li kien il-monarka tar-Renju ta' Gampola, fit-Tramuntana tal-belt attwali, u dak iż-żmien kien jisimha Senkadagalapura.

Renju ta' Kandy

(1473–1511) kien l-ewwel re tar-Renju ta' Kandy. Huwa kien irjali min-nisel irjali ta' Kotte u rrenja f'Kandy daqslikieku kien renju semiindipendenti taħt ir-Renju ta' Kotte, u lill-belt għamilja l-belt kapitali l-ġdida tar-Renju ta' Kandy. Sena Sammatha Wickramabahu ġie segwit minn ibnu (1511–1551) u mbagħad minn (1551–1581), li ħaditlu postu bintu (1581–1581). Wara Dona Catherina laħaq . Madankollu, Rajasinha I ipprefera jirrenja mir-Renju ta' Sitawaka fil-Punent tal-gżira. Perjodu ta' taqbid għall-poter intemm bit-tlugh fit-tron ta' Konappu Bandara li sar magħruf bħala . Ladarba ħaddan il-Buddiżmu, huwa kompla jikkonsolida l-awtorità tiegħu billi ġab ir-relikwa tas-sinna tal-Buddha lejn Kandy minn post imsejjaħ Delgamuwa.

Fl-1592 Kandy saret il-belt kapitali tal-aħħar renju indipendenti fil-gżira, wara li r-reġjuni kostali kien inħakmu mill-Portugiżi. Diversi invażjonijiet mill-Portugiżi ġew irreżistiti, l-iktar magħrufa fosthom fil-kampanja militari ta' Danture. Wara l-Gwerra bejn is-Singaliżi u l-Portugiżi u l-istabbiliment ta' Ceylon Olandiża, it-tentattivi tal-Olandiżi li jaħkmu r-renju sfaw fix-xejn.

Ir-renju ttollera preżenza Olandiża mal-kosta tas-Sri Lanka, għalkemm minn żmiem għal żmien kienu jsiru xi attakki. L-iżjed offensiva ambizzjuża seħħet fl-1761, meta r-Re attakka u rebaħ il-biċċa l-kbira tal-kosta, u ħalla biss lil Negombo intatta peress li kienet iffortifikata sew. Meta qawwa Olandiża ta' ritaljazzjoni rritornat fuq il-gżira fl-1763, Kirti Sri Rajasinha abbanduna l-kosta u rtira fuq in-naħa ta' ġewwa tal-gżira. Meta l-Olandiżi baqgħu javvanzaw lejn il-ġungli s-sena ta' wara, b'mod kostanti kellhom iħabbtu wiċċhom mal-mard, mas-sħana, man-nuqqas ta' provvisti u mat-tiraturi ta' Kandy, li kienu jkunu moħbijin fil-ġungla u li minħabba fihom l-Olandiżi ġarrbu telfiet kbar.

L-Olandiżi bagħtu qawwa iktar adattata f'Jannar 1765, u armaw lit-truppi tagħhom bix-xfafar minflok bl-ixkubetti. Barra minn hekk, użaw uniformijiet u tattiki iktar prattiċi li kienu iktar adattati għall-ġlied fil-ġungla. Inizjalment l-Olandiżi rnexxielhom jaħtfu l-belt kapitali, li ġiet abbandunata, u ċ-ċittadini ta' Kandy irtiraw għal darb'oħra fil-ġungli, u rrifjutaw li jiġġieldu fil-beraħ. Madankollu, l-Olandiżi reġgħu nfnew bil-ġlied kostanti. Fl-1766 ġie ffirmat trattat ta' paċi. L-Olandiżi żammew il-kontroll taż-żoni kostali sal-1796, meta mbagħad ħa l-kontroll ir-Renju Unit (meta n-Netherlands kienu taħt il-kontroll tal-Franċiżi) bis-saħħa tal-ittri ta' Kew ta' matul il-gwerer ta' Napuljun. Is-sjieda Brittanika ta' dawn l-inħawi ġiet formalizzata bit-Trattat ta' fl-1802. Is-sena ta' wara, il-Brittaniċi invadew ukoll lil Kandy f'dik li saret magħrufa bħala l-Ewwel Gwerra ta' Kandy iżda sabu reżistenza.

Bħala l-belt kapitali, Kandy kienet bdiet tospita r-relikwa tas-sinna tal-Buddha li tissimbolizza tradizzjoni tas-seklu 4 li kienet marbuta mal-monarkija Singaliża, ladarba l-protettur tar-relikwa kien il-mexxej tal-art. Għalhekk, il-Palazz Irjali u t-Tempju tas-Sinna nbnew qrib xulxin.

L-aħħar dinastija renjanti ta' Kandy kienet dik tan-Nayak. Kandy baqgħet indipendenti sal-bidu tas-seklu 19.

Fit-Tieni Gwerra ta' Kandy, il-Brittaniċi għamlu invażjoni li ma sabet l-ebda reżistenza u waslu sal-belt fl-10 ta' Frar 1815. L-ewwel darba li s-Sri Lanka sfat f'idejn setgħa barranija kienet f'Kandy bl-iffirmar tal-Konvenzjoni ta' Kandy fl-1815 fis-Sri Dalada Maligawa. Ir-re, Vikrama Rajasinha ta' Kandy, li kien ta' nisel tan-Nofsinhar tal-Indja, iffaċċja oppożizzjoni qawwija mill-kapijiet Singaliżi u fittex li jnaqqas is-setgħu tiegħu. Il-kapijiet Singaliżi rnexxielhom jorganizzaw kolp fejn aċċettaw il-kuruna Brittanika bħala l-monarkija l-ġdida tagħhom. Dan temm iktar minn 2,500 sena ta' monarki Singaliżi u s-sensiela ta' monarki ta' Kandy, u Rajasinha ttieħed bħala priġunier. Sat-2 ta' Marzu 1815, is-sovranità tal-gżira kienet taħt dik tal-Imperu Brittaniku. Trattat magħruf bħala l-Konvenzjoni ta' Kandy ġie ffirmat bejn il-Brittaniċi u r-Radala (aristrokratiċi ta' Kandy). It-trattat ma ġiex iffirmat mir-re li tneħħa iżda mill-membri tal-qorti tiegħu u minn dinjitarji oħra tar-Renju ta' Kandy. B'dan it-trattat, Kandy irrikonoxxiet lil bħala r-re tagħha u saret protettorat Brittaniku. L-aħħar re tar-renju, Sri Vikrama Rajasinha, inħataf u ttieħed bħala priġunier irjali mill-Brittaniċi lejn il-Forti ta' Vellore fin-Nofsinhar tal-Indja flimkien mal-pretendenti kollha tat-tron. Uħud mill-membri tal-familja ġew eżiljati wkoll lejn Tanjore (issa magħrufa bħala Thanjavur, f'Tamil Nadu). Dan il-post fejn marru jgħixu għadu magħruf bħala "Kandy Raja Aranmanai" fil-parti tal-Lvant ta' Thanjavur tul it-triq antika ta' Mariamman Koil.

Era kolonjali

Matul il-perjodu Brittaniku fis-Sri Lanka, l-istorja ta' Kandy u l-pajsaġġ urban tal-belt esperjenzaw tibdil rapidu u drastiku, b'mod partikolari wara r-Ribelljoni ta' Uva. Sir Lowry huwa magħruf li rreġistra fil-Gazetteer "Il-ġrajja tat-tmexxija tal-Ingliżi f'Kandy matul ir-ribelljoni tal-1818 ma tistax tiġi rrakkontata mingħajr ma tħammarlek wiċċek... Bil-kemm kien għad fadal membru ħaj mill-familji ewlenin... Dawk li ma nqatlux bix-xwabel u bl-armi tan-nar, mietu bil-mijiet bil-kolera u bil-ġidri r-riħ... Oħrajn baqgħu jgħixu fl-injoranza u fl-apatija. Kwalunkwe sforz sussegwenti ta' żvilupp min-naħa tal-gvern għal bosta snin baqgħu biss tentattivi li nbdew u mbagħad ġew abbandunati".

Fl-1848, immexxija minn u , kien hemm ribelljoni magħrufa bħala r-Ribelljoni ta' Matale. Qabel dan l-avveniment, il-belt u l-pajjiż kienu ilhom taħt it-tmexxija Brittanika għal 32 sena, u matul dak iż-żmien il-Brittaniċi esproprjaw l-art komuni tar-raħħala u ħallewhom f'faqar estrem. Iċ-ċittadini ta' Kandy kellhom jabbandunaw l-għajxien tradizzjonali tagħhom u saru ħaddiema bil-pagi fil-kundizzjonijiet tal-waħx li kienu jipprevalu fil-proprjetajiet u fil-pjantaġġuni l-ġodda li kien ġew introdotti. Minkejja l-pressjoni kollha li ġiet eżerċitata mill-kolonjalisti, iċ-ċittadini ta' Kandy irrifjutaw. B'hekk il-Brittaniċi kellhom iġibu mijiet ta' eluf ta' coolies (ħaddiema tas-servitù bil-kuntrattar) Tamil min-Nofsinhar tal-Indja.

Ir-ribelljoni bdiet fis-26 ta' Lulju 1848 u Gongalegoda Banda sar re, filwaqt li Puran Appu sar il-Prim Ministru, u l-objettiv prinċipali tagħhom kien li jerġgħu jaħtfu lil Kandy mingħand il-Brittaniċi. Ir-Ribelljoni ta' Matale kienet rewwixta tar-raħħala f'idejn in-nies komuni. In-nies tat-tmexxija ta' Kandy kienu nqerdu għalkollox wara r-Ribelljoni ta' Uva, u dan immarka l-ewwel pass f'tranżizzjoni mis-sistema fewdali klassika tar-rewwixti antikolonjali għat-taqbid modern għall-indipendenza. It-tmexxija għaddiet għall-ewwel darba mill-provinċji ta' Kandy f'idejn in-nies komuni u mhux aristokratiċi.

Fl-1944, matul it-Tieni Gwerra Dinjija, il-Kmand tax-Xlokk tal-Asja tal-alleati ġie ttrasferit lejn Kandy, u baqa' hemmhekk sal-aħħar tal-gwerra.

Kandy kontemporanja

Kandy hija t-tieni l-ikbar belt fil-gżira u hija l-belt kapitali tal-Provinċja Ċentrali tas-Sri Lanka moderna. Il-pożizzjoni ġeografika tagħha wasslitha biex tkun ċentru ewlieni għat-trasport fil-gżira: Kandy hija ċ-ċentru ta' kollegament mal-Artijiet Għoljin Ċentrali tas-Sri Lanka, u wieħed jista' jasal fil-belt permezz tal-awtostradi ewlenin f'kull direzzjoni tal-gżira. Il-linja ferrovjarja minn , il-port marittimu tul il-kosta tal-Punent, tgħaddi minn Kandy u tibqa' sejra sa Badulla fl-Artijiet Għoljin Ċentrali. It-toroq prinċipali Kolombo-Kandy u Kandy-Nuwara Eliya huma tnejn mill-iżjed toroq xeniċi tas-Sri Lanka; it-triq Kolombo-Kandy tgħaddi qalb l-għelieqi u l-pjantaġġuni tal-lastiku, tat-te u tar-ross, filwaqt li t-triq Kandy-Nuwara Eliya tgħaddi minn ġo nofs l-għelieqi tar-ross u l-pjantaġġuni tat-te. Iż-żewġ toroq iserrpu qalb l-għoljiet. Attwalment qed isiru studji ta' fattibbiltà biex tinbena awtostrada oħra bejn Kolombo u Kandy li tgħaddi minn Kadawata u l-belt xenika ta' Katugastota.

Sit ta' Wirt Dinji

Il-Belt Sagra ta' Kandy ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1988.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".

Ġeografija

Topografija

Kandy tinsab fuq ġewwa, fin-naħa muntanjuża u forestali tal-gżira. Il-belt tinsab bejn diversi ktajjen muntanjużi, fosthom il-Katina Muntanjuża ta' Knuckles u l-Katina Muntanjuża ta' Hanthana, u b'hekk il-belt għandha elevazzjoni ta' 500 metru (1,600 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar. Tinsab biswit il-lag artifiċjali ta' Kandy u fin-Nofsinhar tas-Santwarju ta' Udawatta Kele. Illum il-ġurnata s-Santwarju ta' Udawatte Kele kulma jmur qed jiċkien.

Klima

Skont is-sistema tal-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen-Geiger, il-klima tal-belt hija waħda ta' foresta pluvjali tropikali (Af). Peress li Kandy tinsab fiċ-ċentru tal-gżira u f'elevazzjoni għolja, il-belt tgawdi minn temperaturi iktar bierda u jkollha relattivament iktar xita mill-klima tropikali tal-bqija tal-pajjiż, speċjalment ir-reġjuni kostali. Nuwara Eliya tinsab fin-Nofsinhar tagħha u għandha klima iktar friska minħabba l-elevazzjoni ogħla. Minkejja dan, il-klima ta' Kandy xorta waħda hija tropikali u t-temperaturi medji s-sena kollha jkunu iktar minn 18 °C. Il-belt tesperjenza perjodu b'iktar nixfa minn Jannar sa April. Minn Mejju sa Lulju u minn Ottubru sa Diċembru ir-reġjun jesperjenza l-istaġun tal-monsuni, u matul dak iż-żmien it-temp ma jkunx stabbli u spiss ikun hemm il-maltemp. Minn Marzu sa nofs Mejju jkun hemm il-perjodu ta' bejn il-monsuni, u matul dak iż-żmien ikun hemm xita ħafifa u umdità qawwija. L-umdità ġeneralment tkun bejn 70 % u 79 %.

Data klimatika Kandy
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Medja massima kuljum °C (°F) 27
(81)
28
(82)
30
(86)
30
(86)
29
(84)
28
(82)
27
(81)
28
(82)
28
(82)
28
(82)
27
(81)
27
(81)
28
(83)
Medja kuljum °C (°F) 23.1
(73.6)
24.1
(75.4)
25.4
(77.7)
25.9
(78.6)
25.6
(78.1)
24.8
(76.6)
24.3
(75.7)
24.4
(75.9)
24.3
(75.7)
24.3
(75.7)
24
(75)
23.7
(74.7)
24.5
(76.1)
Medja minima kuljum °C (°F) 18
(64)
18
(64)
18
(64)
20
(68)
20
(68)
20
(68)
20
(68)
19
(66)
19
(66)
19
(66)
19
(66)
18
(64)
19
(66)
medja cm (pulzieri) 79
(3.1)
74
(2.9)
71
(2.8)
188
(7.4)
144
(5.7)
132
(5.2)
128
(5.0)
113
(4.4)
155
(6.1)
264
(10.4)
296
(11.7)
196
(7.7)
1,840
(72.4)
Medja għall-jiem bix-xita 6 5 8 14 11 15 14 13 13 17 16 14 146
Medja kuljum għas-siegħat bid-dawl tax-xemx 7 8 8 7 6 6 6 6 6 6 6 6 7
Sors 1: Weather2Travel for highs, lows and sunshine, Climate-Data.org for daily mean temperatures (altitude: 518 m)
Sors 2: World Climate Guide, HolidayCheck.com, World Climate

Tqassim amministrattiv

Il-belt ta' Kandy tinsab f'elevazzjoni ta' 465 metru (1,526 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar. Il-pjanta tagħha żviluppat madwar żewġ spazji miftuħa: pjazza rettangolari tawwalija, li fit-tarf tagħha hemm il-binjiet amministrattivi tal-belt kapitali antika, u lag artifiċjali kwadru. Hemm ukoll ġnien pubbliku li jkompli jżid mal-ftuħ tat-tqassim tal-ispazju tal-belt.

Kandy issa kibret tant li tinkorpora lil Peradeniya, li tospita l-Università ta' Peradeniya u l-Ġonna Botaniċi, Katugastota fit-Tramuntana, u Kundasale, Tennekumbura u Gurudeniya fil-Lvant.

Viċinati

Iċ-Ċentru Storiku ta' Kandy:

  • Akurana
  • Ampitiya
  • Tramuntana ta' Ampitiya
  • Nofsinhar ta' Ampitiya
  • Anniwatta
  • Lvant ta' Aruppola
  • Asgiriya
  • Bahirawakanda
  • Bogambara
  • Bogodawatta
  • Bowala
  • Buwelikada
  • Dangolla
  • Deiyannewelle
  • Kolonja ta' Etamoragodawatta
  • Punent ta' Gannoruwa
  • Gelioya
  • Gampola
  • Heenagama
  • Katugastota
  • Katukele
  • Kosgaspitiya
  • Kotugodella
  • Lewella
  • Madawala
  • Mahaiyawa
  • Malwatta
  • Mapanawatura
  • Mavilmada
  • Menikkumbura
  • Mulgampola
  • Navayalatenna
  • Nittawela
  • Nuwara Dodanwala
  • Peradeniya
  • Polgolla
  • Siyabalapitiya
  • Siyambalagastenna
  • Lvant ta' Suduhumpola
  • Punent ta' Suduhumpola
  • Talwatta
  • Tennekumbura
  • Udamadapola
  • Udathalawinna
  • Watapuluwa
  • Wattarantenna
  • Wewelpitiya
  • Yatiwawala
  • Wattegama

Distretti

Kandy għandha 24 distrett.

Referenzi

  1. ^ a b ċ "Sacred City of Kandy - UNESCO". whc.unesco.org. Miġbur 2024-12-06.
  2. ^ . Weather2Travel http://www.weather2travel.com/climate-guides/sri-lanka/kandy.php. Parametru mhux magħruf |publisher= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |access-date= injorat (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  3. ^ Żball fl-użu tar-referenzi: Użu invalidu ta' <ref>; l-ebda test ma ġie provdut għar-referenza bl-isem Climate-Data.org.
  4. ^ http://www.worldclimateguide.co.uk/climateguides/srilanka/kandy.php. Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |last= injorat (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  5. ^ Temperature Kandy – climate Kandy Sri Lanka (Inside) – weather Kandy
  6. ^ http://www.worldclimate.com/cgi-bin/grid.pl?gr=N07E080. Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  7. ^ "Kandy Munciple Councile". web.archive.org. 2014-12-13. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-12-13. Miġbur 2024-12-06.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 10 Lul, 2025 / 13:11

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Kandy, X'inhi Kandy? Xi tfisser Kandy?

Kandy bis Singaliz මහන වර Mahanuwara pronunzja mahanuʋere bit Tamil கண ட Kandy pronunzja ˈkaɳɖi hija belt ewlenija li tinsab fil Provinċja Ċentrali tas Sri Lanka Kienet l aħħar belt kapitali tal monarkija Singaliza mill 1469 sal 1818 taħt ir Renju ta Kandy Il belt tinsab qalb l għoljiet fil promontorju ta Kandy fejn hemm zona ta pjantaġġuni tropikali l iktar tat te Kandy hija belt amministrattiva u reliġjuza u l belt kapitali tal Provinċja Ċentrali F Kandy hemm it Tempju tar Relikwa tas Sinna tal Buddha Sri Dalada Maligawa wieħed mill izjed postijiet sagri ta qima fid dinja Buddista Il belt tnizzlet fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1988 Storikament il mexxejja Buddisti lokali rrezistew it tkabbir u l okkupazzjoni kolonjali tal Portugizi tal Olandizi u tal Brittaniċi Kandy Sri LankaAmministrazzjoniRepubblikaSri LankaProvince of Sri LankaProvinċja ĊentraliKap tal Gvern en Isem uffiċjali මහන වරIsmijiet oriġinali මහන වරKodiċi postali 20000ĠeografijaKoordinati 7 17 35 N 80 38 06 E 7 2931 N 80 635 E 7 2931 80 635 Koordinati 7 17 35 N 80 38 06 E 7 2931 N 80 635 E 7 2931 80 635KandyKandy Sri Lanka Superfiċjenti 27 kilometru kwadruGħoli 500 mDemografijaPopolazzjoni 120 087 abitanti 2021 Informazzjoni oħraZona tal Ħinbliet ġemellatikandy mc gov lkEtimoloġijaIl belt u r reġjun kienu magħrufa b bosta ismijiet u verzjonijiet differenti ta dawk l ismijiet Xi studjuzi jissuġġerixxu li l isem oriġinali ta Kandy kien Katubulu Nuwara li issa tinsab qrib Watapuluwa Madankollu l isem storiku iktar popolari kien Senkadagala jew Senkadagalapura uffiċjalment Senkadagala Siriwardhana Maha Nuwara jiġifieri belt kbira ta Senkadagala li kulma jmur tiddi iktar ġeneralment imqassar għal Maha Nuwara Skont il folklor dan l isem oriġina minn wieħed mid diversi sorsi possibbli li kien isostni li l belt ingħatat isem Brahmin li kien jismu Senkanda u li kien jgħix f għar fil qrib Sors ieħor isostni li kien hemm reġina ta li kien jisimha Senkanda li ngħatat dak l isem għal ħaġra kkulurita jisimha Senkadagala Ir Renju ta Kandy kien magħruf b bosta ismijiet ukoll L isem mifrux Kandy li oriġina matul l era kolonjali ġej minn verzjoni Angliċizzata ta Sinhala Kanda Uda Rata jiġifieri l art ta fuq il muntanja jew Kanda Uda Pas Rata jiġifieri l ħames kontej pajjizi ta fuq il muntanja Il Portugizi qassru dan l isem għal Candea u uzaw l isem kemm għar renju kif ukoll għall belt kapitali Bis Singaliz Kandy tissejjaħ Maha Nuwara li tfisser Belt Kbira jew Belt Kapitali għalkemm spiss dan l isem jitqassar għal Nuwara fil lingwaġġ ta kuljum StorjaStabbiliment Ir rekords storiċi jissuġġerixxu li Kandy ġiet stabbilita għall ewwel darba minn Vikramabahu III 1357 1374 W K li kien il monarka tar Renju ta Gampola fit Tramuntana tal belt attwali u dak iz zmien kien jisimha Senkadagalapura Renju ta Kandy 1473 1511 kien l ewwel re tar Renju ta Kandy Huwa kien irjali min nisel irjali ta Kotte u rrenja f Kandy daqslikieku kien renju semiindipendenti taħt ir Renju ta Kotte u lill belt għamilja l belt kapitali l ġdida tar Renju ta Kandy Sena Sammatha Wickramabahu ġie segwit minn ibnu 1511 1551 u mbagħad minn 1551 1581 li ħaditlu postu bintu 1581 1581 Wara Dona Catherina laħaq Madankollu Rajasinha I ipprefera jirrenja mir Renju ta Sitawaka fil Punent tal gzira Perjodu ta taqbid għall poter intemm bit tlugh fit tron ta Konappu Bandara li sar magħruf bħala Ladarba ħaddan il Buddizmu huwa kompla jikkonsolida l awtorita tiegħu billi ġab ir relikwa tas sinna tal Buddha lejn Kandy minn post imsejjaħ Delgamuwa Fl 1592 Kandy saret il belt kapitali tal aħħar renju indipendenti fil gzira wara li r reġjuni kostali kien inħakmu mill Portugizi Diversi invazjonijiet mill Portugizi ġew irrezistiti l iktar magħrufa fosthom fil kampanja militari ta Danture Wara l Gwerra bejn is Singalizi u l Portugizi u l istabbiliment ta Ceylon Olandiza it tentattivi tal Olandizi li jaħkmu r renju sfaw fix xejn Ir renju ttollera prezenza Olandiza mal kosta tas Sri Lanka għalkemm minn zmiem għal zmien kienu jsiru xi attakki L izjed offensiva ambizzjuza seħħet fl 1761 meta r Re attakka u rebaħ il biċċa l kbira tal kosta u ħalla biss lil Negombo intatta peress li kienet iffortifikata sew Meta qawwa Olandiza ta ritaljazzjoni rritornat fuq il gzira fl 1763 Kirti Sri Rajasinha abbanduna l kosta u rtira fuq in naħa ta ġewwa tal gzira Meta l Olandizi baqgħu javvanzaw lejn il ġungli s sena ta wara b mod kostanti kellhom iħabbtu wiċċhom mal mard mas sħana man nuqqas ta provvisti u mat tiraturi ta Kandy li kienu jkunu moħbijin fil ġungla u li minħabba fihom l Olandizi ġarrbu telfiet kbar L Olandizi bagħtu qawwa iktar adattata f Jannar 1765 u armaw lit truppi tagħhom bix xfafar minflok bl ixkubetti Barra minn hekk uzaw uniformijiet u tattiki iktar prattiċi li kienu iktar adattati għall ġlied fil ġungla Inizjalment l Olandizi rnexxielhom jaħtfu l belt kapitali li ġiet abbandunata u ċ ċittadini ta Kandy irtiraw għal darb oħra fil ġungli u rrifjutaw li jiġġieldu fil beraħ Madankollu l Olandizi reġgħu nfnew bil ġlied kostanti Fl 1766 ġie ffirmat trattat ta paċi L Olandizi zammew il kontroll taz zoni kostali sal 1796 meta mbagħad ħa l kontroll ir Renju Unit meta n Netherlands kienu taħt il kontroll tal Franċizi bis saħħa tal ittri ta Kew ta matul il gwerer ta Napuljun Is sjieda Brittanika ta dawn l inħawi ġiet formalizzata bit Trattat ta fl 1802 Is sena ta wara il Brittaniċi invadew ukoll lil Kandy f dik li saret magħrufa bħala l Ewwel Gwerra ta Kandy izda sabu rezistenza Bħala l belt kapitali Kandy kienet bdiet tospita r relikwa tas sinna tal Buddha li tissimbolizza tradizzjoni tas seklu 4 li kienet marbuta mal monarkija Singaliza ladarba l protettur tar relikwa kien il mexxej tal art Għalhekk il Palazz Irjali u t Tempju tas Sinna nbnew qrib xulxin L aħħar dinastija renjanti ta Kandy kienet dik tan Nayak Kandy baqgħet indipendenti sal bidu tas seklu 19 Fit Tieni Gwerra ta Kandy il Brittaniċi għamlu invazjoni li ma sabet l ebda rezistenza u waslu sal belt fl 10 ta Frar 1815 L ewwel darba li s Sri Lanka sfat f idejn setgħa barranija kienet f Kandy bl iffirmar tal Konvenzjoni ta Kandy fl 1815 fis Sri Dalada Maligawa Ir re Vikrama Rajasinha ta Kandy li kien ta nisel tan Nofsinhar tal Indja iffaċċja oppozizzjoni qawwija mill kapijiet Singalizi u fittex li jnaqqas is setgħu tiegħu Il kapijiet Singalizi rnexxielhom jorganizzaw kolp fejn aċċettaw il kuruna Brittanika bħala l monarkija l ġdida tagħhom Dan temm iktar minn 2 500 sena ta monarki Singalizi u s sensiela ta monarki ta Kandy u Rajasinha ttieħed bħala priġunier Sat 2 ta Marzu 1815 is sovranita tal gzira kienet taħt dik tal Imperu Brittaniku Trattat magħruf bħala l Konvenzjoni ta Kandy ġie ffirmat bejn il Brittaniċi u r Radala aristrokratiċi ta Kandy It trattat ma ġiex iffirmat mir re li tneħħa izda mill membri tal qorti tiegħu u minn dinjitarji oħra tar Renju ta Kandy B dan it trattat Kandy irrikonoxxiet lil bħala r re tagħha u saret protettorat Brittaniku L aħħar re tar renju Sri Vikrama Rajasinha inħataf u ttieħed bħala priġunier irjali mill Brittaniċi lejn il Forti ta Vellore fin Nofsinhar tal Indja flimkien mal pretendenti kollha tat tron Uħud mill membri tal familja ġew eziljati wkoll lejn Tanjore issa magħrufa bħala Thanjavur f Tamil Nadu Dan il post fejn marru jgħixu għadu magħruf bħala Kandy Raja Aranmanai fil parti tal Lvant ta Thanjavur tul it triq antika ta Mariamman Koil Era kolonjali Matul il perjodu Brittaniku fis Sri Lanka l istorja ta Kandy u l pajsaġġ urban tal belt esperjenzaw tibdil rapidu u drastiku b mod partikolari wara r Ribelljoni ta Uva Sir Lowry huwa magħruf li rreġistra fil Gazetteer Il ġrajja tat tmexxija tal Inglizi f Kandy matul ir ribelljoni tal 1818 ma tistax tiġi rrakkontata mingħajr ma tħammarlek wiċċek Bil kemm kien għad fadal membru ħaj mill familji ewlenin Dawk li ma nqatlux bix xwabel u bl armi tan nar mietu bil mijiet bil kolera u bil ġidri r riħ Oħrajn baqgħu jgħixu fl injoranza u fl apatija Kwalunkwe sforz sussegwenti ta zvilupp min naħa tal gvern għal bosta snin baqgħu biss tentattivi li nbdew u mbagħad ġew abbandunati Fl 1848 immexxija minn u kien hemm ribelljoni magħrufa bħala r Ribelljoni ta Matale Qabel dan l avveniment il belt u l pajjiz kienu ilhom taħt it tmexxija Brittanika għal 32 sena u matul dak iz zmien il Brittaniċi esproprjaw l art komuni tar raħħala u ħallewhom f faqar estrem Iċ ċittadini ta Kandy kellhom jabbandunaw l għajxien tradizzjonali tagħhom u saru ħaddiema bil pagi fil kundizzjonijiet tal waħx li kienu jipprevalu fil proprjetajiet u fil pjantaġġuni l ġodda li kien ġew introdotti Minkejja l pressjoni kollha li ġiet ezerċitata mill kolonjalisti iċ ċittadini ta Kandy irrifjutaw B hekk il Brittaniċi kellhom iġibu mijiet ta eluf ta coolies ħaddiema tas servitu bil kuntrattar Tamil min Nofsinhar tal Indja Ir ribelljoni bdiet fis 26 ta Lulju 1848 u Gongalegoda Banda sar re filwaqt li Puran Appu sar il Prim Ministru u l objettiv prinċipali tagħhom kien li jerġgħu jaħtfu lil Kandy mingħand il Brittaniċi Ir Ribelljoni ta Matale kienet rewwixta tar raħħala f idejn in nies komuni In nies tat tmexxija ta Kandy kienu nqerdu għalkollox wara r Ribelljoni ta Uva u dan immarka l ewwel pass f tranzizzjoni mis sistema fewdali klassika tar rewwixti antikolonjali għat taqbid modern għall indipendenza It tmexxija għaddiet għall ewwel darba mill provinċji ta Kandy f idejn in nies komuni u mhux aristokratiċi Fl 1944 matul it Tieni Gwerra Dinjija il Kmand tax Xlokk tal Asja tal alleati ġie ttrasferit lejn Kandy u baqa hemmhekk sal aħħar tal gwerra Kandy kontemporanja Kandy hija t tieni l ikbar belt fil gzira u hija l belt kapitali tal Provinċja Ċentrali tas Sri Lanka moderna Il pozizzjoni ġeografika tagħha wasslitha biex tkun ċentru ewlieni għat trasport fil gzira Kandy hija ċ ċentru ta kollegament mal Artijiet Għoljin Ċentrali tas Sri Lanka u wieħed jista jasal fil belt permezz tal awtostradi ewlenin f kull direzzjoni tal gzira Il linja ferrovjarja minn il port marittimu tul il kosta tal Punent tgħaddi minn Kandy u tibqa sejra sa Badulla fl Artijiet Għoljin Ċentrali It toroq prinċipali Kolombo Kandy u Kandy Nuwara Eliya huma tnejn mill izjed toroq xeniċi tas Sri Lanka it triq Kolombo Kandy tgħaddi qalb l għelieqi u l pjantaġġuni tal lastiku tat te u tar ross filwaqt li t triq Kandy Nuwara Eliya tgħaddi minn ġo nofs l għelieqi tar ross u l pjantaġġuni tat te Iz zewġ toroq iserrpu qalb l għoljiet Attwalment qed isiru studji ta fattibbilta biex tinbena awtostrada oħra bejn Kolombo u Kandy li tgħaddi minn Kadawata u l belt xenika ta Katugastota Sit ta Wirt DinjiStampa Kandy WHC JPG Il plakka tas Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO f Kandy Il Belt Sagra ta Kandy ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1988 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem u l kriterju vi Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma avvenimenti jew ma tradizzjonijiet ħajjin ma ideat jew ma twemmin jew ma xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta valur universali straordinarju ĠeografijaTopografija Kandy tinsab fuq ġewwa fin naħa muntanjuza u forestali tal gzira Il belt tinsab bejn diversi ktajjen muntanjuzi fosthom il Katina Muntanjuza ta Knuckles u l Katina Muntanjuza ta Hanthana u b hekk il belt għandha elevazzjoni ta 500 metru 1 600 pied il fuq mil livell tal baħar Tinsab biswit il lag artifiċjali ta Kandy u fin Nofsinhar tas Santwarju ta Udawatta Kele Illum il ġurnata s Santwarju ta Udawatte Kele kulma jmur qed jiċkien Klima Skont is sistema tal klassifikazzjoni klimatika ta Koppen Geiger il klima tal belt hija waħda ta foresta pluvjali tropikali Af Peress li Kandy tinsab fiċ ċentru tal gzira u f elevazzjoni għolja il belt tgawdi minn temperaturi iktar bierda u jkollha relattivament iktar xita mill klima tropikali tal bqija tal pajjiz speċjalment ir reġjuni kostali Nuwara Eliya tinsab fin Nofsinhar tagħha u għandha klima iktar friska minħabba l elevazzjoni ogħla Minkejja dan il klima ta Kandy xorta waħda hija tropikali u t temperaturi medji s sena kollha jkunu iktar minn 18 C Il belt tesperjenza perjodu b iktar nixfa minn Jannar sa April Minn Mejju sa Lulju u minn Ottubru sa Diċembru ir reġjun jesperjenza l istaġun tal monsuni u matul dak iz zmien it temp ma jkunx stabbli u spiss ikun hemm il maltemp Minn Marzu sa nofs Mejju jkun hemm il perjodu ta bejn il monsuni u matul dak iz zmien ikun hemm xita ħafifa u umdita qawwija L umdita ġeneralment tkun bejn 70 u 79 Data klimatika Kandy Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena Medja massima kuljum C F 27 81 28 82 30 86 30 86 29 84 28 82 27 81 28 82 28 82 28 82 27 81 27 81 28 83 Medja kuljum C F 23 1 73 6 24 1 75 4 25 4 77 7 25 9 78 6 25 6 78 1 24 8 76 6 24 3 75 7 24 4 75 9 24 3 75 7 24 3 75 7 24 75 23 7 74 7 24 5 76 1 Medja minima kuljum C F 18 64 18 64 18 64 20 68 20 68 20 68 20 68 19 66 19 66 19 66 19 66 18 64 19 66 medja cm pulzieri 79 3 1 74 2 9 71 2 8 188 7 4 144 5 7 132 5 2 128 5 0 113 4 4 155 6 1 264 10 4 296 11 7 196 7 7 1 840 72 4 Medja għall jiem bix xita 6 5 8 14 11 15 14 13 13 17 16 14 146 Medja kuljum għas siegħat bid dawl tax xemx 7 8 8 7 6 6 6 6 6 6 6 6 7 Sors 1 Weather2Travel for highs lows and sunshine Climate Data org for daily mean temperatures altitude 518 m Sors 2 World Climate Guide HolidayCheck com World ClimateTqassim amministrattivIt Tempju tar Relikwa tas Sinna tal Buddha Kandy Il belt ta Kandy tinsab f elevazzjoni ta 465 metru 1 526 pied il fuq mil livell tal baħar Il pjanta tagħha zviluppat madwar zewġ spazji miftuħa pjazza rettangolari tawwalija li fit tarf tagħha hemm il binjiet amministrattivi tal belt kapitali antika u lag artifiċjali kwadru Hemm ukoll ġnien pubbliku li jkompli jzid mal ftuħ tat tqassim tal ispazju tal belt Kandy issa kibret tant li tinkorpora lil Peradeniya li tospita l Universita ta Peradeniya u l Ġonna Botaniċi Katugastota fit Tramuntana u Kundasale Tennekumbura u Gurudeniya fil Lvant Viċinati Iċ Ċentru Storiku ta Kandy Akurana Ampitiya Tramuntana ta Ampitiya Nofsinhar ta Ampitiya Anniwatta Lvant ta Aruppola Asgiriya Bahirawakanda Bogambara Bogodawatta Bowala Buwelikada Dangolla Deiyannewelle Kolonja ta Etamoragodawatta Punent ta Gannoruwa Gelioya Gampola Heenagama Katugastota Katukele Kosgaspitiya Kotugodella Lewella Madawala Mahaiyawa Malwatta Mapanawatura Mavilmada Menikkumbura Mulgampola Navayalatenna Nittawela Nuwara Dodanwala Peradeniya Polgolla Siyabalapitiya Siyambalagastenna Lvant ta Suduhumpola Punent ta Suduhumpola Talwatta Tennekumbura Udamadapola Udathalawinna Watapuluwa Wattarantenna Wewelpitiya Yatiwawala Wattegama Distretti Kandy għandha 24 distrett Referenzi a b ċ Sacred City of Kandy UNESCO whc unesco org Miġbur 2024 12 06 Weather2Travel http www weather2travel com climate guides sri lanka kandy php Parametru mhux magħruf publisher injorat forsi ridt tuza pubblikatur minflok għajnuna Parametru mhux magħruf title injorat għajnuna Parametru mhux magħruf access date injorat għajnuna title nieqes jew vojt għajnuna Zball fl uzu tar referenzi Uzu invalidu ta lt ref gt l ebda test ma ġie provdut għar referenza bl isem Climate Data org http www worldclimateguide co uk climateguides srilanka kandy php Parametru mhux magħruf title injorat għajnuna Parametru mhux magħruf last injorat għajnuna title nieqes jew vojt għajnuna Temperature Kandy climate Kandy Sri Lanka Inside weather Kandy http www worldclimate com cgi bin grid pl gr N07E080 Parametru mhux magħruf title injorat għajnuna title nieqes jew vojt għajnuna Kandy Munciple Councile web archive org 2014 12 13 Arkivjat mill oriġinal fl 2014 12 13 Miġbur 2024 12 06 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link

L-aħħar artikli
  • Lulju 09, 2025

    Monodelphis reigi

  • Lulju 09, 2025

    Monodelphis ronaldi

  • Lulju 09, 2025

    Monodelphis palliolata

  • Lulju 10, 2025

    Monodelphis scalops

  • Lulju 10, 2025

    Monodelphis sorex

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq