Azərbaycan  AzərbaycanMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  Türkiyə
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

L Unjoni Sovjetika magħrufa uffiċjalment bħala l Unjoni tar Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi URSS kienet stat soċjalista

Unjoni Sovjetika

  • Paġna Ewlenija
  • Unjoni Sovjetika
Unjoni Sovjetika
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

L-Unjoni Sovjetika, magħrufa uffiċjalment bħala l-Unjoni tar-Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi (URSS), kienet stat soċjalista fit-Tramuntana tal-Ewrasja li eżista mill-1922 sal-1991. Nominalment kienet unjoni federali ta’ diversi Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi (RSS) nazzjonali, iżda fil-prattika l-gvern u l-ekonomija tagħha kienu ċentralizzati ferm sal-aħħar snin tal-eżistenza tagħha. Kienet stat b’partit wieħed li qabel l-1990 kien iggvernat mill-Partit Komunista tal-Unjoni Sovjetika, b’Moska bħala l-belt kapitali tiegħu fl-ikbar repubblika tal-istat, ir-Repubblika Soċjalista Federali Sovjetika (RSFS) Russa. Ċentri urbani maġġuri oħra kienu Leningrad (RSFS Russa), Kiev (RSS Ukrena), Minsk (RSS Belarussa), Tashkent (RSS Użbeka), Almaty (RSS Każaka) u (RSFS Russa). L-Unjoni Sovjetika kienet l-ikbar pajjiż fid-dinja bħala erja tal-art, b’iktar minn 10,000 kilometri mil-Lvant għall-Punent, bi 11-il żona tal-ħin u iżjed minn 7,200 kilometru mit-Tramuntana għan-Nofsinhar. It-territorju tagħha kien jinkludi l-biċċa l-kbira tal-Ewropa tal-Lvant, partijiet mit-Tramuntana tal-Ewropa u mill-Punent tal-Asja, u l-Asja Ċentrali u t-Tramuntana tal-Asja kollha. Il-ħames bijomi tagħha kienu t-tundra, it-tajga, l-isteppi, id-deżert u l-muntanji. Il-popolazzjoni tagħha, b’tant diversità fi ħdanha, kienet magħrufa uffiċjalment bħala l-poplu Sovjetiku.

L-Unjoni Sovjetika tnisslet fir-Rivoluzzjoni ta’ Ottubru tal-1917 meta l-, immexxija minn , waqqa’ l-Gvern Proviżorju li preċedentment kien issostitwixxa l-monarkija tal-Imperu Russu. Huma stabbilixxu r- Sovjetika Russa, u bdew gwerra ċivili bejn l-Armata Ħamra tal-Bolxeviki u bosta forzi kontra l-Bolxeviki madwar l-Imperu preċedenti, fosthom l-ikbar fazzjoni kienet il-Gwardja Bajda, li wettqet repressjoni vjolenti ta’ kontra l-Komunisti fil-konfront tal-Bolxeviki u tal-ħaddiema u r-raħħala li appoġġawhom, magħrufa bħala t-Terrur Abjad. L-Armata Ħamra kompliet tespandi u għenet lill-Bolxeviki lokali jiksbu l-poter, bl-istabbiliment ta’ iktar repubbliki Sovjetiċi, u bir-repressjoni tal-oppożituri politiċ u tar-raħħala ribellużi, magħrufa bħala t-Terrur Aħmar. Sal-1922, il-Bolxeviki rnexxielhom ikunu rebbieħa, u ffurmaw l-Unjoni Sovjetika bl-unifikazzjoni tar-repubbliki Russi, Transkawkażiċi, Ukreni u Belarussi. Il-Politika Ekonomika l-Ġdida, li ġiet introdotta minn Lenin, wasslet għal ritorn parzjali għal suq ħieles u għall-proprjetà privata; dan irriżulta f’perjodu ta’ rkupru ekonomiku.

Wara l-mewt ta’ Lenin fl-1924, Joseph Stalin kiseb il-poter. Stalin għakkeż l-oppożizzjoni politika kollha fi ħdan il-Partit Komunista u inawgura ekonomija ta’ kmand. B’riżultat ta’ dan, il-pajjiż għadda minn perjodu ta’ industrijalizzazzjoni rapida u kollettivizzazzjoni sfurzata, li wasslu għal tkabbir ekonomiku sinifikanti, iżda anke għall-ġuħ ikkawżat mill-bniedem fl-1932-1933 u għall-espansjoni tas-sistema tal-Gulag tal-kampijiet tax-xogħol sfurzat li kienet stabbilita oriġinarjament fl-1918. Stalin qanqal ukoll il-paranojja politika u wettaq it-Tisfija l-Kbira sabiex ineħħi l-oppożituri reali u perċepiti tiegħu mill-Partit permezz ta’ arresti tal-massa ta’ mexxejja militari, membri tal-Partit Komunista, u ċittadini ordinarji, li mbagħad kienu jintbagħtu f’kampijiet korrettivi tax-xogħol sfurzat jew kienu jiġu ġġustizzjati.

Fit-23 ta’ Awwissu 1939, wara sforzi li ma rnexxewx biex tiġi ffurmata alleanza kontra l-Faxxiżmu mas-setgħat tal-Punent, is-Sovjetiċi ffirmaw il-ftehim ta’ nonaggressjoni mal-Ġermanja Nażista. Wara l-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija, is-Sovjetiċi li formalment kienu newtrali invadew u wettqu l-annessjoni ta’ territorji ta’ diversi stati Ewropej tal-Lvant, fosthom il-Lvant tal-Polonja u l-istati Baltiċi. F’Ġunju 1941 il-Ġermaniżi invadew l-Unjoni Sovjetika, u wittew it-triq għall-ikbar gwerra u għall-iktar gwerra mdemmija fl-istorja. Il-persuni midruba jew maqtula fil-gwerra Sovjetika kienu jammontaw għall-ogħla proporzjon tal-kunflitt u kienu l-prezz qares li kellu jitħallas biex is-Sovjetiċi jirbħu kontra l-forzi tal-Assi f’battalji intensi bħal dik ta’ Stalingrad. Il-forzi Sovjetiċi eventwalment ħatfu lil Berlin u rebħu t-Tieni Gwerra Dinjija fl-Ewropa fid-9 ta’ Mejju 1945. It-territorji mirbuħa mill-Armata Ħamra saru stati satellita tal-Blokk tal-Lvant. Fl-1947 faqqgħet il- bħala riżultat tad-dominanza Sovjetika wara l-gwerra fl-Ewropa tal-Lvant, fejn il-Blokk tal-Lvant issielet kontra l-Blokk tal-Punent li ngħaqad fl-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO) fl-1949.

Wara l-mewt ta’ Stalin fl-1953, perjodu magħruf bħala d-de-Stalinizzazzjoni u t-Tberrid ta’ Khrushchev seħħ taħt it-tmexxija ta’ Nikita Khrushchev. Il-pajjiż żviluppa malajr peress li miljuni ta’ raħħala ġew imċaqilqa fi bliet industrijalizzati. Il-URSS kienet minn ta’ quddiem fit-Tellieqa fl-Ispazju bl-ewwel satellita li qatt ittellgħet fl-ispazju, bl-ewwel titjira fl-ispazju bil-bnedmin abbord u bl-ewwel sonda li qatt niżlet fuq pjaneta oħra, Venere. Fis-snin 70 tas-seklu 20, kien hemm distensjoni qasira fir-relazzjonijiet mal-Istati Uniti, iżda t-tensjonijiet reġgħu skalaw meta l-Unjoni Sovjetika stazzjonat it-truppi fl-Afganistan fl-1979. Il-gwerra xorbot ir-riżorsi ekonomiċi u fl-istess ħin il-militar Amerikan żied l-għajnuna lill-ġellieda Mujahideen.

Fin-nofs tas-snin 80 tas-seklu 20, l-aħħar mexxej Sovjetiku, Mikhail Gorbachev, għamel ħiltu biex ikompli jirriforma u jilliberalizza l-ekonomija permezz tal-politiki tiegħu ta’ glasnost u perestroika. L-għan kien li jippreserva l-Partit Komunista u jneħħi l-istaġnar ekonomiku. Il-Gwerra Bierda ntemmet waqt il-mandat tiegħu u fl-1989, il-pajjiżi tal-Patt ta’ Varsavja fl-Ewropa tal-Lvant waqqgħu r-reġimi Marxisti u Leninisti rispettivi tagħhom. B’mod partikolari, l-indeċiżjoni rigward it-teħid ta’ azzjoni tal-mexxejja tal-Ewropa tal-Lvant wara l-Picnic Pan-Ewropew ikkawża l-waqgħa tal-, li kissret l-unità Komunista li qabel kienet tant qawwija. Dan wassal biex bdew ifeġġu movimenti nazzjonalisti u separatisti b’saħħithom anke fil-URSS. L-awtoritajiet ċentrali taw bidu għal referendum — li ġie bokjottjat mir-repubbliki Baltiċi, mill-Armenja, mill-Georgia, u mill-Moldova — li rriżulta fil-maġġoranza taċ-ċittadini li pparteċipaw ivvutaw favur iż-żamma tal-Unjoni bħala federazzjoni mġedda. F’Awwissu 1991, kien hemm tentattiv ta’ kolp ta’ stat mill-iktar partitarji akkaniti tal-Partit Komunista. Madankollu, dan falla, permezz tar-rwol ta’ profil għoli li kellu il-President Russu Boris Yeltsin, u dan wassal għall-projbizzjoni tal-Partit Komunista. Fil-25 ta’ Diċembru 1991, Gorbachev irriżenja u t-tnax-il repubblika kostitwenti li kien għad fadal fl-Unjoni Sovjetika saru stati indipendenti. Il-Federazzjoni Russa (li qabel kienet l-SFSR Russa) ħadet f’idejha d-drittijiet u l-obbligi tal-Unjoni Sovjetika u hija rikonoxxuta bħala l-personalità ġuridika kontinwa tagħha.

Il-URSS ipproduċiet bosta kisbiet u innovazzjonijiet soċjali u teknoloġiċi sinifikanti fis-seklu 20. Il-pajjiż kellu t-tieni l-ikbar ekonomija fid-dinja u kellu l-ikbar militar fid-dinja. Il-URSS kienet rikonoxxuta bħala waħda mill-ħames stati li kellhom armi nukleari. Kienet membru permanenti fundatur tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti kif ukoll membru tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), tal-Federazzjoni Dinjija tat-Trade Unions (WFTU) u l-membru ewlieni tal-Kunsill għall-Assistenza Ekonomika Reċiproka u l-Patt ta’ Varsavja.

Qabel ix-xoljiment tagħha, il-URSS kienet żammet l-istatus tagħha bħala waħda miż-żewġ superpotenzi tad-dinja għal erba’ deċennji wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Dik li xi kultant tissejjaħ “l-Imperu Sovjetiku” eżerċitat l-eġemonija tagħha fl-Ewropa tal-Lvant u fid-dinja b’qawwa militari u ekonomika, kunflitti bi prokura u influwenza fil-pajjiżi fil-fażi ta’ żvilupp, u finanzjament tar-riċerka xjentifika, speċjalment fit-teknoloġija spazjali u fl-armi.

Etimoloġija

It-terminu “sovjet” ġejja mill-kelma Russa sovet (bir-Russu: совет), li tfisser “kunsill”, “assemblea”, “parir”, li fl-aħħar mill-aħħar toriġina miz-zokk verbali proto-Slaviku ta’ vět-iti (“informa”), relatat ma’ věst (“aħbarijiet”) bis-Slaviku, wise (“għaref”) bl-Ingliż, l-għerq f”“ad-vis-or” (li daħal fl-Ingliż mill-Franċiż), jew weten (“jaf”; kif ukoll wetenschap li tfisser “xjenza”). Il-kelma sovietnik tfisser “kunsillier”.

Xi organizzazzjoni fl-istorja Russa kienu jissejħu kunsill (bir-Russu: совет). Fl-, il-Kunsill tal-Istat li ffunzjona mill-1810 sal-1917 kien jissejjaħ Kunsill tal-Ministri wara r-rewwixta tal-1905.

Matul il-Kwistjoni tal-Georgia, Vladimir Lenin kellu viżjoni ta’ espressjoni ta’ xoveniżmu etniku Russu kbir minn Joseph Stalin u dawk li kienu jappoġġawh, u sejjaħ lin-nazzjonijiet li kienu stati biex jissieħbu mar-Russja bħala partijiet semiindipendenti ta’ unjoni ikbar li inizjalment sejjaħ bħala l-Unjoni tar-Repubbliki Sovjetiċi tal-Ewropa u tal-Asja (bir-Russu: Союз Советских Республик Европы и Азии, trażlitterata: Soyuz Sovetskikh Respublik Evropy i Azii). Stalin inizjalment irreżista l-proposta iżda finalment aċċettaha, għalkemm bil-qbil ta’ Lenin biddel l-isem għal Unjoni tar-Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi (URSS), anke jekk ir-repubbliki kollha bdew bħala Sovjetiċi Soċjalisti u baqgħu jissejħu hekk sal-1936. Barra minn hekk, bil-lingwi nazzjonali ta’ diversi repubbliki, il-kelma kunsill jew tal-kunsill bil-lingwi rispettivi nbidlet ħafna iktar ’il quddiem għal adattament tas-sovet bir-Russu u qatt ma nbidlet f’oħrajn bħal pereżempju l-Ukrajna.

СССР (bl-alfabett tal-lingwi Latini: SSSR) hija l-akronimu ta’ URSS bir-Russu b’ittri Ċirilliċi. Is-Sovjetiċi tant kienu jużaw l-akronimu Ċirilliku li l-udjenzi minn madwar id-dinja kollha saru midħla tat-tifsira tagħha. Ta’ min isemmi, li ż-żewġ ittri Ċirilliċi li ntużaw fl-akronimu huma ittri omoglifiċi (iżda bi trażlitterazzjoni distinta) fl-alfabett tal-lingwi Latini. Minħabba li dan l-akronimu Ċirilliku kien mifrux sew, diversi utenti tal-lingwi Latini spiss jużaw l-ittri omoglifiċi C u P (minflok l-ittri trażlitterati S u R) għall-akronomu nattiv tal-URSS.

Wara СССР, l-iktar forma mqassra komuni għall-Istat Sovjetiku bir-Russu kienu Советский Союз (trażlitterata: Sovetskiy Soyuz) li litteralment tfisser “Unjoni Sovjetika”, kif ukoll Союз ССР (trażlitterazzjoni: Soyuz SSR) li tfisser “Unjoni ta’ RSS”.

Bil-Malti, l-Istat Sovjetiku jissejjaħ l-Unjoni Sovjetika jew il-USSR, bl-akronimu Ingliż. B’lingwi Ewropej oħra, l-akronimu jinbidel ukoll skont it-tismija lokali, bħal pereżempju URSS jew Union soviétique bil-Franċiż, jew UdSSR jew Sowjetunion bil-Ġermaniż. Kemm-il darba, b’mod kollokjali jew informali, l-Unjoni Sovjetika kienet tiġi msejħa Russja u ċ-ċittadini tagħha Russi, għalkemm teknikament dan kien żball peress li r-Russja kienet biss waħda mir-repubbliki.

Ġeografija

B’erja ta’ 22,402,200 kilometru kwadru, l-Unjoni Sovjetika kienet l-ikbar pajjiż fid-dinja. Mix-xoljiment tagħha, il-Federazzjoni Russa ħaditilha postha bħala l-ikbar pajjiż fid-dinja. L-Unjoni Sovjetika kienet tkopri 16.666% tal-art tad-dinja u d-daqs tagħha kienet paragunabbli mad-daqs tal-Amerka ta’ Fuq. Żewġ stati suċċessuri oħra, il-Każakistan u l-Ukrajna, attwalment jinsabu fil-klassifika tal-ikbar għaxar pajjiżi bħala erja tal-art, u l-ikbar pajjiż fl-Ewropa rispettivament. Il-porzjon Ewropew kien jirrappreżenta kwart tal-erja tal-pajjiż u kien iċ-ċentru kulturali u ekonomiku. Il-porzjon tal-Lvant fl-Asja kien jestendi sal-Oċean Paċifiku fil-Lvant u sal-Afganistan fin-Nofsinhar, u għajr għal xi żoni fl-Asja Ċentrali, kien ħafna inqas popolat. L-Unjoni Sovjetika kellha estensjoni ta’ iżjed minn 10,000 kilometru mill-Punent sal-Lvant u 11-il żona tal-ħin, u iżjed minn 7,200 kilometru (4,500 mi) mit-Tramuntana san-Nofsinhar. Barra minn hekk, kellha ħames żoni klimatiċi: it-tundra, it-tajga, l-isteppi, id-deżert u l-muntanji.

Il-URSS, bħar-Russja, kellha l-itwal fruntiera tad-dinja, b’iktar minn 60,000 kilometru, jew daqs ċirkonferenza u nofs tad-dinja. Żewġ terzi tal-Unjoni Sovjetika kienu kosta. Il-pajjiż kellu fruntieri mal-Afganistan, maċ-Ċina, maċ-, mal-Finlandja, mal-Ungerija, mal-Iran, mal-Mongolja, mal-Korea ta’ Fuq, man-Norveġja, mal-Polonja, mar-Rumanija, u mat-Turkija mill-1945 sal-1991. L- kien jissepara l-URSS minn mal-Istati Uniti, filwaqt li l- kien jisseparaha mill-Ġappun.

L-ogħla muntanja tal-pajjiż kienet magħrufa bħala l-Quċċata tal-Komuniżmu (attwalment magħrufa bħala l-Quċċata ta’ Ismoil Somoni) fit-Taġikistan, b’elevazzjoni ta’ 7,495 metru. Il-URSS kienet tinkludi wkoll il-biċċa l-kbira tal-ikbar lagi tad-dinja; il- (kondiviż mal-Iran), u l-, l-ikbar (bħala volum) lag tal-ilma ħelu fid-dinja u l-iktar wieħed fond fid-dinja li huwa korp tal-ilma intern fir-Russja.

Referenzi

  1. ^ Hough, Jerry F. “The ‘Dark Forces," the Totalitarian Model, and Soviet History.” The Russian Review, vol. 46, no. 4, 1987, pp. 397–403.
  2. ^ "Закон СССР от 14 марта 1990 г. N 1360-I "Об учреждении поста Президента СССР и внесении изменений и дополнений в Конституцию (Основной Закон) СССР"". web.archive.org. 2017-10-10. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-08-13. Miġbur 2021-05-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ "GDP - Million - Flags, Maps, Economy, Geography, Climate, Natural Resources, Current Issues, International Agreements, Population, Social Statistics, Political System". web.archive.org. 2018-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-06-12. Miġbur 2021-05-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ Scott and Scott (1979) p. 305.
  5. ^ "30 October 1961 - The Tsar Bomba: CTBTO Preparatory Commission". web.archive.org. 2016-03-19. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-19. Miġbur 2021-05-14.
  6. ^ "The Soviet Union and the United States - Revelations from the Russian Archives | Exhibitions - Library of Congress". web.archive.org. 2017-09-15. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-09-15. Miġbur 2021-05-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  7. ^ Wheatcroft, S. G.; Davies, R. W.; Cooper, J. M. (1986). Soviet Industrialization Reconsidered: Some Preliminary Conclusions about Economic Development between 1926 and 1941. 39. Economic History Review. pp. 30–2. ISBN 978-0-7190-4600-1.
  8. ^ Soviet. Miġbur 2021-05-14.
  9. ^ Fischer 1964, p. 608; Lewin 1969, p. 50; Leggett 1981, p. 354; Volkogonov 1994, p. 421; Service 2000, p. 455; White 2001, p. 175.
  10. ^ "Russian | Definition of Russian in English by Oxford Dictionaries". web.archive.org. 2017-10-10. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-10-10. Miġbur 2021-05-14.
  11. ^ "Russia | Definition of Russia by Merriam-Webster". web.archive.org. 2017-06-06. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-06-06. Miġbur 2021-05-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  12. ^ "Russia -- Britannica Online Encyclopedia". web.archive.org. 2008-04-26. Arkivjat mill-oriġinal fl-2008-04-26. Miġbur 2021-05-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  13. ^ "Virginia Thompson. "The Former Soviet Union: Physical Geography" (PDF). Towson University: Department of Geography & Environmental Planning" (PDF). web.archive.org. 2012-09-15. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-09-15. Miġbur 2021-05-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 07 Ġun, 2025 / 22:39

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Unjoni Sovjetika, X'inhi Unjoni Sovjetika? Xi tfisser Unjoni Sovjetika?

L Unjoni Sovjetika magħrufa uffiċjalment bħala l Unjoni tar Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi URSS kienet stat soċjalista fit Tramuntana tal Ewrasja li ezista mill 1922 sal 1991 Nominalment kienet unjoni federali ta diversi Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi RSS nazzjonali izda fil prattika l gvern u l ekonomija tagħha kienu ċentralizzati ferm sal aħħar snin tal ezistenza tagħha Kienet stat b partit wieħed li qabel l 1990 kien iggvernat mill Partit Komunista tal Unjoni Sovjetika b Moska bħala l belt kapitali tiegħu fl ikbar repubblika tal istat ir Repubblika Soċjalista Federali Sovjetika RSFS Russa Ċentri urbani maġġuri oħra kienu Leningrad RSFS Russa Kiev RSS Ukrena Minsk RSS Belarussa Tashkent RSS Uzbeka Almaty RSS Kazaka u RSFS Russa L Unjoni Sovjetika kienet l ikbar pajjiz fid dinja bħala erja tal art b iktar minn 10 000 kilometri mil Lvant għall Punent bi 11 il zona tal ħin u izjed minn 7 200 kilometru mit Tramuntana għan Nofsinhar It territorju tagħha kien jinkludi l biċċa l kbira tal Ewropa tal Lvant partijiet mit Tramuntana tal Ewropa u mill Punent tal Asja u l Asja Ċentrali u t Tramuntana tal Asja kollha Il ħames bijomi tagħha kienu t tundra it tajga l isteppi id dezert u l muntanji Il popolazzjoni tagħha b tant diversita fi ħdanha kienet magħrufa uffiċjalment bħala l poplu Sovjetiku Il bandiera tal Unjoni Sovjetika L Unjoni Sovjetika tnisslet fir Rivoluzzjoni ta Ottubru tal 1917 meta l immexxija minn waqqa l Gvern Provizorju li preċedentment kien issostitwixxa l monarkija tal Imperu Russu Huma stabbilixxu r Sovjetika Russa u bdew gwerra ċivili bejn l Armata Ħamra tal Bolxeviki u bosta forzi kontra l Bolxeviki madwar l Imperu preċedenti fosthom l ikbar fazzjoni kienet il Gwardja Bajda li wettqet repressjoni vjolenti ta kontra l Komunisti fil konfront tal Bolxeviki u tal ħaddiema u r raħħala li appoġġawhom magħrufa bħala t Terrur Abjad L Armata Ħamra kompliet tespandi u għenet lill Bolxeviki lokali jiksbu l poter bl istabbiliment ta iktar repubbliki Sovjetiċi u bir repressjoni tal oppozituri politiċ u tar raħħala ribelluzi magħrufa bħala t Terrur Aħmar Sal 1922 il Bolxeviki rnexxielhom ikunu rebbieħa u ffurmaw l Unjoni Sovjetika bl unifikazzjoni tar repubbliki Russi Transkawkaziċi Ukreni u Belarussi Il Politika Ekonomika l Ġdida li ġiet introdotta minn Lenin wasslet għal ritorn parzjali għal suq ħieles u għall proprjeta privata dan irrizulta f perjodu ta rkupru ekonomiku Wara l mewt ta Lenin fl 1924 Joseph Stalin kiseb il poter Stalin għakkez l oppozizzjoni politika kollha fi ħdan il Partit Komunista u inawgura ekonomija ta kmand B rizultat ta dan il pajjiz għadda minn perjodu ta industrijalizzazzjoni rapida u kollettivizzazzjoni sfurzata li wasslu għal tkabbir ekonomiku sinifikanti izda anke għall ġuħ ikkawzat mill bniedem fl 1932 1933 u għall espansjoni tas sistema tal Gulag tal kampijiet tax xogħol sfurzat li kienet stabbilita oriġinarjament fl 1918 Stalin qanqal ukoll il paranojja politika u wettaq it Tisfija l Kbira sabiex ineħħi l oppozituri reali u perċepiti tiegħu mill Partit permezz ta arresti tal massa ta mexxejja militari membri tal Partit Komunista u ċittadini ordinarji li mbagħad kienu jintbagħtu f kampijiet korrettivi tax xogħol sfurzat jew kienu jiġu ġġustizzjati Fit 23 ta Awwissu 1939 wara sforzi li ma rnexxewx biex tiġi ffurmata alleanza kontra l Faxxizmu mas setgħat tal Punent is Sovjetiċi ffirmaw il ftehim ta nonaggressjoni mal Ġermanja Nazista Wara l bidu tat Tieni Gwerra Dinjija is Sovjetiċi li formalment kienu newtrali invadew u wettqu l annessjoni ta territorji ta diversi stati Ewropej tal Lvant fosthom il Lvant tal Polonja u l istati Baltiċi F Ġunju 1941 il Ġermanizi invadew l Unjoni Sovjetika u wittew it triq għall ikbar gwerra u għall iktar gwerra mdemmija fl istorja Il persuni midruba jew maqtula fil gwerra Sovjetika kienu jammontaw għall ogħla proporzjon tal kunflitt u kienu l prezz qares li kellu jitħallas biex is Sovjetiċi jirbħu kontra l forzi tal Assi f battalji intensi bħal dik ta Stalingrad Il forzi Sovjetiċi eventwalment ħatfu lil Berlin u rebħu t Tieni Gwerra Dinjija fl Ewropa fid 9 ta Mejju 1945 It territorji mirbuħa mill Armata Ħamra saru stati satellita tal Blokk tal Lvant Fl 1947 faqqgħet il bħala rizultat tad dominanza Sovjetika wara l gwerra fl Ewropa tal Lvant fejn il Blokk tal Lvant issielet kontra l Blokk tal Punent li ngħaqad fl Organizzazzjoni tat Trattat tal Atlantiku tat Tramuntana NATO fl 1949 L emblema tal Unjoni Sovjetika Wara l mewt ta Stalin fl 1953 perjodu magħruf bħala d de Stalinizzazzjoni u t Tberrid ta Khrushchev seħħ taħt it tmexxija ta Nikita Khrushchev Il pajjiz zviluppa malajr peress li miljuni ta raħħala ġew imċaqilqa fi bliet industrijalizzati Il URSS kienet minn ta quddiem fit Tellieqa fl Ispazju bl ewwel satellita li qatt ittellgħet fl ispazju bl ewwel titjira fl ispazju bil bnedmin abbord u bl ewwel sonda li qatt nizlet fuq pjaneta oħra Venere Fis snin 70 tas seklu 20 kien hemm distensjoni qasira fir relazzjonijiet mal Istati Uniti izda t tensjonijiet reġgħu skalaw meta l Unjoni Sovjetika stazzjonat it truppi fl Afganistan fl 1979 Il gwerra xorbot ir rizorsi ekonomiċi u fl istess ħin il militar Amerikan zied l għajnuna lill ġellieda Mujahideen Fin nofs tas snin 80 tas seklu 20 l aħħar mexxej Sovjetiku Mikhail Gorbachev għamel ħiltu biex ikompli jirriforma u jilliberalizza l ekonomija permezz tal politiki tiegħu ta glasnost u perestroika L għan kien li jippreserva l Partit Komunista u jneħħi l istaġnar ekonomiku Il Gwerra Bierda ntemmet waqt il mandat tiegħu u fl 1989 il pajjizi tal Patt ta Varsavja fl Ewropa tal Lvant waqqgħu r reġimi Marxisti u Leninisti rispettivi tagħhom B mod partikolari l indeċizjoni rigward it teħid ta azzjoni tal mexxejja tal Ewropa tal Lvant wara l Picnic Pan Ewropew ikkawza l waqgħa tal li kissret l unita Komunista li qabel kienet tant qawwija Dan wassal biex bdew ifeġġu movimenti nazzjonalisti u separatisti b saħħithom anke fil URSS L awtoritajiet ċentrali taw bidu għal referendum li ġie bokjottjat mir repubbliki Baltiċi mill Armenja mill Georgia u mill Moldova li rrizulta fil maġġoranza taċ ċittadini li pparteċipaw ivvutaw favur iz zamma tal Unjoni bħala federazzjoni mġedda F Awwissu 1991 kien hemm tentattiv ta kolp ta stat mill iktar partitarji akkaniti tal Partit Komunista Madankollu dan falla permezz tar rwol ta profil għoli li kellu il President Russu Boris Yeltsin u dan wassal għall projbizzjoni tal Partit Komunista Fil 25 ta Diċembru 1991 Gorbachev irrizenja u t tnax il repubblika kostitwenti li kien għad fadal fl Unjoni Sovjetika saru stati indipendenti Il Federazzjoni Russa li qabel kienet l SFSR Russa ħadet f idejha d drittijiet u l obbligi tal Unjoni Sovjetika u hija rikonoxxuta bħala l personalita ġuridika kontinwa tagħha Il URSS ipproduċiet bosta kisbiet u innovazzjonijiet soċjali u teknoloġiċi sinifikanti fis seklu 20 Il pajjiz kellu t tieni l ikbar ekonomija fid dinja u kellu l ikbar militar fid dinja Il URSS kienet rikonoxxuta bħala waħda mill ħames stati li kellhom armi nukleari Kienet membru permanenti fundatur tal Kunsill tas Sigurta tan Nazzjonijiet Uniti kif ukoll membru tal Organizzazzjoni għas Sigurta u l Kooperazzjoni fl Ewropa OSKE tal Federazzjoni Dinjija tat Trade Unions WFTU u l membru ewlieni tal Kunsill għall Assistenza Ekonomika Reċiproka u l Patt ta Varsavja Qabel ix xoljiment tagħha il URSS kienet zammet l istatus tagħha bħala waħda miz zewġ superpotenzi tad dinja għal erba deċennji wara t Tieni Gwerra Dinjija Dik li xi kultant tissejjaħ l Imperu Sovjetiku ezerċitat l eġemonija tagħha fl Ewropa tal Lvant u fid dinja b qawwa militari u ekonomika kunflitti bi prokura u influwenza fil pajjizi fil fazi ta zvilupp u finanzjament tar riċerka xjentifika speċjalment fit teknoloġija spazjali u fl armi EtimoloġijaIt terminu sovjet ġejja mill kelma Russa sovet bir Russu sovet li tfisser kunsill assemblea parir li fl aħħar mill aħħar toriġina miz zokk verbali proto Slaviku ta vet iti informa relatat ma vest aħbarijiet bis Slaviku wise għaref bl Ingliz l għerq f ad vis or li daħal fl Ingliz mill Franċiz jew weten jaf kif ukoll wetenschap li tfisser xjenza Il kelma sovietnik tfisser kunsillier Xi organizzazzjoni fl istorja Russa kienu jissejħu kunsill bir Russu sovet Fl il Kunsill tal Istat li ffunzjona mill 1810 sal 1917 kien jissejjaħ Kunsill tal Ministri wara r rewwixta tal 1905 Matul il Kwistjoni tal Georgia Vladimir Lenin kellu vizjoni ta espressjoni ta xovenizmu etniku Russu kbir minn Joseph Stalin u dawk li kienu jappoġġawh u sejjaħ lin nazzjonijiet li kienu stati biex jissieħbu mar Russja bħala partijiet semiindipendenti ta unjoni ikbar li inizjalment sejjaħ bħala l Unjoni tar Repubbliki Sovjetiċi tal Ewropa u tal Asja bir Russu Soyuz Sovetskih Respublik Evropy i Azii trazlitterata Soyuz Sovetskikh Respublik Evropy i Azii Stalin inizjalment irrezista l proposta izda finalment aċċettaha għalkemm bil qbil ta Lenin biddel l isem għal Unjoni tar Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi URSS anke jekk ir repubbliki kollha bdew bħala Sovjetiċi Soċjalisti u baqgħu jissejħu hekk sal 1936 Barra minn hekk bil lingwi nazzjonali ta diversi repubbliki il kelma kunsill jew tal kunsill bil lingwi rispettivi nbidlet ħafna iktar il quddiem għal adattament tas sovet bir Russu u qatt ma nbidlet f oħrajn bħal perezempju l Ukrajna SSSR bl alfabett tal lingwi Latini SSSR hija l akronimu ta URSS bir Russu b ittri Ċirilliċi Is Sovjetiċi tant kienu juzaw l akronimu Ċirilliku li l udjenzi minn madwar id dinja kollha saru midħla tat tifsira tagħha Ta min isemmi li z zewġ ittri Ċirilliċi li ntuzaw fl akronimu huma ittri omoglifiċi izda bi trazlitterazzjoni distinta fl alfabett tal lingwi Latini Minħabba li dan l akronimu Ċirilliku kien mifrux sew diversi utenti tal lingwi Latini spiss juzaw l ittri omoglifiċi C u P minflok l ittri trazlitterati S u R għall akronomu nattiv tal URSS Wara SSSR l iktar forma mqassra komuni għall Istat Sovjetiku bir Russu kienu Sovetskij Soyuz trazlitterata Sovetskiy Soyuz li litteralment tfisser Unjoni Sovjetika kif ukoll Soyuz SSR trazlitterazzjoni Soyuz SSR li tfisser Unjoni ta RSS Bil Malti l Istat Sovjetiku jissejjaħ l Unjoni Sovjetika jew il USSR bl akronimu Ingliz B lingwi Ewropej oħra l akronimu jinbidel ukoll skont it tismija lokali bħal perezempju URSS jew Union sovietique bil Franċiz jew UdSSR jew Sowjetunion bil Ġermaniz Kemm il darba b mod kollokjali jew informali l Unjoni Sovjetika kienet tiġi msejħa Russja u ċ ċittadini tagħha Russi għalkemm teknikament dan kien zball peress li r Russja kienet biss waħda mir repubbliki ĠeografijaIl mappa tal Unjoni Sovjetika mill 1945 sal 1991 B erja ta 22 402 200 kilometru kwadru l Unjoni Sovjetika kienet l ikbar pajjiz fid dinja Mix xoljiment tagħha il Federazzjoni Russa ħaditilha postha bħala l ikbar pajjiz fid dinja L Unjoni Sovjetika kienet tkopri 16 666 tal art tad dinja u d daqs tagħha kienet paragunabbli mad daqs tal Amerka ta Fuq Zewġ stati suċċessuri oħra il Kazakistan u l Ukrajna attwalment jinsabu fil klassifika tal ikbar għaxar pajjizi bħala erja tal art u l ikbar pajjiz fl Ewropa rispettivament Il porzjon Ewropew kien jirrapprezenta kwart tal erja tal pajjiz u kien iċ ċentru kulturali u ekonomiku Il porzjon tal Lvant fl Asja kien jestendi sal Oċean Paċifiku fil Lvant u sal Afganistan fin Nofsinhar u għajr għal xi zoni fl Asja Ċentrali kien ħafna inqas popolat L Unjoni Sovjetika kellha estensjoni ta izjed minn 10 000 kilometru mill Punent sal Lvant u 11 il zona tal ħin u izjed minn 7 200 kilometru 4 500 mi mit Tramuntana san Nofsinhar Barra minn hekk kellha ħames zoni klimatiċi it tundra it tajga l isteppi id dezert u l muntanji Il Lag ta Baikal iffrizat Il URSS bħar Russja kellha l itwal fruntiera tad dinja b iktar minn 60 000 kilometru jew daqs ċirkonferenza u nofs tad dinja Zewġ terzi tal Unjoni Sovjetika kienu kosta Il pajjiz kellu fruntieri mal Afganistan maċ Ċina maċ mal Finlandja mal Ungerija mal Iran mal Mongolja mal Korea ta Fuq man Norveġja mal Polonja mar Rumanija u mat Turkija mill 1945 sal 1991 L kien jissepara l URSS minn mal Istati Uniti filwaqt li l kien jisseparaha mill Ġappun L ogħla muntanja tal pajjiz kienet magħrufa bħala l Quċċata tal Komunizmu attwalment magħrufa bħala l Quċċata ta Ismoil Somoni fit Taġikistan b elevazzjoni ta 7 495 metru Il URSS kienet tinkludi wkoll il biċċa l kbira tal ikbar lagi tad dinja il kondiviz mal Iran u l l ikbar bħala volum lag tal ilma ħelu fid dinja u l iktar wieħed fond fid dinja li huwa korp tal ilma intern fir Russja Referenzi Hough Jerry F The Dark Forces the Totalitarian Model and Soviet History The Russian Review vol 46 no 4 1987 pp 397 403 Zakon SSSR ot 14 marta 1990 g N 1360 I Ob uchrezhdenii posta Prezidenta SSSR i vnesenii izmenenij i dopolnenij v Konstituciyu Osnovnoj Zakon SSSR web archive org 2017 10 10 Arkivjat mill oriġinal fl 2011 08 13 Miġbur 2021 05 14 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link GDP Million Flags Maps Economy Geography Climate Natural Resources Current Issues International Agreements Population Social Statistics Political System web archive org 2018 06 12 Arkivjat mill oriġinal fl 2018 06 12 Miġbur 2021 05 14 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Scott and Scott 1979 p 305 30 October 1961 The Tsar Bomba CTBTO Preparatory Commission web archive org 2016 03 19 Arkivjat minn l oriġinal fl 2016 03 19 Miġbur 2021 05 14 The Soviet Union and the United States Revelations from the Russian Archives Exhibitions Library of Congress web archive org 2017 09 15 Arkivjat mill oriġinal fl 2017 09 15 Miġbur 2021 05 14 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Wheatcroft S G Davies R W Cooper J M 1986 Soviet Industrialization Reconsidered Some Preliminary Conclusions about Economic Development between 1926 and 1941 39 Economic History Review pp 30 2 ISBN 978 0 7190 4600 1 Soviet Miġbur 2021 05 14 Fischer 1964 p 608 Lewin 1969 p 50 Leggett 1981 p 354 Volkogonov 1994 p 421 Service 2000 p 455 White 2001 p 175 Russian Definition of Russian in English by Oxford Dictionaries web archive org 2017 10 10 Arkivjat minn l oriġinal fl 2017 10 10 Miġbur 2021 05 14 Russia Definition of Russia by Merriam Webster web archive org 2017 06 06 Arkivjat mill oriġinal fl 2017 06 06 Miġbur 2021 05 14 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Russia Britannica Online Encyclopedia web archive org 2008 04 26 Arkivjat mill oriġinal fl 2008 04 26 Miġbur 2021 05 14 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Virginia Thompson The Former Soviet Union Physical Geography PDF Towson University Department of Geography amp Environmental Planning PDF web archive org 2012 09 15 Arkivjat mill oriġinal fl 2012 09 15 Miġbur 2021 05 14 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link

L-aħħar artikli
  • Ġunju 06, 2025

    Wikizzjunarju

  • Ġunju 05, 2025

    Wikipedija

  • Ġunju 07, 2025

    Wikijunior

  • Ġunju 07, 2025

    Wikibarijiet

  • Ġunju 05, 2025

    Wikimedia Commons

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq