Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Edinburgu pronunzja bl Ingliż ˈɛdɪnbərə bl Ingliż u bl Iskoċċiż Edinburgh bil Gaeliku Skoċċiż Dùn Èideann ˈt uːn ˈeːtʲən

Edinburgu

  • Paġna Ewlenija
  • Edinburgu
Edinburgu
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Edinburgu (pronunzja bl-Ingliż: /ˈɛdɪnbərə/; bl-Ingliż u bl-Iskoċċiż: Edinburgh; bil-Gaeliku Skoċċiż: Dùn Èideann [ˈt̪uːn ˈeːtʲən̪ˠ]) hija l-belt kapitali tal-Iskozja u waħda mit-32 żona tal-kunsilli tagħha. Storikament kienet parti mill-kontea ta' Midlothian (b'mod interkambjabblii Edinburghshire qabel l-1921), u tinsab f'Lothian fix-xatt tan-Nofsinhar tal-. Edinburgu hija t-tieni l-iktar belt popolata fl-Iskozja u s-sbatax-il belt l-iktar popolata fir-Renju Unit.

Edinburgu
 Renju Unit
Amministrazzjoni
Stat sovranRenju Unit
Nazzjon konstitwentiv tar-Renju UnitSkozja
Scottish council areaBelt ta' Edinburgu
Kap tal-Gvern (mul)
Isem uffiċjali Edinburgh
Dùn Èideann
Edinburgh
Ismijiet oriġinali Edinburgh
Kodiċi postali EH1-EH13
Ġeografija
Koordinati 55°57′12″N 3°11′21″W / 55.9533°N 3.1892°W / 55.9533; -3.1892Koordinati: 55°57′12″N 3°11′21″W / 55.9533°N 3.1892°W / 55.9533; -3.1892
Edinburgu
Edinburgu (the United Kingdom)
, u
Superfiċjenti 259±1 kilometru kwadru
Għoli 47 m
Demografija
Popolazzjoni 488,050 abitanti (2016)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni 7 century
Kodiċi tat-telefon 0131
Żona tal-Ħin UTC+1
bliet ġemellati Munich, Firenze, , Vancouver, , Kiev, , Krakovja, Nizza, Xi'an, Kjoto, Vilnius, Segovia, San Pietruburgu, , (en)
edinburgh.gov.uk

Rikonoxxuta bħala l-kapitali tal-Iskozja mill-inqas mis-seklu 15, Edinburgu hija s-sede tal-Gvern Skoċċiż, tal-Parlament Skoċċiż u tal-ogħla qrati fl-Iskozja. Il-Palazz ta' Holyroodhouse fil-belt huwa r-residenza uffiċjali tal-monarka tal-Iskozja. Il-belt ilha ċentru tal-edukazzjoni, b'mod partikolari fl-oqsma tal-mediċina, il-liġi Skoċċiża, il-letteratura, il-filosofija, ix-xjenzi u l-. Hija t-tieni l-ikbar ċentru finanzjarju fir-Renju Unit, u l-attrazzjonijiet storiċi u kulturali tal-belt wassluha biex tkun it-tieni l-iktar destinazzjoni fir-Renju Unit li jżuruha t-turisti. Fl-2018 attirat madwar 4.9 miljun turist, inkluż 2.4 miljun minn pajjiżi 'l barra mir-Renju Unit.

Huwa stmat li l-popolazzjoni uffiċjali ta' Edinburgu hija ta' 488,050 ruħ (lejn nofs l-2016) għal-lokalità ta' Edinburgu, 518,500 ruħ (lejn nofs l-2019) għaż-żona tal-kunsill tal-Belt ta' Edinburgu, u 1,339,380 ruħ (fl-2014) għar-reġjun usa' tal-belt. Edinburgu tinsab fil-qalba tar-reġjun tal-belt ta' Edinburgu u tax-Xlokk tal-Iskozja li jinkludi l-Lvant ta' Lothian, Edinburgu, Fife, Midlothian, il-Fruntieri Skoċċiżi u l-Punent ta' Lothian.

Kull sena fil-belt issir l-Assemblea Ġenerali tal-Knisja tal-Iskozja. Tospita istituzzjonijiet kulturali nazzjonali bħall-Mużew Nazzjonali tal-Iskozja, il-Librerija Nazzjonali u l-Gallerija Nazzjonali Skoċċiża. L-Università ta' Edinburgu, li ġiet stabbilita fl-1582 u issa waħda minn tlieta fil-belt, hija kklassifikata fis-16-il post fil-Klassifiki Universitarji Dinjin tal-QS għall-2022. Il-belt hija magħrufa wkoll għall-Festival Internazzjonali Annwali ta' Edinburgu, il-Military Tatoo Annwali tal-Forzi Armati u The Fringe. Dan tal-aħħar huwa l-ikbar festival internazzjonali annwali tal-arti fid-dinja. Fost is-siti storiċi f'Edinburgu hemm il-Kastell ta' Edinburgu, il-Palazz ta' Holyroodhouse, il-knejjes ta' St. Giles, Greyfriars u Canongate, u r-Raħal il-Ġdid Ġorġjan li nbena fis-sekli 18-19. Iċ-ċentru storiku u r-raħal il-ġdid ta' Edinburgu flimkien huma mniżżla fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.

Etimoloġija

"Edin", l-għerq tal-isem tal-belt, joriġina minn Eidyn, l-isem tar-reġjun bil-Kumbrijan, il-lingwa Ċeltika Brittonika li kienet tiġi mitkellma hemmhekk. It-tifsira tal-isem mhijiex magħrufa. Id-distrett ta' Eidyn kien iċċentrat fuq il-fortizza ta' Din Eidyn, il-forti fl-għolja ta' Eidyn. Din il-fortizza jingħad li kienet tinsab fuq il-Blata tal-Kastell, li issa hija s-sit tal-Kastell ta' Edinburgu. Eidyn ġiet maħkuma mill-Angoli ta' Bernicia fis-seklu 7 u iktar 'il quddiem ġiet okkupata mill-Iskoċċiżi fis-seklu 10. Peress li l-lingwa nbidlet għall-Ingliż Antik ta' Northumbria, li evolva fl-Iskoċċiż, il-kelma Brittonika din f'Din Eidyn ġiet sostitwita b'burh, u ġiet prodotta l-kelma Edinburgu. B'mod simili, din saret dùn fil-Gaeliku Skoċċiż, u ġiet prodotta Dùn Èideann.

Storja

Storja bikrija

L-iktar insedjament uman bikri magħruf fiż-żona ta' Edinburgu kien f'Cramond, fejn instabet evidenza ta' sit Mesolitiku datat għall-ħabta ta' 8500 Q.K. Instabu wkoll traċċi ta' insedjamenti ta' Żmien il-Bronż u ta' Żmien il-Ħadid fejn il-Blata tal-Kastell (bl-Ingliż: Castle Rock), is-Siġġu ta' Arturu (bl-Ingliż: Arthur's Seat), l-Għolja ta' Craiglockhart u l-Għoljiet ta' Pentland.

Meta r-Rumani waslu f'Lothian fl-aħħar tal-ewwel seklu W.K., sabu tribù Ċeltika Brittonika li rreġistraw fid-dokumenti antiki bħala l-Votadini. Il-Votadini baqgħu fi tranżizzjoni fi ħdan ir-renju ta' fil-Medju Evu Bikri, u Eidyn kienet isservi bħala wieħed mid-distretti tar-renju. Matul dan il-perjodu, is-sit tal-Blata tal-Kastell, li hu maħsub li kien il-fortizza ta' Din Eidyn, feġġ bħala ċ-ċentru maġġuri tar-renju. Il-poeżija Medjevali Y Gododdin tiddeskrivi gwerra fejn inġemgħu bosta nies mid-dinja Brittonika f'Eidyn qabel assedju; dan jista' jkun li jiddeskrivi avveniment storiku li seħħ għall-ħabta tas-600 W.K.

Fis-638, il-fortizza ta' Gododdin ġiet assedjata minn forzi li kienu leali għar-Re , u lejn dak iż-żmien, il-kontroll ta' Lothian għadda f'idejn l-Angoli. L-influwenza tagħhom kompliet għat-tliet sekli ta' wara sa madwar id-950, meta, matul ir-renju ta' , iben , il-"burh" (fortizza), li ssemmiet fil-Ġrajja tal-Pitti tas-seklu 10 bħala oppidum Eden, ġie abbandunat mill-Iskoċċiżi. Minn dak iż-żmien 'il quddiem, baqa' taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom.

Il-fortizza rjali ġiet stabbilita mir-Re fil-bidu tas-seklu 12 fuq art ta' sjieda tal-Kuruna, għalkemm id-data preċiża mhijiex magħrufa. L-ewwel evidenza dokumentarja tal-fortizza Medjevali hija dokument irjali tal-ħabta tal-1124-1127, fejn ir-Re David I jagħti biċċa art fil-burgo meo de Edenesburg lill-Pirjol ta' Dunfermline. F'nofs is-seklu 14, il-kronista Franċiż iddeskriviha bħala l-kapitali tal-Iskozja (madwar l-1365), u (1451-1488) irrefera għaliha fis-seklu 15 bħala "l-fortizza prinċipali tar-renju tagħna". Minkejja l-qerda kkawżata mill-assedju Ingliż fl-1544, ir-raħal bil-mod il-mod irkupra, u kien fil-qalba tal-avvenimenti storiċi fir- tas-seklu 16 u l- tas-seklu 17.

Seklu 17

Fl-1603, ir-Re tal-Iskozja kien is-suċċessur fuq it-tron Ingliż, u għaqqad il-kuruni tal-Iskozja u tal-Ingilterra f'unjoni personali magħrufa bħala l-, għalkemm l-Iskozja baqgħet renju separat, fl-aspett l-oħra kollha. Fl-1638, ir-Re pprova jdaħħal forom tal- fl-Iskozja u ntlaqa' minn oppożizzjoni qalila mill-Presbiteri li laħqet il-qofol tagħha fil-kunflitti tal-. L-appoġġ Skoċċiż sussegwenti biex jerġa' jitqiegħed fuq it-tron tal-Ingilterra rriżultaw fl-okkupazzjoni ta' Edinburgu mill-forzi tal-Commonwealth tal-Ingilterra ta' – l-Armata tal-Mudell il-Ġdid – fl-1650.

Fis-seklu 17, il-konfini ta' Edinburgu kienu għadhom definiti mis-swar difensivi tal-belt. B'riżultat ta' dan, il-popolazzjoni dejjem tikber tal-belt ġiet moqdija billi żdied l-għoli tal-binjiet residenzjali b'filati addizzjonali. Binjiet bi 11-il sular jew iktar kienu xi ħaġa komuni, u ġew deskritti bħala l-pijunieri tal-iskyscrapers moderni. Il-biċċa l-kbira ta' dawn l-istrutturi antiki ġew sostitwiti bil-binjiet prevalentement Vittorjani li għad hemm sa llum fiċ-ċentru storiku jew il-Belt l-Antika. Fl-1611, att tal-Parlament ħoloq il-Kuntistabbli Għoljin ta' Edinburgu biex iżommu l-ordni fil-belt. Huwa maħsub li dawn x'aktarx huma l-eqdem forza statutorja tal-pulizija fid-dinja.

Seklu 18

Wara t- fl-1706, the Parlamenti tal-Ingilterra u tal-Iskozja għaddew l-Atti tal-Unjoni fl-1706 u fl-1707 rispettivament, u għaqdu ż-żewġ renji fir-Renju tal-Gran Brittanja effettivament mill-1 ta' Mejju 1707. B'konsegwenza ta' dan, il-Parlament tal-Iskozja sar ħaġa waħda mal-Parlament tal-Ingilterra biex jissawwar il-Parlament tal-Gran Brittanja, li kien jiltaqa' f' f'Londra. L-Unjoni ġiet opposta minn ħafna Skoċċiżi, u dan irriżulta f'irvelli fil-belt.

Sal-ewwel nofs tas-seklu 18, Edinburgu ġiet deskritta bħala waħda mill-iktar bliet b'popolazzjoni densa, iffullati u mhux iġjeniċi fl-Ewropa. Il-viżitaturi kien jistagħġbu mill-fatt li d-diversi klassijiet soċjali kienu jikkondividu l-istess spazju urban, u saħansitra jgħixu fl-istess binjiet xi kultant; għalkemm xorta kien hemm xi forma ta' segregazzjoni soċjali, fejn tal-ħwienet u n-negozjanti kienu jgħixu l-iktar fil-kantini jew fil-kmamar tal-bejt b'kera rħisa, filwaqt li l-klassijiet professjonali iktar għonja kienu jgħixu fis-sulari tan-nofs li kienu jiswew l-iktar flus.

Matul ir-rewwixta Ġakobita tal-1745, Edinburgu għal żmien qasir kienet okkupata mill-"Armata tal-Highlands" Ġakobita qabel l-avvanzar tagħha fl-Ingilterra. Wara t-telfa eventwali li ġarrbet f'Culloden, kien hemm perjodu ta' alternanza bejn tpattijiet u ta' paċifikazzjoni, diretti l-iktar lejn il-klans ribellużi. F'Edinburgu, il-Kunsill tal-Belt, li kien ħerqan biex jemula lil Londra u jagħti bidu għat-titjib u għall-espansjoni tal-belt lejn it-Tramuntana tal-kastell, afferma mill-ġdid it-twemmin tiegħu fl-Unjoni u l-lealtà lejn il-monarka ta' , , permezz tal-għażla tal-ismijiet tat-toroq tar-Raħal il-Ġdid: pereżempju, Triq il-Ward (bl-Ingliż: Rose Street) u Triq ix-Xtieli Mxewkin (bl-Ingliż: Thistle Street); u għall-familja rjali, Triq Ġorġ (bl-Ingliż: George Street), Triq ir-Reġina (bl-Ingliż: Queen Street), Triq Hannover (bl-Ingliż: Hanover Street), Triq Federiku (bl-Ingliż: Frederick Street) u Triq il-Prinċpijiet (bl-Ingliż: Princes Street) bħala ġieħ għaż-żewġt itfal tar-Re Ġorġ.

Fit-tieni nofs tas-seklu, il-belt kienet fil-qalba tal-Illuminiżmu Skoċċiż, meta ħassieba bħal , , u kienu persuni familjari fit-toroq tal-belt. Edinburgu saret ċentru intellettwali maġġuri, u b'hekk kienet magħrufa wkoll bil-laqam "Ateni tat-Tramuntana", minħabba l-bosta binjiet Neo-klassiċi tagħha u r-reputazzjoni li kellha għall-apprendiment u għat-tagħlim, li kienet tfakkar f'Ateni tal-qedem. Fir-rumanz tas-seklu 18 The Expedition of Humphry Clinker (bil-Malti: L-Ispedizzjoni ta' Humphry Clinker) ta' , karattru jiddeskrivi lil Edinburgu bħala "art għammiela ta' ġenji". Edinburgu kienet ukoll ċentru maġġuri għall-bejgħ tal-kotba Skoċċiżi. Il-bejjiegħ tal-kotba ta' suċċess f'Londra, , għamel apprendistat lil .

Mis-snin 70 tas-seklu 18 'il quddiem, il-klassijiet professjonali u tan-negozju ma baqgħux jgħixu fir-Raħal l-Antik u minflok marru jgħixu f'residenzi iktar eleganti għal "familja waħda" fir-Raħal il-Ġdid. Din kienet migrazzjoni li bidlet il-karattru soċjali tal-belt ta' taħt fuq. Skont l-ewwel storiku li kiteb dwar dan l-iżvilupp, "l-Unità tas-sentiment soċjali kienet wirt ta' valur kbir fir-Raħal l-Antik ta' Edinburgu, u l-fatt li għebet ġie mmaqdar sew".

Sekli 19 u 20

Minkejja għajdut bla bażi li kien jgħid il-kontra ta' dan, Edinburgu saret ċentru industrijali bl-industriji tradizzjonali tagħha tal-istamperiji, tal-birreriji, u tad-distilleriji li baqgħu jikbru sas-seklu 19. Barra minn hekk, issieħbu industriji oħra bħall-produzzjoni tal-lastiku, l-inġinerija u oħrajn. Sal-1821, Edinburgu saret it-tieni l-iktar belt kbira fl-Iskozja wara Glasgow. Iċ-ċentru tal-belt bejn Triq il-Prinċpijiet u Triq Ġorġ saret distrett kummerċjali ewlieni u bil-ħwienet, żvilupp li ġie parzjalment xprunat mill-wasla tal-linji ferrovjarji fis-snin 40 tas-seklu 19. Ir-Raħal l-Antik kulma jmur ġie mitluq iktar, u xejn inqas minn "mandraġġ" iffullat b'rati għoljin ta' mortalità. It-titjib li twettaq taħt il-Lord Provost fis-snin 60 tas-seklu 19 witta t-triq għat-trasformazzjoni taż-żona fir-Raħal l-Antik prevalentement Vittorjan kif inhu llum. Sar iktar titjib fil-bidu tas-seklu 20 bħala riżultat tax-xogħol ta' , iżda l-istaġnar ekonomiku relattiv matul iż-żewġ gwerer dinjin u wara wassal biex ir-Raħal l-Antik reġa' qabad it-triq tan-niżla, sakemm it-tneħħija tal-"mandraġġ" fis-snin 60 u 70 tas-seklu 20 ma bdietx tagħmel tajjeb għal dan il-proċess. L-iżviluppi tal-binjiet universitarji li ttrasformaw iż-żoni tal-Pjazza ta' Ġorġ (bl-Ingliż: George Square) u ta' Potterrow kienu kontroversjali ferm.

Mis-snin 90 tas-seklu 20, "distrett finanzjarju" ġdid, inkluż iċ-Ċentru tal-Konferenzi Internazzjonali ta' Edinburgu, kiber l-iktar fuq proprjetà mġarrfa tal-linji ferrovjarji fil-Punent tal-kastell sa Fountainbridge, subborg industrijali mitluq tas-seklu 19 li għadda minn bidla radikali mis-snin 80 tas-seklu 20 bl-għeluq tal-istabbilimenti industrijali u tal-birreriji. Dan l-iżvilupp kontinwu ppermetta lil Edinburgu żżomm il-post tagħha bħala t-tieni l-ikbar ċentru finanzjarju u amministrattiv tar-Renju Unit wara Londra. Is-servizzi finanzjarji issa jirrappreżentaw terz tal-ispazju kummerċjali bl-uffiċini fil-belt. L-iżvilupp tal-Park ta' Edinburgu (bl-Ingliż: Edinburgh Park), park kummerċjali u teknoloġiku ġdid ta' 38 akru (15 ha), erba' mili (6 km) fil-Punent taċ-ċentru tal-belt, ikkontribwixxa wkoll għall-istrateġija tal-Kunsill Distrettwali biex ikun hemm riġenerazzjoni ekonomika maġġuri.

Fl-1998, l-Att dwar l-Iskozja, li daħal fis-seħħ is-sena ta' wara, stabbilixxa Parlament Skoċċiż devolut u Eżekuttiv Skoċċiż (li sar magħruf bħala l-Gvern Skoċċiż minn Settembru 2007). It-tnejn għandhom is-sede tagħhom f'Edinburgu, u huma responsabbli għall-iggvernar tal-Iskozja, filwaqt li materji riżervati bħad-difiża, l-affarijiet barranin u xi elementi tat-taxxa fuq l-introjtu huma responsabbiltà tal-Parlament tar-Renju Unit f'Londra.

Sit ta' Wirt Dinji

Ir-Raħal l-Antik u r-Raħal il-Ġdid ta' Edinburgu ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1995.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".

Ġeografija

Pajsaġġ urban

Klima

Data klimatika għall-Edinburgu (RBGE), elevazzjoni: 23 m (75 ft), temp. normali 1981-2010, temp. estremi 1960-sal-preżent
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord °C (°F) 15.0

(59.0)

15.2

(59.4)

20.0

(68.0)

22.8

(73.0)

29.0

(84.2)

27.8

(82.0)

31.6

(88.9)

31.4

(88.5)

26.7

(80.1)

24.4

(75.9)

20.6

(69.1)

15.4

(59.7)

31.6

(88.9)

Temp. medja °C (°F) 7.0

(44.6)

7.5

(45.5)

9.5

(49.1)

11.8

(53.2)

14.7

(58.5)

17.2

(63.0)

19.1

(66.4)

18.9

(66.0)

16.5

(61.7)

13.1

(55.6)

9.6

(49.3)

7.0

(44.6)

12.7

(54.9)

Temp. medja ta' kuljum °C (°F) 4.2

(39.6)

4.5

(40.1)

6.2

(43.2)

8.1

(46.6)

10.8

(51.4)

13.5

(56.3)

15.3

(59.5)

15.2

(59.4)

13.0

(55.4)

9.8

(49.6)

6.7

(44.1)

4.2

(39.6)

9.3

(48.7)

Temp. baxxa medja °C (°F) 1.4

(34.5)

1.5

(34.7)

2.8

(37.0)

4.3

(39.7)

6.8

(44.2)

9.7

(49.5)

11.5

(52.7)

11.4

(52.5)

9.4

(48.9)

6.5

(43.7)

3.7

(38.7)

1.3

(34.3)

5.9

(42.6)

Temp. baxxa rekord °C (°F) −15.5

(4.1)

−11.7

(10.9)

−11.1

(12.0)

−6.1

(21.0)

−2.4

(27.7)

1.1

(34.0)

4.4

(39.9)

2.2

(36.0)

−1.1

(30.0)

−3.7

(25.3)

−8.3

(17.1)

−11.5

(11.3)

−15.5

(4.1)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 67.5

(2.66)

47.0

(1.85)

51.7

(2.04)

40.5

(1.59)

48.9

(1.93)

61.3

(2.41)

65.0

(2.56)

60.2

(2.37)

63.7

(2.51)

75.6

(2.98)

62.1

(2.44)

60.8

(2.39)

704.3

(27.73)

Medja ta' jiem ta' preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) 12.5 9.4 9.9 8.8 9.6 9.6 9.5 9.7 10.2 12.4 11.2 11.4 124.2
Sigħat medji ta' xemx fix-xahar 53.5 78.5 114.8 144.6 188.4 165.9 172.2 161.5 128.8 101.2 71.0 46.2 1,426.6
Indiċi ultravjola medju 0 1 2 3 5 5 5 5 3 1 1 0 3
Sors: Met Office, KNMI u Weather Atlas
Data klimatika għall-Edinburgu (Gogarbank), elevazzjoni: 57 m (187 ft), temp. normali 1981-2010
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja medja °C (°F) 6.6

(43.9)

7.0

(44.6)

9.0

(48.2)

11.6

(52.9)

14.6

(58.3)

17.2

(63.0)

19.2

(66.6)

19.1

(66.4)

16.6

(61.9)

12.9

(55.2)

9.2

(48.6)

6.6

(43.9)

12.5

(54.5)

Temp. medja ta' kuljum °C (°F) 3.9

(39.0)

4.2

(39.6)

5.8

(42.4)

7.9

(46.2)

10.6

(51.1)

13.2

(55.8)

15.1

(59.2)

15.0

(59.0)

12.9

(55.2)

9.6

(49.3)

6.4

(43.5)

3.9

(39.0)

9.0

(48.2)

Temp. baxxa medja °C (°F) 1.1

(34.0)

1.3

(34.3)

2.6

(36.7)

4.1

(39.4)

6.5

(43.7)

9.1

(48.4)

10.9

(51.6)

10.8

(51.4)

9.2

(48.6)

6.2

(43.2)

3.6

(38.5)

1.1

(34.0)

5.6

(42.1)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 76.3

(3.00)

53.8

(2.12)

55.9

(2.20)

46.1

(1.81)

49.0

(1.93)

61.5

(2.42)

64.1

(2.52)

67.8

(2.67)

58.0

(2.28)

84.5

(3.33)

73.7

(2.90)

63.6

(2.50)

754.2

(29.69)

Medja ta' jiem ta' preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) 13.6 9.8 11.8 9.8 11.4 10.4 10.2 11.2 10.4 12.8 13.0 12.9 137.2
Sigħat medji ta' xemx fix-xahar 45.5 69.6 106.9 136.3 188.3 154.1 170.7 149.0 125.5 96.1 65.2 35.3 1,342.7
Sors: Met Office
  1. ^ L-istazzjon tat-tbassir tat-temp jinsab 0.9 mili (1.4 km) miċ-ċentru tal-belt ta' Edinburgu.
  2. ^ L-istazzjoni tat-tbassir tat-temp jinsab 5.9 mili (9.5 km) miċ-ċentru tal-belt ta' Edinburgu.

Demografija

Grupp etniku 2001 2011
Ammont % Ammont %
Bojod: Skoċċiżi 354,053 78.9% 334,987 70.2%
Bojod: Brittaniċi oħra 51,407 11.4% 56,132 11.7%
Bojod: Irlandiżi 6,470 1.4% 8,603 1.8%
Bojod: oħra 18,439 4.1% 37,445 7.9%
Bojod: total 430,369 95.9% 437,167 91.7%
Asjatiċi: 11,600 2.5% 26,264 5.5%
Afrikani: 1,285 0.2% 4,474 0.9%
Mill-Karibew/Karnaġġjon Sewda: 292† <0.1% 1,031 0.2%
Imħallta: 2,776 0.6% 4,087 0.8%
Oħrajn mhux bojod: 2,302 0.5% 3,603 0.8%
Mhux bojod: total 18,255 4.0% 39,459 8.2%
Total 448,624 100.00% 476,626 100.00%
† Mill-Karibew imqabbla ma' Suwed mill-Karibew

Il-proporzjon ta' nies imwielda 'l barra mir-Renju Unit kien 15.9 % meta mqabbel ma' 8 % fl-2001.

Post tat-twelid Stima tal-popolazzjoni residenti (2011)
Il-Polonja 11,651
L-Indja 4,888
L-Irlanda 4,743
Iċ-Ċina Kontinentali 4,188
L-Istati Uniti 3,700
Il-Ġermanja 3,500
Il-Pakistan 2,472
L-Awstralja 2,100
Franza 2,000
Spanja 2,000
L-Afrika t'Isfel 1,800
Il-Kanada 1,800
1,600

Popolazzjoni storika

1801-1951
Sena Pop. ± %
1801 82,560 —    
1811 102,987 +24.7%
1821 138,235 +34.2%
1831 161,909 +17.1%
1841 166,450 +2.8%
1851 193,929 +16.5%
1901 303,638 +56.6%
1911 320,318 +5.5%
1921 420,264 +31.2%
1931 439,010 +4.5%
1951 466,761 +6.3%

Relazzjonijiet internazzjonali

Ġemellaġġi

Il-Belt ta' Edinburgu daħlet f'16-il arranġament ta' ġemellaġġ jew sħubija ta' ħbiberija mill-1954 'l hawn.

Belt u pajjiż Minn
Munich, il-Ġermanja 1954
Nizza, Franza 1958
Firenze, l-Italja 1964
, New Zealand 1974
Vancouver, British Columbia, il-Kanada 1977
San Diego, California, l-Istati Uniti 1977
Xi'an, iċ-Ċina 1985
Segovia, Spanja 1985
Kjev, l-Ukrajna 1989
, id-Danimarka 1991
Il-Prefettura ta' , il-Ġappun 1994
Kathmandu, in-Nepal 1994
Krakovja, il-Polonja 1995
San Pietruburgu, ir-Russja 1995
Shenzhen, iċ-Ċina 2019

Referenzi

  1. ^ "Edinburgh: definition of Edinburgh in Oxford dictionary (British & World English)". web.archive.org. 2014-01-13. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-01-13. Miġbur 2021-08-09.
  2. ^ "edinburgh - Definition, pictures, pronunciation and usage notes | Oxford Advanced Learner's Dictionary at OxfordLearnersDictionaries.com". web.archive.org. 2017-09-22. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-09-22. Miġbur 2021-08-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ "Edinburgh | Define Edinburgh at Dictionary.com". web.archive.org. 2017-10-05. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-10-05. Miġbur 2021-08-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ "History of parishes - County and Parishes viewer - National Library of Scotland". web.archive.org. 2019-04-07. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-04-07. Miġbur 2021-08-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ "Edinburgh, Financial Services UK | Invest Edinburgh". web.archive.org. 2017-10-03. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-10-03. Miġbur 2021-08-09.
  6. ^ "Edinburgh by Numbers 2019". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-03-08. Miġbur 2021-08-09.
  7. ^ Team, National Records of Scotland Web (2013-05-31). "National Records of Scotland". National Records of Scotland . Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-05-02. Miġbur 2021-08-09.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
  8. ^ "Estimates of the population for the UK, England and Wales, Scotland and Northern Ireland - Office for National Statistics". www.ons.gov.uk. Miġbur 2021-08-09.
  9. ^ "About Us — Accelerating growth: The Edinburgh and South East Scotland City Region Deal". web.archive.org. 2015-11-25. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-11-25. Miġbur 2021-08-09.
  10. ^ "City Region Deal secured | The City of Edinburgh Council". web.archive.org. 2017-10-03. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-10-03. Miġbur 2021-08-09.
  11. ^ "QS World University Rankings 2022". Top Universities (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-09.
  12. ^ "Edinburgh World Heritage | Visit Scotland". web.archive.org. 2013-02-22. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-02-22. Miġbur 2021-08-09.
  13. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Old and New Towns of Edinburgh". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-09.
  14. ^ Gelling, Margaret; Nicolaisen, W. F. H.; Richards, Melville (1970). The Names of Towns and Cities in Britain. Batsford. pp. 88–89. ISBN 978-0-7134-5235-8.
  15. ^ Driscoll, Stephen; Yeoman, Peter A. (1997). Excavations within Edinburgh Castle in 1988–91. Society of Antiquaries of Scotland monograph series. 12. Society of Antiquaries of Scotland. p. 229. ISBN 978-0-903-903127.
  16. ^ Room, Adrian (2006). Placenames of the World. McFarland. pp. 118–119. ISBN 978-0-7864-2248-7.
  17. ^ "British Archaeology magazine, August 2001". web.archive.org. 2013-11-02. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-11-02. Miġbur 2021-08-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  18. ^ Coghill, Hamish (2008). Lost Edinburgh. Birlinn Ltd. pp. 1–2. ISBN 978-1-84158-747-9.
  19. ^ Ritchie, J. N. G. and A. (1972). Edinburgh and South-East Scotland. Heinemann. p. 51. ISBN 978-0-435-32971-6.
  20. ^ Driscoll, Stephen; Yeoman, Peter A. (1997). Excavations within Edinburgh Castle in 1988–91. Society of Antiquaries of Scotland monograph series. 12. Society of Antiquaries of Scotland. p. 227. ISBN 978-0-903-903127.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 14 Ġun, 2025 / 10:29

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Edinburgu, X'inhi Edinburgu? Xi tfisser Edinburgu?

Edinburgu pronunzja bl Ingliz ˈɛdɪnbere bl Ingliz u bl Iskoċċiz Edinburgh bil Gaeliku Skoċċiz Dun Eideann ˈt uːn ˈeːtʲen ˠ hija l belt kapitali tal Iskozja u waħda mit 32 zona tal kunsilli tagħha Storikament kienet parti mill kontea ta Midlothian b mod interkambjabblii Edinburghshire qabel l 1921 u tinsab f Lothian fix xatt tan Nofsinhar tal Edinburgu hija t tieni l iktar belt popolata fl Iskozja u s sbatax il belt l iktar popolata fir Renju Unit Edinburgu Renju UnitAmministrazzjoniStat sovranRenju UnitNazzjon konstitwentiv tar Renju UnitSkozjaScottish council areaBelt ta EdinburguKap tal Gvern mul Isem uffiċjali Edinburgh Dun Eideann EdinburghIsmijiet oriġinali EdinburghKodiċi postali EH1 EH13ĠeografijaKoordinati 55 57 12 N 3 11 21 W 55 9533 N 3 1892 W 55 9533 3 1892 Koordinati 55 57 12 N 3 11 21 W 55 9533 N 3 1892 W 55 9533 3 1892EdinburguEdinburgu the United Kingdom uSuperfiċjenti 259 1 kilometru kwadruGħoli 47 mDemografijaPopolazzjoni 488 050 abitanti 2016 Informazzjoni oħraFondazzjoni 7 centuryKodiċi tat telefon 0131Zona tal Ħin UTC 1bliet ġemellati Munich Firenze Vancouver Kiev Krakovja Nizza Xi an Kjoto Vilnius Segovia San Pietruburgu en edinburgh gov uk Rikonoxxuta bħala l kapitali tal Iskozja mill inqas mis seklu 15 Edinburgu hija s sede tal Gvern Skoċċiz tal Parlament Skoċċiz u tal ogħla qrati fl Iskozja Il Palazz ta Holyroodhouse fil belt huwa r residenza uffiċjali tal monarka tal Iskozja Il belt ilha ċentru tal edukazzjoni b mod partikolari fl oqsma tal mediċina il liġi Skoċċiza il letteratura il filosofija ix xjenzi u l Hija t tieni l ikbar ċentru finanzjarju fir Renju Unit u l attrazzjonijiet storiċi u kulturali tal belt wassluha biex tkun it tieni l iktar destinazzjoni fir Renju Unit li jzuruha t turisti Fl 2018 attirat madwar 4 9 miljun turist inkluz 2 4 miljun minn pajjizi l barra mir Renju Unit Is Sala tal Kirurgi hija waħda mill binjiet li wasslu biex Edinburgu ssir magħrufa bil laqam ta Ateni tat Tramuntana Huwa stmat li l popolazzjoni uffiċjali ta Edinburgu hija ta 488 050 ruħ lejn nofs l 2016 għal lokalita ta Edinburgu 518 500 ruħ lejn nofs l 2019 għaz zona tal kunsill tal Belt ta Edinburgu u 1 339 380 ruħ fl 2014 għar reġjun usa tal belt Edinburgu tinsab fil qalba tar reġjun tal belt ta Edinburgu u tax Xlokk tal Iskozja li jinkludi l Lvant ta Lothian Edinburgu Fife Midlothian il Fruntieri Skoċċizi u l Punent ta Lothian Kull sena fil belt issir l Assemblea Ġenerali tal Knisja tal Iskozja Tospita istituzzjonijiet kulturali nazzjonali bħall Muzew Nazzjonali tal Iskozja il Librerija Nazzjonali u l Gallerija Nazzjonali Skoċċiza L Universita ta Edinburgu li ġiet stabbilita fl 1582 u issa waħda minn tlieta fil belt hija kklassifikata fis 16 il post fil Klassifiki Universitarji Dinjin tal QS għall 2022 Il belt hija magħrufa wkoll għall Festival Internazzjonali Annwali ta Edinburgu il Military Tatoo Annwali tal Forzi Armati u The Fringe Dan tal aħħar huwa l ikbar festival internazzjonali annwali tal arti fid dinja Fost is siti storiċi f Edinburgu hemm il Kastell ta Edinburgu il Palazz ta Holyroodhouse il knejjes ta St Giles Greyfriars u Canongate u r Raħal il Ġdid Ġorġjan li nbena fis sekli 18 19 Iċ ċentru storiku u r raħal il ġdid ta Edinburgu flimkien huma mnizzla fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO Etimoloġija Edin l għerq tal isem tal belt joriġina minn Eidyn l isem tar reġjun bil Kumbrijan il lingwa Ċeltika Brittonika li kienet tiġi mitkellma hemmhekk It tifsira tal isem mhijiex magħrufa Id distrett ta Eidyn kien iċċentrat fuq il fortizza ta Din Eidyn il forti fl għolja ta Eidyn Din il fortizza jingħad li kienet tinsab fuq il Blata tal Kastell li issa hija s sit tal Kastell ta Edinburgu Eidyn ġiet maħkuma mill Angoli ta Bernicia fis seklu 7 u iktar il quddiem ġiet okkupata mill Iskoċċizi fis seklu 10 Peress li l lingwa nbidlet għall Ingliz Antik ta Northumbria li evolva fl Iskoċċiz il kelma Brittonika din f Din Eidyn ġiet sostitwita b burh u ġiet prodotta l kelma Edinburgu B mod simili din saret dun fil Gaeliku Skoċċiz u ġiet prodotta Dun Eideann StorjaStorja bikrija Is Siġġu ta Arturu fl isfond ta Edinburgu wieħed mill eqdem siti fejn instabu traċċi ta abitazzjoni umana fiz zona L iktar insedjament uman bikri magħruf fiz zona ta Edinburgu kien f Cramond fejn instabet evidenza ta sit Mesolitiku datat għall ħabta ta 8500 Q K Instabu wkoll traċċi ta insedjamenti ta Zmien il Bronz u ta Zmien il Ħadid fejn il Blata tal Kastell bl Ingliz Castle Rock is Siġġu ta Arturu bl Ingliz Arthur s Seat l Għolja ta Craiglockhart u l Għoljiet ta Pentland Meta r Rumani waslu f Lothian fl aħħar tal ewwel seklu W K sabu tribu Ċeltika Brittonika li rreġistraw fid dokumenti antiki bħala l Votadini Il Votadini baqgħu fi tranzizzjoni fi ħdan ir renju ta fil Medju Evu Bikri u Eidyn kienet isservi bħala wieħed mid distretti tar renju Matul dan il perjodu is sit tal Blata tal Kastell li hu maħsub li kien il fortizza ta Din Eidyn feġġ bħala ċ ċentru maġġuri tar renju Il poezija Medjevali Y Gododdin tiddeskrivi gwerra fejn inġemgħu bosta nies mid dinja Brittonika f Eidyn qabel assedju dan jista jkun li jiddeskrivi avveniment storiku li seħħ għall ħabta tas 600 W K Il Monument ta Scott Fis 638 il fortizza ta Gododdin ġiet assedjata minn forzi li kienu leali għar Re u lejn dak iz zmien il kontroll ta Lothian għadda f idejn l Angoli L influwenza tagħhom kompliet għat tliet sekli ta wara sa madwar id 950 meta matul ir renju ta iben il burh fortizza li ssemmiet fil Ġrajja tal Pitti tas seklu 10 bħala oppidum Eden ġie abbandunat mill Iskoċċizi Minn dak iz zmien il quddiem baqa taħt il ġurisdizzjoni tagħhom Il fortizza rjali ġiet stabbilita mir Re fil bidu tas seklu 12 fuq art ta sjieda tal Kuruna għalkemm id data preċiza mhijiex magħrufa L ewwel evidenza dokumentarja tal fortizza Medjevali hija dokument irjali tal ħabta tal 1124 1127 fejn ir Re David I jagħti biċċa art fil burgo meo de Edenesburg lill Pirjol ta Dunfermline F nofs is seklu 14 il kronista Franċiz iddeskriviha bħala l kapitali tal Iskozja madwar l 1365 u 1451 1488 irrefera għaliha fis seklu 15 bħala l fortizza prinċipali tar renju tagħna Minkejja l qerda kkawzata mill assedju Ingliz fl 1544 ir raħal bil mod il mod irkupra u kien fil qalba tal avvenimenti storiċi fir tas seklu 16 u l tas seklu 17 Seklu 17 Edinburgu fis seklu 17 Fl 1603 ir Re tal Iskozja kien is suċċessur fuq it tron Ingliz u għaqqad il kuruni tal Iskozja u tal Ingilterra f unjoni personali magħrufa bħala l għalkemm l Iskozja baqgħet renju separat fl aspett l oħra kollha Fl 1638 ir Re pprova jdaħħal forom tal fl Iskozja u ntlaqa minn oppozizzjoni qalila mill Presbiteri li laħqet il qofol tagħha fil kunflitti tal L appoġġ Skoċċiz sussegwenti biex jerġa jitqiegħed fuq it tron tal Ingilterra rrizultaw fl okkupazzjoni ta Edinburgu mill forzi tal Commonwealth tal Ingilterra ta l Armata tal Mudell il Ġdid fl 1650 Fis seklu 17 il konfini ta Edinburgu kienu għadhom definiti mis swar difensivi tal belt B rizultat ta dan il popolazzjoni dejjem tikber tal belt ġiet moqdija billi zdied l għoli tal binjiet residenzjali b filati addizzjonali Binjiet bi 11 il sular jew iktar kienu xi ħaġa komuni u ġew deskritti bħala l pijunieri tal iskyscrapers moderni Il biċċa l kbira ta dawn l istrutturi antiki ġew sostitwiti bil binjiet prevalentement Vittorjani li għad hemm sa llum fiċ ċentru storiku jew il Belt l Antika Fl 1611 att tal Parlament ħoloq il Kuntistabbli Għoljin ta Edinburgu biex izommu l ordni fil belt Huwa maħsub li dawn x aktarx huma l eqdem forza statutorja tal pulizija fid dinja Seklu 18 Pittura ta Edinburgu bil Katidral ta San Giles fl isfond fl aħħar tas seklu 18 Wara t fl 1706 the Parlamenti tal Ingilterra u tal Iskozja għaddew l Atti tal Unjoni fl 1706 u fl 1707 rispettivament u għaqdu z zewġ renji fir Renju tal Gran Brittanja effettivament mill 1 ta Mejju 1707 B konsegwenza ta dan il Parlament tal Iskozja sar ħaġa waħda mal Parlament tal Ingilterra biex jissawwar il Parlament tal Gran Brittanja li kien jiltaqa f f Londra L Unjoni ġiet opposta minn ħafna Skoċċizi u dan irrizulta f irvelli fil belt Sal ewwel nofs tas seklu 18 Edinburgu ġiet deskritta bħala waħda mill iktar bliet b popolazzjoni densa iffullati u mhux iġjeniċi fl Ewropa Il vizitaturi kien jistagħġbu mill fatt li d diversi klassijiet soċjali kienu jikkondividu l istess spazju urban u saħansitra jgħixu fl istess binjiet xi kultant għalkemm xorta kien hemm xi forma ta segregazzjoni soċjali fejn tal ħwienet u n negozjanti kienu jgħixu l iktar fil kantini jew fil kmamar tal bejt b kera rħisa filwaqt li l klassijiet professjonali iktar għonja kienu jgħixu fis sulari tan nofs li kienu jiswew l iktar flus Matul ir rewwixta Ġakobita tal 1745 Edinburgu għal zmien qasir kienet okkupata mill Armata tal Highlands Ġakobita qabel l avvanzar tagħha fl Ingilterra Wara t telfa eventwali li ġarrbet f Culloden kien hemm perjodu ta alternanza bejn tpattijiet u ta paċifikazzjoni diretti l iktar lejn il klans ribelluzi F Edinburgu il Kunsill tal Belt li kien ħerqan biex jemula lil Londra u jagħti bidu għat titjib u għall espansjoni tal belt lejn it Tramuntana tal kastell afferma mill ġdid it twemmin tiegħu fl Unjoni u l lealta lejn il monarka ta permezz tal għazla tal ismijiet tat toroq tar Raħal il Ġdid perezempju Triq il Ward bl Ingliz Rose Street u Triq ix Xtieli Mxewkin bl Ingliz Thistle Street u għall familja rjali Triq Ġorġ bl Ingliz George Street Triq ir Reġina bl Ingliz Queen Street Triq Hannover bl Ingliz Hanover Street Triq Federiku bl Ingliz Frederick Street u Triq il Prinċpijiet bl Ingliz Princes Street bħala ġieħ għaz zewġt itfal tar Re Ġorġ Ritratt tal Kastell ta Edinburgu mis Suq tal Ħaxix meħud minn fl 1865 Fit tieni nofs tas seklu il belt kienet fil qalba tal Illuminizmu Skoċċiz meta ħassieba bħal u kienu persuni familjari fit toroq tal belt Edinburgu saret ċentru intellettwali maġġuri u b hekk kienet magħrufa wkoll bil laqam Ateni tat Tramuntana minħabba l bosta binjiet Neo klassiċi tagħha u r reputazzjoni li kellha għall apprendiment u għat tagħlim li kienet tfakkar f Ateni tal qedem Fir rumanz tas seklu 18 The Expedition of Humphry Clinker bil Malti L Ispedizzjoni ta Humphry Clinker ta karattru jiddeskrivi lil Edinburgu bħala art għammiela ta ġenji Edinburgu kienet ukoll ċentru maġġuri għall bejgħ tal kotba Skoċċizi Il bejjiegħ tal kotba ta suċċess f Londra għamel apprendistat lil Mis snin 70 tas seklu 18 il quddiem il klassijiet professjonali u tan negozju ma baqgħux jgħixu fir Raħal l Antik u minflok marru jgħixu f residenzi iktar eleganti għal familja waħda fir Raħal il Ġdid Din kienet migrazzjoni li bidlet il karattru soċjali tal belt ta taħt fuq Skont l ewwel storiku li kiteb dwar dan l izvilupp l Unita tas sentiment soċjali kienet wirt ta valur kbir fir Raħal l Antik ta Edinburgu u l fatt li għebet ġie mmaqdar sew Sekli 19 u 20 Minkejja għajdut bla bazi li kien jgħid il kontra ta dan Edinburgu saret ċentru industrijali bl industriji tradizzjonali tagħha tal istamperiji tal birreriji u tad distilleriji li baqgħu jikbru sas seklu 19 Barra minn hekk issieħbu industriji oħra bħall produzzjoni tal lastiku l inġinerija u oħrajn Sal 1821 Edinburgu saret it tieni l iktar belt kbira fl Iskozja wara Glasgow Iċ ċentru tal belt bejn Triq il Prinċpijiet u Triq Ġorġ saret distrett kummerċjali ewlieni u bil ħwienet zvilupp li ġie parzjalment xprunat mill wasla tal linji ferrovjarji fis snin 40 tas seklu 19 Ir Raħal l Antik kulma jmur ġie mitluq iktar u xejn inqas minn mandraġġ iffullat b rati għoljin ta mortalita It titjib li twettaq taħt il Lord Provost fis snin 60 tas seklu 19 witta t triq għat trasformazzjoni taz zona fir Raħal l Antik prevalentement Vittorjan kif inhu llum Sar iktar titjib fil bidu tas seklu 20 bħala rizultat tax xogħol ta izda l istaġnar ekonomiku relattiv matul iz zewġ gwerer dinjin u wara wassal biex ir Raħal l Antik reġa qabad it triq tan nizla sakemm it tneħħija tal mandraġġ fis snin 60 u 70 tas seklu 20 ma bdietx tagħmel tajjeb għal dan il proċess L izviluppi tal binjiet universitarji li ttrasformaw iz zoni tal Pjazza ta Ġorġ bl Ingliz George Square u ta Potterrow kienu kontroversjali ferm Il Mil Irjali bl Ingliz Royal Mile huwa għadd ta toroq dritti waħda wara l oħra li jiffurmaw it triq prinċipali fir Raħal l Antik ta Edinburgu Mis snin 90 tas seklu 20 distrett finanzjarju ġdid inkluz iċ Ċentru tal Konferenzi Internazzjonali ta Edinburgu kiber l iktar fuq proprjeta mġarrfa tal linji ferrovjarji fil Punent tal kastell sa Fountainbridge subborg industrijali mitluq tas seklu 19 li għadda minn bidla radikali mis snin 80 tas seklu 20 bl għeluq tal istabbilimenti industrijali u tal birreriji Dan l izvilupp kontinwu ppermetta lil Edinburgu zzomm il post tagħha bħala t tieni l ikbar ċentru finanzjarju u amministrattiv tar Renju Unit wara Londra Is servizzi finanzjarji issa jirrapprezentaw terz tal ispazju kummerċjali bl uffiċini fil belt L izvilupp tal Park ta Edinburgu bl Ingliz Edinburgh Park park kummerċjali u teknoloġiku ġdid ta 38 akru 15 ha erba mili 6 km fil Punent taċ ċentru tal belt ikkontribwixxa wkoll għall istrateġija tal Kunsill Distrettwali biex ikun hemm riġenerazzjoni ekonomika maġġuri Fl 1998 l Att dwar l Iskozja li daħal fis seħħ is sena ta wara stabbilixxa Parlament Skoċċiz devolut u Ezekuttiv Skoċċiz li sar magħruf bħala l Gvern Skoċċiz minn Settembru 2007 It tnejn għandhom is sede tagħhom f Edinburgu u huma responsabbli għall iggvernar tal Iskozja filwaqt li materji rizervati bħad difiza l affarijiet barranin u xi elementi tat taxxa fuq l introjtu huma responsabbilta tal Parlament tar Renju Unit f Londra Sit ta Wirt DinjiIl Kastell ta Edinburgu Ir Raħal l Antik u r Raħal il Ġdid ta Edinburgu ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1995 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ u l kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem ĠeografijaPajsaġġ urban Veduta panoramika ta Edinburgu mill Għolja ta Blackford Veduta panoramika tal belt mill Kastell ta Edinburgu Veduta panormaika tar Raħal l Antik ta Edinburgu Klima Data klimatika għall Edinburgu RBGE elevazzjoni 23 m 75 ft temp normali 1981 2010 temp estremi 1960 sal prezent Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena Temp għolja rekord C F 15 0 59 0 15 2 59 4 20 0 68 0 22 8 73 0 29 0 84 2 27 8 82 0 31 6 88 9 31 4 88 5 26 7 80 1 24 4 75 9 20 6 69 1 15 4 59 7 31 6 88 9 Temp medja C F 7 0 44 6 7 5 45 5 9 5 49 1 11 8 53 2 14 7 58 5 17 2 63 0 19 1 66 4 18 9 66 0 16 5 61 7 13 1 55 6 9 6 49 3 7 0 44 6 12 7 54 9 Temp medja ta kuljum C F 4 2 39 6 4 5 40 1 6 2 43 2 8 1 46 6 10 8 51 4 13 5 56 3 15 3 59 5 15 2 59 4 13 0 55 4 9 8 49 6 6 7 44 1 4 2 39 6 9 3 48 7 Temp baxxa medja C F 1 4 34 5 1 5 34 7 2 8 37 0 4 3 39 7 6 8 44 2 9 7 49 5 11 5 52 7 11 4 52 5 9 4 48 9 6 5 43 7 3 7 38 7 1 3 34 3 5 9 42 6 Temp baxxa rekord C F 15 5 4 1 11 7 10 9 11 1 12 0 6 1 21 0 2 4 27 7 1 1 34 0 4 4 39 9 2 2 36 0 1 1 30 0 3 7 25 3 8 3 17 1 11 5 11 3 15 5 4 1 Preċipitazzjoni medja f mm pulzieri 67 5 2 66 47 0 1 85 51 7 2 04 40 5 1 59 48 9 1 93 61 3 2 41 65 0 2 56 60 2 2 37 63 7 2 51 75 6 2 98 62 1 2 44 60 8 2 39 704 3 27 73 Medja ta jiem ta preċipitazzjoni 1 0 mm 12 5 9 4 9 9 8 8 9 6 9 6 9 5 9 7 10 2 12 4 11 2 11 4 124 2 Sigħat medji ta xemx fix xahar 53 5 78 5 114 8 144 6 188 4 165 9 172 2 161 5 128 8 101 2 71 0 46 2 1 426 6 Indiċi ultravjola medju 0 1 2 3 5 5 5 5 3 1 1 0 3 Sors Met Office KNMI u Weather Atlas Data klimatika għall Edinburgu Gogarbank elevazzjoni 57 m 187 ft temp normali 1981 2010 Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena Temp għolja medja C F 6 6 43 9 7 0 44 6 9 0 48 2 11 6 52 9 14 6 58 3 17 2 63 0 19 2 66 6 19 1 66 4 16 6 61 9 12 9 55 2 9 2 48 6 6 6 43 9 12 5 54 5 Temp medja ta kuljum C F 3 9 39 0 4 2 39 6 5 8 42 4 7 9 46 2 10 6 51 1 13 2 55 8 15 1 59 2 15 0 59 0 12 9 55 2 9 6 49 3 6 4 43 5 3 9 39 0 9 0 48 2 Temp baxxa medja C F 1 1 34 0 1 3 34 3 2 6 36 7 4 1 39 4 6 5 43 7 9 1 48 4 10 9 51 6 10 8 51 4 9 2 48 6 6 2 43 2 3 6 38 5 1 1 34 0 5 6 42 1 Preċipitazzjoni medja f mm pulzieri 76 3 3 00 53 8 2 12 55 9 2 20 46 1 1 81 49 0 1 93 61 5 2 42 64 1 2 52 67 8 2 67 58 0 2 28 84 5 3 33 73 7 2 90 63 6 2 50 754 2 29 69 Medja ta jiem ta preċipitazzjoni 1 0 mm 13 6 9 8 11 8 9 8 11 4 10 4 10 2 11 2 10 4 12 8 13 0 12 9 137 2 Sigħat medji ta xemx fix xahar 45 5 69 6 106 9 136 3 188 3 154 1 170 7 149 0 125 5 96 1 65 2 35 3 1 342 7 Sors Met Office L istazzjon tat tbassir tat temp jinsab 0 9 mili 1 4 km miċ ċentru tal belt ta Edinburgu L istazzjoni tat tbassir tat temp jinsab 5 9 mili 9 5 km miċ ċentru tal belt ta Edinburgu DemografijaGrupp etniku 2001 2011 Ammont Ammont Bojod Skoċċizi 354 053 78 9 334 987 70 2 Bojod Brittaniċi oħra 51 407 11 4 56 132 11 7 Bojod Irlandizi 6 470 1 4 8 603 1 8 Bojod oħra 18 439 4 1 37 445 7 9 Bojod total 430 369 95 9 437 167 91 7 Asjatiċi 11 600 2 5 26 264 5 5 Afrikani 1 285 0 2 4 474 0 9 Mill Karibew Karnaġġjon Sewda 292 lt 0 1 1 031 0 2 Imħallta 2 776 0 6 4 087 0 8 Oħrajn mhux bojod 2 302 0 5 3 603 0 8 Mhux bojod total 18 255 4 0 39 459 8 2 Total 448 624 100 00 476 626 100 00 Mill Karibew imqabbla ma Suwed mill Karibew Il proporzjon ta nies imwielda l barra mir Renju Unit kien 15 9 meta mqabbel ma 8 fl 2001 Post tat twelid Stima tal popolazzjoni residenti 2011 Il Polonja 11 651 L Indja 4 888 L Irlanda 4 743 Iċ Ċina Kontinentali 4 188 L Istati Uniti 3 700 Il Ġermanja 3 500 Il Pakistan 2 472 L Awstralja 2 100 Franza 2 000 Spanja 2 000 L Afrika t Isfel 1 800 Il Kanada 1 800 1 600 Mappa tad densita tal popolazzjoni f Edinburgu skont iċ ċensiment tal 2011 Popolazzjoni storika 1801 1951 Sena Pop 1801 82 560 1811 102 987 24 7 1821 138 235 34 2 1831 161 909 17 1 1841 166 450 2 8 1851 193 929 16 5 1901 303 638 56 6 1911 320 318 5 5 1921 420 264 31 2 1931 439 010 4 5 1951 466 761 6 3 Relazzjonijiet internazzjonaliĠemellaġġi Il Belt ta Edinburgu daħlet f 16 il arranġament ta ġemellaġġ jew sħubija ta ħbiberija mill 1954 l hawn Belt u pajjiz Minn Munich il Ġermanja 1954 Nizza Franza 1958 Firenze l Italja 1964 New Zealand 1974 Vancouver British Columbia il Kanada 1977 San Diego California l Istati Uniti 1977 Xi an iċ Ċina 1985 Segovia Spanja 1985 Kjev l Ukrajna 1989 id Danimarka 1991 Il Prefettura ta il Ġappun 1994 Kathmandu in Nepal 1994 Krakovja il Polonja 1995 San Pietruburgu ir Russja 1995 Shenzhen iċ Ċina 2019Referenzi Edinburgh definition of Edinburgh in Oxford dictionary British amp World English web archive org 2014 01 13 Arkivjat minn l oriġinal fl 2014 01 13 Miġbur 2021 08 09 edinburgh Definition pictures pronunciation and usage notes Oxford Advanced Learner s Dictionary at OxfordLearnersDictionaries com web archive org 2017 09 22 Arkivjat mill oriġinal fl 2017 09 22 Miġbur 2021 08 09 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Edinburgh Define Edinburgh at Dictionary com web archive org 2017 10 05 Arkivjat mill oriġinal fl 2017 10 05 Miġbur 2021 08 09 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link History of parishes County and Parishes viewer National Library of Scotland web archive org 2019 04 07 Arkivjat mill oriġinal fl 2019 04 07 Miġbur 2021 08 09 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Edinburgh Financial Services UK Invest Edinburgh web archive org 2017 10 03 Arkivjat minn l oriġinal fl 2017 10 03 Miġbur 2021 08 09 Edinburgh by Numbers 2019 Arkivjat minn l oriġinal fl 2021 03 08 Miġbur 2021 08 09 Team National Records of Scotland Web 2013 05 31 National Records of Scotland National Records of Scotland Arkivjat minn l oriġinal fl 2021 05 02 Miġbur 2021 08 09 Manutenzjoni CS1 lingwa mhix magħrufa link Estimates of the population for the UK England and Wales Scotland and Northern Ireland Office for National Statistics www ons gov uk Miġbur 2021 08 09 About Us Accelerating growth The Edinburgh and South East Scotland City Region Deal web archive org 2015 11 25 Arkivjat minn l oriġinal fl 2015 11 25 Miġbur 2021 08 09 City Region Deal secured The City of Edinburgh Council web archive org 2017 10 03 Arkivjat minn l oriġinal fl 2017 10 03 Miġbur 2021 08 09 QS World University Rankings 2022 Top Universities bl Ingliz Miġbur 2021 08 09 Edinburgh World Heritage Visit Scotland web archive org 2013 02 22 Arkivjat minn l oriġinal fl 2013 02 22 Miġbur 2021 08 09 a b ċ Centre UNESCO World Heritage Old and New Towns of Edinburgh UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2021 08 09 Gelling Margaret Nicolaisen W F H Richards Melville 1970 The Names of Towns and Cities in Britain Batsford pp 88 89 ISBN 978 0 7134 5235 8 Driscoll Stephen Yeoman Peter A 1997 Excavations within Edinburgh Castle in 1988 91 Society of Antiquaries of Scotland monograph series 12 Society of Antiquaries of Scotland p 229 ISBN 978 0 903 903127 Room Adrian 2006 Placenames of the World McFarland pp 118 119 ISBN 978 0 7864 2248 7 British Archaeology magazine August 2001 web archive org 2013 11 02 Arkivjat mill oriġinal fl 2013 11 02 Miġbur 2021 08 09 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Coghill Hamish 2008 Lost Edinburgh Birlinn Ltd pp 1 2 ISBN 978 1 84158 747 9 Ritchie J N G and A 1972 Edinburgh and South East Scotland Heinemann p 51 ISBN 978 0 435 32971 6 Driscoll Stephen Yeoman Peter A 1997 Excavations within Edinburgh Castle in 1988 91 Society of Antiquaries of Scotland monograph series 12 Society of Antiquaries of Scotland p 227 ISBN 978 0 903 903127

L-aħħar artikli
  • Ġunju 14, 2025

    Wenzu Dyer

  • Ġunju 06, 2025

    Washington (Distrett ta' Columbia)

  • Ġunju 07, 2025

    Wara Kristu

  • Ġunju 13, 2025

    Wales

  • Ġunju 13, 2025

    Wolverhampton Wanderers FC

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq