Azərbaycan  AzərbaycanMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  Türkiyə
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Santiago de Compostela hija l belt kapitali tal komunità awtonoma ta Galizja fil Majjistral ta Spanja b popolazzjoni ta

Santiago de Compostela

  • Paġna Ewlenija
  • Santiago de Compostela
Santiago de Compostela
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Santiago de Compostela hija l-belt kapitali tal-komunità awtonoma ta’ Galizja, fil-Majjistral ta’ Spanja, b’popolazzjoni ta’ 96,405 abitant. Il-belt oriġinat madwar is-santwarju ta’ San Ġakbu l-Kbir, li issa sar il-Katidral ta’ Santiago de Compostela, bħala d-destinazzjoni tal-Pellegrinaġġ ta’ San Ġakbu, pellegrinaġġ Kattoliku ewlieni li ilu jsir mid-disa’ seklu. Fl-1985, iċ-Ċentru Storiku tal-belt ta’ Santiago de Compostela ġie ddeżinjat Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO. Il-Pellegrinaġġ ta’ San Ġakbu nnifsu sar Sit ta’ Wirt Dinji separat fl-1993.

Il-belt għandha klima miti ħafna għal-latitudni tagħha u fix-xitwa tinżel xita qawwija ħafna minħabba l-prossimità relattiva tagħha għall-irjieħ prevalenti mis-sistemi ta’ pressjoni baxxa tal-Atlantiku.

Etimoloġija

Santiago ġejja mill-evoluzzjoni tal-Galizjan lokali tal-Latin Vulgari Sanctus Iacobus, jiġifieri “San Ġakbu”. Skont leġġenda, Compostela ġejja mil-Latin Campus Stellae (jiġifieri “għalqa tal-kewkba"); madankollu, fil-verità jidher li din il-frażi diffiċilment setgħet wasslet għall-kelma Compostela moderna skont l-evoluzzjoni normali mil-Latin għall-Galizjan Medjevali.

Teoriji oħra tal-etimoloġija jgħidu li t-tieni parti ta’ isem il-belt ġejja mil-Latin compositum, li bil-Latin Vulgari lokali kienet Composita Tella, li tfisser “post tad-dfin”, jew sempliċement mil-Latin compositella, li tfisser “komposta tajjeb ħafna” (b’referenza għall-belt). Hemm postijiet oħra fil-Galizja li għandhom din il-kelma bħala parti mit-toponimu tagħhom.

Il-belt

Il-katidral jinsab fuq naħa waħda tal-pjazza ewlenija taċ-ċentru storiku ta’ din il-belt li baqgħat ippreservata tant tajjeb tul is-sekli. Skont leġġenda Medjevali, il-katavru tal-appostlu Ġakbu l-Kbir ġie ttrasportati lejn Galizja għad-dfin fis-sena 813 u l-post tad-dfin instab minn ragħaj li segwa kewkba tiddi fis-sema sa dak il-post. Inizjalment, dak il-post tad-dfin ġie msejjaħ l-Għolja Libredon u t-topografija fiżika tal-post spiss kienet twassal biex l-irjieħ prevalenti mill-baħar ikeċċu s-sħab minn fuq l-għolja u r-ragħaj jibqa’ jagħraf il-post preċiż anke binhar. Ir-ragħaj irrapporta l-iskoperta tiegħu minnufih lill- ta’ . L-isqof iddikjara li l-katavru kien dak tal-appostlu Ġakbu l-Kbir u immedjatament għarraf lir- f’. Sabiex San Ġakbu jingħata ġieħ, il-katidral inbena fuq il-post fejn jintqal li kien instab il-katavru tiegħu. Il-leġġenda, li kienet tinkludi bosta avvenimenti mirakulużi, ippermettiet lill-Kattoliċi jsaħħu l-appoġġ għall-belt tagħhom fit-Tramuntana ta’ Spanja waqt il-Kruċjati Kristjani kontra l-, iżda wasslet ukoll għat-tkabbir u għall-iżvilupp tal-belt.

Fuq in-naħa tal-Punent tal-Praza do Obradoiro hemm il-binja eleganti tas-seklu 18 tal-Pazo de Raxoi (il-Palazz ta’ Raxoi), li issa tintuża bħala l-binja tal-muniċipju, u fuq il-lemin tal-katidral hemm l-Hostal dos Reis Católicos, li twaqqaf fl-1492 mill-Monarki Kattoliċi, Isabella ta’ Kastilja u Ferdinandu II t’Aragona, bħala ospizju tal-pellegrini (illum lukanda lussuża jew Parador). Il-faċċata tal-katidral li tagħti fuq il-Pjazza ta’ Obradoiro, tidher fuq il-muniti tar- ċ-ċenteżmi tal-ewro (€0.01, €0.02, u €0.05).

Santiago de Compostela hija wkoll belt universitarja u l-Università tal-belt ilha li ġiet stabbilita mill-bidu tas-seklu 16. Il-binja ċentrali tal-università tidher l-aħjar mill-alkova fil-park muniċpali l-kbir li jinsab fiċ-ċentru tal-belt.

Fiċ-ċentru storiku tal-belt hemm ħafna toroq dojoq iserrpu li huma mimlijin binjiet storiċi. Il-parti l-ġdida tal-belt mad-dawra kollha taċ-ċentru storiku għandha inqas karattru u hija pjuttost urbana.

Santiago de Compostela tieħu l-ħajja mhux ħażin wara nżul ix-xemx. Kemm fil-parti l-ġdida tal-belt (a zona nova bil-Galizjan, la zona nueva jew ensanche bl-Ispanjol) u fil-parti l-antika (a zona vella bil-Galizjan, la zona vieja jew zona monumental bl-Ispanjol), taħlita tajba ta’ residenti mhux wisq imdaħħlin fiż-żmien u studenti żgħażagħ iżommu l-belt ħajja sas-sigħat bikrin ta’ filgħodu speċjalment fi tmiem il-ġimgħa. Wieħed mill-ikbar parks tal-belt, Parque da Alameda, jinsab fil-parti l-ġdida ta’ Santiago de Compostela.

Il-belt issellef isimha wkoll lil wieħed mill-Ordnijiet militari ta’ Spanja: Santiago, , Alcántara u Montesa.

Santiago de Compostela hija waħda mill-iktar ċentri ekonomiċi importanti tal-Galizja u hija wkoll is-sede ta’ organizzazzjonijiet bħall-Assoċjazzjoni għall-Kummerċ Ugwali u Ġust, Pangaea.

Klima

Skont il-klassifikazzjoni klimatika ta’ Köppen, Santiago de Compostela għandha klima oċeanika miti, bi sjuf normali sa sħan bi ftit xita, u bi xtiewi mhux kiefra imma b’ħafna xita. L-irjieħ prevalenti mill-Atlantiku flimkien mal-muntanji tal-madwar, iwasslu biex Santiago de Compostela jkollha wieħed mill-ogħla ammonti ta’ xita fi Spanja kollha, bħala medja: xi 1,550 millimetru fis-sena. Ix-xtiewi ma jkunux kiefra, minkejja l-belt tinsab pjuttost ’il ġewwa mill-baħar u f’altitudni ta’ 370 metru. Il-ġlata tifforma biss minn Diċembru sa Frar, b’medja ta’ 13-il jum biss fis-sena. Il-borra rari tinżel, b’massimu ta’ xi jumejn jew tlieta bħala medja fis-sena. It-temperatura qajla titla’ iktar minn 35 °C (95 °F).

Data klimatika għall-Ajruport tal-belt (1981-2010) f’altitudni ta’ 370 metru mil-livell tal-baħar
Xahar Jan Frar Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Sett Ott Nov Diċ Sena
Temp. mass. °C (°F) 20.3

(68.5)

23.2

(73.8)

27.6

(81.7)

30.2

(86.4)

34.0

(93.2)

37.8

(100.0)

39.4

(102.9)

39.0

(102.2)

39.0

(102.2)

30.4

(86.7)

24.2

(75.6)

23.4

(74.1)

39.4

(102.9)

Temp. mass. medja °C (°F) 11.2

(52.2)

12.5

(54.5)

15.0

(59.0)

16.1

(61.0)

18.6

(65.5)

22.2

(72.0)

24.3

(75.7)

24.7

(76.5)

22.8

(73.0)

18.1

(64.6)

14.1

(57.4)

11.9

(53.4)

17.6

(63.7)

Medja ta’ kuljum °C (°F) 7.7

(45.9)

8.3

(46.9)

10.2

(50.4)

11.2

(52.2)

13.6

(56.5)

16.8

(62.2)

18.6

(65.5)

19.0

(66.2)

17.4

(63.3)

13.8

(56.8)

10.4

(50.7)

8.5

(47.3)

13.0

(55.4)

Temp. min. medja °C (°F) 4.1

(39.4)

4.1

(39.4)

5.4

(41.7)

6.2

(43.2)

8.5

(47.3)

11.3

(52.3)

13.0

(55.4)

13.3

(55.9)

11.9

(53.4)

9.5

(49.1)

6.7

(44.1)

5.0

(41.0)

8.3

(46.9)

Temp. min. °C (°F) −7.0

(19.4)

−9.0

(15.8)

−5.6

(21.9)

−3.0

(26.6)

−2.0

(28.4)

3.4

(38.1)

3.4

(38.1)

1.0

(33.8)

3.0

(37.4)

−1.6

(29.1)

−3.2

(26.2)

−6.5

(20.3)

−9.0

(15.8)

Xita medja mm (pulzier) 210

(8.3)

167

(6.6)

146

(5.7)

146

(5.7)

135

(5.3)

72

(2.8)

43

(1.7)

57

(2.2)

107

(4.2)

226

(8.9)

217

(8.5)

261

(10.3)

1,787

(70.4)

Preċ. medja jiem (≥ 1 mm) 15.2 12.6 12.8 14.4 12.7 7.6 5.7 5.5 8.4 14.0 14.9 15.9 139.5
Medja jiem bil-borra 1.0 0.7 0.2 0.3 0 0 0 0 0 0 0.1 0.3 2.7
Umdità relattiva medja (%) 84 79 75 76 76 74 74 74 75 82 86 85 78
Medja tas-sigħat ta’ xemx fix-xahar 93 114 151 165 187 225 243 237 184 132 95 85 1,911

Storja

Iż-żona fejn tinsab il-belt ta’ Santiago de Compostela kienet Ruman sar-raba’ seklu u kienet okkupata mill- sal-bidu tal-ħames seklu, meta insedjaw il-Galizja u l-Portugall matul il-waqgħa inizjali tal-Imperu Ruman. Iktar ’il quddiem, iż-żona ġiet attribwita lill-Isqof ta’ Iria Flavia (fis-sitt seklu), fil-partizzjoni magħrufa iktar bħala Parochiale Suevorum, li ġiet ordnata mir-. Fil-585, l-insedjament ġie anness mal-kumplament tar- minn bħala s-sitt provinċja tar-.

Wara li x’aktarx ġiet invaża mill-Għarab bejn is-sena 711 sas-sena 739, il-belt ġiet inkorporata fir- lejn is-sena 750. Xi mkien bejn is-sena 818 u s-sena 842, matul ir-renju ta’ Alfonsu II tal-Asturji, l-isqof Teodoru ta’ Iria stqarr li sab il-katavru (jew il-fdalijiet tiegħu) li seta’ jiġi attribwit lil San Ġakbu l-Kbir. Din l-iskopertà ġiet aċċettata parzjalment għaliex u —li miet fis-sena 814—kienu rrikonoxxew l-Asturji bħala renju u lil Alfonsu II bħala re, u kien irnexxielhom jistabbilixxu rabtiet politiċi u ekkleżjastiċi mill-qrib. Viċin il-post tal-iskopertà, ġew stabbiliti insedjament ġdid u ċentru ta’ pellegrinaġġ, skont kif iddokumenta l-awtur Uswardu fis-sena 865, u li sas-seklu 10 ingħata l-isem ta’ Compostella.

Il- ta’ San Ġakbu ta’ Compostela kien wieħed minn ħafna li emerġew fit-Tramuntana tal- matul is-sekli 10 u 11, peress li l-ħakkiema ta’ dawk iż-żminijiet kienu jħeġġu l-kulti tagħhom stess li kienu jkunu speċifiċi għar-reġjun, bħal ta’ f’ u f’Kastilja. Wara li ċ-ċentru tal-poter politiku tal-Asturji mexa minn Oviedo għal fis-sena 910, il-belt saret iktar rilevanti politikament, u diversi rejiet tal-Galizja u ta’ León ġew akklamati mil-familji nobbli tal-Galizja u inkurunati u kkonsagrati mill-isqof lokali fil-katidral, fosthom fis-sena 958, fis-sena 982, u fl-1111, filwaqt li l-belt saret il-belt kapitali tar-Renju tal-Galizja. Iktar ’il quddiem, ir-rejiet tas-seklu 12 ġew midfuna wkoll fil-katidral, fosthom u , l-aħħar Rejiet ta’ León u ta’ Galizja qabel ma ngħaqdu f’renju wieħed, jiġifieri r-Renju ta’ Kastilja.

Matul is-seklu 10 u fl-ewwel snin tas-seklu 11, il-Vikingi ppruvaw jassaltaw il-belt—fil-fatt il-Galizja fis-sagi Nordiċi hija magħrufa bħala Jackobsland jew Gallizaland—u l-isqof , li nqatel f’battalja kontrihom fis-sena 968, ordna l-kostruzzjoni ta’ fortizza bis-swar biex il-belt sagra tiġi protetta. Fis-sena 997, il-belt ġiet assaltata u parzjalment meqruda minn (magħruf bħala ), il-mexxej tal-Andalusija li kien akkumpanjat minn esponenti Kristjani għoljin, li kienu xxaħħmu biex jingħataw sehem mir-rikkezzi tal-belt. Madankollu, il-kmandant tal-Andalusija ma wera l-ebda interess fir-relikwi li allegatament huma ta’ San Ġakbu. Bħala tweġiba għal dawn l-isfidi, l-isqof , f’nofs is-seklu 11, iffortifika l-belt kollha, u bena swar u torrijiet difensivi.

Skont xi awturi, sa nofs is-seklu 11, il-belt kienet diġà saret post ta’ pellegrinaġġ pan-Ewropew, filwaqt li oħrajn isostnu li l-kult ta’ San Ġakbu, sas-sekli 11-12s, kien kult tal-Galizja biss, appoġġat mir-rejiet tal-Asturji u ta’ León biex jintogħġbu mal-Galizja. Fis-seklu ta’ wara, Santiago de Compostela saret santwarju Kattoliku ewlieni, wara biss dawk ta’ Ruma u ta’ Ġerusalemm. Fis-seklu 12, taħt l-isqof , il-belt saret djoċesi moqdija minn arċisqof, u b’hekk attirat popolazzjoni kbira u multinazzjonali. Taħt it-tmexxija ta’ dan il-prelat, iċ-ċittadini rribellaw, immexxija mill-kunsill lokali, u taw bidu għal tradizzjoni lajka ta’ konfrontazzjoni maċ-ċittadini—li ssieltu għall-awtogovernanza—kontra l-isqof lokali, il-mexxejja lajċi u ġurisdizzjonali tal-belt u tat-territorju fewdali semiindependenti tat-Terra de Santiago (“l-art ta’ San Ġakbu”). Il-qofol f’din il-konfrontazzjoni ntlaħaq fis-seklu 14, meta l-prelat il-ġdid, il-Franċiż , ordni l-iġġustizzjar tal-kunsilliera tal-belt fil-kastell tiegħu ta’ A Rocha Forte, wara li kien stedinhom għal taħditiet.

Santiago de Compostela nħakmet mill-Franċiżi fil-Gwerer ta’ Napuljun u nsterqulha ħafna mir-rikkezzi tagħha; b’riżultat ta’ dan, il-fdalijiet li kienu ġew attribwiti lill-appostlu ntilfu għal kważi seklu, u baqgħu moħbija fil-kripta tal-katidral.

Fl-iskavi li twettqu fil-katidral matul is-sekli 19 u 20, ġiet skoperta cella memoriae jew martyrium Rumana, u madwarha fi żmien ir-Rumani u l-Iżvevi kien hemm ċimiterju żgħir li mbagħad ġie abbandunat. Din il-martyrium, li hija evidenza tal-eżistenza ta’ post Kristjan sagru antik, xi kultant ġiet attribwita lil , għalkemm mingħajr provi ulterjuri.

Sit ta’ Wirt Dinji

Prattikament, fil-belt ta’ Santiago de Compostela hemm żewġ Siti ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO: iċ-Ċentru Storiku tal-belt li ġie ddeżinjat fl-1985 u r-rotot tal-Pellegrinaġġ ta’ San Ġakbu fi Spanja li fl-1993 iddaħħlu fil-lista tal-UNESCO u fl-2015 ġew inklużi rotot oħra fl-istess sit.

L-UNESCO rrikonoxxiet il-valur universali straordinarju taċ-ċentru storiku ta’ Santiago de Compostela abbażi ta’ tliet kriterji tal-għażla li huma: il-kriterju (i) “Rappreżentazzjoni ta’ kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem”; il-kriterju (ii) “Wirja ta’ skambju importanti ta’ valuri umani, tul perjodu ta’ żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ”; u l-kriterju (vi) “Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma’ avvenimenti jew ma’ tradizzjonijiet ħajjin, ma’ ideat jew ma’ twemmin, jew ma’ xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta’ valur universali straordinarju”.

Referenzi

  1. ^ Ir-reġistru muniċipali ta’ Spanja tal-2018. L-Istitut Nazzjonali tal-Istatistika.
  2. ^ Encyclopaedia Britannica; Or A Dictionary of Arts, Sciences, and Miscellaneous Literature. Archibald Constable. 1823. p. 500.
  3. ^ "Santiago de Compostela (Old Town)" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |opra= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna)
  4. ^ Marilyn Stokstad,Santiago de Compostela in the Age of the Great Pilgrimages.(Norman: University of Oklahoma Press, 1978), 7.
  5. ^ "THE WAY | Fundación Arousa. Foundation Arousa. Año Santo Compostelano. Año Jacobeo. Xacobeo 2021. The Route of the sea of Arousa and river Ulla" (bl-Ispanjol). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  6. ^ Stokstad, Santiago de Compostela, 8.
  7. ^ Stokstad, Santiago de Compostela, 6.
  8. ^ "Spain" (bl-Ingliż). 2015-06-25. Parametru mhux magħruf |opra= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna)
  9. ^ "Santiago de Compostela Aeropuerto: Santiago de Compostela Aeropuerto - State Meteorological Agency - AEMET - Spanish Government" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |opra= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna)
  10. ^ Fletcher, R. A. (1984). Saint James's catapult: the life and times of Diego Gelmírez of Santiago de Compostela. Oxford [Oxfordshire]: Clarendon Press. pp. 57–59. ISBN 978-0-19-822581-2.
  11. ^ Atlas of Medieval History Colin Mc Evedy ( Penguin Books) [ 1961]. pp. 46.
  12. ^ Almanach de Gotha. Getty Research Institute. Gotha : J. Perthes. 1764. pp. 28–29. OCLC 600124268.
  13. ^ Gallichan, Catherine Gasquoine (1912). The story of Santiago de Compostela;. Robarts – University of Toronto. London, Dent. pp. 24-25.
  14. ^ Collins, Roger (1983). Early Medieval Spain. New York: St. Martin's Press. p. 232. ISBN 0-312-22464-8.
  15. ^ Fletcher, R. A. (1984). Saint James's catapult: the life and times of Diego Gelmírez of Santiago de Compostela. Oxford [Oxfordshire]: Clarendon Press. p. 56. ISBN 978-0-19-822581-2.
  16. ^ Collins, Roger (1983). Early Medieval Spain. New York: St. Martin's Press. p. 238. ISBN 0-312-22464-8.
  17. ^ Portela Silva, Ermelindo (2001). García II de Galicia, el rey y el reino (1065–1090). Burgos: La Olmeda. p. 165. ISBN 84-89915-16-4.
  18. ^ Fletcher, R. A. (1984). Saint James's catapult : the life and times of Diego Gelmírez of Santiago de Compostela. Oxford: Clarendon Press. p. 23. ISBN 978-0-19-822581-2.
  19. ^ Morales Romero, Eduardo (1997). Os viquingos en Galicia. Santiago de Compostela: USC. p. 125. ISBN 84-8121-661-5.
  20. ^ Collins, Roger (1983). Early Medieval Spain. New York: St. Martin's Press. p. 199. ISBN 0-312-22464-8.
  21. ^ Fletcher, R. A. (1984). Saint James's catapult : the life and times of Diego Gelmírez of Santiago de Compostela. Oxford [Oxfordshire]: Clarendon Press. p. 53. ISBN 978-0-19-822581-2.
  22. ^ Collins, Roger (1983). Early Medieval Spain. New York: St. Martin's Press. p. 238. ISBN 0-312-22464-8.
  23. ^ Fletcher, R. A. (1984). Saint James's catapult: the life and times of Diego Gelmírez of Santiago de Compostela. Oxford [Oxfordshire]: Clarendon Press. pp. 59–60. ISBN 978-0-19-822581-2.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 08 Ġun, 2025 / 02:15

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Santiago de Compostela, X'inhi Santiago de Compostela? Xi tfisser Santiago de Compostela?

Santiago de Compostela hija l belt kapitali tal komunita awtonoma ta Galizja fil Majjistral ta Spanja b popolazzjoni ta 96 405 abitant Il belt oriġinat madwar is santwarju ta San Ġakbu l Kbir li issa sar il Katidral ta Santiago de Compostela bħala d destinazzjoni tal Pellegrinaġġ ta San Ġakbu pellegrinaġġ Kattoliku ewlieni li ilu jsir mid disa seklu Fl 1985 iċ Ċentru Storiku tal belt ta Santiago de Compostela ġie ddezinjat Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO Il Pellegrinaġġ ta San Ġakbu nnifsu sar Sit ta Wirt Dinji separat fl 1993 Kartolina tal belt ta Santiago de Compostela Il belt għandha klima miti ħafna għal latitudni tagħha u fix xitwa tinzel xita qawwija ħafna minħabba l prossimita relattiva tagħha għall irjieħ prevalenti mis sistemi ta pressjoni baxxa tal Atlantiku EtimoloġijaSantiago ġejja mill evoluzzjoni tal Galizjan lokali tal Latin Vulgari Sanctus Iacobus jiġifieri San Ġakbu Skont leġġenda Compostela ġejja mil Latin Campus Stellae jiġifieri għalqa tal kewkba madankollu fil verita jidher li din il frazi diffiċilment setgħet wasslet għall kelma Compostela moderna skont l evoluzzjoni normali mil Latin għall Galizjan Medjevali Teoriji oħra tal etimoloġija jgħidu li t tieni parti ta isem il belt ġejja mil Latin compositum li bil Latin Vulgari lokali kienet Composita Tella li tfisser post tad dfin jew sempliċement mil Latin compositella li tfisser komposta tajjeb ħafna b referenza għall belt Hemm postijiet oħra fil Galizja li għandhom din il kelma bħala parti mit toponimu tagħhom Il beltĦabbata differenti taċ ċentru storiku Il katidral jinsab fuq naħa waħda tal pjazza ewlenija taċ ċentru storiku ta din il belt li baqgħat ippreservata tant tajjeb tul is sekli Skont leġġenda Medjevali il katavru tal appostlu Ġakbu l Kbir ġie ttrasportati lejn Galizja għad dfin fis sena 813 u l post tad dfin instab minn ragħaj li segwa kewkba tiddi fis sema sa dak il post Inizjalment dak il post tad dfin ġie msejjaħ l Għolja Libredon u t topografija fizika tal post spiss kienet twassal biex l irjieħ prevalenti mill baħar ikeċċu s sħab minn fuq l għolja u r ragħaj jibqa jagħraf il post preċiz anke binhar Ir ragħaj irrapporta l iskoperta tiegħu minnufih lill ta L isqof iddikjara li l katavru kien dak tal appostlu Ġakbu l Kbir u immedjatament għarraf lir f Sabiex San Ġakbu jingħata ġieħ il katidral inbena fuq il post fejn jintqal li kien instab il katavru tiegħu Il leġġenda li kienet tinkludi bosta avvenimenti mirakuluzi ippermettiet lill Kattoliċi jsaħħu l appoġġ għall belt tagħhom fit Tramuntana ta Spanja waqt il Kruċjati Kristjani kontra l izda wasslet ukoll għat tkabbir u għall izvilupp tal belt Fuq in naħa tal Punent tal Praza do Obradoiro hemm il binja eleganti tas seklu 18 tal Pazo de Raxoi il Palazz ta Raxoi li issa tintuza bħala l binja tal muniċipju u fuq il lemin tal katidral hemm l Hostal dos Reis Catolicos li twaqqaf fl 1492 mill Monarki Kattoliċi Isabella ta Kastilja u Ferdinandu II t Aragona bħala ospizju tal pellegrini illum lukanda lussuza jew Parador Il faċċata tal katidral li tagħti fuq il Pjazza ta Obradoiro tidher fuq il muniti tar ċ ċentezmi tal ewro 0 01 0 02 u 0 05 Santiago de Compostela hija wkoll belt universitarja u l Universita tal belt ilha li ġiet stabbilita mill bidu tas seklu 16 Il binja ċentrali tal universita tidher l aħjar mill alkova fil park muniċpali l kbir li jinsab fiċ ċentru tal belt Fiċ ċentru storiku tal belt hemm ħafna toroq dojoq iserrpu li huma mimlijin binjiet storiċi Il parti l ġdida tal belt mad dawra kollha taċ ċentru storiku għandha inqas karattru u hija pjuttost urbana Santiago de Compostela tieħu l ħajja mhux ħazin wara nzul ix xemx Kemm fil parti l ġdida tal belt a zona nova bil Galizjan la zona nueva jew ensanche bl Ispanjol u fil parti l antika a zona vella bil Galizjan la zona vieja jew zona monumental bl Ispanjol taħlita tajba ta residenti mhux wisq imdaħħlin fiz zmien u studenti zgħazagħ izommu l belt ħajja sas sigħat bikrin ta filgħodu speċjalment fi tmiem il ġimgħa Wieħed mill ikbar parks tal belt Parque da Alameda jinsab fil parti l ġdida ta Santiago de Compostela Il belt issellef isimha wkoll lil wieħed mill Ordnijiet militari ta Spanja Santiago Alcantara u Montesa Santiago de Compostela hija waħda mill iktar ċentri ekonomiċi importanti tal Galizja u hija wkoll is sede ta organizzazzjonijiet bħall Assoċjazzjoni għall Kummerċ Ugwali u Ġust Pangaea KlimaSkont il klassifikazzjoni klimatika ta Koppen Santiago de Compostela għandha klima oċeanika miti bi sjuf normali sa sħan bi ftit xita u bi xtiewi mhux kiefra imma b ħafna xita L irjieħ prevalenti mill Atlantiku flimkien mal muntanji tal madwar iwasslu biex Santiago de Compostela jkollha wieħed mill ogħla ammonti ta xita fi Spanja kollha bħala medja xi 1 550 millimetru fis sena Ix xtiewi ma jkunux kiefra minkejja l belt tinsab pjuttost il ġewwa mill baħar u f altitudni ta 370 metru Il ġlata tifforma biss minn Diċembru sa Frar b medja ta 13 il jum biss fis sena Il borra rari tinzel b massimu ta xi jumejn jew tlieta bħala medja fis sena It temperatura qajla titla iktar minn 35 C 95 F Data klimatika għall Ajruport tal belt 1981 2010 f altitudni ta 370 metru mil livell tal baħar Xahar Jan Frar Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Sett Ott Nov Diċ Sena Temp mass C F 20 3 68 5 23 2 73 8 27 6 81 7 30 2 86 4 34 0 93 2 37 8 100 0 39 4 102 9 39 0 102 2 39 0 102 2 30 4 86 7 24 2 75 6 23 4 74 1 39 4 102 9 Temp mass medja C F 11 2 52 2 12 5 54 5 15 0 59 0 16 1 61 0 18 6 65 5 22 2 72 0 24 3 75 7 24 7 76 5 22 8 73 0 18 1 64 6 14 1 57 4 11 9 53 4 17 6 63 7 Medja ta kuljum C F 7 7 45 9 8 3 46 9 10 2 50 4 11 2 52 2 13 6 56 5 16 8 62 2 18 6 65 5 19 0 66 2 17 4 63 3 13 8 56 8 10 4 50 7 8 5 47 3 13 0 55 4 Temp min medja C F 4 1 39 4 4 1 39 4 5 4 41 7 6 2 43 2 8 5 47 3 11 3 52 3 13 0 55 4 13 3 55 9 11 9 53 4 9 5 49 1 6 7 44 1 5 0 41 0 8 3 46 9 Temp min C F 7 0 19 4 9 0 15 8 5 6 21 9 3 0 26 6 2 0 28 4 3 4 38 1 3 4 38 1 1 0 33 8 3 0 37 4 1 6 29 1 3 2 26 2 6 5 20 3 9 0 15 8 Xita medja mm pulzier 210 8 3 167 6 6 146 5 7 146 5 7 135 5 3 72 2 8 43 1 7 57 2 2 107 4 2 226 8 9 217 8 5 261 10 3 1 787 70 4 Preċ medja jiem 1 mm 15 2 12 6 12 8 14 4 12 7 7 6 5 7 5 5 8 4 14 0 14 9 15 9 139 5 Medja jiem bil borra 1 0 0 7 0 2 0 3 0 0 0 0 0 0 0 1 0 3 2 7 Umdita relattiva medja 84 79 75 76 76 74 74 74 75 82 86 85 78 Medja tas sigħat ta xemx fix xahar 93 114 151 165 187 225 243 237 184 132 95 85 1 911StorjaIz zona fejn tinsab il belt ta Santiago de Compostela kienet Ruman sar raba seklu u kienet okkupata mill sal bidu tal ħames seklu meta insedjaw il Galizja u l Portugall matul il waqgħa inizjali tal Imperu Ruman Iktar il quddiem iz zona ġiet attribwita lill Isqof ta Iria Flavia fis sitt seklu fil partizzjoni magħrufa iktar bħala Parochiale Suevorum li ġiet ordnata mir Fil 585 l insedjament ġie anness mal kumplament tar minn bħala s sitt provinċja tar Wara li x aktarx ġiet invaza mill Għarab bejn is sena 711 sas sena 739 il belt ġiet inkorporata fir lejn is sena 750 Xi mkien bejn is sena 818 u s sena 842 matul ir renju ta Alfonsu II tal Asturji l isqof Teodoru ta Iria stqarr li sab il katavru jew il fdalijiet tiegħu li seta jiġi attribwit lil San Ġakbu l Kbir Din l iskoperta ġiet aċċettata parzjalment għaliex u li miet fis sena 814 kienu rrikonoxxew l Asturji bħala renju u lil Alfonsu II bħala re u kien irnexxielhom jistabbilixxu rabtiet politiċi u ekklezjastiċi mill qrib Viċin il post tal iskoperta ġew stabbiliti insedjament ġdid u ċentru ta pellegrinaġġ skont kif iddokumenta l awtur Uswardu fis sena 865 u li sas seklu 10 ingħata l isem ta Compostella Il ta San Ġakbu ta Compostela kien wieħed minn ħafna li emerġew fit Tramuntana tal matul is sekli 10 u 11 peress li l ħakkiema ta dawk iz zminijiet kienu jħeġġu l kulti tagħhom stess li kienu jkunu speċifiċi għar reġjun bħal ta f u f Kastilja Wara li ċ ċentru tal poter politiku tal Asturji mexa minn Oviedo għal fis sena 910 il belt saret iktar rilevanti politikament u diversi rejiet tal Galizja u ta Leon ġew akklamati mil familji nobbli tal Galizja u inkurunati u kkonsagrati mill isqof lokali fil katidral fosthom fis sena 958 fis sena 982 u fl 1111 filwaqt li l belt saret il belt kapitali tar Renju tal Galizja Iktar il quddiem ir rejiet tas seklu 12 ġew midfuna wkoll fil katidral fosthom u l aħħar Rejiet ta Leon u ta Galizja qabel ma ngħaqdu f renju wieħed jiġifieri r Renju ta Kastilja Matul is seklu 10 u fl ewwel snin tas seklu 11 il Vikingi ppruvaw jassaltaw il belt fil fatt il Galizja fis sagi Nordiċi hija magħrufa bħala Jackobsland jew Gallizaland u l isqof li nqatel f battalja kontrihom fis sena 968 ordna l kostruzzjoni ta fortizza bis swar biex il belt sagra tiġi protetta Fis sena 997 il belt ġiet assaltata u parzjalment meqruda minn magħruf bħala il mexxej tal Andalusija li kien akkumpanjat minn esponenti Kristjani għoljin li kienu xxaħħmu biex jingħataw sehem mir rikkezzi tal belt Madankollu il kmandant tal Andalusija ma wera l ebda interess fir relikwi li allegatament huma ta San Ġakbu Bħala tweġiba għal dawn l isfidi l isqof f nofs is seklu 11 iffortifika l belt kollha u bena swar u torrijiet difensivi Il kripta tal Katidral ta Santiago de Compostela Skont xi awturi sa nofs is seklu 11 il belt kienet diġa saret post ta pellegrinaġġ pan Ewropew filwaqt li oħrajn isostnu li l kult ta San Ġakbu sas sekli 11 12s kien kult tal Galizja biss appoġġat mir rejiet tal Asturji u ta Leon biex jintogħġbu mal Galizja Fis seklu ta wara Santiago de Compostela saret santwarju Kattoliku ewlieni wara biss dawk ta Ruma u ta Ġerusalemm Fis seklu 12 taħt l isqof il belt saret djoċesi moqdija minn arċisqof u b hekk attirat popolazzjoni kbira u multinazzjonali Taħt it tmexxija ta dan il prelat iċ ċittadini rribellaw immexxija mill kunsill lokali u taw bidu għal tradizzjoni lajka ta konfrontazzjoni maċ ċittadini li ssieltu għall awtogovernanza kontra l isqof lokali il mexxejja lajċi u ġurisdizzjonali tal belt u tat territorju fewdali semiindependenti tat Terra de Santiago l art ta San Ġakbu Il qofol f din il konfrontazzjoni ntlaħaq fis seklu 14 meta l prelat il ġdid il Franċiz ordni l iġġustizzjar tal kunsilliera tal belt fil kastell tiegħu ta A Rocha Forte wara li kien stedinhom għal taħditiet Santiago de Compostela nħakmet mill Franċizi fil Gwerer ta Napuljun u nsterqulha ħafna mir rikkezzi tagħha b rizultat ta dan il fdalijiet li kienu ġew attribwiti lill appostlu ntilfu għal kwazi seklu u baqgħu moħbija fil kripta tal katidral Fl iskavi li twettqu fil katidral matul is sekli 19 u 20 ġiet skoperta cella memoriae jew martyrium Rumana u madwarha fi zmien ir Rumani u l Izvevi kien hemm ċimiterju zgħir li mbagħad ġie abbandunat Din il martyrium li hija evidenza tal ezistenza ta post Kristjan sagru antik xi kultant ġiet attribwita lil għalkemm mingħajr provi ulterjuri Sit ta Wirt DinjiVeduta taċ ċentru storiku ta Santiago de Compostela Prattikament fil belt ta Santiago de Compostela hemm zewġ Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO iċ Ċentru Storiku tal belt li ġie ddezinjat fl 1985 u r rotot tal Pellegrinaġġ ta San Ġakbu fi Spanja li fl 1993 iddaħħlu fil lista tal UNESCO u fl 2015 ġew inkluzi rotot oħra fl istess sit L UNESCO rrikonoxxiet il valur universali straordinarju taċ ċentru storiku ta Santiago de Compostela abbazi ta tliet kriterji tal għazla li huma il kriterju i Rapprezentazzjoni ta kapulavur frott il kreattivita tal bniedem il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ u l kriterju vi Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma avvenimenti jew ma tradizzjonijiet ħajjin ma ideat jew ma twemmin jew ma xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta valur universali straordinarju Referenzi Ir reġistru muniċipali ta Spanja tal 2018 L Istitut Nazzjonali tal Istatistika Encyclopaedia Britannica Or A Dictionary of Arts Sciences and Miscellaneous Literature Archibald Constable 1823 p 500 Santiago de Compostela Old Town bl Ingliz Parametru mhux magħruf opra injorat għajnuna Parametru mhux magħruf aċċess injorat forsi ridt tuza data aċċess minflok għajnuna isem nieqes isem għajnuna Marilyn Stokstad Santiago de Compostela in the Age of the Great Pilgrimages Norman University of Oklahoma Press 1978 7 THE WAY Fundacion Arousa Foundation Arousa Ano Santo Compostelano Ano Jacobeo Xacobeo 2021 The Route of the sea of Arousa and river Ulla bl Ispanjol Parametru mhux magħruf aċċess injorat forsi ridt tuza data aċċess minflok għajnuna Stokstad Santiago de Compostela 8 Stokstad Santiago de Compostela 6 Spain bl Ingliz 2015 06 25 Parametru mhux magħruf opra injorat għajnuna Parametru mhux magħruf aċċess injorat forsi ridt tuza data aċċess minflok għajnuna isem nieqes isem għajnuna Santiago de Compostela Aeropuerto Santiago de Compostela Aeropuerto State Meteorological Agency AEMET Spanish Government bl Ingliz Parametru mhux magħruf opra injorat għajnuna Parametru mhux magħruf aċċess injorat forsi ridt tuza data aċċess minflok għajnuna isem nieqes isem għajnuna Fletcher R A 1984 Saint James s catapult the life and times of Diego Gelmirez of Santiago de Compostela Oxford Oxfordshire Clarendon Press pp 57 59 ISBN 978 0 19 822581 2 Atlas of Medieval History Colin Mc Evedy Penguin Books 1961 pp 46 Almanach de Gotha Getty Research Institute Gotha J Perthes 1764 pp 28 29 OCLC 600124268 Gallichan Catherine Gasquoine 1912 The story of Santiago de Compostela Robarts University of Toronto London Dent pp 24 25 Collins Roger 1983 Early Medieval Spain New York St Martin s Press p 232 ISBN 0 312 22464 8 Fletcher R A 1984 Saint James s catapult the life and times of Diego Gelmirez of Santiago de Compostela Oxford Oxfordshire Clarendon Press p 56 ISBN 978 0 19 822581 2 Collins Roger 1983 Early Medieval Spain New York St Martin s Press p 238 ISBN 0 312 22464 8 Portela Silva Ermelindo 2001 Garcia II de Galicia el rey y el reino 1065 1090 Burgos La Olmeda p 165 ISBN 84 89915 16 4 Fletcher R A 1984 Saint James s catapult the life and times of Diego Gelmirez of Santiago de Compostela Oxford Clarendon Press p 23 ISBN 978 0 19 822581 2 Morales Romero Eduardo 1997 Os viquingos en Galicia Santiago de Compostela USC p 125 ISBN 84 8121 661 5 Collins Roger 1983 Early Medieval Spain New York St Martin s Press p 199 ISBN 0 312 22464 8 Fletcher R A 1984 Saint James s catapult the life and times of Diego Gelmirez of Santiago de Compostela Oxford Oxfordshire Clarendon Press p 53 ISBN 978 0 19 822581 2 Collins Roger 1983 Early Medieval Spain New York St Martin s Press p 238 ISBN 0 312 22464 8 Fletcher R A 1984 Saint James s catapult the life and times of Diego Gelmirez of Santiago de Compostela Oxford Oxfordshire Clarendon Press pp 59 60 ISBN 978 0 19 822581 2

L-aħħar artikli
  • Ġunju 06, 2025

    Córdoba, Spanja

  • Ġunju 08, 2025

    Cuenca (Spanja)

  • Ġunju 07, 2025

    Cuenca, l-Ekwador

  • Ġunju 06, 2025

    Charles Darwin

  • Ġunju 08, 2025

    Casablanca

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq