Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Dan l artiklu huwa dwar il mużika tradizzjonali Maltija Jekk qed tfittex dwar il pajjiz magħruf ukoll bħala Ghana ara Ga

Għana

  • Paġna Ewlenija
  • Għana
Għana
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az
Dan l-artiklu huwa dwar il-mużika tradizzjonali Maltija. Jekk qed tfittex dwar il-pajjiz magħruf ukoll bħala Ghana ara Gana.

L-għana hi l-mużika tradizzjonali ta' Malta. Il-versi li jitkantaw fl-għana għandhom melodija li tistħajjilha ballata Sqallija b'laqta medjo-orjentali. Infatti l-għana tista' titqies bħala l-eku tal-passat storiku ta' Malta li jinkludi ħafna influwenzi Għarab u Ewropej, grazzi għad-diversi ħakkiema li ħakmu lil Malta u l-Maltin.

L-għana minn dejjem kienet ikkunsidrata bħala l-mużika tan-nies komuni, tal-bdiewa, tar-raħħala u tan-nisa tad-dar; f'kelma waħda, l-għana kien jappartjeni lill-klassi l-baxxa tal-ħaddiema.

Forsi huwa propju għal dawn l-assoċjazzjonijiet, li l-għana llum f'Malta għad għandu ċerta stmerrija u jiġi mwarrab minn bosta nies. Malta llum il-ġurnata titqies bħala pajjiż Ewropew u fil-maġġorparti Kattoliku, u allura huma ħafna dawk li jippreferu ifarfru l-passat storiku tagħhom għax jidentifikaw ruħhom iktar ma' l-Ewropa Kristjana milli l-Afrika Islamika.

Storja ta' l-Għana

Guzè Cassar Pullicino, studjuż rinomat tal-folklor Malti, isostni li l-ewwel għana tmur lura lejn l-1792, jiġifieri fi żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann. Kavallier Franċiż bl-isem ta’ F.-E. de Saint-Priest ippubblika ktieb jismu Malte par un voyageur françois (Malta minn Vjaġġatur Franċiż), li fih jinkludi tliet għanjiet kif ġew irrakontati lilu minn librar Malti, Gioacchino Navarro. Waħda minn dawn l-għanjiet kienet:

Dik il-għajn li tixrob minnha
nitolbok la ddardarhiex:
Jiġi żmien u jgħaddi ieħor
Tkun tridha u ma ssibhiex

Fi żminijiet imgħoddija, l-għana kienet tiġi kantata mill-ħaddiema komuni, kif ukoll minn nisa li jkunu qed jagħmlu l-faċendi ta’ kuljum bħall-ħasil u l-inxir tal-ħwejjeġ.

Bejjiegħa ukoll kienu jużaw l-għana biex ibiegħu il-prodotti tagħhom, bl-għana sservi ta’ riklam dwar kemm huwa tajjeb u superjuri il-prodott tagħhom kif ukoll kemm huwa aħjar minn tal-bejjiegħa l-oħra. Mhux magħruf jekk kienx jirnexxielhom ibiegħu iktar mill-kompetituri li ma jgħannux, imma li huwa żgur huwa li kienu jiġbdu ħafna iktar l-attenzjoni tax-xerrejja.

L-għana minn dejjem kien iktar popolari lejn in-nofsinhar tal-gżira u allura ma jistax jonqos li ħafna għannejja jiġu minn dawk l-inħawi. Pereżempju, miż-Żejtun, ħarġu ħafna għannejja ta’ fama, bħal ngħidu aħna li miet fl-1991, u (li miet ħesrem fl-età ta' 63 sena, nhar it-21 ta' Ġunju 2006) li se jibqa' mfakkar bħala għannej popolari u l-akbar esponent ta’ l-għana f’Malta.

Tipi Differenti ta' Għana

Jeżistu ħafna tipi ta' għana differenti u kollha għandhom il-karatteristiċi partikolari tagħhom. Fost dawn insibu l-għana spirtu pront u bil-qasma, l-għana fil-għoli, l-għana tal-fatt u l-makjetti.

Għana Spirtu Pront

F'seduta tipika ta' għana spirtu pront, ikun hemm grupp ta' tliet kitarristi jakkumpanjaw l-għannejja (normalment ikunu erbgħa), b'wieħed minnhom magħruf bħal il-prim jew prejjem. Il-kitarrist prim jibda jdoqq l-introduzzjoni, biex b'hekk juri lill-għannejja kemm it-temp tad-diska kif ukoll it-tonalità, filwaqt li l-kitarristi l-oħrajn (li normalment ikunu tnejn għalkemm ġieli ssib iktar) idoqqu l-akkumpanjament ibbażat fuq żewġ kordi. Wara l-introduzzjoni, l-ewwel għannej jimproviżża għanja fuq dawk l-istess żewġ kordi (fuq melodija(.)(.) tradizzjonali) erba' versi tat-tmienja (vers ta' tmien sillabi, ottonarju) bir-rima imqabbża, jiġifieri A-B-Ċ-B. Il-vers tat-tmienja huwa wkoll magħruf sew bħala l-vers tal-popolin. Wara li l-ewwel għannej jispiċċa l-kwartina tiegħu, ikun hemm interludju bil-kitarrist prim idoqq varjazzjoni fuq dawk iż-żewġ kordi bażi, bl-istess ammont ta' ħin tal-istanza. Normalment, kemm il-kwartina kantata kif ukoll l-varjazzjoni strumentali ikunu maqsumin f'erba' frażijiet melodiċi, tnejn fuq l-ewwel korda (Tonic major chord) u tnejn fuq it-tieni (Dominant chord). Din l-istruttura hija mbgħad ripetuta minn kull wieħed mill-għannejja, b'bejn wieħed u ieħor, l-istess struttura metrika u rima. Sezzjoni ta' għanja spirtu pront taf tibqa' għaddejja hekk kważi siegħa u xi imdaqqiet anki iktar. Normalment is-sessjoni tikkonkludi b'kadenza li tkun tikkonsisti f'xi żewġ stanzi.

Peress li l-kwartini ta' din it-tip ta' għana jkunu improviżżati dak il-ħin stess (għalhekk spirtu pront), l-għannejja jridu jkunu kapaċi jaħsbu malajr kif ukoll iqabblu l-versi b'rima tajba. Jekk ikun hemm erba' għannejja involuti, normalment l-ewwel għannej jindirizza l-kwartina tiegħu lejn it-tielet għannej, filwaqt li t-tieni għannej jindirizza lir-raba' wieħed biex b'hekk jingħata ċ-ċans lill-għannejja biex jilħqu jaħsbu l-kwartina tagħhom.

Normalment, l-għannejja jitrattaw temi ħfief jew umoristiċi. Għaldaqstant l-użu ta' proverbji, idjomi esaġerazzjonijiet u 'puns' ma jonqsux fl-għana spirtu pront. Ta' min jgħid ukoll, li f'għana spirtu pront, il-messaġġ għandu jingħad b'mod sottili mingħajr kjarifiċi żejda.

L-għana spirtu pront normalment ikun kompost fuq l-iskala ta' A (La), iżda l-prim normalment ikun intonat ton fuq il-kitarri l-oħra, jiġifieri G (Sol). Tradizzjonalment, il-kitarristi jintonaw l-istrumenti tagħhom b'dan il-mod:

  • Il-prim kitarrist: G (Sol)
  • Akkumpanjament 1: A (La)
  • Akkumpanjament 2: C (Do) jew A (La)

L-għana spirtu pront juri biċ-ċar kemm il-Maltin iħobbu jargumentaw u jilletikaw. Il-pika, li f'dan il-każ tkun waħda ċajtiera, hija l-ingredjent prinċipali f'dan it-tip ta' għana. Peress li l-għana spirtu pront jirrifletti l-karattru nebbiexi tal-Maltin, dan seta' kien fattur determinanti biex dan it-tip ta' għana jiżviluppa u ma jintesiex bħal ċertu tipi ta' għana, bħal ngħidu aħna l-għana fil-għoli u l-għana tal-fatt. Infatti, wieħed jista' jgħid li x-xena ta' l-għana llum il-ġurnata hija totalment iddominata mill-għana spirtu pront.

Għana bil-Qasma

Dan it-tip ta' għana jixbah lil dik spirtu pront, iżda l-kwartini huma maqsuma bejn żewġ għannejja minflok kantati minn għannej wieħed. Fi kliem ieħor, l-ewwel għannej ikanta l-ewwel żewġ versi tal-kwartina filwaqt li t-tieni għannej jirrispondih b'żewġ versi sabiex hekk jikkonkludi dik il-kwartina. L-ewwel żewġ versi tal-kwartina li jmiss imbagħad jiġu kantati mill-għannej li jkun kanta l-aħħar żewġ versi tal-kwartina preċedenti.

Għana fil-Għoli (la Bormliża)

L-għana fl-għoli jew kif inhu magħruf aħjar bħala għana la Bormliża (jiġifieri, mill-belt ta' Bormla), hu pjuttost rari u ftit li xejn għad fadal għannejja li jipprattikawh. L-għana fil-għoli hu mżewwaq b'laqtiet medjo-orjentali u b'melodiji pjuttost Arabiċi. Il-fatt li dan jissejjaħ "fil-għoli", jagħti x'jifhem li dan it-tip ta' għana kien jitkanta b'vuċi għolja jew falsetto; infatti huwa probabbli li dan it-tip ta' għana kien u għadu kkunsidrat bħala rari, propju minħabba l-fatt li mhux kulħadd huwa kapaċi jilħaq it-ton għoli rikjest minn dan it-tip ta' għana. Jidher ukoll li l-għana fil-għoli kien probabbilment l-iktar għana popolari man-nisa.

L-oriġini tal-isem la bormliża huwa pjuttost oskur. Bormla fi żminijiet antiki kienet port importanti u kienu ħafna dawk il-vapuri tal-merkanzija Għarab li kienu jidħlu fil-port, normalment b'xi tagħbija qoton. Allura jista' jkun li l-Maltin addottaw il-melodiji li kienu jisimgħu mill-baħħara Għarab u minnhom ħolqu dan it-tip ta' għana. Ta' min jgħid imma li din l-ipoteżi qatt ma kienet ikkonfermata.

L-għana fil-għoli jirrikjedi tip ta' prejjem differenti minn l-għanjiet l-oħra. Fil-fatt ix-xogħol tal-prejjem f'dan il-każ għandu jkun li jtawwal kemm jista' jkun it-transizzjoni bejn korda u oħra sabiex l-għannej ikun jista' jżomm in-nota kantata għal ħin itwal u b'hekk juri l-kapaċitajiet mużikali tiegħu, kif ukoll is-sbuħija tal-vuċi tiegħu.

Dan it-tip ta' għana jista' jiġi kantat kemm minn għannej wieħed kif ukoll bejn żewġ għannejja, dejjem bl-istess struttura metrika u armonija, imma bi frażijiet melodiċi itwal u iktar imżejna. Il-kliem jista' jiġi improvviżat, bi stanza li tkun kantata minn għannej wieħed, u n-nofs l-ieħor mit-tieni għannej, bħalma jiġri fl-Għana bil-Qasma.

Għana tal-Fatt

L-għana tal-fatt hu normalment kantat minn għannej wieħed, u juża bejn wieħed u ieħor, l-istess struttura ta' l-għana spirtu pront, għalkemm il-melodiji ikunu aktar mżewwqa u l-kliem ma jkunx improviżżat, avolja jintuża wkoll il-vers tat-tmienja u r-rima mqabbża A-B-Ċ-B.

It-temi ta' dan l-għana jvarjaw minn stejjer u leġġendi tradizzjonali (li jmorru lura anki sal-) sa avvenimenti storiċi jew oħrajn ta' importanza partikolari. Dawn normalment ikunu stejjer ta' diqa u swied il-qalb fejn jiddominaw l-imħabba mitlufa, il-mewt, delitti u traġedji oħra. L-użu ta' l-iskali minuri biex jinħolqu l-melodiji jgħin sew biex tinħoloq l-atmosfera neċessarja biex l-għannej jirrakkonta b'mod effettiv dawn l-għanjiet pjuttost malinkoniċi.

Makjetta

Din normalment tieħu l-forma ta' storja żgħira b'laqta umoristika. Il-mibki kien rinomat ħafna għal dan it-tip ta’ għana fejn probabbilment jibqa' magħruf l-aktar għall-makjetta tiegħu Taxi Mary.

Strumenti

Illum il-ġurnata l-kitarra saret l-iktar strument użat fl-għana, għalkemm ta' min jgħid li qabel kienu jintużaw wkoll strumenti oħra, fosthom iż-żaqq, iż-żafżafa, it-tanbur, l-argunett kif ukoll il-kunċertina.

L-Għana fil-Preżent

Riċentament l-għana żviluppa minn mużika tan-nies komuni għal wieħed aktar professjonali. L-għannejja Maltin huma rikjesti fi programmi radjufoniċi u televiżivi, kif ukoll f'serati ta' għana u l-famuża 'Lejla Maltija' li tista' tgħid li tiġi organizzata f'kull raħal Malti matul is-Sajf.

Apparti minn hekk, mhux l-ewwel darba li għannejja stabbiliti jżuru pajjiżi barranin bħal ngħidu aħna l-Kanada, l-Ingilterra u l-Awstralja u jmorru jgħannu hemm. Ta' min jinnota li dawn il-pajjiżi għandhom storja ta' immigrazzjoni Maltija, u dan ikompli juri kemm il-Maltin huma konservattivi fejn jidħlu drawwiet u tradizzjonijiet nazzjonali.

jista' jingħad li għamel l-għana aktar aċċessibbli lin-nies u fetaħ orizzonti ġodda lill-għana Malti. Saħansitra wasal biex introduċa l-għana bħala rappreżentazzjoni teatrali. Il-Budaj għamel ukoll isem barra minn Malta u anke rrekordja CD u ppubblika ktieb. Forsi fattur li għenu ħafna fil-ħidma tiegħu favur l-għana huwa l-karattru sempliċi tiegħu u l-kariżma li għandu. Frans Baldacchino kellu wkoll xi xogħol mal-banda folkloristika Etnika, u dan għen biex tkompli tinfirex il-popolarità ta' l-għana kemm f'Malta u kemm barra mill-pajjiż.

Minbarra l-Budaj, hemm ukoll nies oħra fosthom il- li għenu biex iżidu l-popolarità ta' l-għana. Dan ta' l-aħħar infatti għamel arranġamenti klassiċi ta' melodiji użati komunement fl-għana li ġew ukoll irrekordjati fuq CD.

Għannejja u Kitarristi li Ħallew Marka fl-Istorja ta' l-Għana

  • "il-Bamboċċu" (1944-2003)
  • "il-Bambinu" (1920-1991)
  • "il-Bugazz" (1928-2003)
  • "il-Jimmy tal-Fjur" (1917-1994)
  • "ir-Ruġel" (1905-1976)
  • "il-Bies" (1908-1980)
  • "ta' Ċanċa" (1926-1996)
  • "tal-Carabott" (1933-2002)
  • "l-Għaxqi" (1933-2001)
  • "ta' Vestru" (1924-1999)
  • "Ir-Rabti" (1936-2002)
  • "it-Tullier" (1927-1968)
  • "l-Everest" (1929-1965)
  • "Amletu" (1907-1962)
  • "Il-Moni" (1921-2003)
  • "In-Namru" (1911-1997)
  • "Il-Budaj" (1943-2006)
  • "Il-Fukli" (1924-1991)

Ħoloq esterni

  • Is-Sit ta' l-Għana Malti (bl-Ingliż)
  • Stqarrija maħruġa mid-DOI u l-Ministeru tat-Turiżmu u l-Kultura fl-okkażjoni tal-mewt ta' l-għannej popolari Frans Baldacchino "Il-Budaj" (bil-Malti)

Referezi

  1. ^ Attard, Anton F. (2016-02-09). "TIFKIRIET TA' FREDU SPITERI "L-EVERIST"" (PDF). (bil-Malti). Miġbur 2021-08-25.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 28 Ġun, 2025 / 03:04

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Għana, X'inhi Għana? Xi tfisser Għana?

Dan l artiklu huwa dwar il muzika tradizzjonali Maltija Jekk qed tfittex dwar il pajjiz magħruf ukoll bħala Ghana ara Gana L għana hi l muzika tradizzjonali ta Malta Il versi li jitkantaw fl għana għandhom melodija li tistħajjilha ballata Sqallija b laqta medjo orjentali Infatti l għana tista titqies bħala l eku tal passat storiku ta Malta li jinkludi ħafna influwenzi Għarab u Ewropej grazzi għad diversi ħakkiema li ħakmu lil Malta u l Maltin Għannej tradizzjonali Malti L għana minn dejjem kienet ikkunsidrata bħala l muzika tan nies komuni tal bdiewa tar raħħala u tan nisa tad dar f kelma waħda l għana kien jappartjeni lill klassi l baxxa tal ħaddiema Forsi huwa propju għal dawn l assoċjazzjonijiet li l għana llum f Malta għad għandu ċerta stmerrija u jiġi mwarrab minn bosta nies Malta llum il ġurnata titqies bħala pajjiz Ewropew u fil maġġorparti Kattoliku u allura huma ħafna dawk li jippreferu ifarfru l passat storiku tagħhom għax jidentifikaw ruħhom iktar ma l Ewropa Kristjana milli l Afrika Islamika Storja ta l GħanaGuze Cassar Pullicino studjuz rinomat tal folklor Malti isostni li l ewwel għana tmur lura lejn l 1792 jiġifieri fi zmien il Kavallieri ta San Ġwann Kavallier Franċiz bl isem ta F E de Saint Priest ippubblika ktieb jismu Malte par un voyageur francois Malta minn Vjaġġatur Franċiz li fih jinkludi tliet għanjiet kif ġew irrakontati lilu minn librar Malti Gioacchino Navarro Waħda minn dawn l għanjiet kienet Dik il għajn li tixrob minnha nitolbok la ddardarhiex Jiġi zmien u jgħaddi ieħor Tkun tridha u ma ssibhiex Fi zminijiet imgħoddija l għana kienet tiġi kantata mill ħaddiema komuni kif ukoll minn nisa li jkunu qed jagħmlu l faċendi ta kuljum bħall ħasil u l inxir tal ħwejjeġ Bejjiegħa ukoll kienu juzaw l għana biex ibiegħu il prodotti tagħhom bl għana sservi ta riklam dwar kemm huwa tajjeb u superjuri il prodott tagħhom kif ukoll kemm huwa aħjar minn tal bejjiegħa l oħra Mhux magħruf jekk kienx jirnexxielhom ibiegħu iktar mill kompetituri li ma jgħannux imma li huwa zgur huwa li kienu jiġbdu ħafna iktar l attenzjoni tax xerrejja L għana minn dejjem kien iktar popolari lejn in nofsinhar tal gzira u allura ma jistax jonqos li ħafna għannejja jiġu minn dawk l inħawi Perezempju miz Zejtun ħarġu ħafna għannejja ta fama bħal ngħidu aħna li miet fl 1991 u li miet ħesrem fl eta ta 63 sena nhar it 21 ta Ġunju 2006 li se jibqa mfakkar bħala għannej popolari u l akbar esponent ta l għana f Malta Tipi Differenti ta GħanaJezistu ħafna tipi ta għana differenti u kollha għandhom il karatteristiċi partikolari tagħhom Fost dawn insibu l għana spirtu pront u bil qasma l għana fil għoli l għana tal fatt u l makjetti Għana Spirtu Pront F seduta tipika ta għana spirtu pront ikun hemm grupp ta tliet kitarristi jakkumpanjaw l għannejja normalment ikunu erbgħa b wieħed minnhom magħruf bħal il prim jew prejjem Il kitarrist prim jibda jdoqq l introduzzjoni biex b hekk juri lill għannejja kemm it temp tad diska kif ukoll it tonalita filwaqt li l kitarristi l oħrajn li normalment ikunu tnejn għalkemm ġieli ssib iktar idoqqu l akkumpanjament ibbazat fuq zewġ kordi Wara l introduzzjoni l ewwel għannej jimprovizza għanja fuq dawk l istess zewġ kordi fuq melodija tradizzjonali erba versi tat tmienja vers ta tmien sillabi ottonarju bir rima imqabbza jiġifieri A B Ċ B Il vers tat tmienja huwa wkoll magħruf sew bħala l vers tal popolin Wara li l ewwel għannej jispiċċa l kwartina tiegħu ikun hemm interludju bil kitarrist prim idoqq varjazzjoni fuq dawk iz zewġ kordi bazi bl istess ammont ta ħin tal istanza Normalment kemm il kwartina kantata kif ukoll l varjazzjoni strumentali ikunu maqsumin f erba frazijiet melodiċi tnejn fuq l ewwel korda Tonic major chord u tnejn fuq it tieni Dominant chord Din l istruttura hija mbgħad ripetuta minn kull wieħed mill għannejja b bejn wieħed u ieħor l istess struttura metrika u rima Sezzjoni ta għanja spirtu pront taf tibqa għaddejja hekk kwazi siegħa u xi imdaqqiet anki iktar Normalment is sessjoni tikkonkludi b kadenza li tkun tikkonsisti f xi zewġ stanzi Peress li l kwartini ta din it tip ta għana jkunu improvizzati dak il ħin stess għalhekk spirtu pront l għannejja jridu jkunu kapaċi jaħsbu malajr kif ukoll iqabblu l versi b rima tajba Jekk ikun hemm erba għannejja involuti normalment l ewwel għannej jindirizza l kwartina tiegħu lejn it tielet għannej filwaqt li t tieni għannej jindirizza lir raba wieħed biex b hekk jingħata ċ ċans lill għannejja biex jilħqu jaħsbu l kwartina tagħhom Normalment l għannejja jitrattaw temi ħfief jew umoristiċi Għaldaqstant l uzu ta proverbji idjomi esaġerazzjonijiet u puns ma jonqsux fl għana spirtu pront Ta min jgħid ukoll li f għana spirtu pront il messaġġ għandu jingħad b mod sottili mingħajr kjarifiċi zejda L għana spirtu pront normalment ikun kompost fuq l iskala ta A La izda l prim normalment ikun intonat ton fuq il kitarri l oħra jiġifieri G Sol Tradizzjonalment il kitarristi jintonaw l istrumenti tagħhom b dan il mod Il prim kitarrist G Sol Akkumpanjament 1 A La Akkumpanjament 2 C Do jew A La L għana spirtu pront juri biċ ċar kemm il Maltin iħobbu jargumentaw u jilletikaw Il pika li f dan il kaz tkun waħda ċajtiera hija l ingredjent prinċipali f dan it tip ta għana Peress li l għana spirtu pront jirrifletti l karattru nebbiexi tal Maltin dan seta kien fattur determinanti biex dan it tip ta għana jizviluppa u ma jintesiex bħal ċertu tipi ta għana bħal ngħidu aħna l għana fil għoli u l għana tal fatt Infatti wieħed jista jgħid li x xena ta l għana llum il ġurnata hija totalment iddominata mill għana spirtu pront Għana bil Qasma Dan it tip ta għana jixbah lil dik spirtu pront izda l kwartini huma maqsuma bejn zewġ għannejja minflok kantati minn għannej wieħed Fi kliem ieħor l ewwel għannej ikanta l ewwel zewġ versi tal kwartina filwaqt li t tieni għannej jirrispondih b zewġ versi sabiex hekk jikkonkludi dik il kwartina L ewwel zewġ versi tal kwartina li jmiss imbagħad jiġu kantati mill għannej li jkun kanta l aħħar zewġ versi tal kwartina preċedenti Għana fil Għoli la Bormliza L għana fl għoli jew kif inhu magħruf aħjar bħala għana la Bormliza jiġifieri mill belt ta Bormla hu pjuttost rari u ftit li xejn għad fadal għannejja li jipprattikawh L għana fil għoli hu mzewwaq b laqtiet medjo orjentali u b melodiji pjuttost Arabiċi Il fatt li dan jissejjaħ fil għoli jagħti x jifhem li dan it tip ta għana kien jitkanta b vuċi għolja jew falsetto infatti huwa probabbli li dan it tip ta għana kien u għadu kkunsidrat bħala rari propju minħabba l fatt li mhux kulħadd huwa kapaċi jilħaq it ton għoli rikjest minn dan it tip ta għana Jidher ukoll li l għana fil għoli kien probabbilment l iktar għana popolari man nisa L oriġini tal isem la bormliza huwa pjuttost oskur Bormla fi zminijiet antiki kienet port importanti u kienu ħafna dawk il vapuri tal merkanzija Għarab li kienu jidħlu fil port normalment b xi tagħbija qoton Allura jista jkun li l Maltin addottaw il melodiji li kienu jisimgħu mill baħħara Għarab u minnhom ħolqu dan it tip ta għana Ta min jgħid imma li din l ipotezi qatt ma kienet ikkonfermata L għana fil għoli jirrikjedi tip ta prejjem differenti minn l għanjiet l oħra Fil fatt ix xogħol tal prejjem f dan il kaz għandu jkun li jtawwal kemm jista jkun it transizzjoni bejn korda u oħra sabiex l għannej ikun jista jzomm in nota kantata għal ħin itwal u b hekk juri l kapaċitajiet muzikali tiegħu kif ukoll is sbuħija tal vuċi tiegħu Dan it tip ta għana jista jiġi kantat kemm minn għannej wieħed kif ukoll bejn zewġ għannejja dejjem bl istess struttura metrika u armonija imma bi frazijiet melodiċi itwal u iktar imzejna Il kliem jista jiġi improvvizat bi stanza li tkun kantata minn għannej wieħed u n nofs l ieħor mit tieni għannej bħalma jiġri fl Għana bil Qasma Għana tal Fatt L għana tal fatt hu normalment kantat minn għannej wieħed u juza bejn wieħed u ieħor l istess struttura ta l għana spirtu pront għalkemm il melodiji ikunu aktar mzewwqa u l kliem ma jkunx improvizzat avolja jintuza wkoll il vers tat tmienja u r rima mqabbza A B Ċ B It temi ta dan l għana jvarjaw minn stejjer u leġġendi tradizzjonali li jmorru lura anki sal sa avvenimenti storiċi jew oħrajn ta importanza partikolari Dawn normalment ikunu stejjer ta diqa u swied il qalb fejn jiddominaw l imħabba mitlufa il mewt delitti u traġedji oħra L uzu ta l iskali minuri biex jinħolqu l melodiji jgħin sew biex tinħoloq l atmosfera neċessarja biex l għannej jirrakkonta b mod effettiv dawn l għanjiet pjuttost malinkoniċi Makjetta Din normalment tieħu l forma ta storja zgħira b laqta umoristika Il mibki kien rinomat ħafna għal dan it tip ta għana fejn probabbilment jibqa magħruf l aktar għall makjetta tiegħu Taxi Mary StrumentiIllum il ġurnata l kitarra saret l iktar strument uzat fl għana għalkemm ta min jgħid li qabel kienu jintuzaw wkoll strumenti oħra fosthom iz zaqq iz zafzafa it tanbur l argunett kif ukoll il kunċertina L Għana fil PrezentRiċentament l għana zviluppa minn muzika tan nies komuni għal wieħed aktar professjonali L għannejja Maltin huma rikjesti fi programmi radjufoniċi u televizivi kif ukoll f serati ta għana u l famuza Lejla Maltija li tista tgħid li tiġi organizzata f kull raħal Malti matul is Sajf Apparti minn hekk mhux l ewwel darba li għannejja stabbiliti jzuru pajjizi barranin bħal ngħidu aħna l Kanada l Ingilterra u l Awstralja u jmorru jgħannu hemm Ta min jinnota li dawn il pajjizi għandhom storja ta immigrazzjoni Maltija u dan ikompli juri kemm il Maltin huma konservattivi fejn jidħlu drawwiet u tradizzjonijiet nazzjonali jista jingħad li għamel l għana aktar aċċessibbli lin nies u fetaħ orizzonti ġodda lill għana Malti Saħansitra wasal biex introduċa l għana bħala rapprezentazzjoni teatrali Il Budaj għamel ukoll isem barra minn Malta u anke rrekordja CD u ppubblika ktieb Forsi fattur li għenu ħafna fil ħidma tiegħu favur l għana huwa l karattru sempliċi tiegħu u l karizma li għandu Frans Baldacchino kellu wkoll xi xogħol mal banda folkloristika Etnika u dan għen biex tkompli tinfirex il popolarita ta l għana kemm f Malta u kemm barra mill pajjiz Minbarra l Budaj hemm ukoll nies oħra fosthom il li għenu biex izidu l popolarita ta l għana Dan ta l aħħar infatti għamel arranġamenti klassiċi ta melodiji uzati komunement fl għana li ġew ukoll irrekordjati fuq CD Għannejja u Kitarristi li Ħallew Marka fl Istorja ta l Għana il Bamboċċu 1944 2003 il Bambinu 1920 1991 il Bugazz 1928 2003 il Jimmy tal Fjur 1917 1994 ir Ruġel 1905 1976 il Bies 1908 1980 ta Ċanċa 1926 1996 tal Carabott 1933 2002 l Għaxqi 1933 2001 ta Vestru 1924 1999 Ir Rabti 1936 2002 it Tullier 1927 1968 l Everest 1929 1965 Amletu 1907 1962 Il Moni 1921 2003 In Namru 1911 1997 Il Budaj 1943 2006 Il Fukli 1924 1991 Ħoloq esterniIs Sit ta l Għana Malti bl Ingliz Stqarrija maħruġa mid DOI u l Ministeru tat Turizmu u l Kultura fl okkazjoni tal mewt ta l għannej popolari Frans Baldacchino Il Budaj bil Malti Referezi Attard Anton F 2016 02 09 TIFKIRIET TA FREDU SPITERI L EVERIST PDF bil Malti Miġbur 2021 08 25

L-aħħar artikli
  • Ġunju 07, 2025

    Gwerra Ċivili Amerikana

  • Ġunju 10, 2025

    Gwerra totali

  • Ġunju 09, 2025

    Gwerer Puniċi

  • Ġunju 20, 2025

    Gwen John

  • Ġunju 13, 2025

    Gwatemala

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq