Dan l artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa
Ġużè Aquilina

Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Ġużè Aquilina (Munxar, Għawdex, 7 ta' April 1911 - 8 ta' Awwissu 1997) kien lessikografu, etimologu u kittieb Malti.
Ġużè Aquilina | |||
---|---|---|---|
| |||
Ħajja | |||
Twelid | Munxar, 7 April 1911 | ||
Nazzjonalità | Kolonja ta' Malta Stat ta' Malta Malta | ||
Mewt | 8 Awwissu 1997 | ||
Post tad-dfin | Ċimiterju tal-Addolorata | ||
Edukazzjoni | |||
Alma mater | University of London | ||
Lingwi | Malti Ingliż | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni | kittieb | ||
Impjegaturi | Università ta' Malta | ||
Xogħlijiet importanti | (en) |
Bijografija
Ġużè Aquilina kien il-kbir fost ħames aħwa. Ta' tmintax-il sena tilef lil missieru. Studja fl-iskola primarja Ta' Sannat, fis-Seminarju t'Għawdex. Il-Professur Aquilina għadda għall-Università ta' Malta fejn fl-1933 ħa l-grad tal-B.A. u erba' snin wara l-lawrija bħala avukat. F'Malta, Aquilina trabba ma' zitu Reġina fil-Birgu.
Fl-1935 laħaq Professur tal-Malti u l-Ilsna Orjentali fl-Università ta' Malta. Studja l-ilsna Semitiċi fid-Dipartiment tal-Istudji Orjentali u Afrikani fl-Università ta' Londra. Hemmhekk f'Jannar 1940 ingħata l-Ph.D. wara li kien ressaq it-teżi tiegħu The Structure of Maltese. Aquilina reġa' Malta fil-bidu ta' Diċembru 1939, u beda jgħallem fl-Università ta' Malta f'Jannar 1940. Fl-1966 ingħata l-Medalja ; inħatar Membru tal-Ordni tal-Meritu ta` Malta fl-1994. Aquilina kien Dekan tal-Fakultà tal-Arti bejn l-1948 u l-1966, kif ukoll bejn l-1972 u l-1975. Bejn l-1970 u l-1974 kien Pro-Viċi Kanċillier, u fl-1976, meta rtira mill-Kattedra, ingħata t-titlu ta' Professur Emeritus.
Il-Professur Aquilina kien awtur ta' diversi ħidmiet, fosthom kritiki letterarji, studji xjentifiċi, studji lingwistiċi, novelli u kotba reliġjużi. Il-Professur Aquilina jibqa' msemmi l-iktar għad-Dizzjunarju Malti - Ingliż.
Meta l-Prof Ġużè Aquilina miet, il-Prim Ministru Malti ta' dak iż-żmien Dr Alfred Sant, kittieb ieħor magħruf, sejjaħ il-mewt tiegħu “telfa kbira għall-pajjiż”. Tmint ijiem wara saret kommemorazzjoni uffiċjali f’Kastilja f’ġieħ Aquilina li fi kliem il-Prim Ministru Sant “kien persuna ta’ kalibru kbir li żviluppat il-kultura u l-identità tal-Malti”. Il-kontribut kbir li Aquilina ta fl-istudju tal-Malti ħa diversi forom.
Professur tal-Malti
Aquilina sar l-ewwel Professur tal-Malti u l-Ilsna Orjentali, fl-1937, kariga li sfruttaha kemm felaħ għat-tixrid u t-tagħlim tal-ilsien Malti. Niftakru li kien biss tliet snin qabel, fl-1934, li l-Malti sar l-ilsien uffiċjali tal-pajjiż. Bħala student universitarju Aquilina ħadem spalla ma’ spalla mal-Prof Saydon fil-ġlieda għall-Malti fi żmien il-Kwistjoni tal-Lingwa.
Aquilina kiteb diversi studji lingwistiċi dwar l-ilsien Malti, fosthom The Structure of Maltese (1959) u Papers in Maltese Linguistics (1961). F’tal-ewwel jeżamina ż-żewġ elementi li jsawru l-ilsien Malti u kif dawn jingħaqdu flimkien. Fost l-aqwa xogħlijiet tiegħu nsibu l-Maltese English Dictionary (1990) u l-English Maltese Dictionary li ma laħaqx lestieh qabel ma miet. Ġużè Aquilina, li tista’ tgħid waħdu bena d-Dipartiment tal-Malti fl-Università, spiċċa biex sar id-Dekan tal-Fakultà tal-Arti, kariga li żammha għal ħafna snin. Kien jemmen bis-sħiħ fil-libertà intelletwali u fir-riċerka fl-università. Permezz tal-istudji lingwistiċi tiegħu li wħud minnhom ippubblika f’rivisti lingwistiċi Ewropej, huwa wassal il-messaġġ tal-ilsien Malti lil ħafna studjużi barranin li qabel qatt ma kellhom l-opportunità li jkunu jafu l-għerf u l-ġmiel moħbi ta’ lsienna. Kien jagħti taħditiet dwar l-ilsien Malti f’diversi universitajiet bħal f’Londra, Durham, Cambridge u Edinburgh. Ir-riċerki lingwistiċi tiegħu ġabulu għarfien internazzjonali, fosthom mill-Council of Europe’s Specialised Language Linguists (1967). Fl-1972 ġie elett president tal-International Association of Studies on Mediterranean Civilisations.
Awtur
Aquilina kkontribwixxa wkoll ħafna għall-iżvilupp tal-letteratura bil-Malti b’numru ta’ drammi, antoloġiji, poeżiji, kritika letterarja, u ħafna kitbiet f’ġurnali. Flimkien mal-Prof Saydon ħareġ l-antoloġija Ward ta’ Qari Malti (1940). Fl-1938 ħareġ ir-rumanz magħruf tiegħu Taħt Tliet Saltniet. Aquilina kien jemmen bis-sħiħ li l-kultura għandha tkun fil-qabda tal-ikbar udjenza possibbli. Għal snin twal kien ixandar taħditiet fuq ir-radju dwar aspetti varji tal-kultura u ċ-ċiviltà, li iktar tard ftit minnhom ġabarhom u ppubblikahom. Kien jagħmel diskorsi u jindirizza seminars fuq ħafna suġġetti. Prof Daniel Massa, poeta u Kap tad-Dipartiment tal-Ingliż, student ta’ Aquilina, jgħid li l-imħabba ta’ Aquilina għall-ilsien u l-viżjoni tiegħu ta’ xogħlijiet mill-aqwa bil-Malti kienet ta’ ispirazzjoni għal ġenerazzjonijiet ta’ studjużi u awturi Maltin.
Reliġjon
Barra l-imħabba tiegħu lejn l-ilsien Malti kellu mħabba kbira oħra, dik lejn il-Fidi Nisranija, li kien jiddefendi b’kull mod, l-iktar bil-kitbiet u bl-ittri tiegħu fil-ġurnali iżda wkoll bix-xogħlijiet letterarji tiegħu li fihom joħorġu biċ-ċar il-valuri Nsara u l-kultura Nisranija tiegħu. Insemmu fost l-oħrajn il-kotba tiegħu Twemmin u Ħajja (1984), Il-Ġenna Pajjiżna (1989) u Armoniji ta’ Ħsieb u Fidi (1995).
Referenzi
Ħoloq esterni
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Ġużè Aquilina (Ġużè Aquilina) |
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Ġużè Aquilina, X'inhi Ġużè Aquilina? Xi tfisser Ġużè Aquilina?
Dan l artiklu għandu bzonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il fatti u perspettivi dwar is suġġett Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l artiklu skont il konvenzjonijiet tal Wikipedija Ġuze Aquilina Munxar Għawdex 7 ta April 1911 8 ta Awwissu 1997 kien lessikografu etimologu u kittieb Malti Ġuze AquilinadekanĦajjaTwelid Munxar 7 April 1911Nazzjonalita Kolonja ta Malta Stat ta Malta MaltaMewt 8 Awwissu 1997Post tad dfin Ċimiterju tal AddolorataEdukazzjoniAlma mater University of LondonLingwi Malti InglizOkkupazzjoniOkkupazzjoni kittiebImpjegaturi Universita ta MaltaXogħlijiet importanti en Ġuze Aquilina bil kortezija tal Akkademja tal MaltiBijografijaĠuze Aquilina kien il kbir fost ħames aħwa Ta tmintax il sena tilef lil missieru Studja fl iskola primarja Ta Sannat fis Seminarju t Għawdex Il Professur Aquilina għadda għall Universita ta Malta fejn fl 1933 ħa l grad tal B A u erba snin wara l lawrija bħala avukat F Malta Aquilina trabba ma zitu Reġina fil Birgu Fl 1935 laħaq Professur tal Malti u l Ilsna Orjentali fl Universita ta Malta Studja l ilsna Semitiċi fid Dipartiment tal Istudji Orjentali u Afrikani fl Universita ta Londra Hemmhekk f Jannar 1940 ingħata l Ph D wara li kien ressaq it tezi tiegħu The Structure of Maltese Aquilina reġa Malta fil bidu ta Diċembru 1939 u beda jgħallem fl Universita ta Malta f Jannar 1940 Fl 1966 ingħata l Medalja inħatar Membru tal Ordni tal Meritu ta Malta fl 1994 Aquilina kien Dekan tal Fakulta tal Arti bejn l 1948 u l 1966 kif ukoll bejn l 1972 u l 1975 Bejn l 1970 u l 1974 kien Pro Viċi Kanċillier u fl 1976 meta rtira mill Kattedra ingħata t titlu ta Professur Emeritus Il Professur Aquilina kien awtur ta diversi ħidmiet fosthom kritiki letterarji studji xjentifiċi studji lingwistiċi novelli u kotba reliġjuzi Il Professur Aquilina jibqa msemmi l iktar għad Dizzjunarju Malti Ingliz Meta l Prof Ġuze Aquilina miet il Prim Ministru Malti ta dak iz zmien Dr Alfred Sant kittieb ieħor magħruf sejjaħ il mewt tiegħu telfa kbira għall pajjiz Tmint ijiem wara saret kommemorazzjoni uffiċjali f Kastilja f ġieħ Aquilina li fi kliem il Prim Ministru Sant kien persuna ta kalibru kbir li zviluppat il kultura u l identita tal Malti Il kontribut kbir li Aquilina ta fl istudju tal Malti ħa diversi forom Professur tal MaltiAquilina sar l ewwel Professur tal Malti u l Ilsna Orjentali fl 1937 kariga li sfruttaha kemm felaħ għat tixrid u t tagħlim tal ilsien Malti Niftakru li kien biss tliet snin qabel fl 1934 li l Malti sar l ilsien uffiċjali tal pajjiz Bħala student universitarju Aquilina ħadem spalla ma spalla mal Prof Saydon fil ġlieda għall Malti fi zmien il Kwistjoni tal Lingwa Aquilina kiteb diversi studji lingwistiċi dwar l ilsien Malti fosthom The Structure of Maltese 1959 u Papers in Maltese Linguistics 1961 F tal ewwel jezamina z zewġ elementi li jsawru l ilsien Malti u kif dawn jingħaqdu flimkien Fost l aqwa xogħlijiet tiegħu nsibu l Maltese English Dictionary 1990 u l English Maltese Dictionary li ma laħaqx lestieh qabel ma miet Ġuze Aquilina li tista tgħid waħdu bena d Dipartiment tal Malti fl Universita spiċċa biex sar id Dekan tal Fakulta tal Arti kariga li zammha għal ħafna snin Kien jemmen bis sħiħ fil liberta intelletwali u fir riċerka fl universita Permezz tal istudji lingwistiċi tiegħu li wħud minnhom ippubblika f rivisti lingwistiċi Ewropej huwa wassal il messaġġ tal ilsien Malti lil ħafna studjuzi barranin li qabel qatt ma kellhom l opportunita li jkunu jafu l għerf u l ġmiel moħbi ta lsienna Kien jagħti taħditiet dwar l ilsien Malti f diversi universitajiet bħal f Londra Durham Cambridge u Edinburgh Ir riċerki lingwistiċi tiegħu ġabulu għarfien internazzjonali fosthom mill Council of Europe s Specialised Language Linguists 1967 Fl 1972 ġie elett president tal International Association of Studies on Mediterranean Civilisations AwturAquilina kkontribwixxa wkoll ħafna għall izvilupp tal letteratura bil Malti b numru ta drammi antoloġiji poeziji kritika letterarja u ħafna kitbiet f ġurnali Flimkien mal Prof Saydon ħareġ l antoloġija Ward ta Qari Malti 1940 Fl 1938 ħareġ ir rumanz magħruf tiegħu Taħt Tliet Saltniet Aquilina kien jemmen bis sħiħ li l kultura għandha tkun fil qabda tal ikbar udjenza possibbli Għal snin twal kien ixandar taħditiet fuq ir radju dwar aspetti varji tal kultura u ċ ċivilta li iktar tard ftit minnhom ġabarhom u ppubblikahom Kien jagħmel diskorsi u jindirizza seminars fuq ħafna suġġetti Prof Daniel Massa poeta u Kap tad Dipartiment tal Ingliz student ta Aquilina jgħid li l imħabba ta Aquilina għall ilsien u l vizjoni tiegħu ta xogħlijiet mill aqwa bil Malti kienet ta ispirazzjoni għal ġenerazzjonijiet ta studjuzi u awturi Maltin ReliġjonBarra l imħabba tiegħu lejn l ilsien Malti kellu mħabba kbira oħra dik lejn il Fidi Nisranija li kien jiddefendi b kull mod l iktar bil kitbiet u bl ittri tiegħu fil ġurnali izda wkoll bix xogħlijiet letterarji tiegħu li fihom joħorġu biċ ċar il valuri Nsara u l kultura Nisranija tiegħu Insemmu fost l oħrajn il kotba tiegħu Twemmin u Ħajja 1984 Il Ġenna Pajjizna 1989 u Armoniji ta Ħsieb u Fidi 1995 ReferenziĦoloq esterniWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Ġuze Aquilina Ġuze Aquilina