Denis Law twieled fl 24 ta Frar 1940 huwa eks plejer tal futbol Skoċċiż li gawda bejn is snin ħamsin u sebgħin karriera
Denis Law

Denis Law (twieled fl-24 ta' Frar 1940) huwa eks-plejer tal-futbol Skoċċiż li gawda bejn is-snin ħamsin u sebgħin karriera twila ta' suċċess bħala attakkant.
Denis Law fl-2011 | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Denis Law | ||
Twelid | 24 ta' Frar 1940 , Skozja | ||
Tul | 1.75 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Mixtliet | |||
1955–1956 | |||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1956–1960 | |||
1960–1961 | |||
1961–1962 | |||
1962–1973 | Manchester United | ||
1973–1974 | |||
Tim nazzjonali | |||
1958–1974 | Skozja |
Il-karriera ta' Law bħala plejer bdiet fit-Tieni Diviżjoni mat-tim ta' fl-1956. Wara erba' snin ma' Huddersfield, xtrawh għas-somma rekord ta' £55,000. Law qatta' sena qabel mat-tim Taljan ta' kisbu l-firma tiegħu għal £110,000, fejn din id-darba nkiser rekord ġdid għal trasferiment bejn klabb Ingliż u dak Taljan. Minkejja li lagħab tajjeb fl-Italja, hu sabha diffiċli biex jissetilja u fl-1962 Manchester United xtrawh għal somma oħra rekord ta' £115,000.
Hu hu l-aktar magħruf għall-ħdax-il sena li qatta' ma' United, fejn skorja 237 gowl f'409 logħba u kien imlaqqam bħala The King (Ir-Re) mill-partitarji. Denis Law hu l-uniku plejer Skoċċiż fl-istorja li qatt rebaħ l-unur prestiġjuż tal-Plejer Ewropew tas-Sena fl-1964, u għen lit-tim jirbaħ l-Ewwel Diviżjoni fl-1965 u fl-1967. Law ħalla lil Manchester United fl-1973 fejn minn hemmek reġa' rritorna ma' Manchester City għal staġun wieħed, u wara rrapreżenta lill-Iskozja fit-. Law lagħab 55 logħba mal-Iskozja u jżomm ir-rekord tal-aktar gowls skurjati mat-tim nazzjonali Skoċċiż. Law hu wkoll it-tieni l-aqwa skorer ta' United ta' kull żmien wara Bobby Charlton, waqt li jżomm rekord ma' United talli skorja 46 gowl fi staġun wieħed.
Bijografija
Trobbija
Denis kien it-tifel ta' George Law, sajjied, u l-marta tiegħu Robina, u kien l-iżgħar fost sebat itfal. Il-familja Law kienu waħda fqira, fejn kienu jgħixu f'appartament tal-kunsill f'Aberdeen, u l-ewwel par ta' żarbun tal-futbol ġew mogħtija lilu minn ġar.
Meta kien żgħir kien partitarju tal- u meta kien ikollu l-flus kien iħobbu jarahom, waqt li meta ma kienx ikollu kien jara timijiet lokali li mhuma f'ebda kampjonat. L-ossessjoni lejn il-futbol waslitu biex jirrifjuta li jattenda l-, minħabba li hemmhekk kellu jilgħab ir-rugbi minflok. Hu minflok attenda l-Powis Academy (li llum hi s-St. Machar Academy) f'Aberdeen stess. Minkejja li kien ibati minn serju, hu wera li kellu talent promettenti meta ġie mmexxi minn difensur fuq il-faxxi għal pożizzjoni aktar offensiva, u kien fost il-magħżulin tal-istudenti skolastiċi tal-Iskozja.
Huddersfield Town
Fl-, Archie Beattie li kien jaħdem f'isem , intebaħ bit-talent ta' Law u stiednu biex jagħmel prova għal mal-iskwadra. Meta wasal hemmhekk, il-kowċ stqarr, "Dan it-tfajjel huwa kapriċċ. Qatt ma rajt prospett tal-futbol inqas probabbli minn dan — dgħajjef, qasir u bin-nuċċali." Madanakollu, b'sorpriża kbira, huma kisbu l-firma tiegħu nhar it-3 ta' April 1955. Meta kien f'Huddersfield, hu għamel operazzjoni biex jikkoreġi l-istrabiżmu li kellu, li għenitu aktar biex jiżviluppa l-kunfidenza fih innifsu.
Ir-relegazzjoni ta' Huddersfield għat-Tieni Diviżjoni tat aktar ċans lil Law biex jilgħab logħba, u ddebutta fl-24 ta' Diċembru 1956, fl-età ta' sittax-il sena biss, fir-rebħa ta' 2–0 fuq . Il-kowċ ta' Manchester United, , offra lil Huddersfield somma ta' £10,000 għal Law, somma sostanzjali għal plejer f'dak iż-żmien, imma l-klabb irrifjutaha. Hu ma ntgħażilx biex jilgħab mal-Iskozja fit-, imma skorja fid-debutt tiegħu kontra Wales nhar it-18 ta' Ottubru 1958 u mal-ewwel stabilixxa ruħu mal-ewwel ħdax. , li kien kowċ ta' Huddersfield bejn l-1957 u l-1959, meta mar biex jieħu f'idejh lit-tim ta' Liverpool xtaq li jġib lil Law miegħu, però Lierpool f'dak il-mument ma kinux jaffordjawh.
Manchester City
F'Marzu tal-1960, Law iffirma għal għal somma rekord ta' £55,000, minkejja li l-parti mis-somma ta' Law kienet "prattikament xejn". Minkejja li tim mill-Ewwel Diviżjoni, City għal ftit evitat ir-relegazzjoni l-istaġun preċedenti, u ġenwinament Law ħass li f'dak il-mument Huddersfield kellhom tim aqwa. Law iddebutta fid-19 ta' Marzu, meta skorja fit-telfa ta' 4–3 kontra Leeds United. F'April 1961, hu skorja żewġ gowls fir-rebħa ta' 4–1 fuq Aston Villa, rebħa li assigurat is-salvazzjoni ta' City fl-Ewwel Diviżjoni.
Minkejja li kien qed jaħseb biex jitlaq, hu kien qed jilgħab tajjeb u fl-1961 Law skorja sitt gowls f'logħba tal- kontra . Sfortunatament, il-partita spiċċat abbandunata meta kien għad baqa' għoxrin minuta, u b'hekk is-sitt gowls tiegħu ma kinux jgħoddu. Biex tkompli tgħaxxaqha, Luton rebħu l-konfront suċċessiv bl-iskor ta' 3–1, u City spiċċaw barra mill-kompetizzjoni.
Fil-partita internazzjonali tal-Iskozja kontra l-Ingilterra li ntlagħbet fil-15 ta' April 1961, hu lagħab però ma rnexxielux jiskorja. Skozja spiċċaw jitilfu bl-iskor umiljanti ta' 9–3, u Law iddeskriviha bħala "l-iswed ġurnata". Novembru ta' wara, Law irrapreżenta lill-Football League f'partita kontra l-kampjonat Taljan, fejn tilef bl-iskor ta' 4–2.
Minkejja li gawda ż-żmien ma' City, hu xtaq li jilgħab ma' tim ta' aktar suċċess u ġie mibjugħ lill-klabb Taljan ta' fis-sajf tal-1961.
Torino
Iż-żmien ta' Law fl-Italja ma marx kif xtaq. Il-klabb Taljan ta' Inter, ried jipprevjeni li hekk kif jasal Law isir plejer ta' Torino, fejn il-klabb stqaar li hu kien iffirma kuntratt preċedenti magħhom, minkejja li waqqgħu din l-istqarrija qabel ma' beda l-istaġun.
Plejers mir-Renju Unit ma kinux tratti tajjeb dak iż-żmien, u s- massimu għall-futbolers kienet ġiet riċentament abolita, u b'hekk spiċċa sorpriż meta sab li t-taħriġ ta' qabel l-istaġun kien ibbażat f'lukanda lussuża fl-. Madanakollu, Torino kienu jħallsu lill-plejers kont il-prestazzjoni, fejn kienu jagħtu lill-plejers basktijiet mimlijin flus meta t-tim kien jirbaħ, però meta kien jitlef kienu jingħataw ftit, jew anki xejn. Bħal ħafna plejers Brittaniċi li marru jilgħabu l-Italja, Law ma kienx jogħġbu l-istil tal-futbol u sabha bi tqila biex jadatta ruħu għalih. Is-sistema ultra-difensiva tal- kienet populari ġewwa l-Italja, u b'hekk l-attakkanti ftit li xejn kien ikollhom ċansijiet biex jiskorjaw. Waqt li kien jilgħab ma' Torino baqa' jilgħab mat-tim Skoċċiż, minkejja li l-klabb ma tantx kien kuntent li jħalluh jilgħab partiti internazzjonali u tpoġġiet klawżola fil-kuntratt tiegħu li kienet tgħid li huma ma kienux obbligati li jagħmlu dan.
Fis-7 ta' Frar 1962, hu spiċċa nvolut f'inċident f'karozza meta sieħbu dar in-naħa l-ħażina madwar dawwara u ħakk mal-bankina hekk kif hu prova jdawwar il-karozza, fejn minflok dawwarha bil-maqlub. Baker kien kważi maqtul, waqt li Law sofra ġrieħi li ma kienu ta' ebda periklu għal ħajtu.
F'April, hu għamel rikjesta ta' trasferiment li kienet injorata. L-aħħar dehra tiegħu wriet il-frustrazzjoni tiegħu meta tkeċċa fil-partita kontra . Wara l-partita, Law sar jaf li l-kowċ ta' Torino, , kien qal lir-referi biex ikeċċieh. Lil Law qalulu li kien se jiġi trasferit lejn Manchester United. Madanakollu, xi ftit tal-jiem wara, kien ġie mifhum li Law kien se jiġi mibjugħ lit-tim ta' Juventus u li fil-kuntratt tiegħu kellu li seta' jmur mat-tim il-ġdid skont jekk kellux pjaċir jew le. Hu rrisponda billi rritorna lura lejn Aberdeen fejn kien jaf li Torino ma kienux se jieħdu sold mit-trasferiment jekk hu rrifjuta li jilgħab mal-Juventus.
Eventwalment hu ffirma mat-tim ta' United fl-10 ta' Lulju 1962, għal somma oħra rekord ta' 115,000.
Manchester United
Is-snin ta' glorja
L-ewwel partita bil-flokk ta' United wasal kontra nhar it-18 ta' Awwissu 1962, fejn id-debutt tiegħu mmarkah b'gowl mal-ewwel seba' minuti. Il-partiti spiċċat f'pari ta' 2–2. Madanakollu, il-forma ta' United kienet inkonsistenti wara d- fl-1958, u minħabba din l-inkonsistenza huma qattgħu l-istaġun jiġġieldu biex jevitaw ir-relegazzjoni. F'partita tal-kampjonat kontra Law skorja tripletta però xorta waħda United tilfu. Fl-, it-tim ta' Manchester United sab il-forma mixtieqa b'Law jiskorja fir-rebħa ta' 5–0 fuq il-klabb il-qadim tiegħu , u waslu sal-finali kontra Leicester City. Leicester kienu l-favoriti li jirbħu, wara li huma kienu spiċċaw ir-raba' fil-kampjonat, però Law skorja l-ewwel gowl hekk kif United rebħu l-finali bl-iskor ta' 3–1, li kellha tkun ukoll l-unika finali tal-FA Cup li Law qatt kellu jilgħab. Dak l-istaġun wasal ukoll iż-żwieġ mal-mara tiegħu Diana, nhar il-11 ta' Diċembru 1962.
Sfortunatament, f'dak l-istaġun ġara inċident li Law ħass li kellu reperkussjonijiet fil-futur qarib. F'partita kontra West Brom fil-15 ta' Diċembru 1962, ir-referi Gilbert Pullin kontinwament ipporvoka lil Law b'insulti bħal "O, inti hekk u hekk bravu, ma tafx tilgħab", u wara l-partita Law u l-kowċ tiegħu irrapurtaw dan kollu lill-. Kumitat dixxiplinarju ddeċieda li Pullin kellu jiġi kkastigat severament, però hu ma aċċettax il-verdett tagħhom u rtira mil-logħba. Law aktar tard stqarr "f'għajnejn ċerti referis, [Law] kien bniedem immarkat" u ta tort lil dan l-inċident għall-"kastigi ħorox" li rċieva aktar tard fil-karriera.
Law skorja numru ta' gowls fil-bidu tal- u kien magħżul biex jilgħab f'isem il-Kumplament tad-Dinja kontra l-Ingilterra f', fejn skorja l-gowl tagħhom fit-telfa ta' 2–1. Aktar tard, hu ddeskriva din bħala l-ikbar unur tal-karriera tiegħu. L-istaġun tiegħu kien interott minn sospensjoni ta' 28 ġurnata wara karta ħamra fil-partita kontra Aston Villa. Ix-xitwa kiesħa sfurzat lil United biex jilgħabu ħafna logħbiet fi spazju żgħir, u r-riżultati tagħhom sofrew. Law aktar tard ta t-tort lil dan il-fattur għala United naqsu li jirbħu trofew matul dak l-istaġun.
Fl-, Law rebaħ l-unur tal-Plejer Ewropew tas-Sena, u Manchester United rebħu l-ewwel kampjonat wara t-traġedja ta' Munich. It-28 gowl fil-kampjonat ta' Law f'dak l-istaġun għamluh l-aqwa skorer tal-Ewwel Diviżjoni.
L-istaġun segwenti, Law weġġa' l-irkoppa l-leminija waqt partita internazzjonali mal-Iskozja kontra l-Polonja fil-21 ta' Ottubru 1965. Ma' Huddersfield kien kellu diġà jagħmel operazzjoni fuq l-istess irkoppa, u din kienet se tagħtih il-problemi għall-kumplament tal-karriera.
Fl-1966, Law staqsa lill-kowċ ta' United Matt Busby biex iżidlu s-salarju meta jerġa' jġedded il-kuntratt u hedded li jħalli lill-klabb f'każ li ma jingħatax wieħed. Busby immedjatament poġġa lill-plejer fis-suq tat-trasferimenti, fejn stqarr li "l-ebda plejer mhu se jirrikatta lill-klabb, l-ebda plejer". Meta Law mar jarah, Busby għamel apoloġija bil-miktub biex jiffirma, fejn uriha lill-istampa meta għamel dan. Law aktar tard stqarr li Busby uża dan l-inċident biex iwissi lil plejers oħra biex jagħmlu l-istess ħaġa, imma segretament kien għollilu s-salarju.
Law skorja fir-rebħa storika ta' 3–2 li l-Iskozja għamlu fuq l-Ingilterra nhar il-15 ta' April 1967 fil- tal-1967, inqas minn sena wara li l-Ingilterra kienu nkurunati ċampjins mondjali. Manchester United rebħu l-kampjonat ta' dak l-istaġun, imma Law ħass li r-rebħa fuq l-Ingilterra kienet aktar sodisfaċenti.
Fl-1968, United rebħu t-Tazza taċ-Ċampjins għall-ewwel darba, però l-uġigħ fl-irkoppa kienet qed tagħmillu l-bsaten fir-roti hekk kif hu tilef is-semifinali u anki l-finali. Il-fatt li kien xorta jilgħab waqt li l-irkoppa kienet għadha imweġġa kien qed jikkawża ħsara fuq bażi estensiva. Hu żar speċjalista f'Jannar tal-1968 li kiteb li operazzjoni preċedenti biex jitneħħa l-kartilaġni mill-irkoppa kienet falliet u rrakkomanda li ssir it-tieni operazzjoni, però lil Law ma ntweriex bir-rapport għal diversi snin u kellu jkompli t-taħriġ komplet.
Fl-, United laħqu s-semifinali tat-Tazza taċ-Ċampjins, fejn lagħbu kontra AC Milan. L-ewwel leg f'San Siro spiċċa 2–0 f'favur it-tim Milanista, bit-tieni leg f' jintrebaħ bl-iskor ta' 1–0 grazzi għal gowl ta' Bobby Charlton. F'azzjoni mill-partita, Law ra l-konklużjoni tiegħu li tispiċċa wara l-linja u tiġi newtralizzata minn difensuri tat-tim ta' Milan. Law stqarr li kien gowl però r-referi ħalla l-logħob ikompli biex United ħarġu barra mill-kompetizzjoni. Busby irriżenja fl-aħħar tal-istaġun u n-niżla ta' United bdiet.
In-niżla
ħa f'idejh it-tim fil-bidu tal-istaġun . United spiċċaw it-tmien post fil-kampjonat, però Law tilef kważi l-istaġun kollu minħabba li kien imweġġa, u f'April tal-1970 hu tpoġġa fis-suq tat-trasferimenti għal £60,000. Ħadd m'għamel offerta għalih, u b'hekk baqa' ma' United.
Wara l- pjuttost fqir, inħatar bħala kowċ il-ġdid. Huma għamlu bidu tal- mill-aqwa u spiċċaw is-sena 1971 ħames punti vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika, b'Law jiskorja tnax-il gowl. Madanakollu, ir-riżulati bdew jiddeterjoraw u spiċċaw l-istaġun fit-tmien post. Law skorja fl-ewwel partita tal-istaġun segwenti, , però l-irkoppa reġgħet bdiet tagħtih il-problemi, u naqas li jiskorja gowl matul il-kumplament tal-istaġun. Ir-riżultati fqar komplew sejrin u O'Farrell spiċċa mkeċċi minn postu.
Law irrakkomanda li United jagħżlu lil minflok O'Farrell, minħabba li hu kien jafu matul iż-żmien mat-tim nazzjonali Skoċċiż. Il-klabb aċċetta r-rakkomandazzjoni tiegħu, u l-affarijiet bdew imorru għall-aħjar b'titjib fir-riżultati tal-iskwadra.
L-aħħar staġun
Docherty ta lil Law trasferiment b'xejn fis-sajf tal-1973, u hu ttrasferixxa lura lejn Manchester City. Hu lagħab fit-telfa ta' 2–1 li City sofrew fil-finali tal-, kontra l-Wolves. Fl-aħħar partita tal-, Law skorja gowl kontra l-eks-skwadra tiegħu Manchester United li ggarantixxa r-retroċessjoni mill-Ewwel Diviżjoni tat-tim ta' United, sitt snin biss wara l-finali tat-Tazza taċ-Ċampjins li hu kien tilef. Id-daqqa ta' takkuna ta' Law tat lil City rebħa ta' 1–0, però kien sobgħien li wassal għar-relegazzjoni ta' United (wara kien mifhum li dan ir-riżultat ma kienx determinanti minħabba li United xorta kienu se jiġu relegati anki jekk kienu se jispiċċaw pari, però Law sa dak il-ħin ma kienx jaf) u b'hekk ma ċċelebrax il-gowl, fejn mar lura fin-nofs tiegħu b'rasu baxxuta, u sussegwentament ġie sostitwit. Din kienet l-aħħar partita mill-karriera professjonali tiegħu, hekk kif hu rtira aktar tard minħabba li ma riedx li jispiċċa mat-tim ta' riservi ta' City.
L-Iskozja waslu fil-fażi tal-finali tat- fis-sajf tal-1974, għall-ewwel darba mill-1958. Minkejja li ma lagħab ebda futbol mal-ewwel tim fl-istaġun preċedenti, Law kien inkluż fl-iskwadra u lagħab fl-ewwel partita kontra ż-. Hu ma skorjax, imma l-Iskozja xorta waħda rebħet bl-iskor ta' 2–0. Law kien "veru diżappuntat" li ma spiċċax magħżul għall-partita ta' wara kontra l-Brażil, u l-anqas kien magħżul għall-partita ta' kontra l-Jugożlavja. Minkejja li l-Iskozja ma ħarġitx telliefa mill-ebda konfront li lagħbet, huma xorta waħda spiċċaw barra mill-kompetizzjoni.
Wara l-futbol
Law xorta kellu kuntratt ma' Manchester City però l-kowċ tagħhom Tony Book qallu li jekk kien se jibqa' kien se jilgħab biss futbol mat-tim tar-riservi. Hu ma riedx li jagħlaq il-karriera tiegħu b'dan il-mod u b'hekk irtira mill-futbol internazzjonali fis-sajf tal-1974. Minn dakinhar 'l hawn, Law ħadem ħafna drabi bħala opinjonista sportiv kemm fuq ir- u anki fuq it-. Sa Lulju 2005, hu għadu miżżewweġ lil Diana, u t-tnejn għadhom jgħixu fl-erja qrib Manchester. Huma għandhom ħamest itfal, u t-tifla tagħhom, li jisimha wkoll Diana, taħdem fl-uffiċċju stampa għal Manchester United.
F'Mejju 2008 fil-grawnd ta' Manchester City, Denis Law (flimkien mal-president tal-UEFA ) ippreżenta l-midalji lir-rebbieħa tat-Tazza UEFA, u lill-avversarji tagħhom, it-tim Skoċċiż ta' .
Nhar it-23 ta' Frar 2002, ġiet mikxufa f' statwa ta' Law, fil-parti tal-istadju magħrufha bħala . F'Novembru tal-2003 l-operazzjoni għat-trattament tal- marret b'wiċċ il-ġdid, u kien onorat b'dottorat onorarju mill- fil-5 ta' Lulju 2005.
Unuri
Klabb
- Manchester United
- isem Diviżjoni: 1965, 1967
- : 1963
Law kien ukoll plejer ta' Manchester United meta t-tim rebaħ t-Tazza taċ-Ċampjins tal-1968, però hu tilef il-partita minħabba li kien imweġġa.
Individwali
- Plejer Ewropew tas-Sena: 1964
- Il-Plejer tad-Deheb tal-Iskozja, f'ċelebrazzjoni tal-Ġublew tal-UEFA
Statistika tal-karriera
Prestazzjoni mal-klabb | Kampjonat | Tazza | Total | |||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Staġun | Klabb | Kampjont | App | Gowls | App | Gowls | App | Gowls |
Ingilterra | Kampjonat | Total | ||||||
It-Tieni Diviżjoni | 18 | 3 | ||||||
20 | 6 | |||||||
26 | 2 | |||||||
27 | 8 | |||||||
isem Diviżjoni | 7 | 2 | ||||||
43 | 21 | |||||||
Italja | Kampjonat | Total | ||||||
Serie A | 27 | 10 | ||||||
Ingilterra | Kampjonat | Total | ||||||
Manchester United | isem Diviżjoni | 44 | 29 | |||||
41 | 45 | |||||||
41 | 45 | |||||||
52 | 39 | |||||||
48 | 24 | |||||||
38 | 25 | |||||||
27 | 9 | |||||||
36 | 21 | |||||||
20 | 12 | |||||||
41 | 13 | |||||||
12 | 3 | |||||||
isem Diviżjoni | 26 | 12 | ||||||
Total | Ingilterra | 560 | 290 | |||||
Italja | 27 | 10 | ||||||
Total fil-karriera | 587 | 300 |
Biblijografija
- Law, Denis; Gubba, Ron (1980). Denis Law - An Autobiography (bl-Ingliż). Futura Publications. ISBN 0-7088-1902-8.
- Law, Denis; Harris, Bob (2003). The King (bl-Ingliż). Bantam Press. ISBN 0-593-05140-8.
Referenzi
- ^ Denis Law; Ron Gubba, Denis Law – An Autobiography (Londra: Futura Publications, 1980), 8.
- ^ ukoll skorja 30 gowl għall-Iskozja, minkejja li dan għamlu f'102 partiti kkomparat mal-55 partita ta' Law.
- ^ Denis Law and Bob Harris, The King (New York: Bantam Press, 2003), 29.
- ^ Ibid., 44.
- ^ Ibid., 52.
- ^ Ibid., 53.
- ^ Ibid., 54.
- ^ Clayton, David (2002). Everything under the blue moon: the complete book of Manchester City FC - and more! (bl-Ingliż). Edinburgh: Mainstream publishing. p. 126. ISBN 1-84018-687-9.
- ^ Ibid., 112.
- ^ Ibid., 55.
- ^ Ibid., 67.
- ^ Ibid., 68.
- ^ Ibid., 80.
- ^ Denis Law – An Autobiography, 67.
- ^ Ibid., 68.
- ^ Ibid., 74.
- ^ The King,164.
- ^ Ibid., 170.
- ^ Ibid., 170–171.
- ^ Ibid., 178.
- ^ Ibid., 189.
- ^ Ibid., 208.
- ^ Jackson, Stuart. "Season 1971-72" (bl-Ingliż). RSSSF. Miġbur 2009-02-23.
- ^ Ibid., 217.
- ^ Ibid., 108.
- ^ "Match Schedule - 1974 World Cup" (bl-Ingliż). planetworldcup.com. Miġbur 2008-02-23.
- ^ Denis Law – An Autobiography, 162.
- ^ "Denis Law statue unveiled" (bl-Ingliż). Manchester United. Miġbur 2009-02-23.
- ^ "How I beat prostate cancer: Denis Law" (bl-Ingliż). Manchester Online. Miġbur 2009-02-23.
- ^ "Law will not judge Glazers yet" (bl-Ingliż). Manchester Online. Miġbur 2005-07-08.
Ħoloq esterni
- Denis Law fuq scottishfa.co.uk
- Denis Law fuq is-sit uffiċjali ta' Manchester United
Unuri | ||
---|---|---|
Predeċessur | Plejer Ewropew tas-Sena 1964 | Suċċessur |
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Denis Law, X'inhi Denis Law? Xi tfisser Denis Law?
Denis Law twieled fl 24 ta Frar 1940 huwa eks plejer tal futbol Skoċċiz li gawda bejn is snin ħamsin u sebgħin karriera twila ta suċċess bħala attakkant Denis LawDenis Law fl 2011Informazzjoni personaliIsem sħiħDenis LawTwelid24 ta Frar 1940 1940 02 24 85 sena SkozjaTul1 75 mRwolAttakkantMixtliet1955 1956Karriera professjonaliSninKlabb1956 19601960 19611961 19621962 1973Manchester United1973 1974Tim nazzjonali1958 1974Skozja Il karriera ta Law bħala plejer bdiet fit Tieni Divizjoni mat tim ta fl 1956 Wara erba snin ma Huddersfield xtrawh għas somma rekord ta 55 000 Law qatta sena qabel mat tim Taljan ta kisbu l firma tiegħu għal 110 000 fejn din id darba nkiser rekord ġdid għal trasferiment bejn klabb Ingliz u dak Taljan Minkejja li lagħab tajjeb fl Italja hu sabha diffiċli biex jissetilja u fl 1962 Manchester United xtrawh għal somma oħra rekord ta 115 000 Hu hu l aktar magħruf għall ħdax il sena li qatta ma United fejn skorja 237 gowl f 409 logħba u kien imlaqqam bħala The King Ir Re mill partitarji Denis Law hu l uniku plejer Skoċċiz fl istorja li qatt rebaħ l unur prestiġjuz tal Plejer Ewropew tas Sena fl 1964 u għen lit tim jirbaħ l Ewwel Divizjoni fl 1965 u fl 1967 Law ħalla lil Manchester United fl 1973 fejn minn hemmek reġa rritorna ma Manchester City għal staġun wieħed u wara rraprezenta lill Iskozja fit Law lagħab 55 logħba mal Iskozja u jzomm ir rekord tal aktar gowls skurjati mat tim nazzjonali Skoċċiz Law hu wkoll it tieni l aqwa skorer ta United ta kull zmien wara Bobby Charlton waqt li jzomm rekord ma United talli skorja 46 gowl fi staġun wieħed BijografijaTrobbija Denis kien it tifel ta George Law sajjied u l marta tiegħu Robina u kien l izgħar fost sebat itfal Il familja Law kienu waħda fqira fejn kienu jgħixu f appartament tal kunsill f Aberdeen u l ewwel par ta zarbun tal futbol ġew mogħtija lilu minn ġar Meta kien zgħir kien partitarju tal u meta kien ikollu l flus kien iħobbu jarahom waqt li meta ma kienx ikollu kien jara timijiet lokali li mhuma f ebda kampjonat L ossessjoni lejn il futbol waslitu biex jirrifjuta li jattenda l minħabba li hemmhekk kellu jilgħab ir rugbi minflok Hu minflok attenda l Powis Academy li llum hi s St Machar Academy f Aberdeen stess Minkejja li kien ibati minn serju hu wera li kellu talent promettenti meta ġie mmexxi minn difensur fuq il faxxi għal pozizzjoni aktar offensiva u kien fost il magħzulin tal istudenti skolastiċi tal Iskozja Huddersfield Town Fl Archie Beattie li kien jaħdem f isem intebaħ bit talent ta Law u stiednu biex jagħmel prova għal mal iskwadra Meta wasal hemmhekk il kowċ stqarr Dan it tfajjel huwa kapriċċ Qatt ma rajt prospett tal futbol inqas probabbli minn dan dgħajjef qasir u bin nuċċali Madanakollu b sorpriza kbira huma kisbu l firma tiegħu nhar it 3 ta April 1955 Meta kien f Huddersfield hu għamel operazzjoni biex jikkoreġi l istrabizmu li kellu li għenitu aktar biex jizviluppa l kunfidenza fih innifsu Ir relegazzjoni ta Huddersfield għat Tieni Divizjoni tat aktar ċans lil Law biex jilgħab logħba u ddebutta fl 24 ta Diċembru 1956 fl eta ta sittax il sena biss fir rebħa ta 2 0 fuq Il kowċ ta Manchester United offra lil Huddersfield somma ta 10 000 għal Law somma sostanzjali għal plejer f dak iz zmien imma l klabb irrifjutaha Hu ma ntgħazilx biex jilgħab mal Iskozja fit imma skorja fid debutt tiegħu kontra Wales nhar it 18 ta Ottubru 1958 u mal ewwel stabilixxa ruħu mal ewwel ħdax li kien kowċ ta Huddersfield bejn l 1957 u l 1959 meta mar biex jieħu f idejh lit tim ta Liverpool xtaq li jġib lil Law miegħu pero Lierpool f dak il mument ma kinux jaffordjawh Manchester City F Marzu tal 1960 Law iffirma għal għal somma rekord ta 55 000 minkejja li l parti mis somma ta Law kienet prattikament xejn Minkejja li tim mill Ewwel Divizjoni City għal ftit evitat ir relegazzjoni l istaġun preċedenti u ġenwinament Law ħass li f dak il mument Huddersfield kellhom tim aqwa Law iddebutta fid 19 ta Marzu meta skorja fit telfa ta 4 3 kontra Leeds United F April 1961 hu skorja zewġ gowls fir rebħa ta 4 1 fuq Aston Villa rebħa li assigurat is salvazzjoni ta City fl Ewwel Divizjoni Minkejja li kien qed jaħseb biex jitlaq hu kien qed jilgħab tajjeb u fl 1961 Law skorja sitt gowls f logħba tal kontra Sfortunatament il partita spiċċat abbandunata meta kien għad baqa għoxrin minuta u b hekk is sitt gowls tiegħu ma kinux jgħoddu Biex tkompli tgħaxxaqha Luton rebħu l konfront suċċessiv bl iskor ta 3 1 u City spiċċaw barra mill kompetizzjoni Fil partita internazzjonali tal Iskozja kontra l Ingilterra li ntlagħbet fil 15 ta April 1961 hu lagħab pero ma rnexxielux jiskorja Skozja spiċċaw jitilfu bl iskor umiljanti ta 9 3 u Law iddeskriviha bħala l iswed ġurnata Novembru ta wara Law irraprezenta lill Football League f partita kontra l kampjonat Taljan fejn tilef bl iskor ta 4 2 Minkejja li gawda z zmien ma City hu xtaq li jilgħab ma tim ta aktar suċċess u ġie mibjugħ lill klabb Taljan ta fis sajf tal 1961 Torino Iz zmien ta Law fl Italja ma marx kif xtaq Il klabb Taljan ta Inter ried jipprevjeni li hekk kif jasal Law isir plejer ta Torino fejn il klabb stqaar li hu kien iffirma kuntratt preċedenti magħhom minkejja li waqqgħu din l istqarrija qabel ma beda l istaġun Plejers mir Renju Unit ma kinux tratti tajjeb dak iz zmien u s massimu għall futbolers kienet ġiet riċentament abolita u b hekk spiċċa sorpriz meta sab li t taħriġ ta qabel l istaġun kien ibbazat f lukanda lussuza fl Madanakollu Torino kienu jħallsu lill plejers kont il prestazzjoni fejn kienu jagħtu lill plejers basktijiet mimlijin flus meta t tim kien jirbaħ pero meta kien jitlef kienu jingħataw ftit jew anki xejn Bħal ħafna plejers Brittaniċi li marru jilgħabu l Italja Law ma kienx jogħġbu l istil tal futbol u sabha bi tqila biex jadatta ruħu għalih Is sistema ultra difensiva tal kienet populari ġewwa l Italja u b hekk l attakkanti ftit li xejn kien ikollhom ċansijiet biex jiskorjaw Waqt li kien jilgħab ma Torino baqa jilgħab mat tim Skoċċiz minkejja li l klabb ma tantx kien kuntent li jħalluh jilgħab partiti internazzjonali u tpoġġiet klawzola fil kuntratt tiegħu li kienet tgħid li huma ma kienux obbligati li jagħmlu dan Fis 7 ta Frar 1962 hu spiċċa nvolut f inċident f karozza meta sieħbu dar in naħa l ħazina madwar dawwara u ħakk mal bankina hekk kif hu prova jdawwar il karozza fejn minflok dawwarha bil maqlub Baker kien kwazi maqtul waqt li Law sofra ġrieħi li ma kienu ta ebda periklu għal ħajtu F April hu għamel rikjesta ta trasferiment li kienet injorata L aħħar dehra tiegħu wriet il frustrazzjoni tiegħu meta tkeċċa fil partita kontra Wara l partita Law sar jaf li l kowċ ta Torino kien qal lir referi biex ikeċċieh Lil Law qalulu li kien se jiġi trasferit lejn Manchester United Madanakollu xi ftit tal jiem wara kien ġie mifhum li Law kien se jiġi mibjugħ lit tim ta Juventus u li fil kuntratt tiegħu kellu li seta jmur mat tim il ġdid skont jekk kellux pjaċir jew le Hu rrisponda billi rritorna lura lejn Aberdeen fejn kien jaf li Torino ma kienux se jieħdu sold mit trasferiment jekk hu rrifjuta li jilgħab mal Juventus Eventwalment hu ffirma mat tim ta United fl 10 ta Lulju 1962 għal somma oħra rekord ta 115 000 Manchester United Is snin ta glorja L ewwel partita bil flokk ta United wasal kontra nhar it 18 ta Awwissu 1962 fejn id debutt tiegħu mmarkah b gowl mal ewwel seba minuti Il partiti spiċċat f pari ta 2 2 Madanakollu il forma ta United kienet inkonsistenti wara d fl 1958 u minħabba din l inkonsistenza huma qattgħu l istaġun jiġġieldu biex jevitaw ir relegazzjoni F partita tal kampjonat kontra Law skorja tripletta pero xorta waħda United tilfu Fl it tim ta Manchester United sab il forma mixtieqa b Law jiskorja fir rebħa ta 5 0 fuq il klabb il qadim tiegħu u waslu sal finali kontra Leicester City Leicester kienu l favoriti li jirbħu wara li huma kienu spiċċaw ir raba fil kampjonat pero Law skorja l ewwel gowl hekk kif United rebħu l finali bl iskor ta 3 1 li kellha tkun ukoll l unika finali tal FA Cup li Law qatt kellu jilgħab Dak l istaġun wasal ukoll iz zwieġ mal mara tiegħu Diana nhar il 11 ta Diċembru 1962 Sfortunatament f dak l istaġun ġara inċident li Law ħass li kellu reperkussjonijiet fil futur qarib F partita kontra West Brom fil 15 ta Diċembru 1962 ir referi Gilbert Pullin kontinwament ipporvoka lil Law b insulti bħal O inti hekk u hekk bravu ma tafx tilgħab u wara l partita Law u l kowċ tiegħu irrapurtaw dan kollu lill Kumitat dixxiplinarju ddeċieda li Pullin kellu jiġi kkastigat severament pero hu ma aċċettax il verdett tagħhom u rtira mil logħba Law aktar tard stqarr f għajnejn ċerti referis Law kien bniedem immarkat u ta tort lil dan l inċident għall kastigi ħorox li rċieva aktar tard fil karriera Law skorja numru ta gowls fil bidu tal u kien magħzul biex jilgħab f isem il Kumplament tad Dinja kontra l Ingilterra f fejn skorja l gowl tagħhom fit telfa ta 2 1 Aktar tard hu ddeskriva din bħala l ikbar unur tal karriera tiegħu L istaġun tiegħu kien interott minn sospensjoni ta 28 ġurnata wara karta ħamra fil partita kontra Aston Villa Ix xitwa kiesħa sfurzat lil United biex jilgħabu ħafna logħbiet fi spazju zgħir u r rizultati tagħhom sofrew Law aktar tard ta t tort lil dan il fattur għala United naqsu li jirbħu trofew matul dak l istaġun Fl Law rebaħ l unur tal Plejer Ewropew tas Sena u Manchester United rebħu l ewwel kampjonat wara t traġedja ta Munich It 28 gowl fil kampjonat ta Law f dak l istaġun għamluh l aqwa skorer tal Ewwel Divizjoni L istaġun segwenti Law weġġa l irkoppa l leminija waqt partita internazzjonali mal Iskozja kontra l Polonja fil 21 ta Ottubru 1965 Ma Huddersfield kien kellu diġa jagħmel operazzjoni fuq l istess irkoppa u din kienet se tagħtih il problemi għall kumplament tal karriera Fl 1966 Law staqsa lill kowċ ta United Matt Busby biex izidlu s salarju meta jerġa jġedded il kuntratt u hedded li jħalli lill klabb f kaz li ma jingħatax wieħed Busby immedjatament poġġa lill plejer fis suq tat trasferimenti fejn stqarr li l ebda plejer mhu se jirrikatta lill klabb l ebda plejer Meta Law mar jarah Busby għamel apoloġija bil miktub biex jiffirma fejn uriha lill istampa meta għamel dan Law aktar tard stqarr li Busby uza dan l inċident biex iwissi lil plejers oħra biex jagħmlu l istess ħaġa imma segretament kien għollilu s salarju Law skorja fir rebħa storika ta 3 2 li l Iskozja għamlu fuq l Ingilterra nhar il 15 ta April 1967 fil tal 1967 inqas minn sena wara li l Ingilterra kienu nkurunati ċampjins mondjali Manchester United rebħu l kampjonat ta dak l istaġun imma Law ħass li r rebħa fuq l Ingilterra kienet aktar sodisfaċenti Fl 1968 United rebħu t Tazza taċ Ċampjins għall ewwel darba pero l uġigħ fl irkoppa kienet qed tagħmillu l bsaten fir roti hekk kif hu tilef is semifinali u anki l finali Il fatt li kien xorta jilgħab waqt li l irkoppa kienet għadha imweġġa kien qed jikkawza ħsara fuq bazi estensiva Hu zar speċjalista f Jannar tal 1968 li kiteb li operazzjoni preċedenti biex jitneħħa l kartilaġni mill irkoppa kienet falliet u rrakkomanda li ssir it tieni operazzjoni pero lil Law ma ntweriex bir rapport għal diversi snin u kellu jkompli t taħriġ komplet Fl United laħqu s semifinali tat Tazza taċ Ċampjins fejn lagħbu kontra AC Milan L ewwel leg f San Siro spiċċa 2 0 f favur it tim Milanista bit tieni leg f jintrebaħ bl iskor ta 1 0 grazzi għal gowl ta Bobby Charlton F azzjoni mill partita Law ra l konkluzjoni tiegħu li tispiċċa wara l linja u tiġi newtralizzata minn difensuri tat tim ta Milan Law stqarr li kien gowl pero r referi ħalla l logħob ikompli biex United ħarġu barra mill kompetizzjoni Busby irrizenja fl aħħar tal istaġun u n nizla ta United bdiet In nizla ħa f idejh it tim fil bidu tal istaġun United spiċċaw it tmien post fil kampjonat pero Law tilef kwazi l istaġun kollu minħabba li kien imweġġa u f April tal 1970 hu tpoġġa fis suq tat trasferimenti għal 60 000 Ħadd m għamel offerta għalih u b hekk baqa ma United Wara l pjuttost fqir inħatar bħala kowċ il ġdid Huma għamlu bidu tal mill aqwa u spiċċaw is sena 1971 ħames punti vantaġġ fil quċċata tal klassifika b Law jiskorja tnax il gowl Madanakollu ir rizulati bdew jiddeterjoraw u spiċċaw l istaġun fit tmien post Law skorja fl ewwel partita tal istaġun segwenti pero l irkoppa reġgħet bdiet tagħtih il problemi u naqas li jiskorja gowl matul il kumplament tal istaġun Ir rizultati fqar komplew sejrin u O Farrell spiċċa mkeċċi minn postu Law irrakkomanda li United jagħzlu lil minflok O Farrell minħabba li hu kien jafu matul iz zmien mat tim nazzjonali Skoċċiz Il klabb aċċetta r rakkomandazzjoni tiegħu u l affarijiet bdew imorru għall aħjar b titjib fir rizultati tal iskwadra L aħħar staġun Docherty ta lil Law trasferiment b xejn fis sajf tal 1973 u hu ttrasferixxa lura lejn Manchester City Hu lagħab fit telfa ta 2 1 li City sofrew fil finali tal kontra l Wolves Fl aħħar partita tal Law skorja gowl kontra l eks skwadra tiegħu Manchester United li ggarantixxa r retroċessjoni mill Ewwel Divizjoni tat tim ta United sitt snin biss wara l finali tat Tazza taċ Ċampjins li hu kien tilef Id daqqa ta takkuna ta Law tat lil City rebħa ta 1 0 pero kien sobgħien li wassal għar relegazzjoni ta United wara kien mifhum li dan ir rizultat ma kienx determinanti minħabba li United xorta kienu se jiġu relegati anki jekk kienu se jispiċċaw pari pero Law sa dak il ħin ma kienx jaf u b hekk ma ċċelebrax il gowl fejn mar lura fin nofs tiegħu b rasu baxxuta u sussegwentament ġie sostitwit Din kienet l aħħar partita mill karriera professjonali tiegħu hekk kif hu rtira aktar tard minħabba li ma riedx li jispiċċa mat tim ta riservi ta City L Iskozja waslu fil fazi tal finali tat fis sajf tal 1974 għall ewwel darba mill 1958 Minkejja li ma lagħab ebda futbol mal ewwel tim fl istaġun preċedenti Law kien inkluz fl iskwadra u lagħab fl ewwel partita kontra z Hu ma skorjax imma l Iskozja xorta waħda rebħet bl iskor ta 2 0 Law kien veru dizappuntat li ma spiċċax magħzul għall partita ta wara kontra l Brazil u l anqas kien magħzul għall partita ta kontra l Jugozlavja Minkejja li l Iskozja ma ħarġitx telliefa mill ebda konfront li lagħbet huma xorta waħda spiċċaw barra mill kompetizzjoni Wara l futbolLaw xorta kellu kuntratt ma Manchester City pero l kowċ tagħhom Tony Book qallu li jekk kien se jibqa kien se jilgħab biss futbol mat tim tar riservi Hu ma riedx li jagħlaq il karriera tiegħu b dan il mod u b hekk irtira mill futbol internazzjonali fis sajf tal 1974 Minn dakinhar l hawn Law ħadem ħafna drabi bħala opinjonista sportiv kemm fuq ir u anki fuq it Sa Lulju 2005 hu għadu mizzewweġ lil Diana u t tnejn għadhom jgħixu fl erja qrib Manchester Huma għandhom ħamest itfal u t tifla tagħhom li jisimha wkoll Diana taħdem fl uffiċċju stampa għal Manchester United F Mejju 2008 fil grawnd ta Manchester City Denis Law flimkien mal president tal UEFA ipprezenta l midalji lir rebbieħa tat Tazza UEFA u lill avversarji tagħhom it tim Skoċċiz ta Nhar it 23 ta Frar 2002 ġiet mikxufa f statwa ta Law fil parti tal istadju magħrufha bħala F Novembru tal 2003 l operazzjoni għat trattament tal marret b wiċċ il ġdid u kien onorat b dottorat onorarju mill fil 5 ta Lulju 2005 UnuriKlabb Manchester United isem Divizjoni 1965 1967 1963 Law kien ukoll plejer ta Manchester United meta t tim rebaħ t Tazza taċ Ċampjins tal 1968 pero hu tilef il partita minħabba li kien imweġġa Individwali Plejer Ewropew tas Sena 1964 Il Plejer tad Deheb tal Iskozja f ċelebrazzjoni tal Ġublew tal UEFAStatistika tal karrieraPrestazzjoni mal klabb Kampjonat Tazza Total Staġun Klabb Kampjont App Gowls App Gowls App Gowls Ingilterra Kampjonat Total It Tieni Divizjoni 18 3 20 6 26 2 27 8 isem Divizjoni 7 2 43 21 Italja Kampjonat Total Serie A 27 10 Ingilterra Kampjonat Total Manchester United isem Divizjoni 44 29 41 45 41 45 52 39 48 24 38 25 27 9 36 21 20 12 41 13 12 3 isem Divizjoni 26 12 Total Ingilterra 560 290 Italja 27 10 Total fil karriera 587 300BiblijografijaLaw Denis Gubba Ron 1980 Denis Law An Autobiography bl Ingliz Futura Publications ISBN 0 7088 1902 8 Law Denis Harris Bob 2003 The King bl Ingliz Bantam Press ISBN 0 593 05140 8 Referenzi Denis Law Ron Gubba Denis Law An Autobiography Londra Futura Publications 1980 8 ukoll skorja 30 gowl għall Iskozja minkejja li dan għamlu f 102 partiti kkomparat mal 55 partita ta Law Denis Law and Bob Harris The King New York Bantam Press 2003 29 Ibid 44 Ibid 52 Ibid 53 Ibid 54 Clayton David 2002 Everything under the blue moon the complete book of Manchester City FC and more bl Ingliz Edinburgh Mainstream publishing p 126 ISBN 1 84018 687 9 Ibid 112 Ibid 55 Ibid 67 Ibid 68 Ibid 80 Denis Law An Autobiography 67 Ibid 68 Ibid 74 The King 164 Ibid 170 Ibid 170 171 Ibid 178 Ibid 189 Ibid 208 Jackson Stuart Season 1971 72 bl Ingliz RSSSF Miġbur 2009 02 23 Ibid 217 Ibid 108 Match Schedule 1974 World Cup bl Ingliz planetworldcup com Miġbur 2008 02 23 Denis Law An Autobiography 162 Denis Law statue unveiled bl Ingliz Manchester United Miġbur 2009 02 23 How I beat prostate cancer Denis Law bl Ingliz Manchester Online Miġbur 2009 02 23 Law will not judge Glazers yet bl Ingliz Manchester Online Miġbur 2005 07 08 Ħoloq esterniDenis Law fuq scottishfa co uk Denis Law fuq is sit uffiċjali ta Manchester United Unuri Predeċessur Plejer Ewropew tas Sena 1964 Suċċessur