Azərbaycan  AzərbaycanMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  Türkiyə
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Il Professur Pietru Pawl Saydon 24 ta Lulju 1895 kien saċerdot Kattoliku u studjuż kbir tal ilsien Malti tal ilsna semit

Pietru Pawl Saydon

  • Paġna Ewlenija
  • Pietru Pawl Saydon
Pietru Pawl Saydon
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Il-Professur Pietru Pawl Saydon (24 ta' Lulju 1895 - , ), kien saċerdot Kattoliku u studjuż kbir tal-ilsien Malti, tal-ilsna semitiċi u tal-Bibbja. Għamel żmien President tal-Għaqda tal-Malti fl-Università ta' Malta. Jibqa' magħruf l-iktar għall-kontribut kbir li ta lill-ilsien Malti meta qaleb waħdu l-Bibbja mill- għall-Malti.

Pietru Pawl Saydon
Ħajja
Twelid 1897
Mewt 1971
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Malta
Lingwi Malti
Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb


traduttur

Bidu

Imwieled iż-Żurrieq fl-24 ta' Lulju, 1895, Pietru Pawl Saydon ħa l-ewwel edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja tar-raħal, u minn hemm għadda għas-Seminarju. Fl-1912 beda l-kors preparatorju tal-Letteratura fl-Università u ta' għoxrin sena kiseb il-B.Litt. Fl-1919 iggradwa fil-Liġi Kanonika u d-Dottorat fit-. Billi ġie l-ewwel wieħed fl-eżamijiet u għadda lill-istudenti tal-fakultajiet kollha, ingħata borża ta' studju mill-Gvern biex seta' jissokta l-istudji tiegħu barra minn Malta. Fl-istess sena ġie ordnat saċerdot u s-sena ta' wara telaq lejn Ruma l-Istituto Biblico minn fejn fl-1923 kiseb il-Liċenzjat fl-Iskrittura Mqaddsa.

It-Traduzzjoni tal-Bibbja

“ Kotra kbira ta' ħuti l-Maltin ma jafux jaqraw ħlief bi lsienhom, u qatt u qatt ma ħassew f'qalbhom il-ħlewwa li jisimgħu fi lsienhom il-kelma t'Alla hekk kif ħarġet minn fommu mijiet u eluf ta' snin ilu. Għalihom l-ewwel ma ħsibt fix-xogħol tiegħi. Iżda barra minn dawn, jien ħaddant fil-ħsieb tiegħi il-Maltin kollha, li jħobbu u jgħożżu lsienhom. ”

Hekk kiteb Saydon fil-Kelmtejn Qabel għall-, l-ewwel ktieb tal-Bibbja li qaleb għall-Malti fl-1929. Il-Professur Pietru Pawl Saydon għamel "miraklu" meta rnexxielu jittraduċi l-Iskrittura sħiħa waħdu mill-oriġinal, xogħol li kull meta sar, dejjem sar f'tim magħmul minn diversi studjużi. Din it-traduzzjoni swiet lil Saydon tletin sena sħaħ ta' ħidma u dedikazzjoni, bejn l-1929 u l-1959, traduzzjoni li warajha Saydon tilef għaqlu u li għaliha huwa ddedika r-riżorsi tiegħu kollha, kemm intellettwali kif ukoll finanzjarji, billi ħareġ minn butu l-ispejjeż kollha tal-pubblikazzjoni.

Bħala Professur tal-Iskrittura fl-Università ta' Malta, Saydon ħa sehem attiv f'diversi kungressi internazzjonali, li laqqgħuh ma' studjużi Bibliċi ta' fama mondjali, żmu, Protestantiżmu u Lhud. Bejn l-1932 u l-1962 attenda mhux inqas minn sbatax-il kungress Bibliku fl-aqwa universitajiet: Ruma (1932); Brussell (1938); Pariġi (1948); Ruma u Norfolk (1952); Kopenħagen (1953); Cambridge u Louvain (1954); Birmingham (1955); Strasburgu (1956); Munich (1957); Brussell (1958); Louvain u Oxford (1959); Dublin (1961). Kien il-fundatur tal-"Għaqda Biblika Maltija", membru tal-International Association for the Study of the Old Testament u membru tas-Society of Biblical Literature tal-Istati Uniti tal-Amerika, fost l-oħrajn. Saydon ikkumenta sitt kotba tat-Testment il-Qadim f'kummentarju ċelebri taħt l-awspiċi tal-Knisja Kattolika Ingliża. Dan il-Catholic Commentary on Holy Scripture ġie ppubblikat f'Londra u Edinburgu fl-1953.

Diżappunti

Minkejja li Saydon kien l-uniku wieħed kwalifikat għall-kattedra tal-Iskrittura Mqaddsa fl-Università, fl-1924 inħatar ħaddieħor minfloku. Ir-Rettur tal-Università għażel lill-Patri , studjuż għaref tal-filosofija iżda mhux tal-Bibbja. Għal Saydon kienet "l-akbar weġgħa li minnha ma kelli nistejqer qatt". Iżda x-xewqa ġusta ta' Saydon inqatgħet seba' snin wara, meta fl-1931 Callus telaq lejn Oxford. Il-kattedra żvojtat u Saydon inħatar minfloku. Hekk fl-1931, meta Saydon kien għad kellu biss 36 sena, inħatar Professur tal-Iskrittura Mqaddsa, tal-Lhudi u l-Grieg Bibliku fl-Università ta' Malta, u baqa’ f’din il-kariga għal 33 sena sakemm irtira bl-età fl-1964.Ma kinitx l-unika okkażjoni fejn Saydon inqabeż minn min kien jaf inqas minnu. Meta kkonkorra għal-Lettorat tal-Kapitlu tal-Kattidral, l-għażla kienet diġà saret minn qabel għal li qatt ma studja l-Iskrittura iżda li kellu forza politika timbuttah.

L-awtoritajiet ekkleżjastiċi Maltin damu ħafna biex għarfu l-merti ta' Saydon minkejja li fl-1946 ingħata t-titlu ta' monsinjur u ġie offrut kanonikat il-Katidral. Saydon ma aċċettax dan il-kanonikat għax fi kliemu "xogħli hu l-istudju u mhux id-dmirijiet marbutin ma' xi postijiet għolja fil-Knisja". Il-Professur Saydon qatt ma ġera wara unuri iżda bħal kulħadd fil-qalba ta' qalbu dejjem stenna r-rikonoxximent xieraq għall-ħidma tiegħu. Hekk kiteb f'"Il-Malti" tal-1953:

“ L-unuri qatt ma fittixthom, u għalhekk jekk id-dinja żżommni bi dħuli jew żorr xejn ma jolqotni. Ħaġa wahda tolqotni fil-laħam il-ħaj, il-kelma tiegħi fuq ħwejjeg ta' tagħlim qatt ma kienet mismugħa... U dan għalija kien u għadu telf kbir. Jirbaħ mhux min għandu raġun, imma min għandu l-aħjar armi, u l-armi li bihom tiġġieled id-dinja mhumiex f'idejja. ”

Dawk il-Maltin li għexu s-snin sittin jassoċjaw bla ma jridu lil Saydon mal- bejn il-Knisja u l-Partit Laburista. Għal ħafna il-Professur Saydon huwa iktar figura kontroversjali milli studjuż kbir u traduttur tal-Bibbja. Nhar is-26 ta' Marzu 1966, fl-ewwel jum tal-votazzjoni tal-Elezzjoni Ġenerali tal-1966, Saydon f'intervista ma' , kien qal li "fil- dwar l-elezzjonijiet mhemm l-ebda dnub imsemmi u għalhekk min jivvota Labour ma jagħmilx dnub. Kulħadd għandu jivvota skond kif tgħidlu l-kuxjenza."

Fl-istess jum, l-Arċisqof Mikiel Gonzi issospenda lil Saydon mid-dmirijiet saċerdotali. F'dan iż-żmien Saydon ġie mgħajjar miġnun, skumnikat u xiżmatiku, u sofra ħafna anke minn nies li ħlief ġid ma kienx għamel magħhom. Ġieli tbiegħed minn Malta biex jeħles mill-azzjonijiet ħżiena li spiss kienu jsirulu minn xi wħud. Iżda Saydon ma kienx bniedem tal-politika. Dawn kienu biss inċidenti marġinali fil-ħajja tiegħu, minkejja li sfortunatament xi nies għadhom jiftakruh biss għalhekk.

Ħidma b'risq l-Ilsien Malti

It-33 sena li għamel fil-kariga ta' Professur kienu snin ta' ħidma sfiqa u bla waqfien b'riżq it-tagħlim u r-riċerka. Mal-istudenti kien imur tajjeb. Professur żagħżugħ, xejn imkabbar, ma setax ma jisraqx il-qalb tal-istudenti żgħażagħ, li dlonk inġibdu lejh u ħabbewh.

“ Ħabbejt it-tagħlim u ħabbejt l-istudenti. L-istudju għalija qatt ma kien tarġa biex nogħla aktar u anqas xogħol ta' qligħ ta' flus, imma l-missjoni ta' ħajti. ”

Il-ħbiberija sinċiera bejn Saydon u l-istudenti ma kinitx biss fil-klassijiet tal-Università. Kemm-il darba stedinhom biex iqattgħu ġurnata għandu fid-dar ta' villeġġatura li kellu f'Bengħajsa.

L-interess ta' Saydon fil-Malti beda meta ntlaqat mix-xebh bejn il-Malti u l-Lhudi. Kien konvint li:

“ mingħajr id-dawl tal-ilsna semin (semitiċi) qatt ma jista' jkun li naslu biex nagħrfu xi ħajja dwar il-Malti, fuq in-nisel tiegħu, fuq il-ħajja tiegħu, fuq il-bixra tiegħu li tagħżlu minn kull ilsien ieħor. ”

Fiż-żmien tad-diżappunt li kellu wara li wasal mill-istudji tiegħu f'Ruma ma ntgħażilx professur tal-Iskrittura fl-Università ta' Malta, sab żvog fil-kontribut kbir li ta lill-Għaqda tal-Malti (Università), li kienet għadha kif twaqqfet miż-żewġ tobba-poeti Rużar Briffa u Ġużè Bonnici. Meta Briffa rriżenja minħabba l-istudji tiegħu barra l-pajjiż, Saydon intgħażel President tal-Għaqda. Kien żmien il-Kwistjoni tal-Lingwa. Fl-1932, il-Gvern ipprova jerġa' jdaħħal it-Taljan u ordna li l-Malti kellu jinkiteb u jkun mgħallem b'mod li seta' jkun ta' għajnuna għat-Taljan. Saydon, f'isem l-Għaqda tal-Malti (Università) bagħat ittra ta' protesta lill-ministru tal-edukazzjoni Nerik Mizzi. L-Għaqda ma tħallietx aktar tagħmel il-laqgħat tagħha fl-Università bl-iskuża li kienet motivata politikament iżda sena wara ngħatat raġun u fil-21 ta' Novembru 1933 reġgħet bdiet tiltaqa' fil-bini tal-Università.

Kitbiet oħra

Fl-1936, Saydon flimkien mal-Prof Ġużè Aquilina (1911-1997) ippubblika "Ward ta' Qari Malti", antoloġija tal-aqwa xogħlijiet ta' proża u poeżija fil-Malti.

Bħala kittieb letterarju, Saydon għandu wkoll l-importanza tiegħu. Huwa kiteb numru ta' novelli mill-aqwa fosthom Ġmajru u l-Karozzi, L-Istedina tas-Sinjura Betta, Bejn l-Erba' Ħitan tad-Dar, u esejs bħal Fuq il-Monti, Tieġ f'Raħal u Fil-Ħemda tal-Lejl.

“ In-novelli tiegħu jixhdu stil narrattiv mill-aqwa, b'dik il-kelma magħzula u minġura bis-sengħa, u jħabbtuha ma' dawk ta' Temi Zammit, mibnijin kif inhuma fuq sfond karatteristiku rurali Malti. ”

Il-Prof Karm Sant jistqarr li "dak li għamel Dun Karm (Psaila) fil-qasam tal-poeżija, għamlu Saydon fil-qasam tal-proża".

Saydon kien devot kbir tal-qaddisa patruna taż-Żurrieq Santa Katerina u kiteb id-dramm reliġjuż fi tliet atti "Santa Katarina".

Fit-12 ta’ Novembru 1966, l-Università Rjali ta’ Malta tatu d-Dottorat tal-Letteratura Honoris Causa bħala għarfien tax-xogħlijiet kbar tiegħu.

Saċerdot

Il-ħidma pastorali ta' Saydon ma kinitx tagħti fil-għajn izda kienet ta' fejda għan-nies ta' Bengħisa, ħafna minnhom bdiewa. Kien iqaddsilhom fl-4.30 a.m., iqarar u spiss iżur il-morda fi djarhom. Saydon dejjem ħabb il-ħajja sempliċi u l-kumpanija ta' rjus kbar u mkabbrin b'għerfhom dejjem stmerrha. Laqgħat soċjali kien jaħrabhom, iżda l-hena tiegħu kienet meta kien isib ruhu mdawwar mill-istudenti tiegħu, jifraħ u jiċċajta magħhom, jew mat-tfal u l-membri tal-MUSEUM. Ta' sikwit kien imur jgħallem it-tfal tal-MUSEUM taż-Żurrieq u kemm il-darba għen lill-Museum finanzjarjament. Saydon kellu ammirazzjoni kbira għall-fundatur ta' din is-Soċjetà. F'dan is-saċerdot twajjeb u qaddis, li kien l-uniku wiehed li għenu biex ibigħ it-traduzzjoni tiegħu tal-Bibbja, Saydon kien jara ċerta sempliċità, l-aktar fi kliemu.

“ Ma kienx iħabbat rasu bix-xejxi tal-kliem; l-aqwa li l-poplu jifhem, u għalhekk lanqas ma kien jintilef fil-għoli tal-għerf tat-teoloġija fejn il-poplu ma jistax jasal... Il-prietki ta' Dun Ġorġ ma kinux priedki tal-kotba, imma priedki ħerġin mill-qalb, frott tal-persważjoni qawwija ta' dak li jkun qiegħed igħid... ”

Fl-1946 il-Papa Piju XII għamlu Cameriere Secreto bit-titlu ta’ Monsinjur.

Saydon ħalla d-drittijiet kollha tal-istampa tat-traduzzjoni tiegħu tal-Iskrittura lis-Soċjetà tal-MUSEUM li fl-1977 ħarġet l-ewwel volum tat-Testment il-Qadim tal-Bibbja Saydon. It-tieni u t-tielet volum ħarġu fl-1982 u fl-1990. Fl-1995 reġgħet ippubblikat it-tieni edizzjoni tal-Iskrittura kif maqluba minn Saydon bin-noti riveduti ta' Dun Karm Sant.

Mewt

Fl-1965 Saydon tah attakk ta' puplesija. Fl-aħħar snin ta' ħajtu kien darbtejn rikoverat fl-Isptar ta' Ħ'Attard. Il-Prof. Pietru Pawl Saydon miet fid-dar tiegħu ż-Żurrieq, raħal twelidu, nhar it-22 ta' Marzu 1971 fl-għomor ta' 75 sena. Huwa twieled, għex u miet fir-raħal taż-Żurrieq.

Wara mewtu ġie mfakkar billi ssemmew skola sekondarja u triq għalih f'raħal twelidu. Inkixef ukoll monument f'ġieħu fl-okkażjoni taċ-ċentinarju mit-twelid tiegħu fit-12 ta' Novembru, 1995 quddiem l-iskola sekondarja taż-Żurrieq. Hemm monument ieħor tiegħu fil-Junior College tal-Imsida. Wieħed mit-teatri ewlenin tal-Università huwa wkoll msemmi għalih.

Ara wkoll

  • Bezzina, Caramel (2006). "Saydon. il biblista u Studju tal-Malti", Publikazzjoni Preca, Malta

Referenzi

Ħoloq esterni

Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Pietru Pawl Saydon (Pietru Pawl Saydon)
  • Artiklu fis-sit tal-Akkademja tal-Malti
  • Artiklu ta' Ivan Said fl-40 sena anniversarju minn mewtu

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 09 Ġun, 2025 / 08:01

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Pietru Pawl Saydon, X'inhi Pietru Pawl Saydon? Xi tfisser Pietru Pawl Saydon?

Il Professur Pietru Pawl Saydon 24 ta Lulju 1895 kien saċerdot Kattoliku u studjuz kbir tal ilsien Malti tal ilsna semitiċi u tal Bibbja Għamel zmien President tal Għaqda tal Malti fl Universita ta Malta Jibqa magħruf l iktar għall kontribut kbir li ta lill ilsien Malti meta qaleb waħdu l Bibbja mill għall Malti Pietru Pawl Saydon bil kortezija tal Akkademja tal Malti Pietru Pawl SaydonĦajjaTwelid 1897Mewt 1971EdukazzjoniAlma mater Universita ta MaltaLingwi Malti InglizOkkupazzjoniOkkupazzjoni kittieb tradutturBiduImwieled iz Zurrieq fl 24 ta Lulju 1895 Pietru Pawl Saydon ħa l ewwel edukazzjoni tiegħu fl iskola primarja tar raħal u minn hemm għadda għas Seminarju Fl 1912 beda l kors preparatorju tal Letteratura fl Universita u ta għoxrin sena kiseb il B Litt Fl 1919 iggradwa fil Liġi Kanonika u d Dottorat fit Billi ġie l ewwel wieħed fl ezamijiet u għadda lill istudenti tal fakultajiet kollha ingħata borza ta studju mill Gvern biex seta jissokta l istudji tiegħu barra minn Malta Fl istess sena ġie ordnat saċerdot u s sena ta wara telaq lejn Ruma l Istituto Biblico minn fejn fl 1923 kiseb il Liċenzjat fl Iskrittura Mqaddsa It Traduzzjoni tal Bibbja Kotra kbira ta ħuti l Maltin ma jafux jaqraw ħlief bi lsienhom u qatt u qatt ma ħassew f qalbhom il ħlewwa li jisimgħu fi lsienhom il kelma t Alla hekk kif ħarġet minn fommu mijiet u eluf ta snin ilu Għalihom l ewwel ma ħsibt fix xogħol tiegħi Izda barra minn dawn jien ħaddant fil ħsieb tiegħi il Maltin kollha li jħobbu u jgħozzu lsienhom Hekk kiteb Saydon fil Kelmtejn Qabel għall l ewwel ktieb tal Bibbja li qaleb għall Malti fl 1929 Il Professur Pietru Pawl Saydon għamel miraklu meta rnexxielu jittraduċi l Iskrittura sħiħa waħdu mill oriġinal xogħol li kull meta sar dejjem sar f tim magħmul minn diversi studjuzi Din it traduzzjoni swiet lil Saydon tletin sena sħaħ ta ħidma u dedikazzjoni bejn l 1929 u l 1959 traduzzjoni li warajha Saydon tilef għaqlu u li għaliha huwa ddedika r rizorsi tiegħu kollha kemm intellettwali kif ukoll finanzjarji billi ħareġ minn butu l ispejjez kollha tal pubblikazzjoni Bħala Professur tal Iskrittura fl Universita ta Malta Saydon ħa sehem attiv f diversi kungressi internazzjonali li laqqgħuh ma studjuzi Bibliċi ta fama mondjali zmu Protestantizmu u Lhud Bejn l 1932 u l 1962 attenda mhux inqas minn sbatax il kungress Bibliku fl aqwa universitajiet Ruma 1932 Brussell 1938 Pariġi 1948 Ruma u Norfolk 1952 Kopenħagen 1953 Cambridge u Louvain 1954 Birmingham 1955 Strasburgu 1956 Munich 1957 Brussell 1958 Louvain u Oxford 1959 Dublin 1961 Kien il fundatur tal Għaqda Biblika Maltija membru tal International Association for the Study of the Old Testament u membru tas Society of Biblical Literature tal Istati Uniti tal Amerika fost l oħrajn Saydon ikkumenta sitt kotba tat Testment il Qadim f kummentarju ċelebri taħt l awspiċi tal Knisja Kattolika Ingliza Dan il Catholic Commentary on Holy Scripture ġie ppubblikat f Londra u Edinburgu fl 1953 DizappuntiMinkejja li Saydon kien l uniku wieħed kwalifikat għall kattedra tal Iskrittura Mqaddsa fl Universita fl 1924 inħatar ħaddieħor minfloku Ir Rettur tal Universita għazel lill Patri studjuz għaref tal filosofija izda mhux tal Bibbja Għal Saydon kienet l akbar weġgħa li minnha ma kelli nistejqer qatt Izda x xewqa ġusta ta Saydon inqatgħet seba snin wara meta fl 1931 Callus telaq lejn Oxford Il kattedra zvojtat u Saydon inħatar minfloku Hekk fl 1931 meta Saydon kien għad kellu biss 36 sena inħatar Professur tal Iskrittura Mqaddsa tal Lhudi u l Grieg Bibliku fl Universita ta Malta u baqa f din il kariga għal 33 sena sakemm irtira bl eta fl 1964 Ma kinitx l unika okkazjoni fejn Saydon inqabez minn min kien jaf inqas minnu Meta kkonkorra għal Lettorat tal Kapitlu tal Kattidral l għazla kienet diġa saret minn qabel għal li qatt ma studja l Iskrittura izda li kellu forza politika timbuttah L awtoritajiet ekklezjastiċi Maltin damu ħafna biex għarfu l merti ta Saydon minkejja li fl 1946 ingħata t titlu ta monsinjur u ġie offrut kanonikat il Katidral Saydon ma aċċettax dan il kanonikat għax fi kliemu xogħli hu l istudju u mhux id dmirijiet marbutin ma xi postijiet għolja fil Knisja Il Professur Saydon qatt ma ġera wara unuri izda bħal kulħadd fil qalba ta qalbu dejjem stenna r rikonoxximent xieraq għall ħidma tiegħu Hekk kiteb f Il Malti tal 1953 L unuri qatt ma fittixthom u għalhekk jekk id dinja zzommni bi dħuli jew zorr xejn ma jolqotni Ħaġa wahda tolqotni fil laħam il ħaj il kelma tiegħi fuq ħwejjeg ta tagħlim qatt ma kienet mismugħa U dan għalija kien u għadu telf kbir Jirbaħ mhux min għandu raġun imma min għandu l aħjar armi u l armi li bihom tiġġieled id dinja mhumiex f idejja Dawk il Maltin li għexu s snin sittin jassoċjaw bla ma jridu lil Saydon mal bejn il Knisja u l Partit Laburista Għal ħafna il Professur Saydon huwa iktar figura kontroversjali milli studjuz kbir u traduttur tal Bibbja Nhar is 26 ta Marzu 1966 fl ewwel jum tal votazzjoni tal Elezzjoni Ġenerali tal 1966 Saydon f intervista ma kien qal li fil dwar l elezzjonijiet mhemm l ebda dnub imsemmi u għalhekk min jivvota Labour ma jagħmilx dnub Kulħadd għandu jivvota skond kif tgħidlu l kuxjenza Fl istess jum l Arċisqof Mikiel Gonzi issospenda lil Saydon mid dmirijiet saċerdotali F dan iz zmien Saydon ġie mgħajjar miġnun skumnikat u xizmatiku u sofra ħafna anke minn nies li ħlief ġid ma kienx għamel magħhom Ġieli tbiegħed minn Malta biex jeħles mill azzjonijiet ħziena li spiss kienu jsirulu minn xi wħud Izda Saydon ma kienx bniedem tal politika Dawn kienu biss inċidenti marġinali fil ħajja tiegħu minkejja li sfortunatament xi nies għadhom jiftakruh biss għalhekk Ħidma b risq l Ilsien MaltiIt 33 sena li għamel fil kariga ta Professur kienu snin ta ħidma sfiqa u bla waqfien b rizq it tagħlim u r riċerka Mal istudenti kien imur tajjeb Professur zagħzugħ xejn imkabbar ma setax ma jisraqx il qalb tal istudenti zgħazagħ li dlonk inġibdu lejh u ħabbewh Ħabbejt it tagħlim u ħabbejt l istudenti L istudju għalija qatt ma kien tarġa biex nogħla aktar u anqas xogħol ta qligħ ta flus imma l missjoni ta ħajti Il ħbiberija sinċiera bejn Saydon u l istudenti ma kinitx biss fil klassijiet tal Universita Kemm il darba stedinhom biex iqattgħu ġurnata għandu fid dar ta villeġġatura li kellu f Bengħajsa L interess ta Saydon fil Malti beda meta ntlaqat mix xebh bejn il Malti u l Lhudi Kien konvint li mingħajr id dawl tal ilsna semin semitiċi qatt ma jista jkun li naslu biex nagħrfu xi ħajja dwar il Malti fuq in nisel tiegħu fuq il ħajja tiegħu fuq il bixra tiegħu li tagħzlu minn kull ilsien ieħor Fiz zmien tad dizappunt li kellu wara li wasal mill istudji tiegħu f Ruma ma ntgħazilx professur tal Iskrittura fl Universita ta Malta sab zvog fil kontribut kbir li ta lill Għaqda tal Malti Universita li kienet għadha kif twaqqfet miz zewġ tobba poeti Ruzar Briffa u Ġuze Bonnici Meta Briffa rrizenja minħabba l istudji tiegħu barra l pajjiz Saydon intgħazel President tal Għaqda Kien zmien il Kwistjoni tal Lingwa Fl 1932 il Gvern ipprova jerġa jdaħħal it Taljan u ordna li l Malti kellu jinkiteb u jkun mgħallem b mod li seta jkun ta għajnuna għat Taljan Saydon f isem l Għaqda tal Malti Universita bagħat ittra ta protesta lill ministru tal edukazzjoni Nerik Mizzi L Għaqda ma tħallietx aktar tagħmel il laqgħat tagħha fl Universita bl iskuza li kienet motivata politikament izda sena wara ngħatat raġun u fil 21 ta Novembru 1933 reġgħet bdiet tiltaqa fil bini tal Universita Kitbiet oħra Fl 1936 Saydon flimkien mal Prof Ġuze Aquilina 1911 1997 ippubblika Ward ta Qari Malti antoloġija tal aqwa xogħlijiet ta proza u poezija fil Malti Bħala kittieb letterarju Saydon għandu wkoll l importanza tiegħu Huwa kiteb numru ta novelli mill aqwa fosthom Ġmajru u l Karozzi L Istedina tas Sinjura Betta Bejn l Erba Ħitan tad Dar u esejs bħal Fuq il Monti Tieġ f Raħal u Fil Ħemda tal Lejl In novelli tiegħu jixhdu stil narrattiv mill aqwa b dik il kelma magħzula u minġura bis sengħa u jħabbtuha ma dawk ta Temi Zammit mibnijin kif inhuma fuq sfond karatteristiku rurali Malti Il Prof Karm Sant jistqarr li dak li għamel Dun Karm Psaila fil qasam tal poezija għamlu Saydon fil qasam tal proza Saydon kien devot kbir tal qaddisa patruna taz Zurrieq Santa Katerina u kiteb id dramm reliġjuz fi tliet atti Santa Katarina Fit 12 ta Novembru 1966 l Universita Rjali ta Malta tatu d Dottorat tal Letteratura Honoris Causa bħala għarfien tax xogħlijiet kbar tiegħu SaċerdotIl ħidma pastorali ta Saydon ma kinitx tagħti fil għajn izda kienet ta fejda għan nies ta Bengħisa ħafna minnhom bdiewa Kien iqaddsilhom fl 4 30 a m iqarar u spiss izur il morda fi djarhom Saydon dejjem ħabb il ħajja sempliċi u l kumpanija ta rjus kbar u mkabbrin b għerfhom dejjem stmerrha Laqgħat soċjali kien jaħrabhom izda l hena tiegħu kienet meta kien isib ruhu mdawwar mill istudenti tiegħu jifraħ u jiċċajta magħhom jew mat tfal u l membri tal MUSEUM Ta sikwit kien imur jgħallem it tfal tal MUSEUM taz Zurrieq u kemm il darba għen lill Museum finanzjarjament Saydon kellu ammirazzjoni kbira għall fundatur ta din is Soċjeta F dan is saċerdot twajjeb u qaddis li kien l uniku wiehed li għenu biex ibigħ it traduzzjoni tiegħu tal Bibbja Saydon kien jara ċerta sempliċita l aktar fi kliemu Ma kienx iħabbat rasu bix xejxi tal kliem l aqwa li l poplu jifhem u għalhekk lanqas ma kien jintilef fil għoli tal għerf tat teoloġija fejn il poplu ma jistax jasal Il prietki ta Dun Ġorġ ma kinux priedki tal kotba imma priedki ħerġin mill qalb frott tal perswazjoni qawwija ta dak li jkun qiegħed igħid Fl 1946 il Papa Piju XII għamlu Cameriere Secreto bit titlu ta Monsinjur Saydon ħalla d drittijiet kollha tal istampa tat traduzzjoni tiegħu tal Iskrittura lis Soċjeta tal MUSEUM li fl 1977 ħarġet l ewwel volum tat Testment il Qadim tal Bibbja Saydon It tieni u t tielet volum ħarġu fl 1982 u fl 1990 Fl 1995 reġgħet ippubblikat it tieni edizzjoni tal Iskrittura kif maqluba minn Saydon bin noti riveduti ta Dun Karm Sant MewtFl 1965 Saydon tah attakk ta puplesija Fl aħħar snin ta ħajtu kien darbtejn rikoverat fl Isptar ta Ħ Attard Il Prof Pietru Pawl Saydon miet fid dar tiegħu z Zurrieq raħal twelidu nhar it 22 ta Marzu 1971 fl għomor ta 75 sena Huwa twieled għex u miet fir raħal taz Zurrieq Wara mewtu ġie mfakkar billi ssemmew skola sekondarja u triq għalih f raħal twelidu Inkixef ukoll monument f ġieħu fl okkazjoni taċ ċentinarju mit twelid tiegħu fit 12 ta Novembru 1995 quddiem l iskola sekondarja taz Zurrieq Hemm monument ieħor tiegħu fil Junior College tal Imsida Wieħed mit teatri ewlenin tal Universita huwa wkoll msemmi għalih Ara wkollBezzina Caramel 2006 Saydon il biblista u Studju tal Malti Publikazzjoni Preca MaltaReferenziĦoloq esterniWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Pietru Pawl Saydon Pietru Pawl Saydon Artiklu fis sit tal Akkademja tal Malti Artiklu ta Ivan Said fl 40 sena anniversarju minn mewtu

L-aħħar artikli
  • Ġunju 05, 2025

    Wikipedija

  • Ġunju 07, 2025

    Wikijunior

  • Ġunju 07, 2025

    Wikibarijiet

  • Ġunju 05, 2025

    Wikimedia Commons

  • Ġunju 06, 2025

    Washington (Distrett ta' Columbia)

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq