Franco Debono huwa l Kummissarju tal Liġijiet Huwa avukat u kien Membru Parlamentari fi ħdan il Partit Nazzjonalista mil
Franco Debono

Franco Debono ( ) huwa l-Kummissarju tal-Liġijiet. Huwa avukat u kien Membru Parlamentari fi ħdan il-Partit Nazzjonalista mill-2003 sal-2012, meta' waqqa' l-Gvern wara nuqqas ta' qbil mat-tmexxija tal-Priministru Lawrence Gonzi.
Franco Debono | |||
---|---|---|---|
| |||
Ħajja | |||
Twelid | Malta, 9 Marzu 1974 (51 sena) | ||
Nazzjonalità | Malta | ||
Edukazzjoni | |||
Alma mater | Università ta' Malta | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni | politiku avukat |
Avukat
Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil- u kompla l-istudji tiegħu fl-Università ta' Malta fejn studja l-liġi u t-teoloġija bħala qasam sussidjarju. Franco kiseb il-warrant biex jipprattika bħala avukat fl-2000. It-teżi tiegħu kient titratta l-aspetti kostituzzjonali tal-organizzazzjoni u l-finanzjament tal-partiti politiċi.
Huwa beda jaħdem għal rasu f'uffiċċju ż-Żurrieq. Sa mill-bidu tal-karriera tiegħu speċjalizza fil-kamp penali u llum imexxi uffiċċju legali Franco Debono and Associates b'uffiċċji ġewwa ż-Żurrieq u l-Belt Valletta li jispeċjalizza wkoll fl-oqsma tal-liġi ċivili u kummerċjali. Taħt it-tmexxija tiegħu jaħdmu l-avukati , u .
Politika
Fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2003 ikkontesta mal-Partit Nazzjonalista fuq il-ħames distrett u kiseb 1130 vot tal-ewwel preferenza, u kien elett. Huwa reġa' kien elett fl-elezzjoni tal-2008.
Kontroversji
Minn wara l-elezzjoni tal-2008, Debono kellu diversi kwistjonijiet mat-tmexxija tal-gvern tal-Priministru Lawrence Gonzi.
Nhar l-14 ta' Diċembru 2009 Debono ħalla l-Parlament qabel ma ttieħed vot fuq emendi tal-Oppożizzjoni. Il-Gvern kellu jserraħ fuq il-casting vote tal-Ispeaker. Debono reġa' lura l-Parlament għall-vot finali. Wara nħatar chairman tal-Kumitat għall-Kodifikazzjoni tal-Liġijiet. Ħamest ijiem wara talab iktar rispett għall-Parlament, id-dritt li wieħed ikellem avukat qabel l-interrogazzjoni u l-liġi li tirregola l-finanzjament tal-partiti.
Fl-2011, huwa ikkritika bl-aħrax ir-riforma fit-trasport pubbliku u wasal biex fl-4 ta' Novembru astjena waqt il-votazzjoni fuq il-mozzjoni ta' sfiduċja mressqa mill-Oppożizzjoni fil-Ministru . Dan wassal biex il-Ministru Gatt, żamm postu bil-vot tal-Ispeaker. Diversi laqgħat tal-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista fuq il-mozzjoni ma kinux irnexxielhom jikkonvinċu lil Franco Debono biex jivvota kontra din il-mozzjoni kif għamlu d-deputati l-oħrajn tal-Gvern.
Ftit jiem biss wara din il-kwistjoni, Debono ppreżenta mozzjoni li fiha jesiġi li l-Parlament jiddiskuti diversi nuqqasijiet li hemm fil-qasam tal-ġustizzja u Intern li jaqa' taħt il-Ministru Carm Mifsud Bonnici. Debono f'dikjarazzjoni li għamel f'Diċembru 2011, qal li "jien informajt lill-Prim Ministru li ma kontx se nagħti appoġġ aktar lill-Gvern u li hu jista' jibqa' miexi u jagħmel elezzjoni, jekk ma jaqsamx il-ministeru tal-ġustizzja u l-intern... Il-Prim Ministru talabni għal aktar żmien, iżda jien insistejt li hu wegħedni dan. Jonqos biss sena għall-elezzjoni ġenerali u għalhekk kull ġurnata li tgħaddi hi ġurnata mitlufa. Jekk il-ministeru ma jinqasamx issa, mhux se jkun hemm żmien biex isir dan." Debono qal li hu tkellem diversi drabi dwar dan mal-Prim Ministru Lawrence Gonzi u mas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Paul Borg Olivier. Debono qal li "jien se nżomm kelmti bħal m'għamilt meta astjenejt. Nistenna li membri oħrajn iżommu kelmthom ukoll, b'mod partikolari fejn jirrigwarda kwistjonijiet delikati li jolqtu d-drittijiet fundamentali u l-ġustizzja." Debono saħaq li l-Gvern għandu jpoġġi fuq l-ixkaffa il-proposti li saru f'abbozz ta' liġi li ġie ppreżentat riċentament mill-Ministru Carm Mifsud Bonnici. Debono qal li "mhux se nittollera li jiċċaqilqu l-lasti. Nittama li kulħadd fehem li s-sitwazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja għandha bżonn attenzjoni urġenti. Dan il-pajjiż mhux ta' Lawrence Gonzi jew ta' Edgar Galea Curmi. Il-pajjż hu tal-poplu Malti kollu u t-tmexxija għandha tkun kontabbli."
Jhedded li jwaqqa' l-Gvern
Nhar is-6 ta' Jannar 2012 il-Prim Ministru Lawrence Gonzi għamel tibdil fil-Kabinett. Chris Said sar il-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja, Mario de Marco sar Ministru tat-Turiżmu, il-Kultura u l-Ambjent, waqt li Jason Azzopardi sar il-Ministru tal-Kompetizzjoni Ġusta u l-Konsumatur. Il-Ministru Carm Mifsud Bonnici ġie responsabbli mill-Intern u ma' dan żdidulu l-Affarjiet Parlamentari. Dolores Cristina saret Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol.
Dakinhar stess, Franco Debono, f'kummenti lill-ġurnal L-Orizzont, qal li "din mhix demokrazija. Għal darb'oħra l-Prim Ministru Lawrence Gonzi reġa' ħa l-pariri tiegħi. Jien nagħti l-pariri u huma jimxu fuqhom u jwettquhom. Illum Malta spiċċat f'Oligarkija, gvern immexxi minn ftit nies. Dan hu gvern tal-ftit. Jien għedt u kont ikkwotat fuq dan, li jekk joffrili xi kariga nara dakinhar. Sa fejn naf jien ma sejjaħx nies ġodda. Sejjaħ lill-istess nies. Lill-‘elite'. Lill-istess uċuħ. Imma basta jaħqarni lili. Krudeltà din. Krudeltà fl-aqwa tagħha."
Debono, għamilha ċara li f'vot fuq fiduċja fil-Gvern hu kien se jivvota kontra. Qal dan waqt li għamilha ċara li m'għadx fadallu aktar fiduċja fil-Prim Ministru Lawrence Gonzi. Sostna wkoll li l-Prim Ministru Lawrence Gonzi għandu jirriżenja, għax b'dak li għamel wera l-iżbalji li għamel tul dawn l-aħħar erba' snin. Hu qal li jaqbel mat-talba li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni, Joseph Muscat – dik li jintalab vot ta' fiduċja fil-Parlament fejn sostna li hu se jivvota kontra l-Gvern. Waqt li ddikjara li Lawrence Gonzi mhux Alla iżda hu biss Prim Ministru. Qal li l-pajjiż għaddej minn ħafna tbatija minħabba r-ras iebsa. Nhar it-13 ta' Jannar 2012, il-Kap tal-Oppożizzjoni ħabbar li l-Oppożizzjoni kienet se tressaq vot ta' sfiduċja fil-Gvern. Il-vot tressaq fis-27 ta' Jannar imma Debono astjena.
Nhar it-30 ta' Mejju 2012, f'żewġ votazzjonijiet li saru marbutin mal-mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni Laburista, fosthom dik tar-riżenja tal-Ministru , hu vvota mal-Oppożizzjoni. Il-vot kien ta' 35 vot favur il-mozzjoni u 34 kontra. Dan wassal biex il-Ministru Mifsud Bonnici rriżenja immedjatament, liema riżenja ġiet aċċettata mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi, waqt li l-istess Prim Ministru ressaq mozzjoni ta' fiduċja fil-Gvern li se tibda tiġi diskussa fl-4 ta' Ġunju 2012.
Ikkundannat mill-Partit Nazzjonalista
Nhar l-20 ta' Lulju 2012, l-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ikkundanna lil Franco Debono, Jeffrey Pullicino Orlando u Jesmond Mugliett għall-mod kif ivvutaw fil-Parlament. Nhar it-12 ta' Lulju 2012, l-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ddeċieda li Franco Debono, Jeffrey Pullicino Orlando u Jesmond Mugliett mhux se jitħallew jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali li jmiss f'isem il-Partit Nazzjonalista.
Iwaqqa' l-Gvern
Nhar l-10 ta' Diċembru 2012, Franco Debono flimkien mal-Oppożizzjoni Laburista vvota fil-Parlament kontra l- Baġit imressaq ġimagħtejn qabel u allura dan m'għaddiex b'35 vot kontra l-34 favur, u l-Gvern Nazzjonalista waqa'.Dan ġiegħel lill-Priministru Lawrence imur l-għada għand il-President tar-Repubblika Dr George Abela fil-Palazz il-Belt biex jissuġġerilu li l-Parlament jiġi xolt u tissejjaħ elezzjoni ġenerali bil-Parlament ixolji fis-7 ta' Jannar, 2013, waqt li l-elezzjoni ġenerali ssir fl-istess jum mal-elezzjoni tal- kunsilli lokali, jiġifieri s-Sibt 9 ta' Marzu 2013.
Fl-aħħar diskors tiegħu fil-Parlament huwa qal hekk, fost affarijiet oħra: "Illum permezz ta dan il-vot mhux biss qed terga tirristabbilixxi ruha s-supremazija ta' dan il-parlament fis-sens tal-iskrutinju tal-ezekuttiv, tal-gvern izda wkoll nittama li qed inpoggi l-pedament u l-ewwel gebla ta' demokrazija moderna Ewropea. Dan hu mument storiku fejn il-parlament rega ha centre stage fis-sistema politika taghna – l-poplu huwa sovran permezz ta dan il-parlament u gvern irid l-approvazzjoni ta' dan il-parlament biex imexxi u mhux l-ispin ta' bloggers, gurnalisti u xandara, u l-finanzjament okkult ta' certi negozjanti parassiti."
Sa Jannar 2013 Debono kien għadu jikkunsidra l-possibiltà li jwaqqaf partit politiku ġdid iżda dan ma rrealizzax ruħu. Nhar it-2 ta' Marzu 2013 fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista ħabbar li hu ma kienx se jivvota għall-Partit Nazzjonalista fl-Elezzjoni Ġenerali imma kien se jivvota għall-bidla, b'indikazzjonijiet ċari li se jivvota għall-Partit Laburista billi fuq il-blogg tiegħu qal li vot għall-Alternattiva ikun vot moħli.
Kummissarju tal-Liġijiet
Wara l-Elezzjonijiet Ġenerali 2013, huw nħatar Kummissarju għal-Liġijiet.
Ħoloq esterni
- Sit uffiċjali
- L-Aħħar Diskors ta' Franco Debono fil-Kunsill Ġenerali tal-PN f'Novembru 2011
- L-Aħħar Diskors ta' Franco Debono fil-Parlament Malti, wara li bil-vot tiegħu l-Gvern Nazzjonalista waqa', fl-10 ta' Diċembru 2012
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Franco Debono, X'inhi Franco Debono? Xi tfisser Franco Debono?
Franco Debono huwa l Kummissarju tal Liġijiet Huwa avukat u kien Membru Parlamentari fi ħdan il Partit Nazzjonalista mill 2003 sal 2012 meta waqqa l Gvern wara nuqqas ta qbil mat tmexxija tal Priministru Lawrence Gonzi Franco DebonoMembru tal Kamra tad Deputati ta MaltaĦajjaTwelid Malta 9 Marzu 1974 51 sena Nazzjonalita MaltaEdukazzjoniAlma mater Universita ta MaltaOkkupazzjoniOkkupazzjoni politiku avukatAvukatĦa l edukazzjoni tiegħu fil u kompla l istudji tiegħu fl Universita ta Malta fejn studja l liġi u t teoloġija bħala qasam sussidjarju Franco kiseb il warrant biex jipprattika bħala avukat fl 2000 It tezi tiegħu kient titratta l aspetti kostituzzjonali tal organizzazzjoni u l finanzjament tal partiti politiċi Huwa beda jaħdem għal rasu f uffiċċju z Zurrieq Sa mill bidu tal karriera tiegħu speċjalizza fil kamp penali u llum imexxi uffiċċju legali Franco Debono and Associates b uffiċċji ġewwa z Zurrieq u l Belt Valletta li jispeċjalizza wkoll fl oqsma tal liġi ċivili u kummerċjali Taħt it tmexxija tiegħu jaħdmu l avukati u PolitikaFl Elezzjoni Ġenerali tal 2003 ikkontesta mal Partit Nazzjonalista fuq il ħames distrett u kiseb 1130 vot tal ewwel preferenza u kien elett Huwa reġa kien elett fl elezzjoni tal 2008 Kontroversji Minn wara l elezzjoni tal 2008 Debono kellu diversi kwistjonijiet mat tmexxija tal gvern tal Priministru Lawrence Gonzi Nhar l 14 ta Diċembru 2009 Debono ħalla l Parlament qabel ma ttieħed vot fuq emendi tal Oppozizzjoni Il Gvern kellu jserraħ fuq il casting vote tal Ispeaker Debono reġa lura l Parlament għall vot finali Wara nħatar chairman tal Kumitat għall Kodifikazzjoni tal Liġijiet Ħamest ijiem wara talab iktar rispett għall Parlament id dritt li wieħed ikellem avukat qabel l interrogazzjoni u l liġi li tirregola l finanzjament tal partiti Fl 2011 huwa ikkritika bl aħrax ir riforma fit trasport pubbliku u wasal biex fl 4 ta Novembru astjena waqt il votazzjoni fuq il mozz joni ta sfiduċja mressqa mill Oppozizzjoni fil Ministru Dan wassal biex il Mi nistru Gatt zamm postu bil vot tal Ispeaker Diversi la qgħat tal ezekuttiv tal Partit Nazz jonalista fuq il mozzjoni ma kinux irnexxielhom jik kon vinċu lil Franco Debono biex jivvota kontra din il mozz joni kif għamlu d deputati l oħrajn tal Gvern Ftit jiem biss wara din il kwistjoni Debono pprezenta mozzjoni li fiha jesiġi li l Parlament jiddiskuti diversi nuqqasijiet li hemm fil qasam tal ġustizzja u Intern li jaqa taħt il Ministru Carm Mifsud Bonni ci Debono f dikjarazz jo ni li għamel f Diċembru 2011 qal li jien informajt lill Prim Ministru li ma kontx se nagħti appoġġ aktar lill Gvern u li hu jista jibqa miexi u jagħmel elezzjo ni jekk ma jaqsamx il ministeru tal ġustizzja u l intern Il Prim Ministru talabni għal aktar zmien izda jien insistejt li hu wegħedni dan Jonqos biss sena għall elezzjoni ġenerali u għalhekk kull ġurnata li tgħad di hi ġurnata mitlufa Jekk il ministeru ma jinqasamx issa mhux se jkun hemm zmien biex isir dan Debono qal li hu tkellem diversi drabi dwar dan mal Prim Ministru Lawrence Gonzi u mas Segretarju Ġene rali tal Partit Nazzjonalista Paul Borg Olivier Debono qal li jien se nzomm kelmti bħal m għa milt meta astjenejt Nistenna li membri oħrajn izommu kelmt hom ukoll b mod partikolari fejn jirrigwarda kwistjonijiet delikati li jolqtu d drit tijiet fundamentali u l ġustizz ja Debono saħaq li l Gvern għandu jpoġġi fuq l ix kaffa il proposti li saru f ab bozz ta liġi li ġie pprezentat riċentament mill Ministru Carm Mifsud Bonnici Debono qal li mhux se nittollera li jiċ ċaqil qu l lasti Nittama li kulħadd fehem li s sitwazzjoni fil qasam tal ġustizzja għandha bzonn attenzjoni urġenti Dan il pajjiz mhux ta Lawrence Gonzi jew ta Edgar Galea Curmi Il pajjz hu tal poplu Malti kollu u t tmexxija għandha tkun kontabbli Jhedded li jwaqqa l Gvern Nhar is 6 ta Jannar 2012 il Prim Ministru Lawrence Gonzi għamel tibdil fil Kabinett Chris Said sar il Ministru tal Ġustizzja Konsultazzjoni Pubblika u l Familja Mario de Marco sar Ministru tat Turizmu il Kultura u l Ambjent waqt li Jason Azzopardi sar il Ministru tal Kompetizz joni Ġusta u l Konsumatur Il Ministru Carm Mifsud Bonnici ġie responsabbli mill Intern u ma dan zdidulu l Affarjiet Parlamentari Dolores Cristina saret Ministru tal Edukazzjoni u x Xogħol Dakinhar stess Franco Debono f kummenti lill ġurnal L Orizzont qal li din mhix demokrazija Għal darb oħra l Prim Ministru Lawrence Gonzi reġa ħa l pariri tiegħi Jien nagħti l pariri u huma jimxu fuqhom u jwettquhom Illum Malta spiċċat f Oligarkija gvern immexxi minn ftit nies Dan hu gvern tal ftit Jien għedt u kont ikkwotat fuq dan li jekk joff rili xi kariga nara dakinhar Sa fejn naf jien ma sejjaħx nies ġodda Sejjaħ lill istess nies Lill elite Lill istess uċuħ Imma basta jaħqarni lili Krudelta din Krudelta fl aqwa tagħha Debono għamilha ċara li f vot fuq fiduċja fil Gvern hu kien se jivvota kontra Qal dan waqt li għamilha ċara li m għadx fadallu aktar fiduċja fil Prim Ministru Lawrence Gonzi Sostna wkoll li l Prim Ministru Lawrence Gonzi għandu jirrizenja għax b dak li għamel wera l izbalji li għamel tul dawn l aħħar erba snin Hu qal li jaqbel mat talba li għamel il Kap tal Oppozizzjoni Joseph Muscat dik li jintalab vot ta fiduċja fil Parlament fejn sostna li hu se jivvota kontra l Gvern Waqt li ddikjara li Lawrence Gonzi mhux Alla izda hu biss Prim Ministru Qal li l pajjiz għaddej minn ħafna tbatija minħabba r ras iebsa Nhar it 13 ta Jannar 2012 il Kap tal Oppozizzjoni ħabbar li l Oppozizzjoni kienet se tressaq vot ta sfiduċja fil Gvern Il vot tressaq fis 27 ta Jannar imma Debono astjena Nhar it 30 ta Mejju 2012 f zewġ votazzjonijiet li saru marbutin mal mozzjoni mressqa mill Oppo zizzjoni Laburista fost hom dik tar rizenja tal Ministru hu vvota mal Oppozizzjoni Il vot kien ta 35 vot favur il mozzjoni u 34 kontra Dan wassal biex il Ministru Mifsud Bonnici rrizenja immedjatament liema rizenja ġiet aċċettata mill Prim Ministru Lawrence Gonzi waqt li l istess Prim Ministru ressaq mozzjoni ta fiduċja fil Gvern li se tibda tiġi diskussa fl 4 ta Ġunju 2012 Ikkundannat mill Partit Nazzjonalista Nhar l 20 ta Lulju 2012 l Ezekuttiv tal Partit Nazzjonalista ikkundanna lil Franco Debono Jeffrey Pullicino Orlando u Jesmond Mugliett għall mod kif ivvutaw fil Parlament Nhar it 12 ta Lulju 2012 l Ezekuttiv tal Partit Nazzjonalista ddeċieda li Franco Debono Jeffrey Pullicino Orlando u Jesmond Mugliett mhux se jitħallew jikkontestaw l elezzjoni ġenerali li jmiss f isem il Partit Nazzjonalista Iwaqqa l Gvern Nhar l 10 ta Diċembru 2012 Franco Debono flimkien mal Oppozizzjoni Laburista vvota fil Parlament kontra l Baġit imressaq ġimagħtejn qabel u allura dan m għaddiex b 35 vot kontra l 34 favur u l Gvern Nazzjonalista waqa Dan ġiegħel lill Priministru Lawrence imur l għada għand il President tar Repubblika Dr George Abela fil Palazz il Belt biex jissuġġerilu li l Parlament jiġi xolt u tissejjaħ elezzjoni ġenerali bil Parlament ixolji fis 7 ta Jannar 2013 waqt li l elezzjoni ġenerali ssir fl istess jum mal elezzjoni tal kunsilli lokali jiġifieri s Sibt 9 ta Marzu 2013 Fl aħħar diskors tiegħu fil Parlament huwa qal hekk fost affarijiet oħra Illum permezz ta dan il vot mhux biss qed terga tirristabbilixxi ruha s supremazija ta dan il parlament fis sens tal iskrutinju tal ezekuttiv tal gvern izda wkoll nittama li qed inpoggi l pedament u l ewwel gebla ta demokrazija moderna Ewropea Dan hu mument storiku fejn il parlament rega ha centre stage fis sistema politika taghna l poplu huwa sovran permezz ta dan il parlament u gvern irid l approvazzjoni ta dan il parlament biex imexxi u mhux l ispin ta bloggers gurnalisti u xandara u l finanzjament okkult ta certi negozjanti parassiti Sa Jannar 2013 Debono kien għadu jikkunsidra l possibilta li jwaqqaf partit politiku ġdid izda dan ma rrealizzax ruħu Nhar it 2 ta Marzu 2013 fuq l istazzjon tal Partit Laburista ħabbar li hu ma kienx se jivvota għall Partit Nazzjonalista fl Elezzjoni Ġenerali imma kien se jivvota għall bidla b indikazzjonijiet ċari li se jivvota għall Partit Laburista billi fuq il blogg tiegħu qal li vot għall Alternattiva ikun vot moħli Kummissarju tal LiġijietWara l Elezzjonijiet Ġenerali 2013 huw nħatar Kummissarju għal Liġijiet Ħoloq esterniSit uffiċjali L Aħħar Diskors ta Franco Debono fil Kunsill Ġenerali tal PN f Novembru 2011 L Aħħar Diskors ta Franco Debono fil Parlament Malti wara li bil vot tiegħu l Gvern Nazzjonalista waqa fl 10 ta Diċembru 2012