Franġisk Zahra tgħammed Francesco Vincenzo Zahra fil 15 ta Diċembru 1710 miet id 19 ta Awwissu 1773 kien pittur Malti li
Francesco Zahra

Franġisk Zahra (tgħammed Francesco Vincenzo Zahra fil-15 ta’ Diċembru 1710 - miet id-19 ta’ Awwissu 1773) kien pittur Malti li prinċipalment pitter xogħlijiet reliġjużi fl-istil Naplitan. Ix-xogħlijiet tiegħu jinstabu f’ħafna knejjes madwar il-Gżejjer Maltin, kif ukoll f’xi kollezzjonijiet privati u tal-mużewijiet. Huwa meqjus bħala l-aqwa pittur ta’ Malta tas-seklu 18.
Francesco Zahra | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | L-Isla, 1710 |
Mewt | 19 Awwissu 1773 |
Għalliema | Ġannikol Buhagiar |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | |
Post tax-xogħol | |
Moviment | Barokk |
Moviment artistiku |
Bijografija
Zahra twieled l-Isla, u huwa iben in-naġġar u . Id-data eżatta tat-twelid tiegħu mhix magħrufa, iżda tgħammed fil-Knisja Parrokkjali tal-Isla fil-15 ta’ Diċembru 1710. Ftit huwa magħruf dwar il-ħajja bikrija ta’ Zahra, iżda x’aktarx irċieva edukazzjoni tajba.
Il-karriera ta’ Franġisk Zahra bħala artist damet għal erba’ deċennji, u ġie meqjus bħala l-aqwa pittur Malti tas-seklu 18. Huwa pitter bl-istil Barokk u kien influwenzat ħafna mix-xena artistika ta’ Napli. Ix-xogħlijiet ta’ Zahra jinkludu bosta pitturi reliġjużi, inkluż opri tal-arti ta’ fuq l-artali jew pitturi kbar oħra għall-knejjes, pitturi mal-volti tal-knejjes u pitturi devozzjonali għal kummissjonijiet privati. Huwa wettaq ukoll għadd ta’ ritratti, tpinġijiet għall-paraventi ornamentali ta’ fuq l-artali, xi għamara fil-knejjes u xogħlijiet bl-irħam.
Probabbilment beda jpitter ta’ età żgħira, u x’aktarx tħarreġ fl-istudjo ta’ Gio Nicola Buhagiar fis-snin 30 tas-seklu 18. Għall-ħabta tal-1740, l-istil tiegħu beda jimmatura u jiżviluppa iktar minn dak tat-tutur tiegħu Buhagiar. Zahra sar l-iktar pittur prolifiku Malti għall-ħabta tal-1745, u kien rivali tal-artist Franċiż Antoine de Favray li dak iż-żmien kien jaħdem Malta. L-istil ta’ Zahra kompla jiżviluppa tul is-snin, u lejn nofs is-snin 50 tas-seklu 18, il-figuri tiegħu u l-atmosfera tal-pitturi tiegħu kienu nbidlu, u bdew juru influwenzi minn Mattia Preti u Favray innifsu.
L-ewwel kummissjoni sinifikanti ta’ Franġisk Zahra waslet fl-1732, meta pitter opra tal-arti għal fuq l-artal li kienet turi Tliet Qaddisin Dumnikani Jaduraw l-Isem Imqaddes ta’ Ġesù għall-Knisja ta’ Santa Marija tal-Grotta, ir-Rabat. L-iktar xogħol sinifikanti tiegħu jinkludi l-pitturi fuq is-saqaf tas-Sala Kapitolari tal-Katidral tal-Imdina, li wettaq fl-1756.
Franġisk Zahra ċċaqlaq minn belt twelidu l-Isla u mar jgħix fil-belt kapitali Valletta. Huwa kien miżżewweġ lil mis-26 ta’ Frar 1743 sal-mewt prematura tagħha fis-27 ta’ Mejju 1751. Huma kellhom ħamest itfal flimkien, u tlieta minnhom baqgħu ħajjin wara l-infanzja. Zahra miet fid-19 ta’ Awwissu 1773 meta kellu 62 sena.
Xogħlijiet
Ix-xogħlijiet ta’ Zahra jinstabu f’ħafna knejjes fil-Gżejjer Maltin, kif ukoll f’kollezzjonijiet privati u tal-mużewijiet. Ix-xogħlijiet ta’ Zahra jinsabu fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina, il- Katidral tal-Assunta, Għawdex, il-Knejjes Parrokkjali ta’ Ħ’Attard, ta’ Ħal Balzan, ta’ Birkirkara, tal-Furjana, ta’ Għarb, ta’ Ħal Għargħur, ta’ Ħal Għaxaq, tal-Gudja, ta’ Ħal Lija, ta’ Marsaxlokk, tal-Mosta, tan-Naxxar, ta’ Ħal Qormi, tar-Rabat, tal-Isla, tas-Siġġiewi, ta’ Tas-Sliema, ta’ Ħal Tarxien, tal-Belt Valletta, tar-Rabat (Għawdex), tax-Xagħra, tax-Xewkija, ta’ Ħaż-Żabbar, ta’ Ħaż-Żebbuġ, taż-Żejtun u taż-Żurrieq, flimkien ma’ bosta knejjes u kappelli oħra.
Xi xogħlijiet jinsabu fil-Mużew Nazzjonali tal-Belle Arti fil-Belt Valletta u fil-Mużew ta’ Wignacourt fir-Rabat.
Referenzi
- ^ Debono, John (1990). "The Will of Francesco Zahra 1710-1773". Melita Historica. 10 (3): 237–244.
- ^ a b ċ d e f ġ Schiavone, Michael J. (2009). Dictionary of Maltese Biographies Vol. II G-Z. Pietà: Pubblikazzjonijiet Indipendenza. pp. 1658–1660. ISBN 9789993291329.
- ^ "Francesco Zahra: An intimate look at his small works - timesofmalta.com". web.archive.org. 2012-08-23. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-08-23. Miġbur 2021-05-07.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Sciberras, Keith; Borg, Jessica (2010). Francesco Zahra 1710–1773 His life and art in mid-18th century Malta. Midsea Books. ISBN 978-99932-7-319-6.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Francesco Zahra, X'inhi Francesco Zahra? Xi tfisser Francesco Zahra?
Franġisk Zahra tgħammed Francesco Vincenzo Zahra fil 15 ta Diċembru 1710 miet id 19 ta Awwissu 1773 kien pittur Malti li prinċipalment pitter xogħlijiet reliġjuzi fl istil Naplitan Ix xogħlijiet tiegħu jinstabu f ħafna knejjes madwar il Gzejjer Maltin kif ukoll f xi kollezzjonijiet privati u tal muzewijiet Huwa meqjus bħala l aqwa pittur ta Malta tas seklu 18 Francesco ZahraĦajjaTwelid L Isla 1710Mewt 19 Awwissu 1773Għalliema Ġannikol BuhagiarOkkupazzjoniOkkupazzjoniPost tax xogħolMoviment BarokkMoviment artistikuBijografijaSan Nikola ta Myra il Muzew Nazzjonali tal Arti il Belt Valletta Zahra twieled l Isla u huwa iben in naġġar u Id data ezatta tat twelid tiegħu mhix magħrufa izda tgħammed fil Knisja Parrokkjali tal Isla fil 15 ta Diċembru 1710 Ftit huwa magħruf dwar il ħajja bikrija ta Zahra izda x aktarx irċieva edukazzjoni tajba Il karriera ta Franġisk Zahra bħala artist damet għal erba deċennji u ġie meqjus bħala l aqwa pittur Malti tas seklu 18 Huwa pitter bl istil Barokk u kien influwenzat ħafna mix xena artistika ta Napli Ix xogħlijiet ta Zahra jinkludu bosta pitturi reliġjuzi inkluz opri tal arti ta fuq l artali jew pitturi kbar oħra għall knejjes pitturi mal volti tal knejjes u pitturi devozzjonali għal kummissjonijiet privati Huwa wettaq ukoll għadd ta ritratti tpinġijiet għall paraventi ornamentali ta fuq l artali xi għamara fil knejjes u xogħlijiet bl irħam Probabbilment beda jpitter ta eta zgħira u x aktarx tħarreġ fl istudjo ta Gio Nicola Buhagiar fis snin 30 tas seklu 18 Għall ħabta tal 1740 l istil tiegħu beda jimmatura u jizviluppa iktar minn dak tat tutur tiegħu Buhagiar Zahra sar l iktar pittur prolifiku Malti għall ħabta tal 1745 u kien rivali tal artist Franċiz Antoine de Favray li dak iz zmien kien jaħdem Malta L istil ta Zahra kompla jizviluppa tul is snin u lejn nofs is snin 50 tas seklu 18 il figuri tiegħu u l atmosfera tal pitturi tiegħu kienu nbidlu u bdew juru influwenzi minn Mattia Preti u Favray innifsu L ewwel kummissjoni sinifikanti ta Franġisk Zahra waslet fl 1732 meta pitter opra tal arti għal fuq l artal li kienet turi Tliet Qaddisin Dumnikani Jaduraw l Isem Imqaddes ta Ġesu għall Knisja ta Santa Marija tal Grotta ir Rabat L iktar xogħol sinifikanti tiegħu jinkludi l pitturi fuq is saqaf tas Sala Kapitolari tal Katidral tal Imdina li wettaq fl 1756 Franġisk Zahra ċċaqlaq minn belt twelidu l Isla u mar jgħix fil belt kapitali Valletta Huwa kien mizzewweġ lil mis 26 ta Frar 1743 sal mewt prematura tagħha fis 27 ta Mejju 1751 Huma kellhom ħamest itfal flimkien u tlieta minnhom baqgħu ħajjin wara l infanzja Zahra miet fid 19 ta Awwissu 1773 meta kellu 62 sena XogħlijietQtugħ ir Ras ta San Ġorġ 1763 il Bazilika ta San Ġorġ ir Rabat Għawdex Ix xogħlijiet ta Zahra jinstabu f ħafna knejjes fil Gzejjer Maltin kif ukoll f kollezzjonijiet privati u tal muzewijiet Ix xogħlijiet ta Zahra jinsabu fil Katidral ta San Pawl l Imdina il Katidral tal Assunta Għawdex il Knejjes Parrokkjali ta Ħ Attard ta Ħal Balzan ta Birkirkara tal Furjana ta Għarb ta Ħal Għargħur ta Ħal Għaxaq tal Gudja ta Ħal Lija ta Marsaxlokk tal Mosta tan Naxxar ta Ħal Qormi tar Rabat tal Isla tas Siġġiewi ta Tas Sliema ta Ħal Tarxien tal Belt Valletta tar Rabat Għawdex tax Xagħra tax Xewkija ta Ħaz Zabbar ta Ħaz Zebbuġ taz Zejtun u taz Zurrieq flimkien ma bosta knejjes u kappelli oħra Xi xogħlijiet jinsabu fil Muzew Nazzjonali tal Belle Arti fil Belt Valletta u fil Muzew ta Wignacourt fir Rabat Referenzi Debono John 1990 The Will of Francesco Zahra 1710 1773 Melita Historica 10 3 237 244 a b ċ d e f ġ Schiavone Michael J 2009 Dictionary of Maltese Biographies Vol II G Z Pieta Pubblikazzjonijiet Indipendenza pp 1658 1660 ISBN 9789993291329 Francesco Zahra An intimate look at his small works timesofmalta com web archive org 2012 08 23 Arkivjat mill oriġinal fl 2012 08 23 Miġbur 2021 05 07 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Sciberras Keith Borg Jessica 2010 Francesco Zahra 1710 1773 His life and art in mid 18th century Malta Midsea Books ISBN 978 99932 7 319 6