Changdeokgung bil Hangul 창덕궁 bil Hanja 昌德宮 litteralment il Palazz tal Virtà tal Prosperità magħruf ukoll bħala l Palazz
Changdeokgung

Changdeokgung (bil-Hangul: 창덕궁, bil-Hanja: 昌德宮; litteralment, "il-Palazz tal-Virtà tal-Prosperità"), magħruf ukoll bħala l-Palazz ta' Changdeokgung jew il-Palazz ta' Changdeok, huwa stabbilit fi ħdan park kbir fid-Distrett ta' Jongno, f'Seoul, il-Korea t'Isfel. Huwa wieħed mill-"Ħames Palazzi Grandjużi" li nbnew mir-rejiet tad- (1392-1897). Peress li jinsab fil-Lvant tal-Palazz ta' Gyeongbok, Changdeokgung — flimkien ma' Changgyeonggung — ġieli jissejjaħ ukoll il-"Palazz tal-Lvant" (동궐, 東闕, Donggwol).
Changdeokgung kien l-iżjed palazz favorit ta' bosta rejiet tad-dinastija Joseon u ppreserva ħafna elementi li jmorru lura għal żmien it-Tliet Renji tal-Korea li ma ġewx inkorporati fil-Palazz ta' Gyeongbokgung li hu iktar kontemporanju. Wieħed minn dawn l-elementi huwa l-fatt li l-binjiet ta' Changdeokgung donnhom saru ħaġa waħda mat-topografija naturali tas-sit minflok ma jimponu ruħhom fuqha. Bħall-Palazzi Grandjużi l-oħra f'Seoul, Changdeokgung ġarrab ħsarat estensivi matul l-okkupazzjoni Ġappuniża tal-Korea (1910-1945). Attwalment, madwar 30 % biss mill-istrutturi pre-Ġappuniżi tal-Kumpless tal-Palazz tal-Lvant (Changdeokgung flimkien ma' Changgyeonggung) għadhom jeżistu.
Storja
Changdeokgung kien it-tieni palazz wara Gyeongbokgung li kien ġie stabbilit fl-1395 bħala l-palazz primarju. Qalb it-taqbid għat-tron bejn il-prinċpijiet u l-vassalli, l-awtorità ta' Gyeongbokgung tnawwret. Ir-Re Jeongjong inkurunat mill-Prinċep Jeong-an (Yi Bang-won, li iktar 'il quddiem sar ir-Re Taejong) ċaqlaq il-belt kapitali lejn tad-, mill-ġdid fl-1400 bil-pretest li kellha karatteristiċi ġeografiċi superjuri, mentri fil-fatt ried jaħrab it-taqbid għall-poter. Ir-Re Taejong (Yi Bang-won) ftit wara li laħaq fuq it-tron irritorna lejn Hanseong (illum il-ġurnata Seoul) u ordna palazz ġdid imsejjaħ Changdeokgung minflok Gyeongbokgung peress li kien qatel l-aħwa tar-rispett tiegħu f'Gyeongbokgung u għaliex il-kostruzzjoni ta' dak il-palazz kienet saret minn Jeong Do-jeon, li kien rivali tar-re. Il-kostruzzjoni tal-Palazz ta' Changdeok bdiet fl-1405 u tlestiet fl-1412. Ir-Re Seonjo kabbar l-artijiet tal-palazz b'madwar 500,000 metru kwadru u inkluda huwon.
Il-palazz ħa n-nar u nqered matul l-invażjoni Ġappuniża fl-1592 u ġie rikostruwit fl-1609 mir-Re Seonjo u mir-Re Gwanghaegun. Il-palazz reġa' ħa n-nar u nqered mill-ġdid fl-1623 minħabba rewwixta politika tar-Re Injo kontra Gwanghaegun. Il-palazz ġie attakkat ukoll mill-Manchu iżda matul l-istorja kollha tiegħu ta' rikostruzzjoni u ta' tiswijiet baqa' leali għad-disinn oriġinali tiegħu. Changdeokgung kien is-sit tal-qorti rjali u s-sede tal-gvern sal-1868, meta reġa' nbena Gyeongbokgung. L-aħħar imperatur tal-Korea, Sunjong, għex hemmhekk sa mewtu fl-1926.
Partijiet mill-palazz (b'mod partikolari s-sala ta' Nakseon-jae) baqgħu jiffunzjonaw bħala residenza rjali sal-1989, meta kemm il-Prinċipessa Deokhye kif ukoll il-Prinċipessa Eredi Bangja mietu. Residenti oħra wara t-Tieni Gwerra Dinjija kienu jinkludu lill-Imperatriċi Sunjeong (it-tieni mara ta' Sunjong), il-Prinċep Eredi Yi Un, ibnu Yi Gu u l-mara ta' Yi Gu, . Madankollu, ir-residenza fil-palazz fil-perjodu ta' wara l-gwerra kienet tiġi permessa b'mod arbitrarju mill-mexxejja repubblikani, u wara l-liberazzjoni Koreana fl-1945, kien hemm bżonn tar-riżenja ta' qabel ma l-eks membri tal-familja imperjali tħallew jerġgħu jgħixu fil-palazz.
Illum il-ġurnata fadal 13-il binja fl-artijiet tal-palazz u 28 paviljun fil-ġonna, li jokkupaw 110 akri (45 ettaru) b'kollox. Iż-żona ġiet iddeżinjata bħala s-Sit Storiku Nru 122. Fost il-binjiet notevoli hemm Donhwamun (li nbniet fl-1412 u ġiet rikostruwita fl-1607, b'qanpiena tar-ram li tiżen tmien tunnellati metriċi), Injeongjeon (is-sala prinċipali), Seongjeongjeon (l-uffiċju awżiljarju fis-sala prinċipali), Huijeongdang (ir-residenza privata tar-re, li iktar 'il quddiem intużat bħala sala tal-konferenzi), Daejojeon (il-kwartieri tal-għajxien) u Nakseon-jae.
Strutturi
Il-palazz inbena bejn il-Quċċata ta' Maebong tal-Għolja Bugaksan fuq wara u x-xmara fuq quddiem, skont l-influwenza tal-prinċipju "baesanimsu" (배산임수, litteralment "dahrek mal-għolja, wiċċek lejn l-ilma") fit-teorija tal-. Kuntrarjament għal Gyeongbokgung, fejn il-binjiet prinċipali huma rranġati bir-reqqa skont prinċipju arkitettoniku, madankollu, il-binjiet ta' Changdeokgung għandhom konfigurazzjoni iktar ħielsa mingħajr sistema regolari. Għalkemm l-istruttura tiegħu tidher bħala waħda kaotika mal-ewwel daqqa t'għajn, il-binjiet kollha jinsabu f'armonija mal-ambjent ta' madwarhom.
Changdeokgung jikkonsisti minn żona governattiva (치조, 治朝, chijo) iċċentrata fuq Injeongjeon u Seonjeongjeon, iż-żona rjali privata (침전, 寢殿, chimjeon, li tfisser "dar tal-kamra tas-sodda tar-re"), iż-żona ta' Nakseonjae fil-Lvant, u huwon lil hinn mill-għoljiet tat-Tramuntana. Il-biċċa l-kbira tal-binjiet uffiċjali maġġuri bħal Injeongjeon, is-sala prinċipali ta' Changdeokgung, Seonjeongjeon, l-uffiċċju tar-re, u bosta mill-uffiċċji tal-gvern (궐내각사, 闕內各司, gwollaegaksa) jinsabu fil-partijiet ta' quddiem tal-palazz, u lil hinn minnhom hemm qorti privata għar-re u għar-reġina. Il-kwartieri tar-re bħal Seonjeongjeon, Huijeongdang u Nakseonjae huma mdawra b'bosta binjiet u qrati f'każ ta' xi attakk minn barra. L-istil arkitettoniku ta' Changdeokgung inġenerali huwa kkaratterizzat mis-sempliċità u mill-frugalità minħabba l-ideoloġija tal-Konfuċjaniżmu.
Fost l-istrutturi ta' interess partikolari nsibu:
- Id-Daħla ta' Donhwamun – id-daħla prinċipali tal-palazz. Mibnija fl-1412, id-Daħla ta' Donhwamun hija struttura tal-injam qisha paviljun fuq żewġ sulari, u hija l-ikbar fost id-daħliet tal-palazz. Id-Daħla ta' Donhwamun ingħatat in-nar u nqerdet matul l-invażjoni Ġappuniża tal-1592 u ġiet irrestawrata fl-1608.
- Il-Pont ta' Geumcheongyo – l-eqdem pont li għadu jeżisti f'Seoul. Inbena fl-1411.
- Is-Sala ta' Injeongjeon (Teżor Nazzjonali) – is-sala tat-tron ta' Changdeokgung. Kienet tintuża għall-affarijiet statali ewlenin, inkluż l-inkurunazzjoni ta' re ġdid u l-akkoljenza ta' mibgħuta barranin. Oriġinarjament inbniet fl-1405 u ġiet rikostruwita fl-1610 wara li ngħatat in-nar matul l-invażjoni Ġappuniża tal-1592, u nbniet mill-ġdid għat-tielet darba fl-1804 wara li nqerdet minħabba nirien.
- Is-Sala ta' Seonjeongjeon – l-uffiċċju għall-uffiċjali tar-renju. Ir-re hawnhekk kien ikollu laqgħat ta' kuljum u seminars mal-ministri biex jirrapporta fuq l-affarijiet tal-istat.
- Is-Sala ta' Huijeongdang – oriġinarjament kienet is-sala tal-kamra tas-sodda ta-re,iżda mbagħad saret il-post tax-xogħol tiegħu wara li Seonjeongjeon tqieset żgħira wisq għat-twettiq tal-affarijiet statali ta' kuljum. Il-Huijeongdang oriġinali nqerdet min-nirien fl-1917. L-istruttura rikostruwita hija kompletament differenti mill-istruttura oriġinali minħabba influwenzi reċenti tal-Punent. Fuq ġewwa tal-binja wieħed jista' jara art tal-injam, twapet, twieqi tal-ħġieġ u kandelabri.
- Is-Sala ta' Daejojeon – ir-residenza uffiċjali tar-reġina. Inqerdet min-nirien fl-1917, u ġiet rikostruwita b'materjali meħuda minn Gyeongbokgung. Is-Sala ta' Daejojeon kienet tintuża bħala residenza għall-aħħar imperatriċi tad-dinastija Joseon, u b'hekk tagħtina ħjiel dwar l-aħħar snin tad-dinastija Joseon.
- Il-Paviljun ta' Juhamnu (Kyujanggak) – f'din iż-żona kien hemm il-libreriji rjali. L-eżamijiet statali kienu jsiru quddiem il-paviljun f'okkażjonijiet speċjali fil-preżenza tar-re.
- Ir-Residenza ta' Yeon-gyeongdang – mibnija fl-1827, kienet sala tal-udjenzi mmudellata fuq dar tipika tal-litterati.
Huwon
Wara l-palazz hemm huwon (후원, 後苑, jiġifieri "ġnien ta' wara") ta' 78 akru (32 ettaru) li oriġinarjament inbena għall-użu tal-familja rjali u n-nisa tal-palazz. Il-ġnien jinkorpora għadira bil-lotus, paviljuni, spazji pajsaġġistiċi bil-ħaxix, siġar u fjuri. Hemm iktar minn 26,000 eżemplar ta' mitt speċi differenti ta' siġar fil-ġnien u wħud mis-siġar wara l-palazz għandhom iktar minn 300 sena. Il-ġnien għall-użu privat tar-re kien jissejjaħ Geumwon (금원, 禁苑, jiġifieri "ġnien ipprojbit") peress li lanqas l-uffiċjali għoljin ma kienx jitħallew jidħlu mingħajr il-permess tar-re. Kien jissejjaħ ukoll Naewon (내원, 內苑, jiġifieri "ġnien intern"). Illum il-ġurnata l-Koreani spiss isejħulu Biwon (비원, 秘院, jiġifieri "ġnien sigriet"), isem li oriġina mill-uffiċċju bl-istess isem fl-aħħar tas-seklu 19. Għalkemm il-ġnien kellu bosta ismijiet oħra, l-iżjed wieħed li kien jintuża matul il-perjodu tad-dinastija Joseon kien "Huwon".
F'Settembru 2012, il-paviljun ta' Buyongjeong fil-ġnien reġa' nfetaħ wara proġett ta' restawr li kien dam sena. Il-paviljun ġie rrestawrat abbażi tad-Donggwoldo mill-1820 u ġie ddeżinjat bħala t-Teżor Nazzjonali tal-Korea t'Isfel Nru 249.
Varjetà ta' ċerimonji ospitati mir-re seħħew fil-Huwon. Fil-bidu tal-perjodu tad-dinastija Joseon, l-ispezzjonijiet militari li fihom kien jipparteċipa r-re spiss kienu jsiru hawnhekk. Ir-Re Sejo kien jordna lit-truppi jagħmlu parata jew jidhru quddiemu fil-ġnien. Barra minn hekk, kienu jsiru festi, tornej bil-qaws, u logħob tan-nar fil-Huwon.
Iż-żona tal-Ongnyucheon (옥류천, 玉流川, jiġifieri "Nixxiegħa tal-Ġada") hija ta' interess partikolari. Fiha kanal tal-ilma b'għamla tal-ittra U li tħaffer fl-1636 biex it-tazzi tal-inbid jitħallew fih fuq wiċċ l-ilma. Fiha wkoll kaskata żgħira u poeżija mnaqqxa fuq il-ħaġra ta' fuqha. Iż-żona fiha wkoll ħames paviljuni żgħar.
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Kumpless tal-Palazz ta' Changdeokgung ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997. Il-Kumitat tal-Wirt Dinji tal-UNESCO ddikjara li l-kumpless kien "eżempju straordinarju tal-arkitettura tal-palazzi u tad-disinn tal-ġonna tal-Lvant Imbiegħed" u kien eċċezzjonali minħabba li l-binjiet tiegħu huma "integrati u f'armonija mal-ambjent naturali ta' madwarhom" u adattati "għat-topografija bis-siġar indiġeni".
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".
Films
Partijiet mill-palazz intużaw biex inġibed id-dramm Korean popolari ħafna Dae Jang Geum fl-ewwel deċennju tas-seklu 21.
Avvenimenti
Minn April sa Ottubru 2018, il-Palazz ta' Changdeok ospita ż-żjarat ta' billejl fil-palazz. Dawn iż-żjarat kienu avveniment speċjali fejn il-viżitaturi setgħu jesperjenzaw il-ħajja fil-palazz. Tipikament iż-żjarat kienu jdumu xi sagħtejn u kienu jibdew fid-Daħla ta' Donhwamun, id-daħla prinċipali ta' Changdeokgung, fit-8.00 ta' filgħaxija.
Referenzi
- ^ "The 5 Palaces of Seoul". english.chosun.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-20.
- ^ ""일제가 궁궐 이렇게 훼손" 설계도면 첫 공개". 서울신문 (bil-Korean). Miġbur 2022-08-20.
- ^ "Tourist sites confront translation troubles-INSIDE Korea JoongAng Dai…". archive.ph. 2013-06-29. Miġbur 2022-08-20.
- ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Changdeokgung Palace Complex". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-20.
- ^ "WH Committee: Report of the 21th Session, Naples 1997". whc.unesco.org. Miġbur 2022-08-20.
- ^ "대장금(大長今) | 만나면 좋은 친구 MBC". iMBC (bil-Korean). Miġbur 2022-08-20.
- ^ "Winter Tour of Changdeok Palace". korean.visitkorea.or.kr.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Changdeokgung, X'inhi Changdeokgung? Xi tfisser Changdeokgung?
Changdeokgung bil Hangul 창덕궁 bil Hanja 昌德宮 litteralment il Palazz tal Virta tal Prosperita magħruf ukoll bħala l Palazz ta Changdeokgung jew il Palazz ta Changdeok huwa stabbilit fi ħdan park kbir fid Distrett ta Jongno f Seoul il Korea t Isfel Huwa wieħed mill Ħames Palazzi Grandjuzi li nbnew mir rejiet tad 1392 1897 Peress li jinsab fil Lvant tal Palazz ta Gyeongbok Changdeokgung flimkien ma Changgyeonggung ġieli jissejjaħ ukoll il Palazz tal Lvant 동궐 東闕 Donggwol Veduta ta Changdeokgung mill ajru Changdeokgung kien l izjed palazz favorit ta bosta rejiet tad dinastija Joseon u ppreserva ħafna elementi li jmorru lura għal zmien it Tliet Renji tal Korea li ma ġewx inkorporati fil Palazz ta Gyeongbokgung li hu iktar kontemporanju Wieħed minn dawn l elementi huwa l fatt li l binjiet ta Changdeokgung donnhom saru ħaġa waħda mat topografija naturali tas sit minflok ma jimponu ruħhom fuqha Bħall Palazzi Grandjuzi l oħra f Seoul Changdeokgung ġarrab ħsarat estensivi matul l okkupazzjoni Ġappuniza tal Korea 1910 1945 Attwalment madwar 30 biss mill istrutturi pre Ġappunizi tal Kumpless tal Palazz tal Lvant Changdeokgung flimkien ma Changgyeonggung għadhom jezistu StorjaDonggwoldo il pittura tal pajsaġġ ta Changdeokgung u Changgyeonggung Changdeokgung kien it tieni palazz wara Gyeongbokgung li kien ġie stabbilit fl 1395 bħala l palazz primarju Qalb it taqbid għat tron bejn il prinċpijiet u l vassalli l awtorita ta Gyeongbokgung tnawwret Ir Re Jeongjong inkurunat mill Prinċep Jeong an Yi Bang won li iktar il quddiem sar ir Re Taejong ċaqlaq il belt kapitali lejn tad mill ġdid fl 1400 bil pretest li kellha karatteristiċi ġeografiċi superjuri mentri fil fatt ried jaħrab it taqbid għall poter Ir Re Taejong Yi Bang won ftit wara li laħaq fuq it tron irritorna lejn Hanseong illum il ġurnata Seoul u ordna palazz ġdid imsejjaħ Changdeokgung minflok Gyeongbokgung peress li kien qatel l aħwa tar rispett tiegħu f Gyeongbokgung u għaliex il kostruzzjoni ta dak il palazz kienet saret minn Jeong Do jeon li kien rivali tar re Il kostruzzjoni tal Palazz ta Changdeok bdiet fl 1405 u tlestiet fl 1412 Ir Re Seonjo kabbar l artijiet tal palazz b madwar 500 000 metru kwadru u inkluda huwon Il palazz ħa n nar u nqered matul l invazjoni Ġappuniza fl 1592 u ġie rikostruwit fl 1609 mir Re Seonjo u mir Re Gwanghaegun Il palazz reġa ħa n nar u nqered mill ġdid fl 1623 minħabba rewwixta politika tar Re Injo kontra Gwanghaegun Il palazz ġie attakkat ukoll mill Manchu izda matul l istorja kollha tiegħu ta rikostruzzjoni u ta tiswijiet baqa leali għad disinn oriġinali tiegħu Changdeokgung kien is sit tal qorti rjali u s sede tal gvern sal 1868 meta reġa nbena Gyeongbokgung L aħħar imperatur tal Korea Sunjong għex hemmhekk sa mewtu fl 1926 Partijiet mill palazz b mod partikolari s sala ta Nakseon jae baqgħu jiffunzjonaw bħala residenza rjali sal 1989 meta kemm il Prinċipessa Deokhye kif ukoll il Prinċipessa Eredi Bangja mietu Residenti oħra wara t Tieni Gwerra Dinjija kienu jinkludu lill Imperatriċi Sunjeong it tieni mara ta Sunjong il Prinċep Eredi Yi Un ibnu Yi Gu u l mara ta Yi Gu Madankollu ir residenza fil palazz fil perjodu ta wara l gwerra kienet tiġi permessa b mod arbitrarju mill mexxejja repubblikani u wara l liberazzjoni Koreana fl 1945 kien hemm bzonn tar rizenja ta qabel ma l eks membri tal familja imperjali tħallew jerġgħu jgħixu fil palazz Illum il ġurnata fadal 13 il binja fl artijiet tal palazz u 28 paviljun fil ġonna li jokkupaw 110 akri 45 ettaru b kollox Iz zona ġiet iddezinjata bħala s Sit Storiku Nru 122 Fost il binjiet notevoli hemm Donhwamun li nbniet fl 1412 u ġiet rikostruwita fl 1607 b qanpiena tar ram li tizen tmien tunnellati metriċi Injeongjeon is sala prinċipali Seongjeongjeon l uffiċju awziljarju fis sala prinċipali Huijeongdang ir residenza privata tar re li iktar il quddiem intuzat bħala sala tal konferenzi Daejojeon il kwartieri tal għajxien u Nakseon jae StrutturiInjeongjeon is sala prinċipali Il palazz inbena bejn il Quċċata ta Maebong tal Għolja Bugaksan fuq wara u x xmara fuq quddiem skont l influwenza tal prinċipju baesanimsu 배산임수 litteralment dahrek mal għolja wiċċek lejn l ilma fit teorija tal Kuntrarjament għal Gyeongbokgung fejn il binjiet prinċipali huma rranġati bir reqqa skont prinċipju arkitettoniku madankollu il binjiet ta Changdeokgung għandhom konfigurazzjoni iktar ħielsa mingħajr sistema regolari Għalkemm l istruttura tiegħu tidher bħala waħda kaotika mal ewwel daqqa t għajn il binjiet kollha jinsabu f armonija mal ambjent ta madwarhom Changdeokgung jikkonsisti minn zona governattiva 치조 治朝 chijo iċċentrata fuq Injeongjeon u Seonjeongjeon iz zona rjali privata 침전 寢殿 chimjeon li tfisser dar tal kamra tas sodda tar re iz zona ta Nakseonjae fil Lvant u huwon lil hinn mill għoljiet tat Tramuntana Il biċċa l kbira tal binjiet uffiċjali maġġuri bħal Injeongjeon is sala prinċipali ta Changdeokgung Seonjeongjeon l uffiċċju tar re u bosta mill uffiċċji tal gvern 궐내각사 闕內各司 gwollaegaksa jinsabu fil partijiet ta quddiem tal palazz u lil hinn minnhom hemm qorti privata għar re u għar reġina Il kwartieri tar re bħal Seonjeongjeon Huijeongdang u Nakseonjae huma mdawra b bosta binjiet u qrati f kaz ta xi attakk minn barra L istil arkitettoniku ta Changdeokgung inġenerali huwa kkaratterizzat mis sempliċita u mill frugalita minħabba l ideoloġija tal Konfuċjanizmu Fost l istrutturi ta interess partikolari nsibu Id Daħla ta Donhwamun id daħla prinċipali tal palazz Mibnija fl 1412 id Daħla ta Donhwamun hija struttura tal injam qisha paviljun fuq zewġ sulari u hija l ikbar fost id daħliet tal palazz Id Daħla ta Donhwamun ingħatat in nar u nqerdet matul l invazjoni Ġappuniza tal 1592 u ġiet irrestawrata fl 1608 Il Pont ta Geumcheongyo l eqdem pont li għadu jezisti f Seoul Inbena fl 1411 Is Sala ta Injeongjeon Tezor Nazzjonali is sala tat tron ta Changdeokgung Kienet tintuza għall affarijiet statali ewlenin inkluz l inkurunazzjoni ta re ġdid u l akkoljenza ta mibgħuta barranin Oriġinarjament inbniet fl 1405 u ġiet rikostruwita fl 1610 wara li ngħatat in nar matul l invazjoni Ġappuniza tal 1592 u nbniet mill ġdid għat tielet darba fl 1804 wara li nqerdet minħabba nirien Is Sala ta Seonjeongjeon l uffiċċju għall uffiċjali tar renju Ir re hawnhekk kien ikollu laqgħat ta kuljum u seminars mal ministri biex jirrapporta fuq l affarijiet tal istat Is Sala ta Huijeongdang oriġinarjament kienet is sala tal kamra tas sodda ta re izda mbagħad saret il post tax xogħol tiegħu wara li Seonjeongjeon tqieset zgħira wisq għat twettiq tal affarijiet statali ta kuljum Il Huijeongdang oriġinali nqerdet min nirien fl 1917 L istruttura rikostruwita hija kompletament differenti mill istruttura oriġinali minħabba influwenzi reċenti tal Punent Fuq ġewwa tal binja wieħed jista jara art tal injam twapet twieqi tal ħġieġ u kandelabri Is Sala ta Daejojeon ir residenza uffiċjali tar reġina Inqerdet min nirien fl 1917 u ġiet rikostruwita b materjali meħuda minn Gyeongbokgung Is Sala ta Daejojeon kienet tintuza bħala residenza għall aħħar imperatriċi tad dinastija Joseon u b hekk tagħtina ħjiel dwar l aħħar snin tad dinastija Joseon Il Paviljun ta Juhamnu Kyujanggak f din iz zona kien hemm il libreriji rjali L ezamijiet statali kienu jsiru quddiem il paviljun f okkazjonijiet speċjali fil prezenza tar re Ir Residenza ta Yeon gyeongdang mibnija fl 1827 kienet sala tal udjenzi mmudellata fuq dar tipika tal litterati Huwon Il Paviljun ta Buyongjeong qabel ir restawr tal 2012 u l għadira ta Buyeongji fiz zona tal huwon Wara l palazz hemm huwon 후원 後苑 jiġifieri ġnien ta wara ta 78 akru 32 ettaru li oriġinarjament inbena għall uzu tal familja rjali u n nisa tal palazz Il ġnien jinkorpora għadira bil lotus paviljuni spazji pajsaġġistiċi bil ħaxix siġar u fjuri Hemm iktar minn 26 000 ezemplar ta mitt speċi differenti ta siġar fil ġnien u wħud mis siġar wara l palazz għandhom iktar minn 300 sena Il ġnien għall uzu privat tar re kien jissejjaħ Geumwon 금원 禁苑 jiġifieri ġnien ipprojbit peress li lanqas l uffiċjali għoljin ma kienx jitħallew jidħlu mingħajr il permess tar re Kien jissejjaħ ukoll Naewon 내원 內苑 jiġifieri ġnien intern Illum il ġurnata l Koreani spiss isejħulu Biwon 비원 秘院 jiġifieri ġnien sigriet isem li oriġina mill uffiċċju bl istess isem fl aħħar tas seklu 19 Għalkemm il ġnien kellu bosta ismijiet oħra l izjed wieħed li kien jintuza matul il perjodu tad dinastija Joseon kien Huwon F Settembru 2012 il paviljun ta Buyongjeong fil ġnien reġa nfetaħ wara proġett ta restawr li kien dam sena Il paviljun ġie rrestawrat abbazi tad Donggwoldo mill 1820 u ġie ddezinjat bħala t Tezor Nazzjonali tal Korea t Isfel Nru 249 Varjeta ta ċerimonji ospitati mir re seħħew fil Huwon Fil bidu tal perjodu tad dinastija Joseon l ispezzjonijiet militari li fihom kien jipparteċipa r re spiss kienu jsiru hawnhekk Ir Re Sejo kien jordna lit truppi jagħmlu parata jew jidhru quddiemu fil ġnien Barra minn hekk kienu jsiru festi tornej bil qaws u logħob tan nar fil Huwon Iz zona tal Ongnyucheon 옥류천 玉流川 jiġifieri Nixxiegħa tal Ġada hija ta interess partikolari Fiha kanal tal ilma b għamla tal ittra U li tħaffer fl 1636 biex it tazzi tal inbid jitħallew fih fuq wiċċ l ilma Fiha wkoll kaskata zgħira u poezija mnaqqxa fuq il ħaġra ta fuqha Iz zona fiha wkoll ħames paviljuni zgħar Sit ta Wirt DinjiHuijeongdang minn ġewwa Changdeokgung Il Kumpless tal Palazz ta Changdeokgung ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1997 Il Kumitat tal Wirt Dinji tal UNESCO ddikjara li l kumpless kien ezempju straordinarju tal arkitettura tal palazzi u tad disinn tal ġonna tal Lvant Imbiegħed u kien eċċezzjonali minħabba li l binjiet tiegħu huma integrati u f armonija mal ambjent naturali ta madwarhom u adattati għat topografija bis siġar indiġeni Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta tliet kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet u l kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem FilmsPartijiet mill palazz intuzaw biex inġibed id dramm Korean popolari ħafna Dae Jang Geum fl ewwel deċennju tas seklu 21 AvvenimentiMinn April sa Ottubru 2018 il Palazz ta Changdeok ospita z zjarat ta billejl fil palazz Dawn iz zjarat kienu avveniment speċjali fejn il vizitaturi setgħu jesperjenzaw il ħajja fil palazz Tipikament iz zjarat kienu jdumu xi sagħtejn u kienu jibdew fid Daħla ta Donhwamun id daħla prinċipali ta Changdeokgung fit 8 00 ta filgħaxija Referenzi The 5 Palaces of Seoul english chosun com bl Ingliz Miġbur 2022 08 20 일제가 궁궐 이렇게 훼손 설계도면 첫 공개 서울신문 bil Korean Miġbur 2022 08 20 Tourist sites confront translation troubles INSIDE Korea JoongAng Dai archive ph 2013 06 29 Miġbur 2022 08 20 a b Centre UNESCO World Heritage Changdeokgung Palace Complex UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2022 08 20 WH Committee Report of the 21th Session Naples 1997 whc unesco org Miġbur 2022 08 20 대장금 大長今 만나면 좋은 친구 MBC iMBC bil Korean Miġbur 2022 08 20 Winter Tour of Changdeok Palace korean visitkorea or kr