Il Fgura hija belt fin nofsinhar ta Malta u hija wieħed mit 68 Fgura MaltaKunsill Lokali tal FguraAmministrazzjoniStat s
Fgura

Il-Fgura hija belt fin-nofsinhar ta' Malta u hija wieħed mit-68 .
Fgura | |||
---|---|---|---|
Malta | |||
Kunsill Lokali tal-Fgura | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Malta | ||
Reġjuni ta’ Malta | Reġjun tal-Port, Malta | ||
Kodiċi postali | FGR | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 35°52′21″N 14°31′22″E / 35.8725°N 14.5228°EKoordinati: 35°52′21″N 14°31′22″E / 35.8725°N 14.5228°E | ||
Fgura Fgura (Malta) | |||
Superfiċjenti | 1.1 kilometru kwadru | ||
Għoli | 49 m | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 11,670 abitanti (31 Marzu 2014) | ||
localgovernmentdivisioncms.gov.mt… |
L-oriġini tal-isem tal-lokal mhux ċert. Uħud isostnu li ġej mill-kelma figura b'referenza għax-xbieha tal-Madonna tal-Karmnu li kienet teżisti fil-lokal sa mis-seklu sbatax, u li kienet tissejjaħ il-figura tal-Madonna. Oħrajn jaħsbu li l-isem oriġinali kien 'Tal-Fgura' u jaraw konnessjoni mal-istess isem ta' post fl-Gharb (Għawdex).
Isem u simboli
Tradizzjoni vokali u ħajja tgħix fl-isem tal-belt: l-istudjuż qabbel "Fgura" mal-kelma Maltija "Figura" - bl-Ingliż "Figure". Dan jirrigwarda d-drawwa ta’ abitanti anzjani ta' din il-belt, li tieqaf quddiem niċċa dedikata lill-. Kienet id-drawwa li n-nies tal-Fgura jsejħu din l-istatwa "il-figura".
L-istemma tal-Fgura hija magħmula minn strixxa orizzontali ħamra li fiha tliet stilel tad-deheb b'ħames ponot, iċċentrati fuq sfond abjad. Jum il-Fgura ġie stabbilit mill-kunsill lokali fl-1994, u l-ewwel ċelebrazzjoni tiegħu saret fit-30 ta’ Ottubru. Issa huwa ċċelebrat fl-aħħar Ħadd ta’ Ottubru.
Il-qaddis patrun tal-Fgura hija l-Madonna tal-Karmelu u festa annwali fl-unur tagħha tiġi ċċelebrata fit-tieni Ħadd ta’ Lulju. Il-Fgura għandha wkoll waħda mill-knejjes ta’ għamla l-aktar partikolari f'Malta, mibnija fil-forma ta' tinda.
Storja
Mill-apparenza l-Fgura tidher belt ġdida mibnija fis-sittinijiet, iżda minkejja dan hemm oriġini antiki mistura. Il-belt għandha għeruq preistoriċi (bosta oqbra fiż-żona jixhdu dan) u hemm biżżejjed provi sabiex wieħed jissuġġerixxi li kienet abitata fi żmien il-Feniċi. Il-prova hija li bejn it-28 ta' Ottubru u l-21 ta' Diċembru 1948, 6 oqbra Puniċi instabu fil-Fgura - l-aktar fi Triq il-Liedna. Dawn l-oqbra ilhom jeżistu sa mit-tielet u r-raba' seklu Q.K. - kollha għandhom forma irregolari u fihom instabu fdalijiet umani, fdalijiet tal-annimali, fuħħar u materjali oħra tal-bronż. Triq partikolari ssemmiet 'Triq is-Sejba Punika' bħala tifkira ta' din is-sejba storika.
Il-Fgura, li tinsab aktar 'il ġewwa mill-, ġiet influwenzata mit-tkabbir tat-Tarzna, b'mod speċjali wara l-Ewwel Gwerra Dinjija. Il-Fgura tmiss mal-fortifikazzjonijiet tal-Kottonera fit-tramuntana, ma' Ħaż-Zabbar fin-nofsinhar u ma' Ħal Tarxien fil-Punent. Illum il-ġurnata l-Fgura għandha waħda mill-akbar densitajiet ta' popolazzjoni fil-pajjiż. Riċentement din kibret lejn in-naħat tal- u kienet waħda mill-ibliet li raw żvilupp mgħeġġel, tant li issa waslet biex tintemm l-espansjoni tagħha. Il-Fgura issa saret waħda mill-akbar ċentri kummerċjali fin-naħat tan-nofsinhar tal-gżira.
L-emblema tal-Fgura hija magħmula minn strixxa ħamra orizzontali bi 3 stilel ta' ħames ponot, iċċentrata fuq sfond abjad - din daħlet mat-twaqqif tal-Kunsill Lokali tal-Fgura fl-1993. Din l-arma ħadet post oħra preċedenti li kien inħolqot bl-inizjattiva tal-Kunsill Ċiviku. ġie stabbilit mill-kunsill lokali fl-1994 u l-ewwel ċelebrazzjoni tiegħu saret fit-30 ta' Ottubru. Din hija issa ċċelebrata fl-aħħar Ħadd ta' Ottubru.
Il-qaddis patrun tal-Fgura hija l-Madonna tal-Karmnu u tiġi ċċelebrata festa annwali f'ġieħha fit-tieni Ħadd ta' Lulju. Il-Fgura għandha wkoll waħda mill-aktar knejjes partikolari f'Malta minħabba li l-knisja hija forma ta' tinda.
Fis-sena 1945 il-patrijiet Karmelitani tal-Provinċja Karmelitana Maltija waqqfu kunvent fl-istess lokal.
Il-Fgura saret Parroċċa fl-1965. Il-knisja parrokkjali preżenti nfetħet għall-pubbliku fl-1988, u kienet ikkonsagrata fl-1 ta' Frar 1990 mill-Arċisqof Joseph Mercieca.
Postijiet ta’ Interess
Il-Knisja parrokkjali tal-Fgura Madonna tal-Karmelu
Main article: Our Lady of Mount Carmel Parish Church, Fgura
Il-knisja parrokkjali tal-Fgura nbniet fl-1988 u ddedikata lil Madonna tal-Karmelu fl-1 ta’ Frar 1990, fuq proġett tal-perit Victor Muscat Inglott u l-inġinier strutturali Godfrey Azzopardi mis-sittinijiet. Il-knisja parrokkjali hija mibnija fi stil modern tal-Kunsill post-Vatikan II, bis-saqaf appoġġat f'erba’ punti biex jipprovdi disinn simetriku, filwaqt li jżomm pjan kwadru fil-bażi fuq iż-żewġ assi. Kien maħsub li jiġi apprezzat bħala struttura wieqfa mdawra minn spazju miftuħ. Il-knisja parrokkjali tal-Fgura hija inkluża fl-Inventarju Nazzjonali tal-2011 tal-Proprjetà Kulturali tal-Gżejjer Maltin taħt ID 00009.
Il-Monument tas-Salib
Hemm monument fi Triq Hompesch, magħruf bħala 'Il-Monument tas-Salib' mir-residenti tal-Fgura. Dan il-monument ġie inawgurat mill- fi Frar 1990, eżattament meta l-Fgura ċċelebrat il-25 anniversarju tagħha minn meta saret parroċċa fl-1965. Dan il-monument kien ġie ddisinjat mill- u nbena mill-apprentisti tal-iskola Ġlormu Cassar.
Dan il-monument tqiegħed fil-post eżatt fejn knisja żgħira ddedikata lill-Madonna tal-Karmelu nbniet fl-1790 minflok niċċa li kienet ilha hemm għal żmien twil. Bħala tifkira ta’ din in-niċċa nbniet niċċa ġdida fi Triq il-Karmelu.
Il-monument jistrieħ fuq erba’ kolonni u għandhom tifsira sinifikanti. Tlieta minn dawn il-kolonni jirrappreżentaw il-bliet li l-Fgura tmiss magħhom: - Paola, Tarxien u Żabbar (ittieħdu limiti minn dawn il-postijiet sabiex tkun tista’ tiġi fformata l-Parroċċa tal-Fgura fl-1965). L-oħra tirrappreżenta l-Parroċċa tal-Fgura. Fil-bażi ta’ dan il-monument hemm 4 lapidi. Dawn jirrappreżentaw il-25 anniversarju minn meta l-Fgura saret parroċċa, l-inawgurazzjoni ta’ dan il-monument u waħda hija kopja ta' ġebla oħra li kienet tinsab fuq in-naħa ta’ knisja li nbniet fl-1844. Din il-lapida ġiet miktuba bil-Latin u tgħid l-istorja ta’ din il-knisja.
Pjazza Reggie Miller
Pjazza Reggie Miller (Wesgħa Reggie Miller) huwa spazju miftuħ imżejjen b'siġar tal-palm fuq in-naħa tal-lemin tal-Knisja Parrokkjali. Is-sit oriġinali ġie żviluppat fi ġnien li ġiet inawgurata fit-28 ta’ Marzu 1976 mill-Ministru Lorry Sant. Reggie Miller kien trejdjunjonist u l-fundatur tal-, l-iktar trejdjunjon b'saħħtu f'Malta. Il-ġnien oriġinali kien fih għadira tal-ħut u arloġġ tax-xemx iddisinjat minn Paul Ignatius Micallef. Il-Kunsill Lokali tal-Fgura, meta ġie stabbilit fl-1993, identifika dan l-ispazju bħala wieħed mill-ewwel proġetti tiegħu u malajr żviluppah fi pjan kwadru miftuħ għad-disinn tal-Viċi Sindku Saviour Camilleri. Il-pjazza l-ġdida ġiet inawgurata fl-10 ta’ Frar 1996. Fl-1996 il-Kunsill Lokali Fgura waqqaf monument tal-Madonna tal-Karmnu, li kien iddisinjat u eżegwit mill-iskultur tal-Fgura Alfred Camilleri Cauchi.
Kunsill Lokali Fgura
Kunsilli Lokali f'Malta ġew stabbiliti permezz ta’ leġislazzjoni fil-Parlament f'Lulju 1993. L-ewwel elezzjoni lokali fil-Fgura saret fis-16 ta' April 1994, u elezzjonijiet suċċessivi saru kull tliet snin fit-2 Sibt ta' Marzu. L-ewwel sindku tal-Fgura kien Anthony Degiovanni. Huwa ġie sostitwit minn Saviour Camilleri fl-1997, imma rritorna fil-kariga tiegħu fl-1 ta’ April 2000. Madankollu, Anthony Degiovanni irriżenja mill-kariga fl-2004, u warajh ġie Darren Marmara.
Is-6 elezjoni tal-Kunsill Lokali Fgura saru fis-6 ta’ Ġunju 2009. Is-sindku preżenti, Darren Marmara ġie kkonfermat għat-3 darba konsekuttiva. Madankollu, fis-7 ta’ Lulju 2010, id-deputat sindku Anthony Degiovanni flimkien mal-kunsillieri tal-ħaddiema tiegħu ppreżentaw mozzjoni ta' fiduċja fis-sindku preżenti, Darren Marmara. Il-mozzjoni kellha tiġi diskussa fis-16 ta’ Lulju, imma meta l-laqgħa tal-kunsill lokali kienet waslet biex tibda, is-sindku irriżenja mill-kariga u qal li fil-jiem preċedenti, hu u l-familja tiegħu rċivew diversi theddid. Ma ngħatat l-ebda raġuni uffiċjali għalfejn is-sindku ġie mġiegħel jirriżenja. Laqgħa għall-elezzjoni ta’ sindku ġdid, skedata għall-21 ta' Lulju kellha tiġi posposta sat-3 ta’ Awwissu, wara deċiżjoni mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, li sabet li kien hemm irregolaritajiet fil-mod kif il-laqgħa ġiet imsejħa. Id-debuttant Byron Camilleri, student tal-liġi ta’ 23 sena ġie nominat bħala r-raba' sindku tal-Fgura.
Byron Camilleri ġie kkonfermat is-sindku għat-tieni mandat, wara l-elezzjonijiet li saru fid-9 ta’ Marzu 2013. Byron Camilleri kiseb numru rekord ta' voti u sar l-ogħla kandidat fil-punteġġ fl-elezzjonijiet ta’ Marzu 2013, u kiseb aktar minn 4,000 voti tal-ewwel għadd. Id-deputat sindku l-ġdid kien Matthew Vella. Il-membri l-oħra tal-kunsill huma: Charles Bonello, Mark Lombardo, Pierre Dalli, Ryan Ellul, Raymond Deguara, Jesmond Zammit u Renè Zammit. Pierre Dalli sar is-sindku fl-2017 wara l-elezzjoni ġenerali. Byron Camilleri ġie elett fil-parlament u għalhekk is-sindku kellu jinbidel. Mark Lombardo ġie elett fl-elezzjonijiet kollha tal-kunsill lokali li saru minn meta ġew stabbiliti fl-1993.
Kummissjoni Festa Esterna 16 ta' Lulju Fgura A.D.1993
Il-Kummissjoni Festa Esterna hija l-għaqda ta' l-armar tal-Parroċċa tal-Fgura. Qabel it-twaqqif tal-Kummissjoni Festa Esterna fil-Fgura kien hawn numru sabiħ ta’ dilettanti li kienu jarmaw it-toroq tagħhom fuq bażi separata. Fost dawn huma r-residenti tat-Triq Mater Boni Consilii u t-toroq tal-madwar. Dawn kienu toroq li kienu jintramaw mir-residenti nfushom. Iżda għall-ħabta tas-sena 1967 twaqqaf l-ewwel kumitat tal-festa f'isem il-parroċċa. Kienet fuq l-inizjattiva ta’ P. Innoċenz Zerafa O.Carm. li twaqqaf dan il-kumitat. Min dak in-nhar il-parroċċa bdiet tieħu ħsieb tarma u tixgħel l-inħawi tal-knisja u t-triq prinċipali. Kienet ukoll taħseb għal-banda il-Ħadd filgħaxija u n-nar ta` l-art u l-ajru. Iżda kienet fis-sena 1992 li l-parroċċa kienet ħasset il-ħtiega li twaqqaf Kummissjoni sabiex tieħu ħsieb tarma u torganizza il-festa tal-padruna tagħna Omm u Ġmiel tal- Karmelu. Din il-kummissjoni hija dik preżenti. L-ewwel Kummissjoni Festa Esterna twaqqfet fil-5 ta’ Marzu 1993 u l-ewwel prokuratur tal-festa kien P. Adrian Cassar Pulis O.Carm. F’ dawn iż-żminijiet kienet ukoll inħasset il-ħtieġa li jkollha post fejn isiru il-laqgħat u jinżamm l-armar tal-festa. Iżda ftit żmien wara l-kummissjoni akkwistat maħżen fi Triq il-Karmelitani fejn seta jinżamm l-armar tal-festa. F`għeluq il-5 snin mit-twaqqif tal-Kummissjoni ġiet imżanżna l-arma tal-Kummissjoni. Fis-sena 1998 lahaq it-2 prokuratur tal-Kummissjoni u dan kien P. Joe Saliba O.Carm. Għall-festa ta` l-1999, sar standard tal-Kummissjoni Festa Esterna u dan jinġarr fil-purċissjoni nhar il-festa. Fis-sena 2006 il-Kummissjoni reġa kellha prokuratur ġdid, P. Renald Lofreda O. Carm. Mit-twaqqif tal-Kummissjoni fil-Fgura sa llum tista' tgħid li l-ħidma ma waqfet qatt. Dan jidher biċ-ċar fil-jiem tal-festa bl-armar ġdid kull sena. Il-Fgura hija l-akbar parrocca li tkun qed tiċċelebra l-festa tagħha fit-2 Ħadd ta' Lulju.
Referenzi
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Fgura, X'inhi Fgura? Xi tfisser Fgura?
Il Fgura hija belt fin nofsinhar ta Malta u hija wieħed mit 68 Fgura MaltaKunsill Lokali tal FguraAmministrazzjoniStat sovranMaltaReġjuni ta MaltaReġjun tal Port MaltaKodiċi postali FGRĠeografijaKoordinati 35 52 21 N 14 31 22 E 35 8725 N 14 5228 E 35 8725 14 5228 Koordinati 35 52 21 N 14 31 22 E 35 8725 N 14 5228 E 35 8725 14 5228FguraFgura Malta Superfiċjenti 1 1 kilometru kwadruGħoli 49 mDemografijaPopolazzjoni 11 670 abitanti 31 Marzu 2014 localgovernmentdivisioncms gov mt L oriġini tal isem tal lokal mhux ċert Uħud isostnu li ġej mill kelma figura b referenza għax xbieha tal Madonna tal Karmnu li kienet tezisti fil lokal sa mis seklu sbatax u li kienet tissejjaħ il figura tal Madonna Oħrajn jaħsbu li l isem oriġinali kien Tal Fgura u jaraw konnessjoni mal istess isem ta post fl Gharb Għawdex Isem u simboliTradizzjoni vokali u ħajja tgħix fl isem tal belt l istudjuz qabbel Fgura mal kelma Maltija Figura bl Ingliz Figure Dan jirrigwarda d drawwa ta abitanti anzjani ta din il belt li tieqaf quddiem niċċa dedikata lill Kienet id drawwa li n nies tal Fgura jsejħu din l istatwa il figura L istemma tal Fgura hija magħmula minn strixxa orizzontali ħamra li