Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Diego Armando Maradona twieled fit 30 ta Ottubru 1960 miet fil 25 ta Novembru 2020 kien plejer u kowċ tal futbol Arġenti

Diego Armando Maradona

  • Paġna Ewlenija
  • Diego Armando Maradona
Diego Armando Maradona
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Diego Armando Maradona (twieled fit-30 ta' Ottubru 1960 – miet fil-25 ta' Novembru 2020) kien plejer u kowċ tal-futbol Arġentin. Rikonoxxut fost l-aqwa plejers fl-istorja tal-isport, Maradona jibqa' magħruf għall-viżjoni, it-teknika, it-tqassim u l-kontroll tal-ballun li kellu. L-istatura qasira tiegħu servietu biex jimmanuvra aħjar minn ħafna plejers oħrajn. Maradona kien imlaqqam "El Pibe de Oro" ("It-Tfajjel tad-Deheb"), isem li baqa' miegħu matul il-karriera tiegħu. Barra l-futbol, kellu problemi f'ħajtu u kien sospiż mil-logħba fl-1991 u l-1994 wara li nstab li kien qiegħed jabbuża mid-droga.

Diego Maradona

Diego Maradona wara r-rebħ tat-Tazza tad-Dinja tal-1986
Informazzjoni personali
Isem sħiħDiego Armando Maradona
Twelid30 ta' Ottubru 1960(1960-10-30)
, Arġentina
Mewt25 ta' Novembru 2020 (60 sena)
, Arġentina
Tul1.65 m
RwolMidfilder offensiv, attakkant
Mixtliet
1969–1976
Karriera professjonali
SninKlabb
1976–1981
1981–1982
1982–1984Barcelona
1984–1991
1992–1993
1993–1994
1995–1997
Tim nazzjonali
1977–1994Arġentina
Timijiet ikkowċjati
1994
1995
2008–2010Arġentina
2011–2012
2017–2018
2018–2019
2019–2020

L-ewwel snin

Diego Armando Maradona twieled fit-30 ta' Ottubru 1960, fl-Isptar Policlínico Evita f', fil-. Hu kien l-ewwel tifel wara ħamest ibniet. Missieru, Diego Maradona "Chitoro" (1927–2015), kien jaħdem f'fabbrika tal-kimika u kien ta' dixxendenza indiġena u Baska, waqt li ommu Dalma Salvadora Franco, "Doña Tota" (1930–2011), kienet ta' dixxendenza Taljana.

Maradona irċieva l-ewwel ballun tal-futbol ta' tliet snin u mal-ewwel għoġbitu l-logħba. F'Marzu tal-1969, hu kien rakommandat lil Los Cebollitas (Il-Basal iż-Żgħar), it-tim taż-żgħar ta' . Maradona mal-ewwel beda jibrilla mas-Cebollitas u ta' tnax-il sena kien iħobb jagħti pjaċir lill-ispettaturi tal-logħbiet tat-tim tal-kbar billi juri l-ħiliet tiegħu bil-ballun. Matul l-1973 u l-1974, Maradona wassal lis-Cebollitas għar-rebħ ta' żewġ kampjonati Evita u 141 logħba mingħajr telfa, spalla ma' spalla ma' u , f'tim li baqa' rikonoxxut fost l-aqwa tim taż-żgħar fl-istorja tal-futbol Arġentin. L-ispirazzjonijiet ta' Maradona kienu l-Brażiljan u l-midfilder ta' Manchester United George Best.

Karriera mal-klabbs

Argentinos Juniors

Fl-20 ta' Ottubru 1976, Maradona għamel id-debutt professjonali ma' Argentinos Juniors ta' ħmistax-il sena, għaxart ijiem qabel għeluq is-sittax-il sena, kontra . Hu libes il-flokk numru 16 u b'hekk sar l-iżgħar plejer li qatt lagħab fl-istorja tal-. Ftit minuti wara li ġie introdott, Maradona għadda l-ballun bejn saqajn Juan Domingo Cabrera, li kellha tkun simbolu tat-talent tiegħu. Wara l-logħba, Maradona tenna li "dik il-ġurnata ħassejt li kelli s-sema f'idejja". Maradona skorja l-ewwel gowl tiegħu fil-Primera División kontra San Lorenzo fl-14 ta' Novembru 1976, ġimgħatejn wara li għalaq is-sittax.

Boca Juniors

Ma' Argentinos Juniors għamel ħames snin u skorja 115-il gowl f'167 logħba. Fl-20 ta' Frar 1981 ittrasferrixxa ma' għas-somma ta' $4 miljun. kienu daħlu wkoll fin-negozjati għall-firma ta' Maradona tant u hekk li offrewlu li jkun l-aktar plejers imħallas fil-klabb. Madanakollu, River kellhom ireġġgħu lura l-offerta minħabba l-istress finanzarju li kellhom biex iżommu lil u .

Id-debutt tiegħu wasal kontra Talleres de Córdoba f'rebħa ta' 4–1, fejn skorja darbtejn. Fl-10 ta' April, Maradona lagħab l-ewwel tiegħu kontra River Plate fil-. Boca rebħu l-konfront 3–0 b'Maradona jiskorja gowl wara li qabeż lil u Fillol. Minkejja r-relazzjoni mhux perfetta bejn Maradona u l-kowċ ta' Boca Juniors , Boca kellhom staġun ta' suċċess hekk kif rebħu l-kampjonat wara li assiguraw punt kontra . Dan kellu jkun l-uniku titlu li Maradona rebaħ fil-kampjonat domestiku Arġentin.

Barcelona

Wara t-, f'Ġunju, Maradona ingħaqad mal-Ispanjoli ta' Barcelona għas-somma rekord ta' $7.6 miljun. Taħt il-gwida ta' , fl-1983, Barcelona u Maradona rebħu t- fuq ir-rivali ta' Real Madrid, u s- kontra . Fis-26 ta' Ġunju 1983, Barcelona rebħu barra minn darhom kontra Real Madrid fil-famuż , logħba fejn Maradona skorja u sar l-ewwel plejer ta' Barcelona li l-benjamini ta' Real Madrid ċapċpu bħala għarfien għall-abilitajiet li wera waqt dan il-konfront.

Minħabba mard u korrimenti kif ukoll inċidenti kontroversjali fil-grawnd, l-avventura ta' Maradona ma' Barcelona kienet waħda diffiċli. Din kienet tinkludi l- u aktar tard għaksa miksura wara intervent skorrett tad-difensur ta' Athletic Bilbao — imlaqqam "il-Biċċier ta' Bilbao — f'logħba mil-La Liga fl-24 ta' Settembru tal-1983. Din heddet il-karriera ta' Maradona, però wara żmien ta' trattament u rijabilitazzjoni hu rritorna lura fil-grawnd wara tliet xhur.

Fil-finali tat-Tazza tar-Re tal-1984 fis- kontra Athletic Bilbao, Maradona kien involut fi ġlieda vjolenti. Kommozzjoni nqalgħet wara li rċieva intervent ieħor aħrax minn Goikoetxea filwaqt li kien qiegħed jirċievi insulti razzisti minħabba d-dixxendenza Nattiva Amerikana ta' missieru, kif ukoll il-provokazzjoni ta' fi tmiem il-logħba li Barcelona tilfu 1–0. Wara battibekk bejn Maradona u Sola, fejn dan tal-aħħar beda juża kliem ksenofobiku. Maradona ta daqqa ta' ras lil Sola, ta daqqa ta' minkeb fil-wiċċ ta' plejer ieħor ta' Bilbao u daqqa oħra bl-irkoppa f'ras plejer ieħor. L-iskwadra ta' Bilbao daret madwar Bilbao għar-retribuzzjoni, b'Goikoetxea jolqot lil Maradona f'sidru. Minn dan il-punt, il-plejers ta' Barcelona u Bilbao spiċċaw fi ġlieda waħda b'Maradona fiċ-ċentru tal-azzjoni.

Din il-ġlieda seħħet quddiem ir-Re ta' Spanja u 100,000 partitarju fl-istadju, u iktar minn nofs Spanja fuq il-mezzi tax-xandir. Din il-ġrajja kienet id-daqqa mortali għal Maradona mal-Blaugrana hekk kif din fissret l-aħħar darba li libes il-flokk tal-klabb. Eżekuttiv ta' Barcelona stqarr li "wara li rajt dawk ix-xeni ta' Maradona jiġġieled u l-kaos li nqala', indunajt li ma stajniex nibqgħu sejrin iktar miegħu". Maradona ġie ras imb'rass diversi drabi mal-eżekuttiv tal-klabb, partikularment mal-president , sakemm ma talab li jiġi trasferit 'il barra minn fl-1984. Matul iż-żewġ staġuni tiegħu ma' Barcelona, Maradona skorja 38 gowl fi 58 logħba.

Napoli

Nhar il-5 ta' Lulju 1984, Maradona ġiet ippreżentat uffiċjalment bħala l-akkwist il-ġdid ta' , quddiem quddiem folla ta' madwar 80,000 spettatur fi . Is-somma għat-trasferiment kienet waħda rekord ta' $10.48 miljun. Il-kittieb sportiv David Goldblatt fakkar, "huma [il-partitarji] kienu żguri bil-wasla tas-salvatur", filwaqt li gazzetta lokali kitbet kif minkejja li l-belt kienet nieqsa minn "sindku, djar, skejjel, karozzi tal-linji, impjiegi u sanità, dawn ma kinux importanti ġaladarba hemm Maradona". Il-plejer Arġentin wasal fi żmien fejn il-kampjonat Taljan kien iddominat mill-klabbs tat-Tramuntana u ċ-Ċentru tal-pajjiż, bħal Milan, Inter, Juventus u , u l-ebda klabb min-Nofsinhar qatt ma rebaħ titlu.

Mal-wasla tiegħu f'Napli hu mal-ewwel ingħata l-faxxa tal-kaptan minn idejn id-difensur veteran u sar l-istilla fiż-żmien li kellu jkun l-iktar ta' suċċess fl-istorja tal-klabb. Maradona lagħab f'perjodu fejn it-tensjonijiet bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar kienu fl-aqwa tagħhom, speċjalment fuq l-isfera ekonomika. Taħt il-gwida tal-kowċ , Napoli rebħu l-kampjonat Taljan tal-istaġun , bid-dro ta' 1–1 kontra Fiorentina tagħtihom il-punt neċessarju għar-rebħ tat-titlu. In-Napoli rebħu wkoll it-tielet fl-istorja tagħhom, meta rebħu t-tlettax-il logħba fil-kompetizzjoni, fosthom il-finali doppja kontra l-Atalanta. Sa dakinhar, id-doppjetta tal-kampjonat u t-tazza nazzjonali kienet irnexxiet biss mill- u 'l-Juventus.

Fl-istaġun ta' wara, Napoli ħadu sehem għall-ewwel darba fit-Tazza taċ-Ċampjins fejn ġew eliminati fuq żewġ legs kontra Real Madrid. Fil-kampjonat, sal-għoxrin ġurnata huma kienu ħames punti vantaġġ fuq it-tieni klassifikat. Madanakollu, erba' telfiet mill-aħħar ħames logħbiet wassal biex il-Milan jirbħu t-titlu. Maradona kien l-aqwa skorer bi ħmistax-il gowl.

Fl-1989, Napoli kienu ftit passi 'l bogħod mit-tripletta ta' trofej, fejn għalkemm rebħu t-Tazza UEFA kontra (it-tielet titlu internazzjonali), huma spiċċaw it-tieni fil-kampjonat wara l-Inter u tilfu l-finali tal-Coppa Italia. Fis-sajf wara dan l-istaġun, Maradona kien qrib it-trasferiment lejn fejn kien anke iffirma l-kuntratt, imma l-president ta' Napoli ta' dak iż-żmien, , imblokka n-negozjati. Fl-istaġun , taħt il-gwida l-ġdida ta' , Napoli rebħu t-tieni titlu tagħhom. Maradona ma lagħabx l-ewwel ftit logħbiet tal-istaġun u kien ġie sostitwit minn . Il-kontribut ta' Maradona kien wieħed sostanzjali u spiċċa l-kampjonat bħala l-aqwa skorer b'sittax-il gowl.

L-avventura Taljana ta' Maradona intemmet fis-17 ta' Marzu 1991 wara test ta' li sar fi tmiem logħba bejn Napoli u li wera riżultat pożittiv għall-.

L-aħħar snin

Wara li serva sospensjoni ta' ħmistax-il xahar, Maradona ħalla lil Napoli fl-1992. Minkejja l-interess ta' Real Madrid u Marseille, hu ffirma ma' fejn magħhom għamel sena. Fl-uniku staġun li għamel mal-klabb hu skorja ħames gowls u assista tnax-il gowl, hekk kif il-klabb falla milli jirbaħ il-kwalifikazzjoni għat-Tazza UEFA.

Maradona mar lura l-Arġentina ma' Newell's Old Boys, imma wara biss ħames logħbiet, fit-12 ta' Frar 1994, Maradona xolja l-kuntratt mal-klabb. Fis-7 ta' Ottubru 1995, reġa' ngħaqad ma' Boca Juniors u għamel it-tieni debutt tiegħu fil-konfront kontra . Magħhom għamel sentejn qabel ma rtira wara s-superclásico kontra River Plate li ntlagħbet fil-25 ta' Ottubru 1997.

Karriera internazzjonali

Ftit xhur wara d-debutt fil-kampjonat Arġentin, għal Maradona wasal ukoll id-debutt internazzjonali. Fis-27 ta' Frar 1977 lagħab fil-logħba ta' ħbiberija kontra l-Ungerija fil-. Ftit wara ddebutta wkoll mat-, nhar it-3 ta' April tal-istess sena.

Minkejja li kien spiċċa l-aqwa skorer fil-kampjonat nazzjonali, hu kien eskluż mil-lista finali għat-Tazza tad-Dinja tal- minħabba li kien għad kellu biss sbatax-il sena u mhux meqjus kbir biżżejjed. Wara r-rebħa tal-ewwel titlu fl-istorja tal-Arġentina, Maradona sar figura permanenti fit-tim. Hu skorja l-ewwel gowl internazzjonali f'rebħa ta' 3–1 fuq l-Iskozja nhar it-2 ta' Ġunju 1979. Biswit il-preżenzi mat-tim nazzjonali tal-kbar, hu lagħab ukoll mat-tim nazzjonali ta' taħt l-20 sena fit-Tazza tad-Dinja tal-, fejn bis-sitt gowls tiegħu (fosthom gowl fil-finali mirbuħa kontra l-Unjoni Sovjetika) hu għen lill-Arġentina jirbħu l-ewwel titlu.

Maradona lagħab l-ewwel Tazza tad-Dinja tiegħu fl-. Hu lagħab fil-ħames logħbiet u skorja darbtejn kontra l-Ungerija, u kien ukoll imkeċċi meta rċieva karta ħamra kawża ta' fawl aħrax fuq fil-logħba kontra l-Brażil.

Tazza tad-Dinja 1986

Fl-, Maradona wassal lit-tim Arġentin għar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja fl-edizzjoni li saret fil-Messiku. Hu skorja ħames gowls u assista ħamsa oħra fis-seba' logħbiet li kollha ġew mirbuħa minbarra d-dro kontra l-Italja fil-fażi tal-gruppi. F'din l-edizzjoni tibqa' mfakkra l-logħba mill-kwarti tal-finali fl- kontra l-Ingilterra li l-Arġentini rebħu 2–1. Fit-tieni taqsima hu skorja żewġ gowls li għaddew fl-istorja tal-futbol bħala l-"Id ta' Alla" u l-"Gowl tas-Seklu". Maradona fetaħ l-iskor b'gowl b'idejh wara li qabeż biex jantiċipa lill-gowler avversarju . Ir-referi u l-assistenti ma ndunawx b'din l-infrazzjoni u vvalidaw il-gowl. It-tieni gowl tiegħu erba' minuti wara wasal meta rċieva l-ballun f'nofs il-grawnd u għadda bejn ħames plejers Ingliżi, sakem qabeż lil Shilton biex tefa' l-ballun fix-xibka. L-aħħar gowl kien ivvutat bħala l-isbaħ gowl fl-istorja tal-kompetizzjoni f'sondaġġ li sar mill-FIFA.

Fis-semifinali l-Arġentina affaċċjaw lill-Belġju u Maradona għal darb'oħra ħalla l-marka b'żewġ gowls fir-rebħa ta' 2–0 li taw l-aċċess għall-finali kontra l-Ġermanja tal-Punent. Fil-finali, il-Ġermaniżi ppruvaw irażżmuh b'żewġ plejers iddedikati fuqu, però xorta waħda sab spazju biex iqassam lil għall-gowl tar-rebħa. L-Arġentina għelbu lill-Ġermanja tal-Punent 3–2 quddiem folla ta' 115,000 spettatur fl-Azteca b'Maradona jgħolli t-Tazza bħala kaptan. Minbarra r-rebħ tat-titlu, Maradona ġie ppremjat bil-Ballun tad-Deheb bħala l-aqwa plejer tat-turnew.

Tazza tad-Dinja 1990

Maradona reġa' libes il-faxxa tal-kaptan għat-Tazza tad-Dinja tal- li saret fl-Italja. Uġigħ fl-irkoppa affetwat il-prestazzjonijiet tiegħu u kien inqas dominanti minn erba' snin qabel. Wara telfa fl-ewwel logħba kontra l-, l-Arġentina kienu qrib l-eliminazzjoni fejn ikkwalifikaw biss bħala t-tielet mill-grupp. Fir-rawnd tal-aħħar sittax, kontra l-Brażil, Maradona kien l-awtur tal-assist għall-gowl tar-rebħa ta' .

Fil-kwarti tal-finali, l-Arġentina sabu lill-Jugożavlja. Wara li l-logħba ntemmet mingħajr gowls wara 120 minuta, l-Arġentina rebħu l-lotterija tal-penalties 3–2 minkejja li Maradona falla t-tentattiv tiegħu minn ħdax-il metru. Is-semifinali kontra l-Italja wkoll kellha tgħaddi għall-penalties wara dro ta' 1–1. Din id-darba Maradona skorja l-penalty tiegħu u l-Arġentina rebħu post fil-finali. Fil-finali li ntlagħbet f'Ruma, l-Arġentina sabu quddiemhom għal darb'oħra lill-Ġermanja tal-Punent. Din id-darba l-Ġermanja rebħu 1–0, bl-uniku gowl jasal ħames minuti mit-tmiem wara penalty kontroversjali skorjat minn .

Tazza tad-Dinja 1994

Fit-Tazza tad-Dinja tal- fl-Istati Uniti, Maradona lagħab biss żewġ logħbiet u skorja gowl wieħed kontra l-Greċja qabel ma ġie sospiż wara li nstab pożittiv għall-. Il-gowl kontra l-Greċja kellu jkun l-aħħar wieħed tiegħu man-nazzjonal u l-logħba ta' wara kontra n- kienet l-aħħar logħba tiegħu, fejn irnexxielu jassisti ż-żewġ gowls fir-rebħa ta' 2–1. L-Arġentina eventwalment ġew eliminati mir-Rumanija ta' fir-rawnd tal-aħħar sittax.

Fl-awtobijografija tiegħu, Maradona afferma li r-riżultat pożittiv kien minħabba x-xarba enerġetika Rip Fuel li ngħatatlu mid-dietista u l-fiżjoterapista personali. L-istqarrija tiegħu kienet li l-verżjoni Amerikana tax-xarba, ikkumparata ma' dik Arġentina, kellha l-kimika. Maradona stqarr ukoll li hu kellu qbil mal-FIFA, li l-istess organizzazzjoni iktar tard irrifjutat, biex juża d-droga sabiex jonqos mill-piż qabel il-kompetizzjoni.

Il-karriera tiegħu mal-Arġentina damet sbatax-il sena u fihom skorja 34 gowl f'91 logħba.

Unuri

Boca Juniors
  • : 1981
Barcelona
  • : 1982–83
  • : 1983
  • : 1983
Napoli
  • Serie A: 1986–87, 1989–90
  • : 1986–87
  • : 1990
  • Tazza UEFA: 1988–89
Arġentina
  • Tazza tad-Dinja: 1986
  • : 1993

Referenzi

  1. ^ "Small is beautiful" (bl-Ingliż). FIFA. 2009-05-08. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-08-13.
  2. ^ Dart, James; Doyle, Paul; Hill, Jon (2006-04-12). "The greatest rags-to-riches stories ever" (bl-Ingliż). The Guardian. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-03-20.
  3. ^ "Don Diego, father of Maradona, dies in Argentine clinic" (bl-Ingliż). Reuters.
  4. ^ Welch, Julie (2020-11-25). "Diego Maradona obituary". The Guardian (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-05-24.
  5. ^ "Sinagra: Maradona ha origini italiane? Vi racconto cosa mi diceva Diego. Messi...". AreaNapoli.it (bit-Taljan).
  6. ^ "The story of Francis Cornejo". eldestapeweb.com (bl-Ispanjol). 2021-10-28.
  7. ^ "The Hand of God" (bl-Ingliż). Fundus. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2006-02-17.
  8. ^ "Argentinos Juniors: The 'Argentinean Ajax'" (bl-Ingliż). BBC. 2019-05-02.
  9. ^ "Maradona hails 'inspirational' Best" (bl-Ingliż). RTÉ Sport. 2005-11-26. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-04-10.
  10. ^ a b "A Summary of Maradona's Life". vivadiego.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2003-12-11.
  11. ^ "Maradona. Así empezó todo" (bl-Ispanjol). El Gráfico. 2021-10-20.
  12. ^ "Diego, el de Argentinos" (bl-Ispanjol). Clarín. 2013-04-10. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-04.
  13. ^ "Los primeros gritos de D10S" (bl-Ispanjol). La Selección. 2012-11-14. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-10-08.
  14. ^ Arcucchi, Daniel (2011-02-22). "Aquella jugada que llevó a Maradona a Boca" (bl-Ispanjol). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-09-30.
  15. ^ Maradona, Diego (2004-05-01). Yo Soy El Diego, autobiography of Diego Armando Maradona (bl-Ispanjol). ISBN 9871144628.
  16. ^ "Un mes sin el 10. Maradona era de Independiente, quiso jugar en River, terminó enojado con Boca, fue DT de Racing y admiraba a San Lorenzo". La Nación (bl-Ispanjol). Ahora lo más firme parece ser lo de Boca. Lo de River quedó un poquito muerto por el ofrecimiento que hizo Aragón Cabrera de ganar lo mismo que Fillol y Passarella, que son los que más ganan. Yo le dije que no tenía problema, Dios quiera que ellos ganen 5 millones de dólares de contrato. Yo no tengo problemas, pero en caso de que me den lo que yo les pido. Y me dijo que no, porque se le iba a hacer muy embromado todo para poder pagarles a todos... Las tratativas las hace Jorge, pero me entero de todo.
  17. ^ "25 años de romance" (bl-Ispanjol). Clarín. 2006-02-22. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-09-04. Miġbur 2022-12-24.
  18. ^ "Maradona por Maradona" (bl-Ispanjol). Clarín. 2000-09-24.
  19. ^ Gorgazzi, Osvaldo José (2005-10-15). "Argentina 1981 - Campeonato Metropolitano" (bl-Ingliż). RSSSF.
  20. ^ Williams, Bob (2008-10-29). "Life and crimes of Diego Armando Maradona" (bl-Ingliż). The Telegraph.
  21. ^ "30 years since Maradona stunned the Santiago Bernabéu" (bl-Ingliż). FC Barcelona. 2013-06-25.
  22. ^ Kwesi O'Mard, Marcus (2015-11-21). "Real Madrid Fans Applaud Barcelona's Andres Iniesta In 'El Clasico'" (bl-Ingliż). New England Sports Network.
  23. ^ "That's one hell of a diet, Diego" (bl-Ingliż). The Observer. 2006-01-08.
  24. ^ "Diego Maradona dies: Guillem Balague on 'the magician, the cheat, the god, the flawed genius'" (bl-Ingliż). BBC. 2020-11-26.
  25. ^ a b ċ Murray, Scott (2008-12-05). "Diego Maradona gives hot, hot heat to The Butcher of Bilbao". The Guardian (bl-Ingliż).
  26. ^ a b Caioli, Luca (2013). Messi: The Inside Story of the Boy Who Became a Legend (bl-Ingliż). Icon Books. ISBN 978-1906850395.
  27. ^ a b Burns, Jimmy (2011). Maradona: The Hand of God (bl-Ingliż). A&C Black. pp. 121–122.
  28. ^ "Backgrounder: Diego Maradona" (bl-Ingliż). CBC Sports. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-06-28.
  29. ^ "Cristiano Ronaldo welcomed by 80,000 fans at Real Madrid unveiling" (bl-Ingliż). Londra: The Guardian. 2009-07-06.
  30. ^ "Snapshot: Maradona is toast of the town after signing for Napoli" (bl-Ingliż). The Times. 2012-02-20.
  31. ^ a b ċ Carter, Jon (2012-03-09). "Maradona brings success to Napoli" (bl-Ingliż). ESPN. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-10-10. Miġbur 2022-12-25.
  32. ^ Sellitti, Nicola (2016-02-09). "Bruscolotti, una vita in azzurro: "Napoli, ricorda quella partita dell'86"". la Repubblica (bit-Taljan).
  33. ^ Marucci, Lorenzo (2021-05-10). "10 maggio 1987, il Napoli conquista il primo scudetto della sua storia" (bit-Taljan).
  34. ^ Kempes, Dan (2020-09-06). "Il double del Napoli nel 1987: dopo lo scudetto, la Coppa Italia" (bit-Taljan).
  35. ^ "Champions, Napoli e quel precedente del 1987 col Real" (bit-Taljan). 2016-12-12.
  36. ^ Mariani, Maurizio (2000-10-26). "Italy Championship 1987/88" (bl-Ingliż). RSSSF.
  37. ^ "Maradona: "Nel 1989 avevo firmato per il Marsiglia"" (bit-Taljan). Sky Sport Italia. 2009-02-10. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-02-06.
  38. ^ Mariani, Maurizio (2000-10-26). "Italy Championship 1989/90" (bl-Ingliż). RSSSF.
  39. ^ "1991: Maradona y el doping positivo en el Nápoli" (bl-Ispanjol). Notas. 2014-03-29. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-12-18.
  40. ^ Paloma, Lisandro; Prieto, Gonzalo (2013-10-28). "1991 - Diego, positivo y negativo" (bl-Ispanjol). Publicable. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-12-18.
  41. ^ "Diego Maradona, con la camiseta de Newell's: "Fui, soy y seré leproso como el 75% de Rosario"" (bl-Ispanjol). La Nacion. 2013-09-09. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-09-11.
  42. ^ Dotto, Matteo (2006-10-20). "Così iniziò la favola del Pibe de oro" (bit-Taljan). Corriere della Sera.
  43. ^ Pierrend, José Luis (2020-11-26). "Diego Armando Maradona - International Appearances" (bl-Ingliż). RSSSF.
  44. ^ "Selección Nacional". diegomaradona.com (bl-Ispanjol). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-10-18.
  45. ^ "Diego Maradona" (bl-Ingliż). Encyclopædia Britannica.
  46. ^ MacPherson, Graeme (2008-10-30). "Maradona to receive Hampden welcome" (bl-Ingliż). The Herald. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-07.
  47. ^ "FIFA World Youth Tournament 1979 Technical Study Report" (PDF) (bl-Ingliż). FIFA. pp. 97–109. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2014-07-12.
  48. ^ Darby, James (2010-06-10). "Castrol World Cup Legends: Diego Maradona - 1986" (bl-Ingliż). Goal. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-06-13.
  49. ^ Brewin, John; Williamson, Martin (2009-11-10). "World Cup 1986" (bl-Ingliż). ESPN. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-01-26.
  50. ^ Falzon, Chris (2020-11-26). "Diego Armando Maradona – Il-leġġenda, l-idolu u wieħed mill-aqwa plejers ta' kull żmien". TVM.
  51. ^ Burke, Chris (2016-06-22). "30 years on: Maradona's 'hand of God'" (bl-Ingliż). UEFA.
  52. ^ "Diego Maradona goal voted the FIFA World Cup™ Goal of the Century" (bl-Ingliż). FIFA. 2002-05-30. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-05-23.
  53. ^ Gammon, Clive (1986-07-07). "Tango Argentino! Superstar Diego Maradona fast-stepped Argentina to the World Cup championship over West Germany in Mexico City" (bl-Ingliż). Sports Illustrated. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-05-14.
  54. ^ "Pelé and Maradona – two very different number tens" (bl-Ingliż). FIFA. 2001-01-25. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-07-17.
  55. ^ "MARADONA MIGLIORA, L'ARGENTINA SI PREPARA" (bit-Taljan). la Repubblica. 1990-06-27.
  56. ^ a b Brewin, John; Williamson, Martin (2009-11-10). "World Cup 1990" (bl-Ingliż). ESPN. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-02-03.
  57. ^ a b "World Cup 1990" (bl-Ingliż). RSSSF.
  58. ^ Sam Howe, Verhovek (1994-07-01). "After Second Test, Maradona Is Out of World Cup". The New York Times (bl-Ingliż).
  59. ^ Jensen, Mike (1994-07-22). "From our archives: Diego Maradona scored his last World Cup goal in the United States" (bl-Ingliż). The Philadelphia Inquirer.
  60. ^ Sutherland, Ben (2020-11-26). "Diego Maradona: how his genius shone in his last Argentina game" (bl-Ingliż). BBC.
  61. ^ McCracken, Craig (2018-06-26). "The best ever World Cup match? Romania 3-2 Argentina at USA 94" (bl-Ingliż). The Guardian.
  62. ^ a b Heydari, Keyvan Antonio (1994-08-24). "FIFA to Decide Maradona's Status". The Washington Post (bl-Ingliż).
  63. ^ Hylands, Alan. "Diego Maradona - Career History". about.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-03-30.
  64. ^ "Argentina's tribute to Maradona" (bl-Ingliż). BBC. 2001-11-09.

Ħoloq esterni

Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Diego Maradona (Diego Maradona)
  • Diego Maradona fuq National-Football-Teams.com
  • Diego Maradona – rekord kompetittiv tal-FIFA (arkivjat)

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 12 Ġun, 2025 / 16:31

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Diego Armando Maradona, X'inhi Diego Armando Maradona? Xi tfisser Diego Armando Maradona?

Diego Armando Maradona twieled fit 30 ta Ottubru 1960 miet fil 25 ta Novembru 2020 kien plejer u kowċ tal futbol Arġentin Rikonoxxut fost l aqwa plejers fl istorja tal isport Maradona jibqa magħruf għall vizjoni it teknika it tqassim u l kontroll tal ballun li kellu L istatura qasira tiegħu servietu biex jimmanuvra aħjar minn ħafna plejers oħrajn Maradona kien imlaqqam El Pibe de Oro It Tfajjel tad Deheb isem li baqa miegħu matul il karriera tiegħu Barra l futbol kellu problemi f ħajtu u kien sospiz mil logħba fl 1991 u l 1994 wara li nstab li kien qiegħed jabbuza mid droga Diego MaradonaDiego Maradona wara r rebħ tat Tazza tad Dinja tal 1986Informazzjoni personaliIsem sħiħDiego Armando MaradonaTwelid30 ta Ottubru 1960 1960 10 30 ArġentinaMewt25 ta Novembru 2020 60 sena ArġentinaTul1 65 mRwolMidfilder offensiv attakkantMixtliet1969 1976Karriera professjonaliSninKlabb1976 19811981 19821982 1984Barcelona1984 19911992 19931993 19941995 1997Tim nazzjonali1977 1994ArġentinaTimijiet ikkowċjati199419952008 2010Arġentina2011 20122017 20182018 20192019 2020L ewwel sninDiego Armando Maradona twieled fit 30 ta Ottubru 1960 fl Isptar Policlinico Evita f fil Hu kien l ewwel tifel wara ħamest ibniet Missieru Diego Maradona Chitoro 1927 2015 kien jaħdem f fabbrika tal kimika u kien ta dixxendenza indiġena u Baska waqt li ommu Dalma Salvadora Franco Dona Tota 1930 2011 kienet ta dixxendenza Taljana Maradona fit Torneo Evita tal 1973 mas Cebollitas Maradona irċieva l ewwel ballun tal futbol ta tliet snin u mal ewwel għoġbitu l logħba F Marzu tal 1969 hu kien rakommandat lil Los Cebollitas Il Basal iz Zgħar it tim taz zgħar ta Maradona mal ewwel beda jibrilla mas Cebollitas u ta tnax il sena kien iħobb jagħti pjaċir lill ispettaturi tal logħbiet tat tim tal kbar billi juri l ħiliet tiegħu bil ballun Matul l 1973 u l 1974 Maradona wassal lis Cebollitas għar rebħ ta zewġ kampjonati Evita u 141 logħba mingħajr telfa spalla ma spalla ma u f tim li baqa rikonoxxut fost l aqwa tim taz zgħar fl istorja tal futbol Arġentin L ispirazzjonijiet ta Maradona kienu l Braziljan u l midfilder ta Manchester United George Best Karriera mal klabbsArgentinos Juniors Fl 20 ta Ottubru 1976 Maradona għamel id debutt professjonali ma Argentinos Juniors ta ħmistax il sena għaxart ijiem qabel għeluq is sittax il sena kontra Hu libes il flokk numru 16 u b hekk sar l izgħar plejer li qatt lagħab fl istorja tal Ftit minuti wara li ġie introdott Maradona għadda l ballun bejn saqajn Juan Domingo Cabrera li kellha tkun simbolu tat talent tiegħu Wara l logħba Maradona tenna li dik il ġurnata ħassejt li kelli s sema f idejja Maradona skorja l ewwel gowl tiegħu fil Primera Division kontra San Lorenzo fl 14 ta Novembru 1976 ġimgħatejn wara li għalaq is sittax Boca Juniors Maradona jinzamm fuq l spallejn tal partitarji ta Boca Juniors wara r rebħ tal Metropolitano il kampjonat nazzjonali fl 1981 Ma Argentinos Juniors għamel ħames snin u skorja 115 il gowl f 167 logħba Fl 20 ta Frar 1981 ittrasferrixxa ma għas somma ta 4 miljun kienu daħlu wkoll fin negozjati għall firma ta Maradona tant u hekk li offrewlu li jkun l aktar plejers imħallas fil klabb Madanakollu River kellhom ireġġgħu lura l offerta minħabba l istress finanzarju li kellhom biex izommu lil u Id debutt tiegħu wasal kontra Talleres de Cordoba f rebħa ta 4 1 fejn skorja darbtejn Fl 10 ta April Maradona lagħab l ewwel tiegħu kontra River Plate fil Boca rebħu l konfront 3 0 b Maradona jiskorja gowl wara li qabez lil u Fillol Minkejja r relazzjoni mhux perfetta bejn Maradona u l kowċ ta Boca Juniors Boca kellhom staġun ta suċċess hekk kif rebħu l kampjonat wara li assiguraw punt kontra Dan kellu jkun l uniku titlu li Maradona rebaħ fil kampjonat domestiku Arġentin Barcelona Wara t f Ġunju Maradona ingħaqad mal Ispanjoli ta Barcelona għas somma rekord ta 7 6 miljun Taħt il gwida ta fl 1983 Barcelona u Maradona rebħu t fuq ir rivali ta Real Madrid u s kontra Fis 26 ta Ġunju 1983 Barcelona rebħu barra minn darhom kontra Real Madrid fil famuz logħba fejn Maradona skorja u sar l ewwel plejer ta Barcelona li l benjamini ta Real Madrid ċapċpu bħala għarfien għall abilitajiet li wera waqt dan il konfront Il mument meta d difensur ta Atletico de Bilbao Andoni Goikoetxea weġġa lil Maradona f Settembru tal 1983 Minħabba mard u korrimenti kif ukoll inċidenti kontroversjali fil grawnd l avventura ta Maradona ma Barcelona kienet waħda diffiċli Din kienet tinkludi l u aktar tard għaksa miksura wara intervent skorrett tad difensur ta Athletic Bilbao imlaqqam il Biċċier ta Bilbao f logħba mil La Liga fl 24 ta Settembru tal 1983 Din heddet il karriera ta Maradona pero wara zmien ta trattament u rijabilitazzjoni hu rritorna lura fil grawnd wara tliet xhur Fil finali tat Tazza tar Re tal 1984 fis kontra Athletic Bilbao Maradona kien involut fi ġlieda vjolenti Kommozzjoni nqalgħet wara li rċieva intervent ieħor aħrax minn Goikoetxea filwaqt li kien qiegħed jirċievi insulti razzisti minħabba d dixxendenza Nattiva Amerikana ta missieru kif ukoll il provokazzjoni ta fi tmiem il logħba li Barcelona tilfu 1 0 Wara battibekk bejn Maradona u Sola fejn dan tal aħħar beda juza kliem ksenofobiku Maradona ta daqqa ta ras lil Sola ta daqqa ta minkeb fil wiċċ ta plejer ieħor ta Bilbao u daqqa oħra bl irkoppa f ras plejer ieħor L iskwadra ta Bilbao daret madwar Bilbao għar retribuzzjoni b Goikoetxea jolqot lil Maradona f sidru Minn dan il punt il plejers ta Barcelona u Bilbao spiċċaw fi ġlieda waħda b Maradona fiċ ċentru tal azzjoni Din il ġlieda seħħet quddiem ir Re ta Spanja u 100 000 partitarju fl istadju u iktar minn nofs Spanja fuq il mezzi tax xandir Din il ġrajja kienet id daqqa mortali għal Maradona mal Blaugrana hekk kif din fissret l aħħar darba li libes il flokk tal klabb Ezekuttiv ta Barcelona stqarr li wara li rajt dawk ix xeni ta Maradona jiġġieled u l kaos li nqala indunajt li ma stajniex nibqgħu sejrin iktar miegħu Maradona ġie ras imb rass diversi drabi mal ezekuttiv tal klabb partikularment mal president sakemm ma talab li jiġi trasferit il barra minn fl 1984 Matul iz zewġ staġuni tiegħu ma Barcelona Maradona skorja 38 gowl fi 58 logħba Napoli Il prezentazzjonii ta Maradona quddiem il benjamini Naplitani f Lulju tal 1984 Nhar il 5 ta Lulju 1984 Maradona ġiet ipprezentat uffiċjalment bħala l akkwist il ġdid ta quddiem quddiem folla ta madwar 80 000 spettatur fi Is somma għat trasferiment kienet waħda rekord ta 10 48 miljun Il kittieb sportiv David Goldblatt fakkar huma il partitarji kienu zguri bil wasla tas salvatur filwaqt li gazzetta lokali kitbet kif minkejja li l belt kienet nieqsa minn sindku djar skejjel karozzi tal linji impjiegi u sanita dawn ma kinux importanti ġaladarba hemm Maradona Il plejer Arġentin wasal fi zmien fejn il kampjonat Taljan kien iddominat mill klabbs tat Tramuntana u ċ Ċentru tal pajjiz bħal Milan Inter Juventus u u l ebda klabb min Nofsinhar qatt ma rebaħ titlu Mal wasla tiegħu f Napli hu mal ewwel ingħata l faxxa tal kaptan minn idejn id difensur veteran u sar l istilla fiz zmien li kellu jkun l iktar ta suċċess fl istorja tal klabb Maradona lagħab f perjodu fejn it tensjonijiet bejn it Tramuntana u n Nofsinhar kienu fl aqwa tagħhom speċjalment fuq l isfera ekonomika Taħt il gwida tal kowċ Napoli rebħu l kampjonat Taljan tal istaġun bid dro ta 1 1 kontra Fiorentina tagħtihom il punt neċessarju għar rebħ tat titlu In Napoli rebħu wkoll it tielet fl istorja tagħhom meta rebħu t tlettax il logħba fil kompetizzjoni fosthom il finali doppja kontra l Atalanta Sa dakinhar id doppjetta tal kampjonat u t tazza nazzjonali kienet irnexxiet biss mill u l Juventus Fl istaġun ta wara Napoli ħadu sehem għall ewwel darba fit Tazza taċ Ċampjins fejn ġew eliminati fuq zewġ legs kontra Real Madrid Fil kampjonat sal għoxrin ġurnata huma kienu ħames punti vantaġġ fuq it tieni klassifikat Madanakollu erba telfiet mill aħħar ħames logħbiet wassal biex il Milan jirbħu t titlu Maradona kien l aqwa skorer bi ħmistax il gowl Fl 1989 Napoli kienu ftit passi l bogħod mit tripletta ta trofej fejn għalkemm rebħu t Tazza UEFA kontra it tielet titlu internazzjonali huma spiċċaw it tieni fil kampjonat wara l Inter u tilfu l finali tal Coppa Italia Fis sajf wara dan l istaġun Maradona kien qrib it trasferiment lejn fejn kien anke iffirma l kuntratt imma l president ta Napoli ta dak iz zmien imblokka n negozjati Fl istaġun taħt il gwida l ġdida ta Napoli rebħu t tieni titlu tagħhom Maradona ma lagħabx l ewwel ftit logħbiet tal istaġun u kien ġie sostitwit minn Il kontribut ta Maradona kien wieħed sostanzjali u spiċċa l kampjonat bħala l aqwa skorer b sittax il gowl L avventura Taljana ta Maradona intemmet fis 17 ta Marzu 1991 wara test ta li sar fi tmiem logħba bejn Napoli u li wera rizultat pozittiv għall L aħħar snin Wara li serva sospensjoni ta ħmistax il xahar Maradona ħalla lil Napoli fl 1992 Minkejja l interess ta Real Madrid u Marseille hu ffirma ma fejn magħhom għamel sena Fl uniku staġun li għamel mal klabb hu skorja ħames gowls u assista tnax il gowl hekk kif il klabb falla milli jirbaħ il kwalifikazzjoni għat Tazza UEFA Maradona mar lura l Arġentina ma Newell s Old Boys imma wara biss ħames logħbiet fit 12 ta Frar 1994 Maradona xolja l kuntratt mal klabb Fis 7 ta Ottubru 1995 reġa ngħaqad ma Boca Juniors u għamel it tieni debutt tiegħu fil konfront kontra Magħhom għamel sentejn qabel ma rtira wara s superclasico kontra River Plate li ntlagħbet fil 25 ta Ottubru 1997 Karriera internazzjonaliMaradona bil ballun waqt il finali kontra l Unjoni Sovjetika tat Tazza tad Dinja ta taħt l 20 sena li saret fl 1979 fil Ġappun Ftit xhur wara d debutt fil kampjonat Arġentin għal Maradona wasal ukoll id debutt internazzjonali Fis 27 ta Frar 1977 lagħab fil logħba ta ħbiberija kontra l Ungerija fil Ftit wara ddebutta wkoll mat nhar it 3 ta April tal istess sena Minkejja li kien spiċċa l aqwa skorer fil kampjonat nazzjonali hu kien eskluz mil lista finali għat Tazza tad Dinja tal minħabba li kien għad kellu biss sbatax il sena u mhux meqjus kbir bizzejjed Wara r rebħa tal ewwel titlu fl istorja tal Arġentina Maradona sar figura permanenti fit tim Hu skorja l ewwel gowl internazzjonali f rebħa ta 3 1 fuq l Iskozja nhar it 2 ta Ġunju 1979 Biswit il prezenzi mat tim nazzjonali tal kbar hu lagħab ukoll mat tim nazzjonali ta taħt l 20 sena fit Tazza tad Dinja tal fejn bis sitt gowls tiegħu fosthom gowl fil finali mirbuħa kontra l Unjoni Sovjetika hu għen lill Arġentina jirbħu l ewwel titlu Maradona lagħab l ewwel Tazza tad Dinja tiegħu fl Hu lagħab fil ħames logħbiet u skorja darbtejn kontra l Ungerija u kien ukoll imkeċċi meta rċieva karta ħamra kawza ta fawl aħrax fuq fil logħba kontra l Brazil Tazza tad Dinja 1986 Maradona jiċċelebra t tieni gowl kontra l Ingilterra fir rebħa ta 2 1 tat 22 ta Ġunju 1986 Fl Maradona wassal lit tim Arġentin għar rebħ tat Tazza tad Dinja fl edizzjoni li saret fil Messiku Hu skorja ħames gowls u assista ħamsa oħra fis seba logħbiet li kollha ġew mirbuħa minbarra d dro kontra l Italja fil fazi tal gruppi F din l edizzjoni tibqa mfakkra l logħba mill kwarti tal finali fl kontra l Ingilterra li l Arġentini rebħu 2 1 Fit tieni taqsima hu skorja zewġ gowls li għaddew fl istorja tal futbol bħala l Id ta Alla u l Gowl tas Seklu Maradona fetaħ l iskor b gowl b idejh wara li qabez biex jantiċipa lill gowler avversarju Ir referi u l assistenti ma ndunawx b din l infrazzjoni u vvalidaw il gowl It tieni gowl tiegħu erba minuti wara wasal meta rċieva l ballun f nofs il grawnd u għadda bejn ħames plejers Inglizi sakem qabez lil Shilton biex tefa l ballun fix xibka L aħħar gowl kien ivvutat bħala l isbaħ gowl fl istorja tal kompetizzjoni f sondaġġ li sar mill FIFA Fis semifinali l Arġentina affaċċjaw lill Belġju u Maradona għal darb oħra ħalla l marka b zewġ gowls fir rebħa ta 2 0 li taw l aċċess għall finali kontra l Ġermanja tal Punent Fil finali il Ġermanizi ppruvaw irazzmuh b zewġ plejers iddedikati fuqu pero xorta waħda sab spazju biex iqassam lil għall gowl tar rebħa L Arġentina għelbu lill Ġermanja tal Punent 3 2 quddiem folla ta 115 000 spettatur fl Azteca b Maradona jgħolli t Tazza bħala kaptan Minbarra r rebħ tat titlu Maradona ġie ppremjat bil Ballun tad Deheb bħala l aqwa plejer tat turnew Tazza tad Dinja 1990 Maradona reġa libes il faxxa tal kaptan għat Tazza tad Dinja tal li saret fl Italja Uġigħ fl irkoppa affetwat il prestazzjonijiet tiegħu u kien inqas dominanti minn erba snin qabel Wara telfa fl ewwel logħba kontra l l Arġentina kienu qrib l eliminazzjoni fejn ikkwalifikaw biss bħala t tielet mill grupp Fir rawnd tal aħħar sittax kontra l Brazil Maradona kien l awtur tal assist għall gowl tar rebħa ta Fil kwarti tal finali l Arġentina sabu lill Jugozavlja Wara li l logħba ntemmet mingħajr gowls wara 120 minuta l Arġentina rebħu l lotterija tal penalties 3 2 minkejja li Maradona falla t tentattiv tiegħu minn ħdax il metru Is semifinali kontra l Italja wkoll kellha tgħaddi għall penalties wara dro ta 1 1 Din id darba Maradona skorja l penalty tiegħu u l Arġentina rebħu post fil finali Fil finali li ntlagħbet f Ruma l Arġentina sabu quddiemhom għal darb oħra lill Ġermanja tal Punent Din id darba l Ġermanja rebħu 1 0 bl uniku gowl jasal ħames minuti mit tmiem wara penalty kontroversjali skorjat minn Tazza tad Dinja 1994 Fit Tazza tad Dinja tal fl Istati Uniti Maradona lagħab biss zewġ logħbiet u skorja gowl wieħed kontra l Greċja qabel ma ġie sospiz wara li nstab pozittiv għall Il gowl kontra l Greċja kellu jkun l aħħar wieħed tiegħu man nazzjonal u l logħba ta wara kontra n kienet l aħħar logħba tiegħu fejn irnexxielu jassisti z zewġ gowls fir rebħa ta 2 1 L Arġentina eventwalment ġew eliminati mir Rumanija ta fir rawnd tal aħħar sittax Fl awtobijografija tiegħu Maradona afferma li r rizultat pozittiv kien minħabba x xarba enerġetika Rip Fuel li ngħatatlu mid dietista u l fizjoterapista personali L istqarrija tiegħu kienet li l verzjoni Amerikana tax xarba ikkumparata ma dik Arġentina kellha l kimika Maradona stqarr ukoll li hu kellu qbil mal FIFA li l istess organizzazzjoni iktar tard irrifjutat biex juza d droga sabiex jonqos mill piz qabel il kompetizzjoni Il karriera tiegħu mal Arġentina damet sbatax il sena u fihom skorja 34 gowl f 91 logħba UnuriBoca Juniors 1981 Barcelona 1982 83 1983 1983 Napoli Serie A 1986 87 1989 90 1986 87 1990 Tazza UEFA 1988 89 Arġentina Tazza tad Dinja 1986 1993Referenzi Small is beautiful bl Ingliz FIFA 2009 05 08 Arkivjat minn l oriġinal fl 2020 08 13 Dart James Doyle Paul Hill Jon 2006 04 12 The greatest rags to riches stories ever bl Ingliz The Guardian Arkivjat minn l oriġinal fl 2022 03 20 Don Diego father of Maradona dies in Argentine clinic bl Ingliz Reuters Welch Julie 2020 11 25 Diego Maradona obituary The Guardian bl Ingliz Arkivjat minn l oriġinal fl 2022 05 24 Sinagra Maradona ha origini italiane Vi racconto cosa mi diceva Diego Messi AreaNapoli it bit Taljan The story of Francis Cornejo eldestapeweb com bl Ispanjol 2021 10 28 The Hand of God bl Ingliz Fundus Arkivjat minn l oriġinal fl 2006 02 17 Argentinos Juniors The Argentinean Ajax bl Ingliz BBC 2019 05 02 Maradona hails inspirational Best bl Ingliz RTE Sport 2005 11 26 Arkivjat minn l oriġinal fl 2022 04 10 a b A Summary of Maradona s Life vivadiego com bl Ingliz Arkivjat minn l oriġinal fl 2003 12 11 Maradona Asi empezo todo bl Ispanjol El Grafico 2021 10 20 Diego el de Argentinos bl Ispanjol Clarin 2013 04 10 Arkivjat minn l oriġinal fl 2016 03 04 Los primeros gritos de D10S bl Ispanjol La Seleccion 2012 11 14 Arkivjat minn l oriġinal fl 2015 10 08 Arcucchi Daniel 2011 02 22 Aquella jugada que llevo a Maradona a Boca bl Ispanjol Arkivjat minn l oriġinal fl 2015 09 30 Maradona Diego 2004 05 01 Yo Soy El Diego autobiography of Diego Armando Maradona bl Ispanjol ISBN 9871144628 Un mes sin el 10 Maradona era de Independiente quiso jugar en River termino enojado con Boca fue DT de Racing y admiraba a San Lorenzo La Nacion bl Ispanjol Ahora lo mas firme parece ser lo de Boca Lo de River quedo un poquito muerto por el ofrecimiento que hizo Aragon Cabrera de ganar lo mismo que Fillol y Passarella que son los que mas ganan Yo le dije que no tenia problema Dios quiera que ellos ganen 5 millones de dolares de contrato Yo no tengo problemas pero en caso de que me den lo que yo les pido Y me dijo que no porque se le iba a hacer muy embromado todo para poder pagarles a todos Las tratativas las hace Jorge pero me entero de todo 25 anos de romance bl Ispanjol Clarin 2006 02 22 Arkivjat minn l oriġinal fl 2010 09 04 Miġbur 2022 12 24 Maradona por Maradona bl Ispanjol Clarin 2000 09 24 Gorgazzi Osvaldo Jose 2005 10 15 Argentina 1981 Campeonato Metropolitano bl Ingliz RSSSF Williams Bob 2008 10 29 Life and crimes of Diego Armando Maradona bl Ingliz The Telegraph 30 years since Maradona stunned the Santiago Bernabeu bl Ingliz FC Barcelona 2013 06 25 Kwesi O Mard Marcus 2015 11 21 Real Madrid Fans Applaud Barcelona s Andres Iniesta In El Clasico bl Ingliz New England Sports Network That s one hell of a diet Diego bl Ingliz The Observer 2006 01 08 Diego Maradona dies Guillem Balague on the magician the cheat the god the flawed genius bl Ingliz BBC 2020 11 26 a b ċ Murray Scott 2008 12 05 Diego Maradona gives hot hot heat to The Butcher of Bilbao The Guardian bl Ingliz a b Caioli Luca 2013 Messi The Inside Story of the Boy Who Became a Legend bl Ingliz Icon Books ISBN 978 1906850395 a b Burns Jimmy 2011 Maradona The Hand of God bl Ingliz A amp C Black pp 121 122 Backgrounder Diego Maradona bl Ingliz CBC Sports Arkivjat minn l oriġinal fl 2010 06 28 Cristiano Ronaldo welcomed by 80 000 fans at Real Madrid unveiling bl Ingliz Londra The Guardian 2009 07 06 Snapshot Maradona is toast of the town after signing for Napoli bl Ingliz The Times 2012 02 20 a b ċ Carter Jon 2012 03 09 Maradona brings success to Napoli bl Ingliz ESPN Arkivjat minn l oriġinal fl 2020 10 10 Miġbur 2022 12 25 Sellitti Nicola 2016 02 09 Bruscolotti una vita in azzurro Napoli ricorda quella partita dell 86 la Repubblica bit Taljan Marucci Lorenzo 2021 05 10 10 maggio 1987 il Napoli conquista il primo scudetto della sua storia bit Taljan Kempes Dan 2020 09 06 Il double del Napoli nel 1987 dopo lo scudetto la Coppa Italia bit Taljan Champions Napoli e quel precedente del 1987 col Real bit Taljan 2016 12 12 Mariani Maurizio 2000 10 26 Italy Championship 1987 88 bl Ingliz RSSSF Maradona Nel 1989 avevo firmato per il Marsiglia bit Taljan Sky Sport Italia 2009 02 10 Arkivjat minn l oriġinal fl 2012 02 06 Mariani Maurizio 2000 10 26 Italy Championship 1989 90 bl Ingliz RSSSF 1991 Maradona y el doping positivo en el Napoli bl Ispanjol Notas 2014 03 29 Arkivjat minn l oriġinal fl 2014 12 18 Paloma Lisandro Prieto Gonzalo 2013 10 28 1991 Diego positivo y negativo bl Ispanjol Publicable Arkivjat minn l oriġinal fl 2014 12 18 Diego Maradona con la camiseta de Newell s Fui soy y sere leproso como el 75 de Rosario bl Ispanjol La Nacion 2013 09 09 Arkivjat minn l oriġinal fl 2013 09 11 Dotto Matteo 2006 10 20 Cosi inizio la favola del Pibe de oro bit Taljan Corriere della Sera Pierrend Jose Luis 2020 11 26 Diego Armando Maradona International Appearances bl Ingliz RSSSF Seleccion Nacional diegomaradona com bl Ispanjol Arkivjat minn l oriġinal fl 2009 10 18 Diego Maradona bl Ingliz Encyclopaedia Britannica MacPherson Graeme 2008 10 30 Maradona to receive Hampden welcome bl Ingliz The Herald Arkivjat minn l oriġinal fl 2008 12 07 FIFA World Youth Tournament 1979 Technical Study Report PDF bl Ingliz FIFA pp 97 109 Arkivjat minn l oriġinal PDF fl 2014 07 12 Darby James 2010 06 10 Castrol World Cup Legends Diego Maradona 1986 bl Ingliz Goal Arkivjat minn l oriġinal fl 2010 06 13 Brewin John Williamson Martin 2009 11 10 World Cup 1986 bl Ingliz ESPN Arkivjat minn l oriġinal fl 2014 01 26 Falzon Chris 2020 11 26 Diego Armando Maradona Il leġġenda l idolu u wieħed mill aqwa plejers ta kull zmien TVM Burke Chris 2016 06 22 30 years on Maradona s hand of God bl Ingliz UEFA Diego Maradona goal voted the FIFA World Cup Goal of the Century bl Ingliz FIFA 2002 05 30 Arkivjat minn l oriġinal fl 2012 05 23 Gammon Clive 1986 07 07 Tango Argentino Superstar Diego Maradona fast stepped Argentina to the World Cup championship over West Germany in Mexico City bl Ingliz Sports Illustrated Arkivjat minn l oriġinal fl 2014 05 14 Pele and Maradona two very different number tens bl Ingliz FIFA 2001 01 25 Arkivjat minn l oriġinal fl 2014 07 17 MARADONA MIGLIORA L ARGENTINA SI PREPARA bit Taljan la Repubblica 1990 06 27 a b Brewin John Williamson Martin 2009 11 10 World Cup 1990 bl Ingliz ESPN Arkivjat minn l oriġinal fl 2014 02 03 a b World Cup 1990 bl Ingliz RSSSF Sam Howe Verhovek 1994 07 01 After Second Test Maradona Is Out of World Cup The New York Times bl Ingliz Jensen Mike 1994 07 22 From our archives Diego Maradona scored his last World Cup goal in the United States bl Ingliz The Philadelphia Inquirer Sutherland Ben 2020 11 26 Diego Maradona how his genius shone in his last Argentina game bl Ingliz BBC McCracken Craig 2018 06 26 The best ever World Cup match Romania 3 2 Argentina at USA 94 bl Ingliz The Guardian a b Heydari Keyvan Antonio 1994 08 24 FIFA to Decide Maradona s Status The Washington Post bl Ingliz Hylands Alan Diego Maradona Career History about com bl Ingliz Arkivjat minn l oriġinal fl 2009 03 30 Argentina s tribute to Maradona bl Ingliz BBC 2001 11 09 Ħoloq esterniWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Diego Maradona Diego Maradona Diego Maradona fuq National Football Teams com a span li Diego Maradona rekord kompetittiv tal FIFA arkivjat a span li

L-aħħar artikli
  • Ġunju 13, 2025

    Napli

  • Ġunju 12, 2025

    Nagorno-Karabakh

  • Ġunju 13, 2025

    Nadur Youngsters

  • Ġunju 06, 2025

    Nazzjonijiet Uniti

  • Ġunju 08, 2025

    Nazzjonaliżmu

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq