Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Id Delta tad Danubju bir Delta Dunării pronunzjata ˈdelta ˈdunərij bl Ukren Дельта Дунаю b ittri Rumani Deľta Dunaju pro

Delta tad Danubju

  • Paġna Ewlenija
  • Delta tad Danubju
Delta tad Danubju
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Id-Delta tad-Danubju (bir-: Delta Dunării, pronunzjata: [ˈdelta ˈdunərij]; bl-Ukren: Дельта Дунаю, b'ittri Rumani: Deľta Dunaju, pronunzjata: [delʲˈtɑ dʊnɐˈju]) hija t-tieni l-ikbar delta ta' xmara fl-Ewropa, wara d-Delta tal-, u hija l-iżjed waħda ppreservata tajjeb fil-kontinent. Il-biċċa l-kbira tad-Delta tad- tinsab fir-Rumanija (il-Kontea ta' Tulcea), u parti żgħira tinsab fl-Ukrajna (l-Oblast ta' ). L-erja tagħha fil-wiċċ bejn wieħed u ieħor hija madwar 4,152 kilometru kwadru (1,603 mili kwadri), li minnhom 3,446 km2 (1,331 mil kwadru) huma fir-Rumanija. Flimkien mal-laguni ta' Razim-Sinoe (1,015 km2 jew 392 mil kwadru b'superfiċe tal-ilma ta' 865 km2 jew 334 mil kwadru), li jinsabu fin-Nofsinhar tad-delta prinċipali, l-erja totali tad-Delta tad-Danubju hi 5,165 km2 (1,994 mil kwadru). Il-kumpless tal-laguni ta' Razim-Sinoe huwa marbut ġeoloġikament u ekoloġikament mad-delta stess; it-territorju kollu kkombinat tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.

Ġeografija u ġeoloġija

Id-Delta tad-Danubju moderna bdiet tifforma wara l-4000 Q.K. f'bajja tal-, meta l-livell tal-baħar għola sal-livell attwali. Barriera tar-ramel imblukkat il-bajja tad-Danubju fejn ix-xmara inizjalment bniet id-delta tagħha. Wara li l-bajja mtliet bis-sedimenti, id-delta avvanzat 'il barra minn dan l-estwarju imblukkat bil-barriera wara t-3500 Q.K., u nġemgħu diversi artijiet mistagħdra suċċessivi: San Ġorġ I (3500-1600 Q.K.), Sulina (1600 Q.K.-0), San Ġorġ II (0–preżent) u Chilia jew Kilia (1600 Q.K–preżent). Diversi artijiet mistagħdra interni oħra nħolqu fil-lagi u fil-laguni qrib it-truf tad-Delta tad-Danubju fit-Tramuntana (Chilia I u II) u fin-Nofsinhar (Dunavatz). Il-biċċa l-kbira tal-alluvium fid-delta u l-espansjoni ewlenija tal-erja fis-superfiċe fl-għamla ta' artijiet mistagħdra rriżultaw mill-erożjoni tal-ħamrija assoċjata mal-ikklerjar tal-foresti fil-baċir tad-Danubju matul l-ewwel u t-tieni millenju. Il-ġeologu qal lil The New York Times:

X'aktarx li 40 fil-mija tad-Delta tad-Danubju nbniet fl-aħħar 1,000 sena. Din is-sejba kienet bħal mument ta' żvolta.

Attwalment, id-delta qed tbati minn nuqqas kbir ta' sedimenti, wara l-kostruzzjoni tad-digi mad-Danubju u t-tributarji tagħha fl-aħħar nofs tas-seklu 20. Madankollu, il-kostruzzjoni ta' network kbir ta' kanali baxxi fid-delta matul l-istess żmien, bħala strateġija ta' titjib tas-sedimentazzjoni, naqqset id-defiċit fil-pjanura tad-delta iżda żiedet l-erożjoni tul il-kosta. Id-Delta tad-Danubju hija pjanura alluvjali baxxa, mgħottija l-iktar bl-artijiet mistagħdra u bl-ilma. Tikkonsisti minn network kbir ta' mraġ, kanali, nixxigħat u lagi. L-altitudni medja hi 0.52 metru, b'20 % tat-territorju taħt il-livell tal-baħar, u iktar minn nofs lanqas jaqbeż altitudni ta' metru. Id-duni fl-iżjed pjanuri estensivi tad-delta (il-pjanuri ta' Letea u ta' Caraorman) biss huma ogħla (12.4-il metru u 7 metri rispettivament). L-ikbar lagi huma l-lagi ta' Dranov (21.7 km2), ta' Roșu (14.5 km2) u ta' Gorgova (13.8 km2).

Tributarji tad-Danubju

Id-Danubju jofroq fi tliet tributarji prinċipali fid-delta: Chilia, Sulina, u Sfântul Gheorghe (San Ġorġ). L-aħħar żewġ fergħat jiffurmaw il-kanal ta' Tulcea, li jkompli bħala korp uniku għal diversi kilometri wara s-separazzjoni minn Chilia. Fil-bokki ta' kull kanal isseħħ il-formazzjoni gradwali ta' artijiet ġodda, filwaqt li d-delta tibqa' tikber.

Tributarji prinċipali tad-Danubju
Fergħat tad-Danubju Tul (km) Fluss (m3/s)

(1921-1990)

Chilia 120 3800
Sulina 64 1250
Sfântu Gheorghe

(San Ġorġ)

70 1500

Chilia, fit-Tramuntana, huwa l-itwal, l-iżgħar fl-età u l-iżjed tributarju qawwi, b'żewġ delti interni sekondarji u mikrodelta waħda li tinsab fil-proċess ta' formazzjoni fil-bokka tagħha (lejn l-Ukrajna).

Sulina, fiċ-ċentru, huwa l-iqsar tributarju, u minħabba f'hekk jintuża b'mod estensiv għat-traffiku, b'trasformazzjoni kbira. Fil-bokka tiegħu hemm il-port prinċipali u insedjament uniku b'karatteristiċi urbani fil-parti Rumena tad-delta. Minħabba l-alluvium iddepożitat fil-bokka tiegħu, hemm kanal, li gradwalment qed javvanza fil-baħar (attwalment fih 10 km), li nbena għall-protezzjoni tan-navigazzjoni.

Sfântul Gheorghe (San Ġorġ), fin-Nofsinhar, huwa l-eqdem tributarju u l-inqas wieħed popolat. L-alluvium tiegħu wassal għall-ħolqien, fil-bidu tal-1897, tal-Gżejjer Sacalin, li llum il-ġurnata għandhom tul ta' 19-il kilometru.

Klima

Il-klima tad-Delta tad-Danubju hija waħda kontinentali, b'influwenzi qawwijin mill-qrubija tal-Baħar Iswed u l-ambjent prevalenti tal-anfibji. Dan huwa l-iżjed reġjun niexef u xemxi tar-Rumanija. It-temperatura annwali medja tkun 11 °C (−1 °C f'Jannar u 22 °C f'Lulju), bi preċipitazzjoni medja ta' bejn 400 mm fis-sena u 300 mm fis-sena, li tonqos mill-Punent għal-Lvant. L-evaporazzjoni tkun madwar 1,000 mm fis-sena, amplifikata mill-irjieħ qawwijin u frekwenti, li tirriżulta f'perjodi twal ta' nixfa fis-sajf. L-irjieħ tal-Majjistral jikkawżaw maltempati frekwenti fir-rebbiegħa u fil-ħarifa. Fuq ġewwa tad-delta, in-natura kontinentali tal-klima tispikka ħafna.

Ekosistemi prinċipali

Id-Delta tad-Danubju tifforma parti mill-ekosistema tal-isteppa Pannonjana tal-Lvant tal-Ewropa, b'influwenzi Mediterranji. Bħala reġjun relattivament żagħżugħ li jinsab f'proċess sħiħ ta' konsolidazzjoni, id-Delta tad-Danubju tirrappreżenta post favorevoli ħafna għall-iżvilupp ta' flora u ta' fawna diversifikata ferm u unika fl-Ewropa, b'bosta speċijiet rari. Tospita 23 ekosistema naturali, iżda minħabba l-kobor tal-artijiet mistagħdra, l-ambjent akkwatiku huwa prevalenti; ambjent terrestri huwa preżenti wkoll fl-artijiet iktar għoljin tad-digi kontinentali, fejn żviluppaw ekosistemi kserofili. Bejn l-ambjenti akkwatiċi u terrestri, hemm strippa art bit-tajn li faċilment tiġi affettwata mill-għargħar, b'flora u b'fawna oriġinali li għandhom il-mezzi biex jadattaw għall-ilma jew għall-art, skont l-istaġun jew ir-reġim idroloġiku. Fejn l-ilma ħelu u l-ilma baħar jiġu f'kuntatt, iseħħu għadd ta' proċessi fiżiċi, kimiċi u bijoloġiċi speċjali, li wasslu biex il-bijologi jqisu din iż-żona bħala ekosistema differenti ħafna, imsejħa żona ta' qabel id-delta. Il-Golf ta' Musura, fit-Tramuntana ta' Sulina, u l-Golf ta' San Ġorġ, jitqiesu bħala l-iżjed rappreżentattivi ta' dan it-tip ta' ekosistema.

Id-Delta tad-Danubju tinsab tul ir-rotti migratorji ewlenin u tipprovdi kundizzjonijiet adegwati biex l-għasafar ibejtu u jfaqqsu. B'hekk id-Delta tad-Danubju tattira l-għasafar minn sitt ekoreġjuni ewlenin minn madwar id-dinja, inkluż il-Mongolja, l-Artiku u s-Siberja. Fid-delta nstabu iktar minn 320 speċi ta' għasafar fis-sajf, u minnhom 166 huma speċijiet li jfaqqsu u 159 huma tal-passa. Iktar minn miljun għasfur individwali (ċinji, papri selvaġġi, tiġieġ tal-baħar, eċċ.) jistrieħu hemmhekk fix-xitwa.

Ekosistema tal-ilma ġieri

Din l-ekosistema tinsab fid-diversi fergħat tad-Danubju, u f'sensiela tal-iktar nixxigħat u kanali importanti tax-xmara. L-ambjent huwa rikk fil-plankton, fid-dud, fil-molluski, fl-insetti u fl-isponoż, b'bosta speċijiet ta' ħut, fosthom il-karpjun, il-lizz, il-luċċjoperka, il-ħut tal-ġilda, u l-isturjuni tal-ilma ħelu (l-isterlet, il-Vyza u l-kavall tad-Danubju).

Ekosistema tal-ilma staġnat

Dan l-ambjent jinkludi l-lagi, u diversi għadajjar, nixxigħat u kanali. Huwa kkaratterizzat minn flora rikka f'wiċċ l-ilma u taħt l-ilma (Myriophyllum, Ceratophyllum, Vallisneria, eċċ, taħt l-ilma; Nymphaea alba, Nuphar lutea, Trapa natans, Alisma plantago, eċċ, f'wiċċ l-ilma bl-għeruq qrib it-truf tal-lagi; u Salvinia natans, Stratiotes aloides, Spirogyra, eċċ., f'wiċċ l-ilma mingħajr l-għeruq, b'effett negattiv għall-bijoproduttività akkwatika). Fost il-ħut, l-iżjed importanti huma t-tinka (Tinca tinca), l-abramida (Abramis brama), l-iskardola komuni (Scardinius erythropthalmus), il-karpjun tal-Prussja (Carassius auratus gibelio), pixxigatt tad-Danubju (Silurus glanis), dott Ewropew (Perca fluviatilis) u l-lizz tat-Tramuntana (Esox lucius).

Ekosistema tal-imraġ u taż-żoni tal-għargħar

Il-qasab u l-gżejjer tal-qasab f'wiċċ l-ilma (magħrufa bħala plaur fir-Rumanija) huma l-iżjed komponenti komuni u magħrufa fid-Delta tad-Danubju. Il-veġetazzjoni ta' din l-ekosistema tikkonsisti mill-qasab komuni (Phragmites communis), u qrib ix-xtut tax-xmara, qasab ieħor bħal Typha latifolia u Typha angustifolia, is-sogħda (Carex dioica, Carex stricta), l-ekwiseta (Scirpus radicans, Schoenoplectus lacustris) u n-nagħniegħ tax-xmara (Mentha aquatica), eċċ. Dawn jipprovdu ħabitat ideali għar-riproduzzjoni u għat-tnissil. Il-plaur huma taħlita ta' għeruq tal-qasab, ħaxix u ħamrija, normalment f'wiċċ l-ilma jew ankrati mal-qiegħ tax-xmara. Inġenerali, il-qasab jikber madwar il-lagi u l-għadajjar, u bil-mod il-mod jinvadi s-superfiċe tal-ilma.

Dan it-tip ta' ekosistema huwa magħruf għall-varjetà u għall-popolazzjoni kbira ta' għasafar, uħud minnhom rari ħafna. L-iżjed importanti huma l-brajmla tat-toppu (Aythya fuligula), il-brajmla tat-toppu aħmar (Netta rufina), il-kuluvert (Anas platyrhynchos), il-wiżża griża (Anser anser), il-margun żgħir (Microcarbo pygmeus), ir-russett vjola (Ardea purpurea), ir-russett abjad (Egretta alba), l-agrett (Egretta garzetta), il-paletta (Platalea leucorodia), il-pellikan abjad (Pelecanus onocrotalus), Dalmatian pelican (Pelecanus crispus), iċ-ċinju (Cygnus olor) u l-velleran (Plegadis falcinellus). Speċi ġdida li waslet dan l-aħħar hija l-faġan (Phasianus colchicus).

Fost il-mammiferi, hemm il-lontra Ewrasjatika (Lutra lutra), il-viżun Ewropew (Mustela lutreola), l-ermellin żgħir (Mustela erminea aestiva), iċ-ċingjal (Sus scrofa) u l-qattus selvaġġ (Felis silvestris), fix-xitwa l-liebru (Lepus europaeus) u, kważi waslu għall-estinzjoni mid-delta, il-lupu u l-volpi. Fost l-ispeċijiet li dan l-aħħar adattaw għad-Delta tad-Danubju nsibu r-rakun tal-Lvant tal-Asja (Nyctereutes procyonoides), in-nutrija Ewropea (Ondatra zibethica), u sa ċertu punt in-nutrija tal-Amerka t'Isfel (Myocastor coypus).

Ekosistemi tax-xtut tax-xmara u tad-digi

L-art soda tad-delta fl-imgħoddi kienet miksija rqajja' kbar ta' siġar taż-żafżafa, li ġew maqtugħin kważi għalkollox u ġew sostitwiti bil-luq Kanadiż. Max-xtut tax-xmara, għad hemm irqajja' żgħar ta' siġar taż-żafżafa fl-istat naturali tagħhom (Salix alba, Salix fragilis, Salix purpurea, Salix pentandra, Salix triandra, eċċ.), imħalltin bil-luq abjad (Populus alba). Okkażjonalment, is-siġar taż-żafżafa jiffurmaw kurituri tul il-fergħat u l-kanali l-kbar tax-xmara Danubju. Fl-artijiet mistagħdra ta' Letea u ta' Caraorman, hemm foresti mħalltin tal-ballut (Quercus robur, Quercus pedunculiflora) u diversi siġar (Fraxinus pallisiae, Ulmus foliaceae, Populus tremula), arbuxxelli (Prunus spinosa, Crataegus monogyna, Rosa canina, Berberis vulgaris, eċċ.), u dwieli (Vitis sylvestris, Hedera helix, Humulus lupulus, Periploca graeca, li jikbru sa 25 metru) jikbru fiż-żoni tad-duni bir-ramel. Fl-art mistagħdra ta' Letea, dawn il-foresti b'dehra eżotika jikbru speċjalment fl-inżul bejn id-duni tar-ramel, f'irqajja' żgħar imsejħa hasmace. Il-fawna ta' dan ir-reġjun tinkludi l-vipera tal-mergħat (Vipera ursinii), l-arpa (Pandion haliaetus), u l-kokka imperjali (Bubo bubo).

Abitanti

Id-Delta tad-Danubju x'aktarx li huwa l-inqas reġjun abitat fiż-żoni miti tal-Ewropa. Fin-naħa Rumena jgħixu madwar 20,000 ruħ, li minnhom 4,600 ruħ jgħixu fil-port ta' Sulina, b'densità medja ta' madwar żewġ abitanti kull km2. Il-kumplament tal-popolazzjoni hija sparpaljata fost is-27 villaġġ, li minnhom tlieta biss, kollha fil-marġini, kellhom iktar minn 500 ruħ fl-2002. Il-belt ta' Tulcea, fit-tarf tal-Punent tad-delta, għandha popolazzjoni ta' 92,000 ruħ (fl-2002); din tirrappreżenta ċ-ċentru ewlieni tar-reġjun minn fejn wieħed jista' jaċċessa d-delta.

L-iżolament kbir u l-kundizzjonijiet diffiċli ferm ta' għajxien, ibbażati l-iktar fuq is-sussistenza, wasslu biex id-Delta tad-Danubju jkun post ta' emigrazzjoni, jew mill-inqas ta' tranżitu. Ftit ħafna minn dawk li jitwieldu fir-reġjun jibqgħu hemmhekk meta jsiru adulti; fl-istess waqt, l-oriġini tal-abitanti tvarja ferm, peress li n-nies minn bosta partijiet tar-Rumanija jgħixu fid-delta. Il-popolazzjoni totali baqgħet bejn wieħed u ieħor kostanti matul is-seklu 20; kien hemm 12,000 abitant fis-snin 90 tas-seklu 19, u 14,000 abitant qabel it-Tieni Gwerra Dinjija. Ir-Rumeni jirrappreżentaw madwar 80 % tal-popolazzjoni u l-Ukreni madwar 10 %. Fost in-nies l-oħra li jgħixu fid-delta hemm minoranzi etniċi bħall-Griegi, it-Torok u l-Bulgari (fl-1992). Partikolari fir-reġjun, iżda rari ħafna bħala entità etnika, hemm il-Lipovani, id-dixxendenti tal-fidili tar-rit Ortodoss antik li ħarbu mill-persegwitazzjoni reliġjuża fir-Russja fis-seklu 18.

Fuq in-naħa Ukrena, fit-tarf tat-Tramuntana tad-delta, ir-raħal ta' Izmail għandu popolazzjoni ta' 85,000 ruħ, ir-raħal ta' Kiliya għandu popolazzjoni ta' 21,800 ruħ, u r-raħal ta' Vilkovo, iċ-ċentru prinċipali tal-komunità Lipovana, għandu popolazzjoni ta' 9,300 ruħ.

Storja

Fid-dokumenti storiċi ġie rreġistrat li n-nies ta' Dacia għexu fid-Delta tad-Danubju qabel ma nħakmu mir-Rumani. Wara invażjoni suċċessiva mill-Viżigoti, ir-reġjun għadda minn id għall-oħra bosta drabi. Matul is-seklu 15, id-Delta tad-Danubju saret parti mill-Imperu Ottoman. Fl-1812, wara l-Gwerra bejn ir-Russja u t-Turkija, il-fruntieri tal-Imperu Ottoman u tal-Imperu Russu ġew stabbiliti permezz tal-Kanal ta' Kilia u l-Kanal Antik ta' Stambul tad-Danubju, u fl-1829 permezz tal-Kanal ta' San Ġorġ. It-Trattat ta' Pariġi tal-1856, li temm il-Gwerra tal-Krimea, assenja d-Delta tad-Danubju lill-Imperu Ottoman u stabbilixxa kummissjoni internazzjonali li wettqet sensiela ta' xogħlijiet ta' appoġġ għan-navigazzjoni. Fl-1878, wara t-telfa li ġarrab l-Imperu Ottoman kontra r-Russja u r-Rumanija, il-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi ġiet stabbilita permezz tal-Kanal ta' Kilia u l-Kanal Antik ta' Stambul.

Fl-1991, il-parti Rumena tad-Delta tad-Danubju tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Madwar 2,733 km2 tad-delta huma żoni protetti b'mod strett.

Fl-1998, fil-qafas tal-Program tal-Bniedem u l-Bijosfera tal-UNESCO, is-6,264.03 km2 tad-Delta tad-Danubju ġew stabbiliti bħala riżerva ta' bijosfera, kondiviża bejn ir-Rumanija u l-Ukrajna.

Storikament, fir-Rumanija, parti mid-Delta tad-Danubju ġiet immarkata bħala riżerva fl-1938.

Fl-Ukrajna, il-fergħa tad-Danubju tar-Riżerva Statali tal-Baħar Iswed ġiet stabbilita fl-1973. Fl-1981, din ġiet organizzata mill-ġdid fir-Riżerva Naturali tal-"Flussi tad-Danubju", u fl-1998, ġiet estiża għar-Riżerva ta' Bijosfera tad-Danubju.

Kwistjonijiet ambjentali

Ix-xogħlijiet fuq skala kbira fid-Delta tad-Danubju beda diġà mit-tieni nofs tas-seklu 19. L-ewwel korrezzjonijiet tal-fergħa ta' Sulina bdew fl-1862, u baqgħu għaddejjin matul is-seklu 20. B'hekk, it-tul tal-fergħa ta' Sulina tnaqqas minn 92 kilometru għal 64 kilometru, u l-fluss tagħha rdoppja u iktar, u sar adattat għan-navigazzjoni tal-bastimenti l-kbar. Il-korrezzjoni tas-sitt fergħat il-kbar tal-fluss tax-xmara wasslet għat-tnaqqis tat-tul tal-fergħa ta' Sfântu Gheorghe minn 108 kilometri għal 70 kilometru, u l-fluss tagħha żdied kemxejn ukoll. Dawn iż-żewġ żidiet saru għad-detriment tal-fergħa ta' Chilia, li attwalment hija l-iżjed fergħa mhux mimsusa mit-tliet fergħat. Dawn il-korrezzjonijiet, kif ukoll it-tħaffir ta' diversi kanali sekondarji tul il-korp tad-delta, kellhom impatt serju ħafna fuq l-ekosistema. L-ambjenti naturali ġew mibdula, ix-xejra tat-tnissil tal-ħut ġiet imfixkla, u l-flussi fil-fergħat prinċipali żdiedu, b'konsegwenzi serji fir-rigward tal-iskariku ta' alluvia u l-erożjoni tax-xtut.

Il-qasab ġie maħsud b'mod intensiv matul l-era Komunista. Ir-reġim kellu pjanijiet biex jittrasforma d-delta f'żona agroindustrijali kbira. Għalkemm l-ewwel sfruttament agrikolu modern imur lura għall-1939 (Ostrovul Tãtaru), kien biss wara l-1960 li żoni kbar ġew imbattla mill-ilma u kkonvertiti, għad-detriment tal-artijiet mistagħdra. Fl-1991, l-art agrikola fid-delta qabżet il-100,000 ettaru, u iktar minn terz tas-superfiċe tagħha ġiet affettwata mill-kultivazzjoni tal-għelejjel, it-tħawwil tal-foresti jew l-akkwakultura. Minħabba dawn il-bidliet, flimkien maż-żieda fit-tniġġis u fl-ewtrofikazzjoni tal-ilmijiet tad-Danubju, kif ukoll deċennji ta' sfruttament u regolamenti batuti dwar is-sajd, il-popolazzjoni tal-ħut naqset b'mod viżibbli.

Fl-2004, l-Ukrajna inawgurat ix-xogħol fuq il-Kanal ta' Bistroe li kellu jipprovdi kollegament navigabbli addizzjonali mill-Baħar Iswed sas-sezzjoni popolata Ukrena tad-Delta tad-Danubju. Madankollu, minħabba l-impatt negattiv li dan il-kanal il-ġdid seta' jkollu fuq l-ekosistema fraġli tad-delta, l-Unjoni Ewropea tat parir lill-Ukrajna biex twaqqaf ix-xogħol. L-uffiċjali Rumeni heddew li jressqu lill-Ukrajna quddiem il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja. Taħt il-presidenza ta' , l-Ukrajna wieġbet li r-Rumanija kienet qed tibża' biss mill-kompetizzjoni li l-kanal il-ġdid kien se jġib miegħu, u kompliet taħdem fuq il-kanal. Taħt il-presidenza ta' , li żar ir-Rumanija fl-2005, iż-żewġ naħat qablu li kellhom ikunu l-professjonisti li jiddeċiedu dwar id-destin tal-kanal. Fit-tul, l-Ukrajna qed tippjana li tibni kanal għan-navigazzjoni, jekk mhux mill-Kanal ta' Bistroe, minn xi kanal ieħor.

Referenzi

  1. ^ "Ukraine | United Nations Educational, Scientific and Cultural Organization". web.archive.org. 2022-03-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2022-03-04. Miġbur 2023-06-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "Danube Delta | United Nations Educational, Scientific and Cultural Organization". web.archive.org. 2022-05-09. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-01-04. Miġbur 2023-06-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Danube Delta". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-06-17.
  4. ^ Giosan, Liviu; Donnelly, Jeffrey P.; Constantinescu, Stefan; Filip, Florin; Ovejanu, Ionut; Vespremeanu-Stroe, Alfred; Vespremeanu, Emil; Duller, Geoff A.T. (2006). "Young Danube delta documents stable Black Sea level since the middle Holocene: Morphodynamic, paleogeographic, and archaeological implications". Geology. 34 (9): 757–760.
  5. ^ Liviu Giosan; Marco J. L. Coolen; Jed O. Kaplan; Stefan Constantinescu; Florin Filip; Mariana Filipova-Marinova; Albert J. Kettner; Nick Thom (August 30, 2012). "Early Anthropogenic Transformation of the Danube-Black Sea System". Scientific Reports. 2 (article number 582): 582.
  6. ^ Nuwer, Rachel (2012-09-14). "From Ancient Deforestation, a Delta Is Born". Green Blog (bl-Ingliż). Miġbur 2023-06-17.
  7. ^ Giosan, Liviu; Constantinescu, Stefan; Filip, Florin; Deng, Bing (2013). "Maintenance of large deltas through channelization: Nature vs. humans in the Danube delta". Anthropocene. 1: 35–45.
  8. ^ "Study Offers Economical Solutions for Maintaining Critical Delta Environments" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-06-17.
  9. ^ "The Danube Delta – Halmyris". web.archive.org. 2018-07-09. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-07-09. Miġbur 2023-06-17.
  10. ^ Iordachi, Constantin, Van Assche, Kristof (2014) The Bio-Politics of the Danube Delta. Lexington Books. ISBN 978-0-7391-9514-7.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 03 Lul, 2025 / 08:40

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Delta tad Danubju, X'inhi Delta tad Danubju? Xi tfisser Delta tad Danubju?

Id Delta tad Danubju bir Delta Dunării pronunzjata ˈdelta ˈdunerij bl Ukren Delta Dunayu b ittri Rumani Deľta Dunaju pronunzjata delʲˈtɑ dʊnɐˈju hija t tieni l ikbar delta ta xmara fl Ewropa wara d Delta tal u hija l izjed waħda ppreservata tajjeb fil kontinent Il biċċa l kbira tad Delta tad tinsab fir Rumanija il Kontea ta Tulcea u parti zgħira tinsab fl Ukrajna l Oblast ta L erja tagħha fil wiċċ bejn wieħed u ieħor hija madwar 4 152 kilometru kwadru 1 603 mili kwadri li minnhom 3 446 km2 1 331 mil kwadru huma fir Rumanija Flimkien mal laguni ta Razim Sinoe 1 015 km2 jew 392 mil kwadru b superfiċe tal ilma ta 865 km2 jew 334 mil kwadru li jinsabu fin Nofsinhar tad delta prinċipali l erja totali tad Delta tad Danubju hi 5 165 km2 1 994 mil kwadru Il kumpless tal laguni ta Razim Sinoe huwa marbut ġeoloġikament u ekoloġikament mad delta stess it territorju kollu kkombinat tnizzel fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO Immaġni satellitari tad Delta tad Danubju Ġeografija u ġeoloġijaL evoluzzjoni storika tad Delta tad Danubju mill 1 W K sal 2015 Id Delta tad Danubju moderna bdiet tifforma wara l 4000 Q K f bajja tal meta l livell tal baħar għola sal livell attwali Barriera tar ramel imblukkat il bajja tad Danubju fejn ix xmara inizjalment bniet id delta tagħha Wara li l bajja mtliet bis sedimenti id delta avvanzat il barra minn dan l estwarju imblukkat bil barriera wara t 3500 Q K u nġemgħu diversi artijiet mistagħdra suċċessivi San Ġorġ I 3500 1600 Q K Sulina 1600 Q K 0 San Ġorġ II 0 prezent u Chilia jew Kilia 1600 Q K prezent Diversi artijiet mistagħdra interni oħra nħolqu fil lagi u fil laguni qrib it truf tad Delta tad Danubju fit Tramuntana Chilia I u II u fin Nofsinhar Dunavatz Il biċċa l kbira tal alluvium fid delta u l espansjoni ewlenija tal erja fis superfiċe fl għamla ta artijiet mistagħdra rrizultaw mill erozjoni tal ħamrija assoċjata mal ikklerjar tal foresti fil baċir tad Danubju matul l ewwel u t tieni millenju Il ġeologu qal lil The New York Times X aktarx li 40 fil mija tad Delta tad Danubju nbniet fl aħħar 1 000 sena Din is sejba kienet bħal mument ta zvolta source source source Filmat tad Delta tad Danubju qrib Tulcea 2010 Attwalment id delta qed tbati minn nuqqas kbir ta sedimenti wara l kostruzzjoni tad digi mad Danubju u t tributarji tagħha fl aħħar nofs tas seklu 20 Madankollu il kostruzzjoni ta network kbir ta kanali baxxi fid delta matul l istess zmien bħala strateġija ta titjib tas sedimentazzjoni naqqset id defiċit fil pjanura tad delta izda ziedet l erozjoni tul il kosta Id Delta tad Danubju hija pjanura alluvjali baxxa mgħottija l iktar bl artijiet mistagħdra u bl ilma Tikkonsisti minn network kbir ta mraġ kanali nixxigħat u lagi L altitudni medja hi 0 52 metru b 20 tat territorju taħt il livell tal baħar u iktar minn nofs lanqas jaqbez altitudni ta metru Id duni fl izjed pjanuri estensivi tad delta il pjanuri ta Letea u ta Caraorman biss huma ogħla 12 4 il metru u 7 metri rispettivament L ikbar lagi huma l lagi ta Dranov 21 7 km2 ta Roșu 14 5 km2 u ta Gorgova 13 8 km2 Tributarji tad Danubju Pellikani tad Dalmazji u marguni fid Delta tad Danubju Id Danubju jofroq fi tliet tributarji prinċipali fid delta Chilia Sulina u Sfantul Gheorghe San Ġorġ L aħħar zewġ fergħat jiffurmaw il kanal ta Tulcea li jkompli bħala korp uniku għal diversi kilometri wara s separazzjoni minn Chilia Fil bokki ta kull kanal isseħħ il formazzjoni gradwali ta artijiet ġodda filwaqt li d delta tibqa tikber Tributarji prinċipali tad Danubju Fergħat tad Danubju Tul km Fluss m3 s 1921 1990 Chilia 120 3800 Sulina 64 1250 Sfantu Gheorghe San Ġorġ 70 1500 Chilia fit Tramuntana huwa l itwal l izgħar fl eta u l izjed tributarju qawwi b zewġ delti interni sekondarji u mikrodelta waħda li tinsab fil proċess ta formazzjoni fil bokka tagħha lejn l Ukrajna Sulina fiċ ċentru huwa l iqsar tributarju u minħabba f hekk jintuza b mod estensiv għat traffiku b trasformazzjoni kbira Fil bokka tiegħu hemm il port prinċipali u insedjament uniku b karatteristiċi urbani fil parti Rumena tad delta Minħabba l alluvium iddepozitat fil bokka tiegħu hemm kanal li gradwalment qed javvanza fil baħar attwalment fih 10 km li nbena għall protezzjoni tan navigazzjoni Sfantul Gheorghe San Ġorġ fin Nofsinhar huwa l eqdem tributarju u l inqas wieħed popolat L alluvium tiegħu wassal għall ħolqien fil bidu tal 1897 tal Gzejjer Sacalin li llum il ġurnata għandhom tul ta 19 il kilometru Klima Id Delta tad Danubju fir Rumanija Il klima tad Delta tad Danubju hija waħda kontinentali b influwenzi qawwijin mill qrubija tal Baħar Iswed u l ambjent prevalenti tal anfibji Dan huwa l izjed reġjun niexef u xemxi tar Rumanija It temperatura annwali medja tkun 11 C 1 C f Jannar u 22 C f Lulju bi preċipitazzjoni medja ta bejn 400 mm fis sena u 300 mm fis sena li tonqos mill Punent għal Lvant L evaporazzjoni tkun madwar 1 000 mm fis sena amplifikata mill irjieħ qawwijin u frekwenti li tirrizulta f perjodi twal ta nixfa fis sajf L irjieħ tal Majjistral jikkawzaw maltempati frekwenti fir rebbiegħa u fil ħarifa Fuq ġewwa tad delta in natura kontinentali tal klima tispikka ħafna Ekosistemi prinċipali Il pajsaġġ tad Delta tad Danubju fir Rumanija Mitħna antika f Letea Id Delta tad Danubju tifforma parti mill ekosistema tal isteppa Pannonjana tal Lvant tal Ewropa b influwenzi Mediterranji Bħala reġjun relattivament zagħzugħ li jinsab f proċess sħiħ ta konsolidazzjoni id Delta tad Danubju tirrapprezenta post favorevoli ħafna għall izvilupp ta flora u ta fawna diversifikata ferm u unika fl Ewropa b bosta speċijiet rari Tospita 23 ekosistema naturali izda minħabba l kobor tal artijiet mistagħdra l ambjent akkwatiku huwa prevalenti ambjent terrestri huwa prezenti wkoll fl artijiet iktar għoljin tad digi kontinentali fejn zviluppaw ekosistemi kserofili Bejn l ambjenti akkwatiċi u terrestri hemm strippa art bit tajn li faċilment tiġi affettwata mill għargħar b flora u b fawna oriġinali li għandhom il mezzi biex jadattaw għall ilma jew għall art skont l istaġun jew ir reġim idroloġiku Fejn l ilma ħelu u l ilma baħar jiġu f kuntatt iseħħu għadd ta proċessi fiziċi kimiċi u bijoloġiċi speċjali li wasslu biex il bijologi jqisu din iz zona bħala ekosistema differenti ħafna imsejħa zona ta qabel id delta Il Golf ta Musura fit Tramuntana ta Sulina u l Golf ta San Ġorġ jitqiesu bħala l izjed rapprezentattivi ta dan it tip ta ekosistema Id Delta tad Danubju tinsab tul ir rotti migratorji ewlenin u tipprovdi kundizzjonijiet adegwati biex l għasafar ibejtu u jfaqqsu B hekk id Delta tad Danubju tattira l għasafar minn sitt ekoreġjuni ewlenin minn madwar id dinja inkluz il Mongolja l Artiku u s Siberja Fid delta nstabu iktar minn 320 speċi ta għasafar fis sajf u minnhom 166 huma speċijiet li jfaqqsu u 159 huma tal passa Iktar minn miljun għasfur individwali ċinji papri selvaġġi tiġieġ tal baħar eċċ jistrieħu hemmhekk fix xitwa Ekosistema tal ilma ġieri Din l ekosistema tinsab fid diversi fergħat tad Danubju u f sensiela tal iktar nixxigħat u kanali importanti tax xmara L ambjent huwa rikk fil plankton fid dud fil molluski fl insetti u fl isponoz b bosta speċijiet ta ħut fosthom il karpjun il lizz il luċċjoperka il ħut tal ġilda u l isturjuni tal ilma ħelu l isterlet il Vyza u l kavall tad Danubju Ekosistema tal ilma staġnat Nymphaea alba fid Delta tad Danubju Dan l ambjent jinkludi l lagi u diversi għadajjar nixxigħat u kanali Huwa kkaratterizzat minn flora rikka f wiċċ l ilma u taħt l ilma Myriophyllum Ceratophyllum Vallisneria eċċ taħt l ilma Nymphaea alba Nuphar lutea Trapa natans Alisma plantago eċċ f wiċċ l ilma bl għeruq qrib it truf tal lagi u Salvinia natans Stratiotes aloides Spirogyra eċċ f wiċċ l ilma mingħajr l għeruq b effett negattiv għall bijoproduttivita akkwatika Fost il ħut l izjed importanti huma t tinka Tinca tinca l abramida Abramis brama l iskardola komuni Scardinius erythropthalmus il karpjun tal Prussja Carassius auratus gibelio pixxigatt tad Danubju Silurus glanis dott Ewropew Perca fluviatilis u l lizz tat Tramuntana Esox lucius Ekosistema tal imraġ u taz zoni tal għargħar Il pellikani fid Delta tad Danubju Il qasab u l gzejjer tal qasab f wiċċ l ilma magħrufa bħala plaur fir Rumanija huma l izjed komponenti komuni u magħrufa fid Delta tad Danubju Il veġetazzjoni ta din l ekosistema tikkonsisti mill qasab komuni Phragmites communis u qrib ix xtut tax xmara qasab ieħor bħal Typha latifolia u Typha angustifolia is sogħda Carex dioica Carex stricta l ekwiseta Scirpus radicans Schoenoplectus lacustris u n nagħniegħ tax xmara Mentha aquatica eċċ Dawn jipprovdu ħabitat ideali għar riproduzzjoni u għat tnissil Il plaur huma taħlita ta għeruq tal qasab ħaxix u ħamrija normalment f wiċċ l ilma jew ankrati mal qiegħ tax xmara Inġenerali il qasab jikber madwar il lagi u l għadajjar u bil mod il mod jinvadi s superfiċe tal ilma L għasafar tad Delta tad Danubju ir russett Ardea cinerea il kuluvert Anas platyrhynchos il pellikan abjad Ardea cinerea il blonġun prim Podiceps cristatus Bolla tar Rumanija tal 2004 Dan it tip ta ekosistema huwa magħruf għall varjeta u għall popolazzjoni kbira ta għasafar uħud minnhom rari ħafna L izjed importanti huma l brajmla tat toppu Aythya fuligula il brajmla tat toppu aħmar Netta rufina il kuluvert Anas platyrhynchos il wizza griza Anser anser il margun zgħir Microcarbo pygmeus ir russett vjola Ardea purpurea ir russett abjad Egretta alba l agrett Egretta garzetta il paletta Platalea leucorodia il pellikan abjad Pelecanus onocrotalus Dalmatian pelican Pelecanus crispus iċ ċinju Cygnus olor u l velleran Plegadis falcinellus Speċi ġdida li waslet dan l aħħar hija l faġan Phasianus colchicus Fost il mammiferi hemm il lontra Ewrasjatika Lutra lutra il vizun Ewropew Mustela lutreola l ermellin zgħir Mustela erminea aestiva iċ ċingjal Sus scrofa u l qattus selvaġġ Felis silvestris fix xitwa l liebru Lepus europaeus u kwazi waslu għall estinzjoni mid delta il lupu u l volpi Fost l ispeċijiet li dan l aħħar adattaw għad Delta tad Danubju nsibu r rakun tal Lvant tal Asja Nyctereutes procyonoides in nutrija Ewropea Ondatra zibethica u sa ċertu punt in nutrija tal Amerka t Isfel Myocastor coypus Ekosistemi tax xtut tax xmara u tad digi Il kwakka L art soda tad delta fl imgħoddi kienet miksija rqajja kbar ta siġar taz zafzafa li ġew maqtugħin kwazi għalkollox u ġew sostitwiti bil luq Kanadiz Max xtut tax xmara għad hemm irqajja zgħar ta siġar taz zafzafa fl istat naturali tagħhom Salix alba Salix fragilis Salix purpurea Salix pentandra Salix triandra eċċ imħalltin bil luq abjad Populus alba Okkazjonalment is siġar taz zafzafa jiffurmaw kurituri tul il fergħat u l kanali l kbar tax xmara Danubju Fl artijiet mistagħdra ta Letea u ta Caraorman hemm foresti mħalltin tal ballut Quercus robur Quercus pedunculiflora u diversi siġar Fraxinus pallisiae Ulmus foliaceae Populus tremula arbuxxelli Prunus spinosa Crataegus monogyna Rosa canina Berberis vulgaris eċċ u dwieli Vitis sylvestris Hedera helix Humulus lupulus Periploca graeca li jikbru sa 25 metru jikbru fiz zoni tad duni bir ramel Fl art mistagħdra ta Letea dawn il foresti b dehra ezotika jikbru speċjalment fl inzul bejn id duni tar ramel f irqajja zgħar imsejħa hasmace Il fawna ta dan ir reġjun tinkludi l vipera tal mergħat Vipera ursinii l arpa Pandion haliaetus u l kokka imperjali Bubo bubo AbitantiSajjied Lipovan ta Chilia Veche Id Delta tad Danubju x aktarx li huwa l inqas reġjun abitat fiz zoni miti tal Ewropa Fin naħa Rumena jgħixu madwar 20 000 ruħ li minnhom 4 600 ruħ jgħixu fil port ta Sulina b densita medja ta madwar zewġ abitanti kull km2 Il kumplament tal popolazzjoni hija sparpaljata fost is 27 villaġġ li minnhom tlieta biss kollha fil marġini kellhom iktar minn 500 ruħ fl 2002 Il belt ta Tulcea fit tarf tal Punent tad delta għandha popolazzjoni ta 92 000 ruħ fl 2002 din tirrapprezenta ċ ċentru ewlieni tar reġjun minn fejn wieħed jista jaċċessa d delta Vylkove l Ukrajna L izolament kbir u l kundizzjonijiet diffiċli ferm ta għajxien ibbazati l iktar fuq is sussistenza wasslu biex id Delta tad Danubju jkun post ta emigrazzjoni jew mill inqas ta tranzitu Ftit ħafna minn dawk li jitwieldu fir reġjun jibqgħu hemmhekk meta jsiru adulti fl istess waqt l oriġini tal abitanti tvarja ferm peress li n nies minn bosta partijiet tar Rumanija jgħixu fid delta Il popolazzjoni totali baqgħet bejn wieħed u ieħor kostanti matul is seklu 20 kien hemm 12 000 abitant fis snin 90 tas seklu 19 u 14 000 abitant qabel it Tieni Gwerra Dinjija Ir Rumeni jirrapprezentaw madwar 80 tal popolazzjoni u l Ukreni madwar 10 Fost in nies l oħra li jgħixu fid delta hemm minoranzi etniċi bħall Griegi it Torok u l Bulgari fl 1992 Partikolari fir reġjun izda rari ħafna bħala entita etnika hemm il Lipovani id dixxendenti tal fidili tar rit Ortodoss antik li ħarbu mill persegwitazzjoni reliġjuza fir Russja fis seklu 18 Fuq in naħa Ukrena fit tarf tat Tramuntana tad delta ir raħal ta Izmail għandu popolazzjoni ta 85 000 ruħ ir raħal ta Kiliya għandu popolazzjoni ta 21 800 ruħ u r raħal ta Vilkovo iċ ċentru prinċipali tal komunita Lipovana għandu popolazzjoni ta 9 300 ruħ StorjaId Delta tad Danubju fl 1867 bħala parti mill Imperu Ottoman Fid dokumenti storiċi ġie rreġistrat li n nies ta Dacia għexu fid Delta tad Danubju qabel ma nħakmu mir Rumani Wara invazjoni suċċessiva mill Vizigoti ir reġjun għadda minn id għall oħra bosta drabi Matul is seklu 15 id Delta tad Danubju saret parti mill Imperu Ottoman Fl 1812 wara l Gwerra bejn ir Russja u t Turkija il fruntieri tal Imperu Ottoman u tal Imperu Russu ġew stabbiliti permezz tal Kanal ta Kilia u l Kanal Antik ta Stambul tad Danubju u fl 1829 permezz tal Kanal ta San Ġorġ It Trattat ta Pariġi tal 1856 li temm il Gwerra tal Krimea assenja d Delta tad Danubju lill Imperu Ottoman u stabbilixxa kummissjoni internazzjonali li wettqet sensiela ta xogħlijiet ta appoġġ għan navigazzjoni Fl 1878 wara t telfa li ġarrab l Imperu Ottoman kontra r Russja u r Rumanija il fruntiera bejn iz zewġ pajjizi ġiet stabbilita permezz tal Kanal ta Kilia u l Kanal Antik ta Stambul Fl 1991 il parti Rumena tad Delta tad Danubju tnizzlet fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO Madwar 2 733 km2 tad delta huma zoni protetti b mod strett Fl 1998 fil qafas tal Program tal Bniedem u l Bijosfera tal UNESCO is 6 264 03 km2 tad Delta tad Danubju ġew stabbiliti bħala rizerva ta bijosfera kondiviza bejn ir Rumanija u l Ukrajna Storikament fir Rumanija parti mid Delta tad Danubju ġiet immarkata bħala rizerva fl 1938 Fl Ukrajna il fergħa tad Danubju tar Rizerva Statali tal Baħar Iswed ġiet stabbilita fl 1973 Fl 1981 din ġiet organizzata mill ġdid fir Rizerva Naturali tal Flussi tad Danubju u fl 1998 ġiet estiza għar Rizerva ta Bijosfera tad Danubju Kwistjonijiet ambjentaliIx xogħlijiet fuq skala kbira fid Delta tad Danubju beda diġa mit tieni nofs tas seklu 19 L ewwel korrezzjonijiet tal fergħa ta Sulina bdew fl 1862 u baqgħu għaddejjin matul is seklu 20 B hekk it tul tal fergħa ta Sulina tnaqqas minn 92 kilometru għal 64 kilometru u l fluss tagħha rdoppja u iktar u sar adattat għan navigazzjoni tal bastimenti l kbar Il korrezzjoni tas sitt fergħat il kbar tal fluss tax xmara wasslet għat tnaqqis tat tul tal fergħa ta Sfantu Gheorghe minn 108 kilometri għal 70 kilometru u l fluss tagħha zdied kemxejn ukoll Dawn iz zewġ zidiet saru għad detriment tal fergħa ta Chilia li attwalment hija l izjed fergħa mhux mimsusa mit tliet fergħat Dawn il korrezzjonijiet kif ukoll it tħaffir ta diversi kanali sekondarji tul il korp tad delta kellhom impatt serju ħafna fuq l ekosistema L ambjenti naturali ġew mibdula ix xejra tat tnissil tal ħut ġiet imfixkla u l flussi fil fergħat prinċipali zdiedu b konsegwenzi serji fir rigward tal iskariku ta alluvia u l erozjoni tax xtut Il qasab ġie maħsud b mod intensiv matul l era Komunista Ir reġim kellu pjanijiet biex jittrasforma d delta f zona agroindustrijali kbira Għalkemm l ewwel sfruttament agrikolu modern imur lura għall 1939 Ostrovul Tataru kien biss wara l 1960 li zoni kbar ġew imbattla mill ilma u kkonvertiti għad detriment tal artijiet mistagħdra Fl 1991 l art agrikola fid delta qabzet il 100 000 ettaru u iktar minn terz tas superfiċe tagħha ġiet affettwata mill kultivazzjoni tal għelejjel it tħawwil tal foresti jew l akkwakultura Minħabba dawn il bidliet flimkien maz zieda fit tniġġis u fl ewtrofikazzjoni tal ilmijiet tad Danubju kif ukoll deċennji ta sfruttament u regolamenti batuti dwar is sajd il popolazzjoni tal ħut naqset b mod vizibbli Fl 2004 l Ukrajna inawgurat ix xogħol fuq il Kanal ta Bistroe li kellu jipprovdi kollegament navigabbli addizzjonali mill Baħar Iswed sas sezzjoni popolata Ukrena tad Delta tad Danubju Madankollu minħabba l impatt negattiv li dan il kanal il ġdid seta jkollu fuq l ekosistema fraġli tad delta l Unjoni Ewropea tat parir lill Ukrajna biex twaqqaf ix xogħol L uffiċjali Rumeni heddew li jressqu lill Ukrajna quddiem il Qorti Internazzjonali tal Ġustizzja Taħt il presidenza ta l Ukrajna wieġbet li r Rumanija kienet qed tibza biss mill kompetizzjoni li l kanal il ġdid kien se jġib miegħu u kompliet taħdem fuq il kanal Taħt il presidenza ta li zar ir Rumanija fl 2005 iz zewġ naħat qablu li kellhom ikunu l professjonisti li jiddeċiedu dwar id destin tal kanal Fit tul l Ukrajna qed tippjana li tibni kanal għan navigazzjoni jekk mhux mill Kanal ta Bistroe minn xi kanal ieħor Referenzi Ukraine United Nations Educational Scientific and Cultural Organization web archive org 2022 03 04 Arkivjat mill oriġinal fl 2022 03 04 Miġbur 2023 06 17 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Danube Delta United Nations Educational Scientific and Cultural Organization web archive org 2022 05 09 Arkivjat mill oriġinal fl 2017 01 04 Miġbur 2023 06 17 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Centre UNESCO World Heritage Danube Delta UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2023 06 17 Giosan Liviu Donnelly Jeffrey P Constantinescu Stefan Filip Florin Ovejanu Ionut Vespremeanu Stroe Alfred Vespremeanu Emil Duller Geoff A T 2006 Young Danube delta documents stable Black Sea level since the middle Holocene Morphodynamic paleogeographic and archaeological implications Geology 34 9 757 760 Liviu Giosan Marco J L Coolen Jed O Kaplan Stefan Constantinescu Florin Filip Mariana Filipova Marinova Albert J Kettner Nick Thom August 30 2012 Early Anthropogenic Transformation of the Danube Black Sea System Scientific Reports 2 article number 582 582 Nuwer Rachel 2012 09 14 From Ancient Deforestation a Delta Is Born Green Blog bl Ingliz Miġbur 2023 06 17 Giosan Liviu Constantinescu Stefan Filip Florin Deng Bing 2013 Maintenance of large deltas through channelization Nature vs humans in the Danube delta Anthropocene 1 35 45 Study Offers Economical Solutions for Maintaining Critical Delta Environments bl Ingliz Miġbur 2023 06 17 The Danube Delta Halmyris web archive org 2018 07 09 Arkivjat minn l oriġinal fl 2018 07 09 Miġbur 2023 06 17 Iordachi Constantin Van Assche Kristof 2014 The Bio Politics of the Danube Delta Lexington Books ISBN 978 0 7391 9514 7

L-aħħar artikli
  • Ġunju 12, 2025

    Reġjun tax-Xlokk (Malta)

  • Ġunju 09, 2025

    Reġjun tat-Tramuntana, Malta

  • Ġunju 09, 2025

    Reġjun tal-Punent, Malta

  • Ġunju 06, 2025

    Reġjun tal-Port, Malta

  • Ġunju 09, 2025

    Reġjun Ċentrali (Malta)

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq