Il Forti Rikażli jew Ricasoli hija fil Kalkara Malta li nbniet mill Ordni ta San Ġwann bejn l 1670 u l 1698 Il forti tin
Forti Rikażli

Il-Forti Rikażli (jew Ricasoli) hija fil-Kalkara, Malta, li nbniet mill-Ordni ta' San Ġwann bejn l-1670 u l-1698. Il-forti tinsab fid-daħla tal-, u tipprotegi l-entratura tal-port flimkien mal-. Rikażli hija l-ikbar fortizza f'Malta, u qiegħda fuq il-lista tentattiva ta' Patrimonju tal-umanità tal-UNESCO, bħala parti mill-Fortifikazzjonijiet tal-Kavallieri madwar il-Portijiet ta' Malta.
Fort Rikażli rat użu matul l-invażjoni Franċiża fl-1798, u l-insurrezzjoni Maltija li spiċċat fl-1800, meta Malta spiċċat taħt l-idejn tal-Ingliżi. Fl-1807, Rikażli kienet is-sit t'ammutinament mir-Reġiment Froberg, u matul is-seklu dsatax intużat ukoll bħala sptar militari. Fit-Tieni Gwerra Dinjija, il-forti kienet parti mid-difiża ta' Malta, u partijiet minnha inqerdu minn bumbardament mill-ajru. Il-fortizza ingħatat lill-Gvern Malti fl-1964, u wara intużat għal skopijiet industrijali. Illum, il-fortizza għada teżisti, iżda tinsab fi stat dilapidat, u hija użata bħala post fejn jinġibdu l-films, kif ukoll bħala faċilità għat-tindif tat-tankijiet.
Żmien il-Kavallieri
Il-Forti Rikażli tinsab fuq l-ewwel peniżola fuq in-naħa tal-lvant tal-Port il-Kbir. Il-promontorju oriġinarjament kien magħruf bħala l-Ponta ta' Rinella jew Punta Sottile. Fl-1531, żewġ skjavi li kienu pruvaw jieħdu l-Forti Sant’Anġlu inqatlu fuq din il-ponta, li saret magħrufa bħala l-Ponta tal-Forka. Fl-Assedju l-Kbir tal-1565, it-Torok bnew batteriji fuq din il-ponta sabiex jibbumbardjaw il-.
Fit-18 ta' Jannar 1629, il-kavallier Taljan Alessandro Orsi iffinanzja l-kostruzzjoni ta' torri fuq din il-biċċa art. Dan it-torri kien imsejjaħ uffiċjalment bħala Torre San Petronio, imma kien komunament magħruf bħala t-Torri Orsi jew it-Torri Teftef mill-Maltin. It-torri kien tond, u kien mibni biex ma jħallix l-iskjavi milli jaħarbu minn Malta. Aktar tard, ġiet mibnija batterija semi-ċirkulari madwar it-torri, u din kienet magħrufa bħala l-Batterija Orsi jew il-Batterija San Petronio. It-torri u l-batterija kienu mdawra b'foss mimli bl-ilma baħar. It-torri u l-batterija inqerdu f'maltempata fit-8 ta' Frar 1821, u llum l-unika parti minnhom li għadha teżisti hu l-foss tal-batterija mħaffer fil-ġebel.
Fl-1644, Giovanni de’ Medici ppropona li l-Forti Sant'Anġlu fil-Birgu jiġi abbandunat, u tinbena fortizza ġdida fuq il-Ponta Orsi. Din il-fortizza ġdida kellha tkun imsemmija Forti Sant'Anġlu wkoll, u kellha tkun imħaddma mill-ekwipaġġ tal-gwarniġġjon tal-forti tal-Birgu. Għalkemm Medici fassal pjanijiet għall-forti l-ġdida, dawn qatt ma ġew implimentati.
Fl-1669, wara li l-Imperu Ottoman ħa fi Kreta mir-, żdiedu l-biżgħat ta' attakk Tork fuq il-gżejjer Maltin. Minħabba dan, fl-1670 il Gran Mastru Nicolas Cotoner stieden lill-inġinier militari biex itejjeb il-fortifikazzjonijiet ta' Malta. Valperga fassal pjanijiet ta' fortizza ġdida biex tinbena fuq il-Ponta Orsi, u għalkemm kien hemm xi kritika minn xi membri tal-Ordni, il-pjanijiet ġew approvati. Il-kavallier Fjorentin ħallas 20,000 skud biex tinbena l-forti, u minħabba dan il-fortizza ssemmiet Forte Ricasoli fl-unur tiegħu.
L-ewwel ġebla tal-fortizza tqiegħdet fil-15 ta' Ġunju 1670, u l-ewwel stadji tal-kostruzzjoni ġew ssorveljati mill Valperga innifsu. Il-forti rċeviet l-ewwel gwarniġġjon f'Ġunju tal-1674, għalkemm ma kinitx għadha kompluta. Fl-1681, l-inġinier Fjamming għamel xi tibdiliet fid-disinn tal-fortizza. Il-kwartieri tas-suldati, il-kappella u l-bini ieħor fil-fortizza nbnew wara l-1685, u Rikażli kienet uffiċjalment iddikjarata kompluta u armati f'Mejju tal-1698.
Fl-1714, l-inġiniera Franċiżi , u ikkritikaw id-disinn tal-fortizza, u fl-1722 ġew implimentati xi emendi proposti minn de Tigné. F'nofs is-seklu XVIII, il-fortizza kienet fi stat ħażin, u xi xogħol ta' manutenzjoni sar fl-1761.
Il-Forti Rikażli kien jintuża wkoll bħala ħabs qabel ma nbniet il-.
Okkupazzjoni Franċiża
L-ewwel darba li l-Fort Rikażli rat użu militari kien waqt l-invażjoni Franċiża ta' Malta f'Ġunju 1798, matul il-. Dak iż-żmien, il-fortizza kienet kmandata mill-Bali de Tillet, u l-gwarniġġjon tagħha kien jikkonsisti mill-Cacciatori, li kien reġiment voluntier tal-infanterija. Il-fortizza rnexxielha tirripella tliet attakki Franċiżi, u ċediet wara li l-Gran Mastru uffiċjalment ċeda Malta 'l Napuljun.
Fir-rewwixta tal-Maltin tal-1798 sal-1800, il-fortizza baqgħet f'idejn il-Franċiżi. Il-kanuni tal-fortizza kienu jattakkaw ta' spiss lill-Batterija ta' San Rokku, li ġiet mibnija mill-Maltin madwar 700 metru 'l bogħod minn Rikażli.
Żmien l-Ingliżi
Il-forti kompla jintuża bħala installazzjoni militari matul żmien l-Ingliżi. Fl-1807, suldati Albaniżi u Griegi tar-Reġiment Froberg li kienu stazzjonati ġo Rikażli rribellaw u ħadu xi ostaġġi. Wara ftit jiem, ħafna mir-ribelli ċedew, iżda ftit mir-ribelli baqgħu ġol-fortizza u splodew il-porvlista, u b'hekk ikkawżaw ħsara estensiva lid-Demi-Bastjun ta' San Duminku. Uħud mir-ribelli ġew ikkundannati għall-mewt minn qorti marzjali wara dan. Il-partijiet tal-fortizza li kienu sofrew ħsara ssewwew, għalkemm ma reġgħux inbnew fuq id-disinni oriġinali. Fl-1829, inbniet porvlista ġdida flok dik li nqerdet waqt l-isplużjoni.
Qabel ma nfetaħ l-isptar ta' Bighi, partijiet mill-fortizza ntużaw bħala sptar navali. Fl-1837, matul l-epidemija tal-kolera, xi pazjenti mill-Ospizio fil-Furjana li kienu mardu bil-kolera kienu trasferiti f'Rikażli. Ħafna minnhom mietu wara ftit ġranet, u dawn indifnu fiċ-ċimiterju ta' Wied Għammieq, li jinsab qrib il-fortizza. Epidemija tal-kolera oħra faqqgħet f'Rikażli fl-1865.
Fl-1844, Rikażli kellha gwarniġġjon ta' 500 ruħ. Fl-1848, Sir John Fox Burgoyne spezzjona l-fortifikazzjonijiet ta' Malta, u kkunsidra Rikażli bħala impregnabbli. F'madwar l-1854, artillerija ta' kalibru ogħla ġiet introdotta fil-fortizza, u l-kanuni ġew immodifikati jew mibdula diversi drabi matul is-snin ta' wara. Sal-1878, il-parti tal-fortizza li tħares lejn il-baħar ġiet ristrutturata, u wara l-1900 ġew installati numru ta' searchlights u stazzjon tat-torpidows. Fit-tletinijiet, torrijiet tal-konkrit magħrufin bħala Fire Control Towers inbnew fuq is-Swar Nru. 2, 3 u 4.
Il-Forti Rikażli kien ukoll attiv fid-difiża ta' Malta matul it-Tieni Gwerra Dinjija. F'April tal-1942, il-bieb tal-fortizza u d-Dar tal-Gvernatur inqerdu minn bumbardament mill-ajru Ġermaniż. Wara l-gwerra, il-forti kien kkummissjonat mir-Royal Navy bħala HMS Ricasoli bejn l-1947 u l-1958, u kien jipprovdi taħriġ għall-popolazzjoni navali. Fl-1958, il-bieb tal-fortizza reġa inbena, għalkemm id-disinn kien ftit differenti mill-oriġinal. Id-Dar tal-Gvernatur qatt ma reġgħet inbniet minħabba raġuni finanzjarji. Fl-1964, l-Ammiraljat ittrasferixxa kontroll tal-fortizza lill-Gvern Malti.
Storja riċenti
Użu industrijali
Wara l-fortizza ingħatat lill-Gvern Malti, kienet abbandunata għal ftit snin, sakemm saret depot fejn kien jinħażen materija prima li jasal Malta. Minħabba dan, parti mill-foss ħdejn ir-ravellin tax-xellug kien mimli bit-terrapien, u parti mid-Demi-Bastjun ta' San Duminku twaqqgħet sabiex tgħaddi triq ġdida.
Fl-1964, parti mill-foss tal-fortizza sar impjant għat-tindif tat-tankijiet, u kien jagħmel parti mill-Malta Drydocks. Dan it-depot, li llum hu magħruf bħala Ricasoli Tank Cleaning Facilities, jittratta likwidu mill-bastimenti li jaslu fil-Port il-Kbir u jneħħilhom iż-żejt u kimiċi oħra qabel jintrema fil-baħar. Din il-faċilità ġiet ipprivatizzata fl-2012, u bħalissa hu taħt l-idejn ta' Waste Oils Co. Ltd.
L-inħawi ta' madwar il-fortizza eventwalment saru żona industrijali magħrufa bħala ż-Żona Industrijali ta' Rikażli. Il-fabbriki li kien hemm f'din iż-żona twaqqgħu fl-2007 sabiex tinbena SmartCity Malta.
Ġbid ta' films
Illum, parti kbira mill-Forti Rikażli hija mikrija lill-Malta Film Commission, u numru ta' films inġibdu hemmhekk. Settijiet kbar inbnew fil-fortizza għall-films (2000), (2004) u (2009). F'dawn films, il-forti rrapreżenta l-bliet ta' Ruma, u rispettivament. Il-forti wkoll intuża fl-iffilmjar ta' (2016).
Il-miniseries tat-televiżjoni Julius Caesar (2002) u Helen of Troy (2003) kienu wkoll parzjalment iffilmjati fil-Forti Rikażli. Sett magħruf bħala t-Triq Rumana inbena għal Julius Caesar, u dan inżamm u intuża għal films oħra.
Il-fortizza ntużat ukoll sabiex jirrappreżenta partijiet mir-Red Keep fl-ewwel staġun ta' .
Kundizzjoni preżenti
Illum, il-Forti Rikażli għada relattivament intatta, għalkemm tinsab fi stat dilapidat. L-art li fuqha hi mibnija l-fortizza hija vulnerabbli għall-erożjoni kostali, u fil-fatt parti miss-swar bejn Sur Nru 3 u Sur Nru 4 diġà waqa fil-baħar. Fl-2004, ir-Restoration Unit ħattew, irrestawraw u reġgħu waħħlu parti mis-swar tal-fortizza, iżda s'issa għadu ma sar xejn sabiex tiġi rrestawrata l-forti kollha.
F'Mejju tal-2015, l-Alternattiva Demokratika u diversi NGOs issuġġerew li l-kampus propost tal-Università Amerikana ta' Malta għandu jinqasam bejn il-Forti Rikażli, il- u l-. Din il-proposta mhux se tkun implimentata, u l-kampus għandu jinqasam bejn Baċir Nru. 1 f'Bormla u l-ponta taż-Żonqor f'Wied il-Għajn.
M'hemm l-ebda aċċess pubbliku għall-Forti Rikażli.
Referenzi
- ^ a b ċ d e Quintano, Anton. "Fortifications: Fort Ricasoli". Heritage: An encyclopedia of Maltese culture and civilization (bl-Ingliż). pp. 1101–1107.
- ^ Zammit, Vincent. "Lost Ancient Landmarks: Orsi Tower". Heritage: An encyclopedia of Maltese culture and civilization (bl-Ingliż). pp. 1255–1257.
- ^ a b ċ d e f ġ g Bonnici, Hermann (2004–2007). "Fort Ricasoli". Arx – Online Journal of Military Architecture and Fortification (PDF) (bl-Ingliż). pp. 33–38.
- ^ "Orsi Battery remains – Fort Ricasoli" (PDF) (bl-Ingliż). National Inventory of the Cultural Property of the Maltese Islands. 2013-06-28. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2015-07-14.
- ^ "Corradino Correctional Facility" (bl-Ingliż). Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-06-29.
- ^ "Caccatori Maltesi" (bl-Ingliż). Historical Re-Enactment Group of Malta. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-03-07.
- ^ Spiteri, Stephen C. (Mejju 2008). "Maltese 'siege' batteries of the blockade 1798-1800". Arx – Online Journal of Military Architecture and Fortification (PDF) (bl-Ingliż). p. 35.
- ^ Dandria, David (2015-02-01). "The 1807 Froberg regiment mutiny at Fort Ricasoli" (bl-Ingliż). Times of Malta. Arkivjat mill-orġinal fl-2015-03-14. Miġbur 2016-01-26.
- ^ "Regimental Hospitals and Military Hospitals of the Malta Garrison" (bl-Ingliż). British Army Medical Services And the Malta Garrison 1799–1979. Arkivjat mill-orġinal fl-2016-01-11. Miġbur 2016-01-26.
- ^ "Wied Ghammieq Cemetery Sadly neglected" (bl-Ingliż). The Malta Independent. 2006-05-11. Arkivjat mill-orġinal fl-2015-11-17. Miġbur 2016-01-26.
- ^ Army Medical Department – Statistical, Sanitary and Medical Reports. – Volume VI. – For the Year 1866 (bl-Ingliż). Londra. 1866. p. 327.
- ^ "Decision on Ricasoli port facilities for waste oils postponed" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2015-03-05. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-12-16.
- ^ "Ricasoli Tank Cleaning Farm" (bl-Ingliż). Unit tal-Privatizzazjoni. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-11-17. Miġbur 2016-01-26.
- ^ "Waste Oils given 30-year contract to manage Ricasoli Tank Cleaning Facilities" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2013-01-04. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-11-17.
- ^ Zammit, Rosanne (2007-08-03). "Mepa approves demolition of Ricasoli factories" (bl-Ingliż). Times of Malta. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-11-17.
- ^ a b "Fort Ricasoli" (bl-Ingliż). Malta Film Commission. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-11-17.
- ^ Siegel, Lucas (2015-11-04). "New Assassin's Creed Set Pictures, Shooting Information from Malta" (bl-Ingliż). comicbook.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-11-27.
- ^ "Locations of Thrones: Malta (Part 1)" (bl-Ingliż). cultureaddicthistorynerd.com. 2011-08-09. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-09-09.
- ^ Said, Edward (2006-10-17). "In need of repair" (bl-Ingliż). Times of Malta. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-11-17.
- ^ Cini, George (2004-01-20). "Lm110,000 restoration job on Fort Ricasoli rampart" (bl-Ingliż). Times of Malta. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-11-17.
- ^ Said, Edward (2010-09-03). "Fort Ricasoli is under serious threat" (bl-Ingliż). Times of Malta. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-11-17.
- ^ "Alternative Sites proposal for a new University Campus" (bl-Ingliż). National Independent Forum for Sustainability. 2015-05-25. pp. 10–11. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-11-15. Miġbur 2016-01-26.
- ^ "'American' University to occupy Dock 1 buildings and reduced Zonqor site" (bl-Ingliż). 2015-08-20. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-12-22.
- ^ "Walk around the coast of Malta – 'from tower to tower'" (bl-Ingliż). agius.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-11-17.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Forti Rikażli, X'inhi Forti Rikażli? Xi tfisser Forti Rikażli?
Il Forti Rikazli jew Ricasoli hija fil Kalkara Malta li nbniet mill Ordni ta San Ġwann bejn l 1670 u l 1698 Il forti tinsab fid daħla tal u tipprotegi l entratura tal port flimkien mal Rikazli hija l ikbar fortizza f Malta u qiegħda fuq il lista tentattiva ta Patrimonju tal umanita tal UNESCO bħala parti mill Fortifikazzjonijiet tal Kavallieri madwar il Portijiet ta Malta Il Forti Rikazli kif jidher mill Belt Valletta Mappa tal Forti Rikazli Fort Rikazli rat uzu matul l invazjoni Franċiza fl 1798 u l insurrezzjoni Maltija li spiċċat fl 1800 meta Malta spiċċat taħt l idejn tal Inglizi Fl 1807 Rikazli kienet is sit t ammutinament mir Reġiment Froberg u matul is seklu dsatax intuzat ukoll bħala sptar militari Fit Tieni Gwerra Dinjija il forti kienet parti mid difiza ta Malta u partijiet minnha inqerdu minn bumbardament mill ajru Il fortizza ingħatat lill Gvern Malti fl 1964 u wara intuzat għal skopijiet industrijali Illum il fortizza għada tezisti izda tinsab fi stat dilapidat u hija uzata bħala post fejn jinġibdu l films kif ukoll bħala faċilita għat tindif tat tankijiet Zmien il KavallieriIl Forti Rikazli tinsab fuq l ewwel penizola fuq in naħa tal lvant tal Port il Kbir Il promontorju oriġinarjament kien magħruf bħala l Ponta ta Rinella jew Punta Sottile Fl 1531 zewġ skjavi li kienu pruvaw jieħdu l Forti Sant Anġlu inqatlu fuq din il ponta li saret magħrufa bħala l Ponta tal Forka Fl Assedju l Kbir tal 1565 it Torok bnew batteriji fuq din il ponta sabiex jibbumbardjaw il Fit 18 ta Jannar 1629 il kavallier Taljan Alessandro Orsi iffinanzja l kostruzzjoni ta torri fuq din il biċċa art Dan it torri kien imsejjaħ uffiċjalment bħala Torre San Petronio imma kien komunament magħruf bħala t Torri Orsi jew it Torri Teftef mill Maltin It torri kien tond u kien mibni biex ma jħallix l iskjavi milli jaħarbu minn Malta Aktar tard ġiet mibnija batterija semi ċirkulari madwar it torri u din kienet magħrufa bħala l Batterija Orsi jew il Batterija San Petronio It torri u l batterija kienu mdawra b foss mimli bl ilma baħar It torri u l batterija inqerdu f maltempata fit 8 ta Frar 1821 u llum l unika parti minnhom li għadha tezisti hu l foss tal batterija mħaffer fil ġebel Fl 1644 Giovanni de Medici ppropona li l Forti Sant Anġlu fil Birgu jiġi abbandunat u tinbena fortizza ġdida fuq il Ponta Orsi Din il fortizza ġdida kellha tkun imsemmija Forti Sant Anġlu wkoll u kellha tkun imħaddma mill ekwipaġġ tal gwarniġġjon tal forti tal Birgu Għalkemm Medici fassal pjanijiet għall forti l ġdida dawn qatt ma ġew implimentati Pittura tal Port il Kbir f madwar 1750 bil Forti Rikazli fuq ix xellug u l Forti Sant Iermu fuq il lemin Fl 1669 wara li l Imperu Ottoman ħa fi Kreta mir zdiedu l bizgħat ta attakk Tork fuq il gzejjer Maltin Minħabba dan fl 1670 il Gran Mastru Nicolas Cotoner stieden lill inġinier militari biex itejjeb il fortifikazzjonijiet ta Malta Valperga fassal pjanijiet ta fortizza ġdida biex tinbena fuq il Ponta Orsi u għalkemm kien hemm xi kritika minn xi membri tal Ordni il pjanijiet ġew approvati Il kavallier Fjorentin ħallas 20 000 skud biex tinbena l forti u minħabba dan il fortizza ssemmiet Forte Ricasoli fl unur tiegħu L ewwel ġebla tal fortizza tqiegħdet fil 15 ta Ġunju 1670 u l ewwel stadji tal kostruzzjoni ġew ssorveljati mill Valperga innifsu Il forti rċeviet l ewwel gwarniġġjon f Ġunju tal 1674 għalkemm ma kinitx għadha kompluta Fl 1681 l inġinier Fjamming għamel xi tibdiliet fid disinn tal fortizza Il kwartieri tas suldati il kappella u l bini ieħor fil fortizza nbnew wara l 1685 u Rikazli kienet uffiċjalment iddikjarata kompluta u armati f Mejju tal 1698 Fl 1714 l inġiniera Franċizi u ikkritikaw id disinn tal fortizza u fl 1722 ġew implimentati xi emendi proposti minn de Tigne F nofs is seklu XVIII il fortizza kienet fi stat ħazin u xi xogħol ta manutenzjoni sar fl 1761 Il Forti Rikazli kien jintuza wkoll bħala ħabs qabel ma nbniet il Okkupazzjoni FranċizaL ewwel darba li l Fort Rikazli rat uzu militari kien waqt l invazjoni Franċiza ta Malta f Ġunju 1798 matul il Dak iz zmien il fortizza kienet kmandata mill Bali de Tillet u l gwarniġġjon tagħha kien jikkonsisti mill Cacciatori li kien reġiment voluntier tal infanterija Il fortizza rnexxielha tirripella tliet attakki Franċizi u ċediet wara li l Gran Mastru uffiċjalment ċeda Malta l Napuljun Fir rewwixta tal Maltin tal 1798 sal 1800 il fortizza baqgħet f idejn il Franċizi Il kanuni tal fortizza kienu jattakkaw ta spiss lill Batterija ta San Rokku li ġiet mibnija mill Maltin madwar 700 metru l bogħod minn Rikazli Zmien l IngliziPittura tal Forti Rikazli fil bidu tas seklu 20 Il forti kompla jintuza bħala installazzjoni militari matul zmien l Inglizi Fl 1807 suldati Albanizi u Griegi tar Reġiment Froberg li kienu stazzjonati ġo Rikazli rribellaw u ħadu xi ostaġġi Wara ftit jiem ħafna mir ribelli ċedew izda ftit mir ribelli baqgħu ġol fortizza u splodew il porvlista u b hekk ikkawzaw ħsara estensiva lid Demi Bastjun ta San Duminku Uħud mir ribelli ġew ikkundannati għall mewt minn qorti marzjali wara dan Il partijiet tal fortizza li kienu sofrew ħsara ssewwew għalkemm ma reġgħux inbnew fuq id disinni oriġinali Fl 1829 inbniet porvlista ġdida flok dik li nqerdet waqt l ispluzjoni Qabel ma nfetaħ l isptar ta Bighi partijiet mill fortizza ntuzaw bħala sptar navali Fl 1837 matul l epidemija tal kolera xi pazjenti mill Ospizio fil Furjana li kienu mardu bil kolera kienu trasferiti f Rikazli Ħafna minnhom mietu wara ftit ġranet u dawn indifnu fiċ ċimiterju ta Wied Għammieq li jinsab qrib il fortizza Epidemija tal kolera oħra faqqgħet f Rikazli fl 1865 Ajruplan Taljan jibbumbardja l Port il Kbir fl 1941 bil Forti Rikazli jidher fil kantuniera Fl 1844 Rikazli kellha gwarniġġjon ta 500 ruħ Fl 1848 Sir John Fox Burgoyne spezzjona l fortifikazzjonijiet ta Malta u kkunsidra Rikazli bħala impregnabbli F madwar l 1854 artillerija ta kalibru ogħla ġiet introdotta fil fortizza u l kanuni ġew immodifikati jew mibdula diversi drabi matul is snin ta wara Sal 1878 il parti tal fortizza li tħares lejn il baħar ġiet ristrutturata u wara l 1900 ġew installati numru ta searchlights u stazzjon tat torpidows Fit tletinijiet torrijiet tal konkrit magħrufin bħala Fire Control Towers inbnew fuq is Swar Nru 2 3 u 4 Il Forti Rikazli kien ukoll attiv fid difiza ta Malta matul it Tieni Gwerra Dinjija F April tal 1942 il bieb tal fortizza u d Dar tal Gvernatur inqerdu minn bumbardament mill ajru Ġermaniz Wara l gwerra il forti kien kkummissjonat mir Royal Navy bħala HMS Ricasoli bejn l 1947 u l 1958 u kien jipprovdi taħriġ għall popolazzjoni navali Fl 1958 il bieb tal fortizza reġa inbena għalkemm id disinn kien ftit differenti mill oriġinal Id Dar tal Gvernatur qatt ma reġgħet inbniet minħabba raġuni finanzjarji Fl 1964 l Ammiraljat ittrasferixxa kontroll tal fortizza lill Gvern Malti Storja riċentiUzu industrijali Tankijiet taz zejt fil foss tal fortizza Wara l fortizza ingħatat lill Gvern Malti kienet abbandunata għal ftit snin sakemm saret depot fejn kien jinħazen materija prima li jasal Malta Minħabba dan parti mill foss ħdejn ir ravellin tax xellug kien mimli bit terrapien u parti mid Demi Bastjun ta San Duminku twaqqgħet sabiex tgħaddi triq ġdida Fl 1964 parti mill foss tal fortizza sar impjant għat tindif tat tankijiet u kien jagħmel parti mill Malta Drydocks Dan it depot li llum hu magħruf bħala Ricasoli Tank Cleaning Facilities jittratta likwidu mill bastimenti li jaslu fil Port il Kbir u jneħħilhom iz zejt u kimiċi oħra qabel jintrema fil baħar Din il faċilita ġiet ipprivatizzata fl 2012 u bħalissa hu taħt l idejn ta Waste Oils Co Ltd L inħawi ta madwar il fortizza eventwalment saru zona industrijali magħrufa bħala z Zona Industrijali ta Rikazli Il fabbriki li kien hemm f din iz zona twaqqgħu fl 2007 sabiex tinbena SmartCity Malta Ġbid ta films Illum parti kbira mill Forti Rikazli hija mikrija lill Malta Film Commission u numru ta films inġibdu hemmhekk Settijiet kbar inbnew fil fortizza għall films 2000 2004 u 2009 F dawn films il forti rraprezenta l bliet ta Ruma u rispettivament Il forti wkoll intuza fl iffilmjar ta 2016 Il miniseries tat televizjoni Julius Caesar 2002 u Helen of Troy 2003 kienu wkoll parzjalment iffilmjati fil Forti Rikazli Sett magħruf bħala t Triq Rumana inbena għal Julius Caesar u dan inzamm u intuza għal films oħra Il fortizza ntuzat ukoll sabiex jirrapprezenta partijiet mir Red Keep fl ewwel staġun ta Kundizzjoni prezenti Parti mill Forti Rikazli fl 2013 b xaqq kbir fil bastjun Il tal Forti Rikazli li diġa hi nofsha mwaqqa Illum il Forti Rikazli għada relattivament intatta għalkemm tinsab fi stat dilapidat L art li fuqha hi mibnija l fortizza hija vulnerabbli għall erozjoni kostali u fil fatt parti miss swar bejn Sur Nru 3 u Sur Nru 4 diġa waqa fil baħar Fl 2004 ir Restoration Unit ħattew irrestawraw u reġgħu waħħlu parti mis swar tal fortizza izda s issa għadu ma sar xejn sabiex tiġi rrestawrata l forti kollha F Mejju tal 2015 l Alternattiva Demokratika u diversi NGOs issuġġerew li l kampus propost tal Universita Amerikana ta Malta għandu jinqasam bejn il Forti Rikazli il u l Din il proposta mhux se tkun implimentata u l kampus għandu jinqasam bejn Baċir Nru 1 f Bormla u l ponta taz Zonqor f Wied il Għajn M hemm l ebda aċċess pubbliku għall Forti Rikazli Referenzi a b ċ d e Quintano Anton Fortifications Fort Ricasoli Heritage An encyclopedia of Maltese culture and civilization bl Ingliz pp 1101 1107 Zammit Vincent Lost Ancient Landmarks Orsi Tower Heritage An encyclopedia of Maltese culture and civilization bl Ingliz pp 1255 1257 a b ċ d e f ġ g Bonnici Hermann 2004 2007 Fort Ricasoli Arx Online Journal of Military Architecture and Fortification PDF bl Ingliz pp 33 38 Orsi Battery remains Fort Ricasoli PDF bl Ingliz National Inventory of the Cultural Property of the Maltese Islands 2013 06 28 Arkivjat minn l oriġinal PDF fl 2015 07 14 Corradino Correctional Facility bl Ingliz Ministeru għall Intern u s Sigurta Nazzjonali Arkivjat minn l oriġinal fl 2015 06 29 Caccatori Maltesi bl Ingliz Historical Re Enactment Group of Malta Arkivjat minn l oriġinal fl 2013 03 07 Spiteri Stephen C Mejju 2008 Maltese siege batteries of the blockade 1798 1800 Arx Online Journal of Military Architecture and Fortification PDF bl Ingliz p 35 Dandria David 2015 02 01 The 1807 Froberg regiment mutiny at Fort Ricasoli bl Ingliz Times of Malta Arkivjat mill orġinal fl 2015 03 14 Miġbur 2016 01 26 Regimental Hospitals and Military Hospitals of the Malta Garrison bl Ingliz British Army Medical Services And the Malta Garrison 1799 1979 Arkivjat mill orġinal fl 2016 01 11 Miġbur 2016 01 26 Wied Ghammieq Cemetery Sadly neglected bl Ingliz The Malta Independent 2006 05 11 Arkivjat mill orġinal fl 2015 11 17 Miġbur 2016 01 26 Army Medical Department Statistical Sanitary and Medical Reports Volume VI For the Year 1866 bl Ingliz Londra 1866 p 327 Decision on Ricasoli port facilities for waste oils postponed bl Ingliz Times of Malta 2015 03 05 Arkivjat minn l oriġinal fl 2015 12 16 Ricasoli Tank Cleaning Farm bl Ingliz Unit tal Privatizzazjoni Arkivjat minn l oriġinal fl 2015 11 17 Miġbur 2016 01 26 Waste Oils given 30 year contract to manage Ricasoli Tank Cleaning Facilities bl Ingliz Times of Malta 2013 01 04 Arkivjat minn l oriġinal fl 2015 11 17 Zammit Rosanne 2007 08 03 Mepa approves demolition of Ricasoli factories bl Ingliz Times of Malta Arkivjat minn l oriġinal fl 2015 11 17 a b Fort Ricasoli bl Ingliz Malta Film Commission Arkivjat minn l oriġinal fl 2015 11 17 Siegel Lucas 2015 11 04 New Assassin s Creed Set Pictures Shooting Information from Malta bl Ingliz comicbook com Arkivjat minn l oriġinal fl 2015 11 27 Locations of Thrones Malta Part 1 bl Ingliz cultureaddicthistorynerd com 2011 08 09 Arkivjat minn l oriġinal fl 2015 09 09 Said Edward 2006 10 17 In need of repair bl Ingliz Times of Malta Arkivjat minn l oriġinal fl 2015 11 17 Cini George 2004 01 20 Lm110 000 restoration job on Fort Ricasoli rampart bl Ingliz Times of Malta Arkivjat minn l oriġinal fl 2015 11 17 Said Edward 2010 09 03 Fort Ricasoli is under serious threat bl Ingliz Times of Malta Arkivjat minn l oriġinal fl 2015 11 17 Alternative Sites proposal for a new University Campus bl Ingliz National Independent Forum for Sustainability 2015 05 25 pp 10 11 Arkivjat minn l oriġinal fl 2015 11 15 Miġbur 2016 01 26 American University to occupy Dock 1 buildings and reduced Zonqor site bl Ingliz 2015 08 20 Arkivjat minn l oriġinal fl 2015 12 22 Walk around the coast of Malta from tower to tower bl Ingliz agius com Arkivjat minn l oriġinal fl 2015 11 17