fiha tliet stilel tad deheb b ħames ponot iċċentrati fuq sfond abjad Jum il Fgura ġie stabbilit mill kunsill lokali fl 1994 u l ewwel ċelebrazzjoni tiegħu saret fit 30 ta Ottubru Issa huwa ċċelebrat fl aħħar Ħadd ta Ottubru Il qaddis patrun tal Fgura hija l Madonna tal Karmelu u festa annwali fl unur tagħha tiġi ċċelebrata fit tieni Ħadd ta Lulju Il Fgura għandha wkoll waħda mill knejjes ta għamla l aktar partikolari f Malta mibnija fil forma ta tinda StorjaMill apparenza l Fgura tidher belt ġdida mibnija fis sittinijiet izda minkejja dan hemm oriġini antiki mistura Il belt għandha għeruq preistoriċi bosta oqbra fiz zona jixhdu dan u hemm bizzejjed provi sabiex wieħed jissuġġerixxi li kienet abitata fi zmien il Feniċi Il prova hija li bejn it 28 ta Ottubru u l 21 ta Diċembru 1948 6 oqbra Puniċi instabu fil Fgura l aktar fi Triq il Liedna Dawn l oqbra ilhom jezistu sa mit tielet u r raba seklu Q K kollha għandhom forma irregolari u fihom instabu fdalijiet umani fdalijiet tal annimali fuħħar u materjali oħra tal bronz Triq partikolari ssemmiet Triq is Sejba Punika bħala tifkira ta din is sejba storika Il Fgura li tinsab aktar il ġewwa mill ġiet influwenzata mit tkabbir tat Tarzna b mod speċjali wara l Ewwel Gwerra Dinjija Il Fgura tmiss mal fortifikazzjonijiet tal Kottonera fit tramuntana ma Ħaz Zabbar fin nofsinhar u ma Ħal Tarxien fil Punent Illum il ġurnata l Fgura għandha waħda mill akbar densitajiet ta popolazzjoni fil pajjiz Riċentement din kibret lejn in naħat tal u kienet waħda mill ibliet li raw zvilupp mgħeġġel tant li issa waslet biex tintemm l espansjoni tagħha Il Fgura issa saret waħda mill akbar ċentri kummerċjali fin naħat tan nofsinhar tal gzira L emblema tal Fgura hija magħmula minn strixxa ħamra orizzontali bi 3 stilel ta ħames ponot iċċentrata fuq sfond abjad din daħlet mat twaqqif tal Kunsill Lokali tal Fgura fl 1993 Din l arma ħadet post oħra preċedenti li kien inħolqot bl inizjattiva tal Kunsill Ċiviku ġie stabbilit mill kunsill lokali fl 1994 u l ewwel ċelebrazzjoni tiegħu saret fit 30 ta Ottubru Din hija issa ċċelebrata fl aħħar Ħadd ta Ottubru Il qaddis patrun tal Fgura hija l Madonna tal Karmnu u tiġi ċċelebrata festa annwali f ġieħha fit tieni Ħadd ta Lulju Il Fgura għandha wkoll waħda mill aktar knejjes partikolari f Malta minħabba li l knisja hija forma ta tinda Fis sena 1945 il patrijiet Karmelitani tal Provinċja Karmelitana Maltija waqqfu kunvent fl istess lokal Il Fgura saret Parroċċa fl 1965 Il knisja parrokkjali prezenti nfetħet għall pubbliku fl 1988 u kienet ikkonsagrata fl 1 ta Frar 1990 mill Arċisqof Joseph Mercieca Postijiet ta InteressIl Knisja parrokkjali tal Fgura Madonna tal Karmelu Main article Our Lady of Mount Carmel Parish Church Fgura Il Knisja L Ġdida Fgura Il knisja parrokkjali tal Fgura nbniet fl 1988 u ddedikata lil Madonna tal Karmelu fl 1 ta Frar 1990 fuq proġett tal perit Victor Muscat Inglott u l inġinier strutturali Godfrey Azzopardi mis sittinijiet Il knisja parrokkjali hija mibnija fi stil modern tal Kunsill post Vatikan II bis saqaf appoġġat f erba punti biex jipprovdi disinn simetriku filwaqt li jzomm pjan kwadru fil bazi fuq iz zewġ assi Kien maħsub li jiġi apprezzat bħala struttura wieqfa mdawra minn spazju miftuħ Il knisja parrokkjali tal Fgura hija inkluza fl Inventarju Nazzjonali tal 2011 tal Proprjeta Kulturali tal Gzejjer Maltin taħt ID 00009 Il Monument tas Salib Hemm monument fi Triq Hompesch magħruf bħala Il Monument tas Salib mir residenti tal Fgura Dan il monument ġie inawgurat mill fi Frar 1990 ezattament meta l Fgura ċċelebrat il 25 anniversarju tagħha minn meta saret parroċċa fl 1965 Dan il monument kien ġie ddisinjat mill u nbena mill apprentisti tal iskola Ġlormu Cassar Dan il monument tqiegħed fil post ezatt fejn knisja zgħira ddedikata lill Madonna tal Karmelu nbniet fl 1790 minflok niċċa li kienet ilha hemm għal zmien twil Bħala tifkira ta din in niċċa nbniet niċċa ġdida fi Triq il Karmelu Il Monument tas Salib Il monument jistrieħ fuq erba kolonni u għandhom tifsira sinifikanti Tlieta minn dawn il kolonni jirrapprezentaw il bliet li l Fgura tmiss magħhom Paola Tarxien u Zabbar ittieħdu limiti minn dawn il postijiet sabiex tkun tista tiġi fformata l Parroċċa tal Fgura fl 1965 L oħra tirrapprezenta l Parroċċa tal Fgura Fil bazi ta dan il monument hemm 4 lapidi Dawn jirrapprezentaw il 25 anniversarju minn meta l Fgura saret parroċċa l inawgurazzjoni ta dan il monument u waħda hija kopja ta ġebla oħra li kienet tinsab fuq in naħa ta knisja li nbniet fl 1844 Din il lapida ġiet miktuba bil Latin u tgħid l istorja ta din il knisja Pjazza Reggie Miller Pjazza Reggie Miller Wesgħa Reggie Miller huwa spazju miftuħ imzejjen b siġar tal palm fuq in naħa tal lemin tal Knisja Parrokkjali Is sit oriġinali ġie zviluppat fi ġnien li ġiet inawgurata fit 28 ta Marzu 1976 mill Ministru Lorry Sant Reggie Miller kien trejdjunjonist u l fundatur tal l iktar trejdjunjon b saħħtu f Malta Il ġnien oriġinali kien fih għadira tal ħut u arloġġ tax xemx iddisinjat minn Paul Ignatius Micallef Il Kunsill Lokali tal Fgura meta ġie stabbilit fl 1993 identifika dan l ispazju bħala wieħed mill ewwel proġetti tiegħu u malajr zviluppah fi pjan kwadru miftuħ għad disinn tal Viċi Sindku Saviour Camilleri Il pjazza l ġdida ġiet inawgurata fl 10 ta Frar 1996 Fl 1996 il Kunsill Lokali Fgura waqqaf monument tal Madonna tal Karmnu li kien iddisinjat u ezegwit mill iskultur tal Fgura Alfred Camilleri Cauchi Pjazza Reggie MillerKunsill Lokali FguraKunsilli Lokali f Malta ġew stabbiliti permezz ta leġislazzjoni fil Parlament f Lulju 1993 L ewwel elezzjoni lokali fil Fgura saret fis 16 ta April 1994 u elezzjonijiet suċċessivi saru kull tliet snin fit 2 Sibt ta Marzu L ewwel sindku tal Fgura kien Anthony Degiovanni Huwa ġie sostitwit minn Saviour Camilleri fl 1997 imma rritorna fil kariga tiegħu fl 1 ta April 2000 Madankollu Anthony Degiovanni irrizenja mill kariga fl 2004 u warajh ġie Darren Marmara Is 6 elezjoni tal Kunsill Lokali Fgura saru fis 6 ta Ġunju 2009 Is sindku prezenti Darren Marmara ġie kkonfermat għat 3 darba konsekuttiva Madankollu fis 7 ta Lulju 2010 id deputat sindku Anthony Degiovanni flimkien mal kunsillieri tal ħaddiema tiegħu pprezentaw mozzjoni ta fiduċja fis sindku prezenti Darren Marmara Il mozzjoni kellha tiġi diskussa fis 16 ta Lulju imma meta l laqgħa tal kunsill lokali kienet waslet biex tibda is sindku irrizenja mill kariga u qal li fil jiem preċedenti hu u l familja tiegħu rċivew diversi theddid Ma ngħatat l ebda raġuni uffiċjali għalfejn is sindku ġie mġiegħel jirrizenja Laqgħa għall elezzjoni ta sindku ġdid skedata għall 21 ta Lulju kellha tiġi posposta sat 3 ta Awwissu wara deċizjoni mid Dipartiment tal Kunsilli Lokali li sabet li kien hemm irregolaritajiet fil mod kif il laqgħa ġiet imsejħa Id debuttant Byron Camilleri student tal liġi ta 23 sena ġie nominat bħala r raba sindku tal Fgura Byron Camilleri ġie kkonfermat is sindku għat tieni mandat wara l elezzjonijiet li saru fid 9 ta Marzu 2013 Byron Camilleri kiseb numru rekord ta voti u sar l ogħla kandidat fil punteġġ fl elezzjonijiet ta Marzu 2013 u kiseb aktar minn 4 000 voti tal ewwel għadd Id deputat sindku l ġdid kien Matthew Vella Il membri l oħra tal kunsill huma Charles Bonello Mark Lombardo Pierre Dalli Ryan Ellul Raymond Deguara Jesmond Zammit u Rene Zammit Pierre Dalli sar is sindku fl 2017 wara l elezzjoni ġenerali Byron Camilleri ġie elett fil parlament u għalhekk is sindku kellu jinbidel Mark Lombardo ġie elett fl elezzjonijiet kollha tal kunsill lokali li saru minn meta ġew stabbiliti fl 1993 Kummissjoni Festa Esterna 16 ta Lulju Fgura A D 1993Poster for the External Feast Commission Il Kummissjoni Festa Esterna hija l għaqda ta l armar tal Parroċċa tal Fgura Qabel it twaqqif tal Kummissjoni Festa Esterna fil Fgura kien hawn numru sabiħ ta dilettanti li kienu jarmaw it toroq tagħhom fuq bazi separata Fost dawn huma r residenti tat Triq Mater Boni Consilii u t toroq tal madwar Dawn kienu toroq li kienu jintramaw mir residenti nfushom Izda għall ħabta tas sena 1967 twaqqaf l ewwel kumitat tal festa f isem il parroċċa Kienet fuq l inizjattiva ta P Innoċenz Zerafa O Carm li twaqqaf dan il kumitat Min dak in nhar il parroċċa bdiet tieħu ħsieb tarma u tixgħel l inħawi tal knisja u t triq prinċipali Kienet ukoll taħseb għal banda il Ħadd filgħaxija u n nar ta l art u l ajru Izda kienet fis sena 1992 li l parroċċa kienet ħasset il ħtiega li twaqqaf Kummissjoni sabiex tieħu ħsieb tarma u torganizza il festa tal padruna tagħna Omm u Ġmiel tal Karmelu Din il kummissjoni hija dik prezenti L ewwel Kummissjoni Festa Esterna twaqqfet fil 5 ta Marzu 1993 u l ewwel prokuratur tal festa kien P Adrian Cassar Pulis O Carm F dawn iz zminijiet kienet ukoll inħasset il ħtieġa li jkollha post fejn isiru il laqgħat u jinzamm l armar tal festa Izda ftit zmien wara l kummissjoni akkwistat maħzen fi Triq il Karmelitani fejn seta jinzamm l armar tal festa F għeluq il 5 snin mit twaqqif tal Kummissjoni ġiet imzanzna l arma tal Kummissjoni Fis sena 1998 lahaq it 2 prokuratur tal Kummissjoni u dan kien P Joe Saliba O Carm Għall festa ta l 1999 sar standard tal Kummissjoni Festa Esterna u dan jinġarr fil purċissjoni nhar il festa Fis sena 2006 il Kummissjoni reġa kellha prokuratur ġdid P Renald Lofreda O Carm Mit twaqqif tal Kummissjoni fil Fgura sa llum tista tgħid li l ħidma ma waqfet qatt Dan jidher biċ ċar fil jiem tal festa bl armar ġdid kull sena Il Fgura hija l akbar parrocca li tkun qed tiċċelebra l festa tagħha fit 2 Ħadd ta Lulju Referenzi http www culturalheritage gov mt filebank inventory 00009 pdf http www timesofmalta com articles view 20130317 local Labour sweeps local elections 461827