Bidwi huwa xi ħadd li jaħdem fl agrikoltura u jkabbar l organiżmi ħajjin għall ikel jew għall materja prima It terminu s
Bidwi

Bidwi huwa xi ħadd li jaħdem fl-agrikoltura u jkabbar l-organiżmi ħajjin għall-ikel jew għall-materja prima. It-terminu s-soltu japplika għall-persuni li jkabbru l-għelejjel fl-għelieqi, iħawwlu s-siġar tal-frott, jieħdu ħsieb l-għelieqi bid-dwieli, u jkabbru t-tjur jew annimali ħajjin oħra. Bidwi jista’ jkun is-sid tar-raba’ jew jaħdem bħala ħaddiem fl-art ta’ oħrajn, iżda fl-ekonomiji avvanzati, bidwi s-soltu jkun is-sid ta’ razzett jew azjenda agrikola, filwaqt li l-impjegati jkunu magħrufa bħala ħaddiema agrikola. Madankollu, fl-imgħoddi mhux daqstant imbiegħed, bidwi kien dak li jippromwovi jew itejjeb it-tkabbir ta’ pjanti, għelejjel, annimali, eċċ. permezz tax-xogħol u l-attenzjoni.
Iżjed minn nofs biljun bidwi huma bdiewa b’azjendi agrikoli żgħar, magħrufa wkoll bħala bdiewa żgħar, u l-biċċa l-kbira jinsabu fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Dawn jappoġġaw ekonomikament li kważi żewġ biljun ruħ. Globalment, in-nisa jikkostitwixxu iktar minn 40 % tal-impjegati agrikoli.
Storja
Il-biedja tmur lura saħansitra saż-Żmien Neolitiku, u kienet waħda mill-karatteristiċi ewlenin ta’ dak iż-żmien. Sa Żmien il-, għall-ħabta tal-5000-4000 Q.K., is- kellhom forza tax-xogħol speċjalizzata fl-agrikoltura, u kienu jiddependu ferm fuq l-irrigazzjoni għat-tkabbir tal-għelejjel. Kienu jiddependu fuq timijiet magħmula minn tliet persuni meta fir-rebbiegħa kien jasal il-ħsad. Il-bdiewa tal-Eġittu tal-qedem kienu jaħdmu r-raba’ u kienu jiddependu fuq l-ilma tax-xmara għall-irrigazzjoni.
It-trobbija tal-annimali speċifikament għall-ikel jew għall-materja prima ilha teżisti għal eluf ta’ snin. Il-klieb ġew iddomestikati fil-Lvant tal-Asja madwar 15,000 sena ilu. Il- u n-nagħaġ ġew iddomestikati għall-ħabta tat-8000 Q.K. fl-Asja. L-annimali suwini jew il-ħnieżer ġew iddomestikati għall-ħabta tas-7000 Q.K. fil- u fiċ-Ċina. L-iktar evidenza bikrija ta’ żwiemel li kienu jiġu ddomestikati tmur lura għall-ħabta tal-4000 Q.K.
Avvanzi fit-teknoloġija
Fis-snin 30 tas-seklu 20 fl-Istati Uniti, bidwi seta’ jipproduċi biss biżżejjed ikel biex jitma’ lil tliet konsumaturi oħra. Bidwi modern jipproduċi biżżejjed ikel biex jitma’ ferm iktar minn mitt ruħ. Madankollu, xi awturi jqisu li din l-istima hija żbaljata, għax ma tikkunsidrax li l-biedja teħtieġ l-enerġija u ħafna sorsi oħra li jridu jiġu pprovduti minn ħaddiema addizzjonali, u b’hekk il-proporzjon huwa effettivament iżgħar minn bidwi wieħed li jitma’ 100 ruħ.
Tipi
Spiss jintużaw termini iktar distinti biex jiddeskrivu l-bdiewa li jrabbu annimali ddomestikati speċifiċi. Pereżempju, dawk li jrabbu l-bhejjem tar-ragħa, bħall-baqar, in-nagħaġ, il-mogħoż, u ż-żwiemel, huma magħrufa bħala ranchers fl-Istati Uniti u bħala graziers jew sempliċement stockmen fl-Awstralja u fir-Renju Unit. Il-bdiewa li jrabbu n-nagħaġ, il-mogħoż u l-baqar jiġu msejħa wkoll rgħajja. Dawk li jaħdmu l-iktar fil-produzzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, minn baqar, mogħoż, nagħaġ jew annimali oħra li jipproduċu l-ħalib, ġieli jissejħu bdiewa tat-trobbija tal-annimali tal-ħalib. Dawk li jieħdu ħsieb l-iktar it-trobbija tat-tjur bħat-, id-, il- jew il-, għal-, għall- jew għall-produzzjoni tar-rix, ġieli jissejħu bdiewa tat-tjur. Persuna li tkabbar varjetà ta’ ħxejjex għas-suq jew għall-pitkalija tista’ tissejjaħ tal-ħaxix jew tal-pitkalija.
Fil-pajjiżi żviluppati, bidwi (bħala professjoni) is-soltu jiġi definit bħala xi ħadd b’interess ta’ sjieda fl-għelejjel jew fil-bhejjem tat-trobbija, u li jipprovdi l-art jew l-immaniġġjar fil-produzzjoni tagħhom. Dawk li jipprovdu x-xogħol biss spiss jissejħu ħaddiema agrikoli. Fil-kuntest tal-agrikoltura kummerċjali, bidwi jiġi definit b’mod wiesa’, u b’hekk ħafna individwi li mhux neċessarjament jaħdmu full-time bħala bdiewa, xorta waħda jistgħu legalment jikkwalifikaw fil-qafas tal-politika agrikola għal diversi sussidji, inċentivi u tnaqqis tat-taxxi.
Tekniki
Fil-kuntest tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw jew kulturi preindustrijali oħra, il-biċċa l-kbira tal-bdiewa jipprattikaw agrikoltura tas-sussistenza biss—jiġifieri sistema ta’ biedja organika bin-newba tal-għelejjel, bl-iffrankar taż-żrieragħ, bil-qtugħ u l-ħruq, jew tekniki oħra ta’ massimizzazzjoni tal-effiċjenza filwaqt li fl-istess ħin jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-unità domestika jew tal-komunità. Bidwi li jaqla’ l-għajxien tiegħu b’dan il-mod xi kultant jissejjaħ ukoll raħħal, kultant b’assoċjazzjoni dispreġjattiva ta’ “mentalità ta’ raħħal”.
Madankollu, fil-pajjiżi żviluppati, persuna li tuża dawn it-tekniki fuq irqajja’ żgħar ta’ raba’ jista’ jissejjaħ ġardinar u jitqies bħala wieħed li qed iwettaq passatemp. Min-naħa l-oħra, persuna jaf tibda twettaq dawn il-prattiki minħabba l-faqar, jew ironikament—fl-isfond tal-agrikoltura kummerċjali fuq skala kbira—jaf issir bidwi organiku li jkabbar prodotti għal konsumaturi fis-suq li joqogħdu iktar attenti x’ikel jixtru u jieklu.
Organizzazzjonijiet tal-bdiewa
Il-bdiewa spiss ikunu membri ta’ unjins jew organizzazzjonijiet tal-bdiewa jew tal-produtturi agrikoli lokali, reġjonali jew nazzjonali u jista’ jkollhom influwenza politika sinifikanti. Il-Moviment ta’ Grange fl-Istati Uniti kien effettiv biex javvanza l-aġendi tal-bdiewa, speċjalment kontra l-interessi tal-linji ferrovjarji u tal-agrikoltura kummerċjali fil-bidu tas-seklu 20. L-FNSEA hija attiva ħafna politikament fi Franza, speċjalment fir-rigward tal-ikel ġenetikament modifikat. Il-produtturi agrikoli, kemm żgħar kif ukoll kbar, jiġu rrappreżentati globalment mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Produtturi Agrikoli (IFAP), li tirrappreżenta iktar minn 600 miljun bidwi permezz ta’ 120 unjin nazzjonali tal-bdiewa f’79 pajjiż.
Organizzazzjonijiet tal-bdiewa żgħażagħ
Hemm ħafna organizzazzjonijiet li huma mmirati biex jgħallmu liż-żgħażagħ kif isiru bdiewa u biex ixerrdu l-għarfien dwar il-benefiċċji tal-agrikoltura sostenibbli.
- 4-H twaqqaf fl-1902 u huwa network ibbażat fl-Istati Uniti li għandu madwar 6.5 miljun membru, ta’ bejn ħames snin u 21 sena, u huwa amministrat mill-Istitut Nazzjonali tal-Ikel u l-Agrikoltura tad-Dipartiment tal-Agrikoltura tal-Istati Uniti (USDA).
- L-Organizzazzjoni Nazzjonali tal-FFA (magħrufa qabel bħala “Future Farmers of America” jiġifieri “l-Bdiewa Futuri tal-Amerka”) twaqqfet fl-1925 u tiffoka b’mod speċifiku fuq li tipprovdi l-edukazzjoni dwar l-agrikoltura għall-istudenti sekondarji u postsekondarji.
- Rural Youth Europe (Ewropa Rurali taż-Żgħażagħ) hija organizzazzjoni mhux governattiva għaż-żgħażagħ Ewropej li tistinka biex trawwem kuxjenza dwar kwistjonijiet ambjentali u agrikoli rurali. Twaqqfet fl-1957 u l-kwartieri ġenerali tagħha huma f’Helsinki, il-Finlandja. L-organizzazzjoni hija attiva fi 17-il pajjiż b’iktar minn 500,000 parteċipant.
Introjtu
Il-prodotti agrikoli jistgħu jinbiegħu lil suq jew lill-pitkalija, jew direttament mir-razzett jew mill-azjenda agrikola. F’ekonomija tas-sussistenza, il-prodotti agrikoli xi kultant jiġu kkonsmati mill-familja tal-bidwi jew jiġu kondiviżi mal-komunità.
Perikli okkupazzjonali
Hemm bosta perikli okkupazzjonali għall-bdiewa li jaħdmu fl-agrikoltura; it-trobbija tal-annimali hija industrija partikolarment perikoluża. Il-bdiewa jistgħu jiltaqgħu ma’ jew artropodi perikolużi jew jingidmu minnhom, fosthom , brimb, naħal, , eċċ. Il-bdiewa jaħdmu wkoll b’makkinarji u inġenji tqal li jistgħu jkorruhom jew joqtluhom. Il-bdiewa jistgħu wkoll jiżviluppaw uġigħ fil- u fil-ġogi minħabba x-xogħol ripetittiv.
Etimoloġija
Il-kelma “bidwi” oriġinarjament kienet tfisser persuna li jiġbor it-taxxi mill-gabillotti li kienu jaħdmu r-raba’ u l-għelieqi ta’ sid. It-tifsira tal-kelma nbidlet u saret tirreferi għall-persuna li taħdem ir-raba’ jew l-għalqa.
References
- ^ Dyer, Christopher (2007). "A suffolk farmer in the fifteenth century". Agricultural History Review. 55 (1), p. 1.
- ^ "Food prices: smallholder farmers can be part of the solution". web.archive.org. 2013-05-28. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-05-28. Miġbur 2021-07-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ fao.org. ""Investing in smallholder agriculture"" (PDF).
- ^ "SOFA 2017 - The State of Food and Agriculture". www.fao.org. Miġbur 2021-07-14.
- ^ By the sweat of thy brow: Work in the Western world, Melvin Kranzberg, Joseph Gies, Putnam, 1975.
- ^ Nicholson (2000), p. 514.
- ^ "Breeds of Livestock - Oklahoma State University". web.archive.org. 2011-12-24. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-12-24. Miġbur 2021-07-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Kirschenmann, Frederick (2000). ""How many farmers will we need?"" (PDF). web.archive.org. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2012-05-02. Miġbur 2021-07-14.
- ^ Bailey, Garrick; Peoples, James. Essentials of Cultural Anthropology (3 ed.). Cengage Learning (2013). pp. 121-122. ISBN 9781133603566.
- ^ "About the International Federation of Agricultural Producers (IFAP)". web.archive.org. 2008-08-07. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-08-07. Miġbur 2021-07-14.
- ^ "NIOSH Topic: Agricultural Safety |CDC/NIOSH". web.archive.org. 2007-10-28. Arkivjat mill-oriġinal fl-2007-10-28. Miġbur 2021-07-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "CDC - Insects and Scorpions - NIOSH Workplace Safety and Health Topic". web.archive.org. 2015-09-03. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-09-03. Miġbur 2021-07-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Kumaraveloo, K Sakthiaseelan; Lunner Kolstrup, Christina (2018-07-03). "Agriculture and musculoskeletal disorders in low- and middle-income countries". Journal of Agromedicine. 23 (3): 227–248. ISSN 1059-924X.
- ^ "FARMER English Definition and Meaning | Lexico.com". Lexico Dictionaries | English (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-07-08. Miġbur 2021-07-14.
- ^ "The Lost Meanings of 'Farm' and 'Farmer'". www.merriam-webster.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-14.
- ^ "farmer | Origin and meaning of farmer by Online Etymology Dictionary". www.etymonline.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-14.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Bidwi, X'inhi Bidwi? Xi tfisser Bidwi?
Bidwi huwa xi ħadd li jaħdem fl agrikoltura u jkabbar l organizmi ħajjin għall ikel jew għall materja prima It terminu s soltu japplika għall persuni li jkabbru l għelejjel fl għelieqi iħawwlu s siġar tal frott jieħdu ħsieb l għelieqi bid dwieli u jkabbru t tjur jew annimali ħajjin oħra Bidwi jista jkun is sid tar raba jew jaħdem bħala ħaddiem fl art ta oħrajn izda fl ekonomiji avvanzati bidwi s soltu jkun is sid ta razzett jew azjenda agrikola filwaqt li l impjegati jkunu magħrufa bħala ħaddiema agrikola Madankollu fl imgħoddi mhux daqstant imbiegħed bidwi kien dak li jippromwovi jew itejjeb it tkabbir ta pjanti għelejjel annimali eċċ permezz tax xogħol u l attenzjoni Bidwi f Kigoma Izjed minn nofs biljun bidwi huma bdiewa b azjendi agrikoli zgħar magħrufa wkoll bħala bdiewa zgħar u l biċċa l kbira jinsabu fil pajjizi li qed jizviluppaw Dawn jappoġġaw ekonomikament li kwazi zewġ biljun ruħ Globalment in nisa jikkostitwixxu iktar minn 40 tal impjegati agrikoli StorjaBdiewa jaħartu l għalqa bl għajnuna tal bhejjem Il biedja tmur lura saħansitra saz Zmien Neolitiku u kienet waħda mill karatteristiċi ewlenin ta dak iz zmien Sa Zmien il għall ħabta tal 5000 4000 Q K is kellhom forza tax xogħol speċjalizzata fl agrikoltura u kienu jiddependu ferm fuq l irrigazzjoni għat tkabbir tal għelejjel Kienu jiddependu fuq timijiet magħmula minn tliet persuni meta fir rebbiegħa kien jasal il ħsad Il bdiewa tal Eġittu tal qedem kienu jaħdmu r raba u kienu jiddependu fuq l ilma tax xmara għall irrigazzjoni It trobbija tal annimali speċifikament għall ikel jew għall materja prima ilha tezisti għal eluf ta snin Il klieb ġew iddomestikati fil Lvant tal Asja madwar 15 000 sena ilu Il u n nagħaġ ġew iddomestikati għall ħabta tat 8000 Q K fl Asja L annimali suwini jew il ħniezer ġew iddomestikati għall ħabta tas 7000 Q K fil u fiċ Ċina L iktar evidenza bikrija ta zwiemel li kienu jiġu ddomestikati tmur lura għall ħabta tal 4000 Q K Tratturi u inġenji agrikoli oħra li juzaw il bdiewa moderni Avvanzi fit teknoloġija Fis snin 30 tas seklu 20 fl Istati Uniti bidwi seta jipproduċi biss bizzejjed ikel biex jitma lil tliet konsumaturi oħra Bidwi modern jipproduċi bizzejjed ikel biex jitma ferm iktar minn mitt ruħ Madankollu xi awturi jqisu li din l istima hija zbaljata għax ma tikkunsidrax li l biedja teħtieġ l enerġija u ħafna sorsi oħra li jridu jiġu pprovduti minn ħaddiema addizzjonali u b hekk il proporzjon huwa effettivament izgħar minn bidwi wieħed li jitma 100 ruħ TipiBidwi tat trobbija tal baqar tal ħalib Spiss jintuzaw termini iktar distinti biex jiddeskrivu l bdiewa li jrabbu annimali ddomestikati speċifiċi Perezempju dawk li jrabbu l bhejjem tar ragħa bħall baqar in nagħaġ il mogħoz u z zwiemel huma magħrufa bħala ranchers fl Istati Uniti u bħala graziers jew sempliċement stockmen fl Awstralja u fir Renju Unit Il bdiewa li jrabbu n nagħaġ il mogħoz u l baqar jiġu msejħa wkoll rgħajja Dawk li jaħdmu l iktar fil produzzjoni tal ħalib u tal prodotti tal ħalib minn baqar mogħoz nagħaġ jew annimali oħra li jipproduċu l ħalib ġieli jissejħu bdiewa tat trobbija tal annimali tal ħalib Dawk li jieħdu ħsieb l iktar it trobbija tat tjur bħat id il jew il għal għall jew għall produzzjoni tar rix ġieli jissejħu bdiewa tat tjur Persuna li tkabbar varjeta ta ħxejjex għas suq jew għall pitkalija tista tissejjaħ tal ħaxix jew tal pitkalija Fil pajjizi zviluppati bidwi bħala professjoni is soltu jiġi definit bħala xi ħadd b interess ta sjieda fl għelejjel jew fil bhejjem tat trobbija u li jipprovdi l art jew l immaniġġjar fil produzzjoni tagħhom Dawk li jipprovdu x xogħol biss spiss jissejħu ħaddiema agrikoli Fil kuntest tal agrikoltura kummerċjali bidwi jiġi definit b mod wiesa u b hekk ħafna individwi li mhux neċessarjament jaħdmu full time bħala bdiewa xorta waħda jistgħu legalment jikkwalifikaw fil qafas tal politika agrikola għal diversi sussidji inċentivi u tnaqqis tat taxxi Tekniki Taħriġ agrikolu dwar l uzu tas serer offrut liz zgħazagħ Afgani Fil kuntest tal pajjizi li qed jizviluppaw jew kulturi preindustrijali oħra il biċċa l kbira tal bdiewa jipprattikaw agrikoltura tas sussistenza biss jiġifieri sistema ta biedja organika bin newba tal għelejjel bl iffrankar taz zrieragħ bil qtugħ u l ħruq jew tekniki oħra ta massimizzazzjoni tal effiċjenza filwaqt li fl istess ħin jiġu ssodisfati l ħtiġijiet tal unita domestika jew tal komunita Bidwi li jaqla l għajxien tiegħu b dan il mod xi kultant jissejjaħ ukoll raħħal kultant b assoċjazzjoni dispreġjattiva ta mentalita ta raħħal Madankollu fil pajjizi zviluppati persuna li tuza dawn it tekniki fuq irqajja zgħar ta raba jista jissejjaħ ġardinar u jitqies bħala wieħed li qed iwettaq passatemp Min naħa l oħra persuna jaf tibda twettaq dawn il prattiki minħabba l faqar jew ironikament fl isfond tal agrikoltura kummerċjali fuq skala kbira jaf issir bidwi organiku li jkabbar prodotti għal konsumaturi fis suq li joqogħdu iktar attenti x ikel jixtru u jieklu Organizzazzjonijiet tal bdiewaIl bdiewa spiss ikunu membri ta unjins jew organizzazzjonijiet tal bdiewa jew tal produtturi agrikoli lokali reġjonali jew nazzjonali u jista jkollhom influwenza politika sinifikanti Il Moviment ta Grange fl Istati Uniti kien effettiv biex javvanza l aġendi tal bdiewa speċjalment kontra l interessi tal linji ferrovjarji u tal agrikoltura kummerċjali fil bidu tas seklu 20 L FNSEA hija attiva ħafna politikament fi Franza speċjalment fir rigward tal ikel ġenetikament modifikat Il produtturi agrikoli kemm zgħar kif ukoll kbar jiġu rrapprezentati globalment mill Federazzjoni Internazzjonali tal Produtturi Agrikoli IFAP li tirrapprezenta iktar minn 600 miljun bidwi permezz ta 120 unjin nazzjonali tal bdiewa f 79 pajjiz Organizzazzjonijiet tal bdiewa zgħazagħ Hemm ħafna organizzazzjonijiet li huma mmirati biex jgħallmu liz zgħazagħ kif isiru bdiewa u biex ixerrdu l għarfien dwar il benefiċċji tal agrikoltura sostenibbli 4 H twaqqaf fl 1902 u huwa network ibbazat fl Istati Uniti li għandu madwar 6 5 miljun membru ta bejn ħames snin u 21 sena u huwa amministrat mill Istitut Nazzjonali tal Ikel u l Agrikoltura tad Dipartiment tal Agrikoltura tal Istati Uniti USDA L Organizzazzjoni Nazzjonali tal FFA magħrufa qabel bħala Future Farmers of America jiġifieri l Bdiewa Futuri tal Amerka twaqqfet fl 1925 u tiffoka b mod speċifiku fuq li tipprovdi l edukazzjoni dwar l agrikoltura għall istudenti sekondarji u postsekondarji Rural Youth Europe Ewropa Rurali taz Zgħazagħ hija organizzazzjoni mhux governattiva għaz zgħazagħ Ewropej li tistinka biex trawwem kuxjenza dwar kwistjonijiet ambjentali u agrikoli rurali Twaqqfet fl 1957 u l kwartieri ġenerali tagħha huma f Helsinki il Finlandja L organizzazzjoni hija attiva fi 17 il pajjiz b iktar minn 500 000 parteċipant IntrojtuIl prodotti agrikoli jistgħu jinbiegħu lil suq jew lill pitkalija jew direttament mir razzett jew mill azjenda agrikola F ekonomija tas sussistenza il prodotti agrikoli xi kultant jiġu kkonsmati mill familja tal bidwi jew jiġu kondivizi mal komunita Perikli okkupazzjonaliHemm bosta perikli okkupazzjonali għall bdiewa li jaħdmu fl agrikoltura it trobbija tal annimali hija industrija partikolarment perikoluza Il bdiewa jistgħu jiltaqgħu ma jew artropodi perikoluzi jew jingidmu minnhom fosthom brimb naħal eċċ Il bdiewa jaħdmu wkoll b makkinarji u inġenji tqal li jistgħu jkorruhom jew joqtluhom Il bdiewa jistgħu wkoll jizviluppaw uġigħ fil u fil ġogi minħabba x xogħol ripetittiv EtimoloġijaIl kelma bidwi oriġinarjament kienet tfisser persuna li jiġbor it taxxi mill gabillotti li kienu jaħdmu r raba u l għelieqi ta sid It tifsira tal kelma nbidlet u saret tirreferi għall persuna li taħdem ir raba jew l għalqa References Dyer Christopher 2007 A suffolk farmer in the fifteenth century Agricultural History Review 55 1 p 1 Food prices smallholder farmers can be part of the solution web archive org 2013 05 28 Arkivjat mill oriġinal fl 2013 05 28 Miġbur 2021 07 14 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link fao org Investing in smallholder agriculture PDF SOFA 2017 The State of Food and Agriculture www fao org Miġbur 2021 07 14 By the sweat of thy brow Work in the Western world Melvin Kranzberg Joseph Gies Putnam 1975 Nicholson 2000 p 514 Breeds of Livestock Oklahoma State University web archive org 2011 12 24 Arkivjat mill oriġinal fl 2011 12 24 Miġbur 2021 07 14 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Kirschenmann Frederick 2000 How many farmers will we need PDF web archive org Arkivjat minn l oriġinal PDF fl 2012 05 02 Miġbur 2021 07 14 Bailey Garrick Peoples James Essentials of Cultural Anthropology 3 ed Cengage Learning 2013 pp 121 122 ISBN 9781133603566 About the International Federation of Agricultural Producers IFAP web archive org 2008 08 07 Arkivjat minn l oriġinal fl 2008 08 07 Miġbur 2021 07 14 NIOSH Topic Agricultural Safety CDC NIOSH web archive org 2007 10 28 Arkivjat mill oriġinal fl 2007 10 28 Miġbur 2021 07 14 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link CDC Insects and Scorpions NIOSH Workplace Safety and Health Topic web archive org 2015 09 03 Arkivjat mill oriġinal fl 2015 09 03 Miġbur 2021 07 14 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Kumaraveloo K Sakthiaseelan Lunner Kolstrup Christina 2018 07 03 Agriculture and musculoskeletal disorders in low and middle income countries Journal of Agromedicine 23 3 227 248 ISSN 1059 924X FARMER English Definition and Meaning Lexico com Lexico Dictionaries English bl Ingliz Arkivjat minn l oriġinal fl 2022 07 08 Miġbur 2021 07 14 The Lost Meanings of Farm and Farmer www merriam webster com bl Ingliz Miġbur 2021 07 14 farmer Origin and meaning of farmer by Online Etymology Dictionary www etymonline com bl Ingliz Miġbur 2021 07 14